Werrej
Werrej
Id-Dimensjoni Lajkali
4 6 8 10
Jum l-Omm
12
Stejjer għat-Tagħlim
14
Mill-Lenti Għawdxija
16
Avvizi
18
Messaġġ mid-Direttur Kelma mill-President Konastrija u Gabinetti fil-Museum
2
April | Mejju 2016
Werrej
April | Mejju 2016
L-Editorjal Xabbatur tajjeb ikun jaf jagħmel għoqiedi tajbin li jgħinuh jegħleb l-isfidi li jiltaqa’ magħhom fil-vjaġġ lejn l-għan tiegħu. Ix-xabbatur jorbot l-għodiedi ma’ affarijiet sodi u jorbothom biex jgħinuh kemm biex jitla’ kif ukoll biex jinżel mal-blat.
Il-pittura tal-qoxra hi xogħol ta’ Ryan Damato li tirrapreżenta il-ħajja tal-Kandidat. Iċ-ċirku tan-nofs jirrareżenta l-għan talKandidat filwaqt li t-trijangli jirrapreżentaw it-tlajja u l-inżul tal-ħajja. Il-Kandidat
Din is-sena, l-Kumitat blgħajnuna tad-disinni ta’ Ryan Damato, għażel it-tema tar-rabta tal-Kandidat ma’ Ġesù, biex bħal dak ix-xabbatur nintrabtu b’rabta soda ma’ Kristu kemm fit-tlajja ta’ ħajjitna kif ukoll flinżul.
3
Formazzjoni
Messaġġ mid-Direttur minn Carmel Caruana
ien jisma’, jiddixxerni, jitlob, jiddeċiedi, jobdi u K jgħallem. Jisma’ Mindu kien tifel, kien jisma’ x’għandhom x’jgħidulu dawk li riedulu l-ġid. “Preca, inti għad tiltaqa’ ma’ nies li huma jsibu xortihom miegħek u inti magħhom.” Dun Ercole Manpalao
Jiddixxerni Meta beda jħoss li għandu jagħmel xi ħaġa, ma ħonoqx ilħsieb, imma tkellem u ħa parir. “Mur u iftaħ u agħmel l-mezzi.”
Dun Alwiġ Attard
Jitlob Kien jitla’ fil-kamra tal-bejt u jinġabar jitob biex jara Alla x’irid minnu. “U dak li smajt mingħandi b’bosta xhieda għaddieh lil 4
nies ta’ fiduċja li huma kapaċi jgħadduh lill-oħrajn.”
2 Tim. 2, 2
Jiddeċiedi Beda jiltaqa’ ma’ xi żgħażagħ fl-għalqa ta’ Luċtu, iż-żgħażagħ kienu jistennew il-mument li jiltaqgħu ma’ Dun Ġorġ. “Agħtini l-għajnuna!”
Viżjoni ta’ Croce Marsa
Jobdi L-Isqof bagħat għalih u ordnalu biex jagħlaq id-djar li kien fetaħ. “Intom is-Superjuri u jiena s-sudditu.”
Dun Ġorġ
Jgħallem Kien jiġri minn raħal għallieħor, jiftaħ djar ġodda. “Jeħtieġ li min jgħallem ikun ikkultivat fit-tagħlim, allura ġieni f’rasi li jiena niġbor ġuvintur, April | Mejju 2016
Formazzjoni
nieħu ħsiebhom u ngħallimhom biex ikunu jistgħu jgħallmu d-duttrina lill-oħrajn.”
Nitlob, it-talb idaħħalni f’attitudni li dak li nkun se nagħmel, inqiegħdu kollu filħsieb u fir-rieda t’Alla.
“Id-dinja għamilnieha tagħna.”
Niddeċiedi, meta nkun għamilt l-affarijiet bi ħsieb u bilparir, nibda u nkompli.
Dun Ġorġ
Ġeġè
Dawn huma kwalitajiet li għex il-fundatur tagħna Dun Ġorġ. Naħseb mingħajr sforzi żejda, aħna bħala wliedu spiritwali rridu naħdmu biex inkunu miexja fl-istess passi tiegħu. Għalhekk għandi naħdem fuqi nnifsi biex bħala Kandidat nara kif miexi filmixja tiegħi wara Ġesù. Nisma’, kemm tkun ħaġa sabiħa li nisma’ lil dawk li f’ħajti Alla l-imbierek tahomli biex jgħinuni fil-mixja tiegħi warajh. Niddixxerni, ma nħallix l-istorbju u d-distrazzjoni ta’ madwari jaqtgħuli nifsi u ma jħallunix naħseb fuq dak li nkun għaddej minnu. Il-Kandidat
Nobdi, x’ikun jiswa li nkun qiegħed nagħmel ħafna xogħol, imma mhux lest li nobdi lil min qiegħed jara l-affarijiet aħjar minni? Ngħallem, mhux li kien iddinja timxi wara l-Evanġelju, imma biex dan iseħħ, irid ikun hemm min jagħti ħajtu għaxxandir tal-Kelma. Ġieli staqsejt lilek innifsek jekk intix imsejjaħ biex tgħix dawn l-attitudnijiet li permezz tagħhom tkun qiegħed f’mixja wara l-Ktieb il-Kbir?
5
Formazzjoni
Kelma mill-President minn Daniel Sammut
S “L-importanti mhux kemm tagħti imma kemm ewwa kienet Madre Tereża,
tgħid
titfa’ imħabba f’dak li tagħti
”
Madre Tereża
Kemm hu sabiħ li tagħti, iżda kemm hu isbaħ li tagħti b’intenzjoni retta. L-istess ħsieb iżomm il-Kumitat. Kumitat ġdid, esperjenza ġdida. Iktar xogħol, iktar sodisfazzjon. Tingħata iktar, tirċievi ferm iktar.
6
Il-Kumitat huwa issa maqsum fuq sitt membri. Ilmembri, magħżula permezz ta’ elezzjoni, jinkludu kandidat minn kull sena tar-Responsorju, ieħor mittielet u r-raba’ sena, u ieħor li jkun ġab il-maġġoranza tal-voti mis-snin kollha tarResponsorju. Kull membru fil-kumitat ikollu xogħol partikolari li jinkludu: • President (Daniel Sammut): Imexxi l-laqgħa fil-kumitat, jara li l-membri jwettqu x-xogħol assenjat lilhom u li jżomm f’komunikazzjoni kontinwa mad-Direttur; • Segretarju (Julian Spiteri): Jipprepara l-aġenda April | Mejju 2016
Formazzjoni
u l-minuti għal-laqgħa (flimkien mal-President), kif ukoll jara li d-deċizjonijiet li ttieħdu jiġu attwati; • Kaxxier (Gabriel Pace): Iżomm rendikont tad-dħul u l-ħruġ fil-kaxxa tal-kumitat; • Fornitur (Roberto D’Amato): Jipprovdi l-ikel u x-xorb għal waqt ir-Responsorju; • Kamrier (Clayton Gatt): Jassigura li l-kmamar tallaqgħa huma fl-ordni, kemm permezz tas-siġġijiet kif ukoll permezz tal-mezzi awdjoviżwali li jkunu ħa jintużaw;
Il-Kandidat
• Editur (Reuben Caruana): Jieħu ħsieb il-pubblikazzjoni tal-ktejjeb. L-għan prinċipali talKumitat huwa wieħed: Li flimkien naraw li l-Kandidati jfittxu bis-serjetà u b’impenn il-vokazzjoni tagħhom, fi spirtu talvokazzjoni Museumina hekk kif xtaq il-Fundatur. IlKumitat mhux hemm sabiex jorganizza l-attivitajiet biss, iżda biex flimkien bħala ħbieb, nagħrfu dak li jrid minna Hu, jiġifieri li nasal ”nagħraf, inħobb u nservi ’l Alla; u b’hekk insalva ruħi.”
7
Kitbiet mill-Fundatur
Formazzjoni
Konastrija u Gabinetti fil-Museum minn Sean Spagnol
“
Konastrija u Gabinetti fil-Museum” huwa ktieb ta’ Dun Ġorġ li nkiteb fis-snin ħamsin. Dan hu maqsum f’diversi partijiet li huma mibnijin fuq stejjer qosra li kien jgħid Dun Ġorġ waqt il-laqgħat talErbgħa, jew li kienu jiġu stampati f’xi rivisti talMuseum. Fil-fatt, dan ilktieb jiġbor l-istejjer kollha f’ġabra waħda u ġew maqsumin fil-Konastrija u fil-Gabinetti. Hemm ukoll sezzjoni żgħira fl-aħħar talktieb msejħa l-Episodjarju, li huma episodji żgħar 8
minn ħajjiet ta’ qaddisin li jgħinuna nirriflettu fuq kif Alla jkun preżenti fil-ħajja tagħna. Il-Konastrija hija kelma li ħoloq Dun Ġorġ, li ġejja mill-kliem konkret u astratt. Hawnhekk, Dun Ġorġ juri kif ħafna affarijiet f’ħajjitna għandhom rabtiet kemm fil-konkret kif ukoll fl-astratt, u waħda ma tistax taħdem mingħajr l-oħra. Dan ilħsieb jidher ċar ħafna f’din il-parti tal-ktieb. Bil-konkret, Dun Ġorg jifhem dawk l-affarijiet li jaqgħu taħt isApril | Mejju 2016
Formazzjoni
sensi tagħna. Permezz ta’ dawn, naslu biex nibdew nifhmu l-astratt, dawk l-affarijiet li inti tikkunsidra bl-intellett tiegħek, biex imbagħad tkun tista’ tasal għall-konklużjoni. Juri kif Ġesù kien għamel l-istess ħaġa permezz talparabboli, li bihom stajna nifhmu ħwejjeġ li huma ’l fuq minna. Il-Gabinetti huma ġabra ta’stejjer li Dun Ġorġ xtaq li aħna nieħdu minnhom xi tagħlima spiritwali jew temporali. B’gabinett, Dun Il-Kandidat
Kitbiet mill-Fundatur
Ġorġ kien jifhem post fejn tqiegħed affarijiet prezzjużi, u kif nafu, għalih ma kien hemm xejn iktar prezzjuż mit-tagħlim. Kemm b’ġrajjiet veri u kif ukoll ta’ dawk li ħarġu frott l-esperjenza tiegħu, Dun Ġorġ xtaq iħallilna dan il-wirt, li permezz tiegħu nistgħu nifhmu aspetti tan-natura umana b’mod li jolqotna u biex jgħinna nagħrfu l-verità.
9
Id-Dimensjonijiet
Formazzjoni
Id-Dimensjoni Lajkali minn Andrew Barbara
“
Ill, reġa’ qed idoqq!!!” Ngħid hekk kważi kull filgħodu, jiena u noħroġ idejja minn taħt il-friex biex l-alarm nerġa’ nagħmlu ‘snooze’. Għax l-alarm, daqs kemm hu mportanti, narawh ikrah! Aktar u aktar jekk inkunu nafu li l-jum li għandna quddiemna se joffrilna sfida. B’lajċi, nifhmu dawk l-insara kollha mgħammdin imma li, la ħadu l-Ordni Sagri u lanqas jgħixu xi tip ta’ ħajja kkonsagrata (patrijiet jew sorijiet). Huma msejħin biex bil-preżenza u bl-imġiba tagħhom fil-ħajja 10
ta’ kuljum, jagħmlu d-dinja u l-ambjent ta’ madwarhom aktar qaddis. Dan l-impenn tiegħi bħala nisrani, inġeddu kuljum hekk kif it-Talba Għodwija u t-talba tal-Missierna millArloġġ Museumin ifakkruni li dak kollu li l-Mulej se jlaqqgħani miegħu matul iljum għandi nilqgħu b’idejja miftuħin u noffrih għall-ġid tiegħi u tal-bnedmin ħuti. Ġorġ Borg, fil-ktieb ‘Ewġenju Borg’, jikteb hekk dwar Ġeġè: “Sħabu jiftakruh bil-mustaċċi, kalm u metodiku... Tant kienu April | Mejju 2016
Id-Dimensjonijiet
Formazzjoni
1 Lajkali
2
3
Ċelibatarja
Attiva Appostolika
jarawh serju fix-xogħol li saħansitra kien hemm min jirreferi għalih bħala l-qaddis”. Mhux biex jibdew isejħulna qaddisin, imma iva, meta mmur l-iskola jew ix-xogħol u naqdi dmiri tajjeb, bir-reqqa u b’attitudni pożittiva, inkun qed nagħmel id-dinja ftit aktar sabiħa u qaddisa... kif ħolomha Alla fil-bidu talħolqien tagħha. L-għan li nqaddsu d-dinja, jintlaħaq aktar meta l-kwalitajiet li Alla tani mhux biss inħaddimhom imma naħdem u nistinka biex niżviluppahom. Hekk Il-Kandidat
4
5
Profetika Kontemplattiva
inkun qed inġib ’il quddiem lili nnifsi, mhux bi gwadann personali, imma sabiex l-ambjenti differenti li ngħix fihom nagħmilhom aktar rikki u ngħin lil ħaddieħor jingħaqad m’Alla. Issa sar filgħaxija. Qabel nidħol nistrieħ u wara li nkun irringrazzjajt ’l Alla għal dak kollu li jkun tani matul il-jum, nerġa’ nagħmel l-alarm, sabiex għada nqum fil-ħin għal jum ieħor, għax anke meta nkun fil-ħin inkun qed nagħmel id-dinja isbaħ.
11
Għarfien Ġenerali
Storja u kurżità
Jum l-Omm minn Ian Borg
I
l-ħarsa tal-Omm. Dik ilħarsa li ma tinsa qatt, ħarsa ta’ sigurtà, ta’ paci u ta’ mħabba. Dik il-mara li l-imħabba tagħha hija bla qies. Jum l-Omm beda millkristjaneżmu fejn bdiet bħala festa tal-Madonna, imma biżżmien din kibret għal festa talommijiet kollha. Niċċelebraw Jum l-Omm biex infakkru l-importanza tal-Omm. Din l-okkażjoni m’għandhiex ikollha mportanza ta’ ġurnata waħda biss iżda ta’ kull ġurnata matul is-sena, fejn qatt ma ninsew dak kollu li qed tagħmel magħna l-Omm. 12
L-idea ta’ Jum l-Omm daħlet Malta fl-1961 u din malajr tferrxet mal-bnadi kollha ta’ Malta u issa tiġi ċċelebrata kull sena fit-tieni Ħadd ta’ Mejju. L-Omm tagħna tagħmel ħafna sagrifiċċji biex tagħtina l-aħjar minn dak li tista’ tagħti. Huwa xieraq li f’din il-ġurnata nuru l-apprezzament lejn ommna kulħadd skont kif taħseb qalbu. Ikun x’ikun li nagħmlu, żgur li se tapprezzah u tgħożżu. Inħeġġiġkom sabiex tieħdu dan iċ-ċans ta’ Jum l-Omm u toħorġu l-frott minnu ħalli turu l-apprezzament tagħkom lejn dik l-Omm tant prezzjuża! April | Mejju 2016
Għarfien Ġenerali
Storja u kurżità
“It takes someone really brave to be a mother, someone strong to raise a child and someone special to love someone more than herself.” Lilly
Il-Kandidat
13
Riżorsi
Stejjer
Stejjer għat-Tagħlim
J
ingħad li t-tfal g ħ a n d h o m immaġinazzjoni ferm aħjar minn dik tal-kbar....u hekk hu. Il-moħħ tattfal huwa kapaċi joħloq immaġinazzjonijiet ferm faċli mingħajr ħafna sforz filwaqt li wieħed ikbar fletà jrid jagħmel sforz ikbar. Allura naħseb li dan il-fatt għandna nieħdu vantaġġ minnu fil-lezzjonijiet tagħna mat-tfal. Fost il-ħafna metodi ta’ kif wieħed jista’ “juża’” l-immaġinazzjoni tat-tfal għat-tagħlim huwa billi wieħed jirrakkonta jew jaqra xi storja. Sors li nsib 14
tajjeb ħafna għal stejjer tat-tfal huwa propju millmagazin “Gwida għal min jgħallem”, fejn fih uħud mill-paġni jkunu ddedikati għal xi storja immaġinattiva meħuda mill-ktieb Storie bellebuone ta’ Bruno Ferrero, Elledici. Dawn l-istejjer f’dan il-magazin ikunu maqluba għallMalti u barra minn hekk hemm xi punti li jgħinu lil min qed jgħallem. Dawn (ġeneralment) ikunu mqassma hekk: 1. Paragrafu fuq it-tagħlima tal-istorja. April | Mejju 2016
Riżorsi
2 . L-istorja immaġinattiva. 3. Għajnuniet kateketiċi oħra. Fosthom: • Mistoqsijiet għaddiskussjoni. • Xi attività li wieħed jista’ jagħmel fi grupp. • Silta mill-Bibbja li wieħed jista’ juża’ biex isaħħaħ it-tagħlima talistorja. B’dan il-materjal kollu wieħed faċli ħafna jagħmel żewġ lezzjonijiet. Minħabba Il-Kandidat
Stejjer
li ħafna minna l-kandidati nkunu mħabbta bl-istudju jew bix-xogħol u allura forsi ma tantx ikollna ħin biex nippreparaw għal-lezzjoni, jiena naħseb li dan ir-riżors huwa wieħed eċċellenti għax kull ma trid tagħmel hu li taqra l-materjal minn qabel – m’hemmx għalfejn toqgħod tfittex, taħseb, isaqsi eċċ. Kif ukoll il-biċċa l-kbira tax-xogħol mhux ħa tagħmilha inti imma tagħmilha l-immaġinazzjoni tat-tfal waqt il-qari talistorja!!!
15
Esperjenzi
Kandidat
Mill-Lenti Għawdxija minn George Sultana
M
ill-ħdura saċĊittadella, filGżira Għawdxija ssib minn kollox. Għaldaqstant lanqas ma aħna neqsin mill-kandidati simpatiċi tagħna. L-Għawdxin minħabba n-numru żgħir tagħna ma niltaqgħux kull ġimgħa imma kull ħmistax filqasam tal-Għarb (fejn ikollna l-jiem ta’ mistrieħ). Minbarra dan, inkunu fi grupp wieħed, fl-opinjoni tiegħi din tgħinna f’diversi aspetti, iżda l-aktar mil-lok 16
ta’ kooperazzjoni li dehret speċjalment fl-attivitajiet li għamilna ma’ xulxin. U minn dawn ma nistgħux ngħidu li kellna ftit, meta tikkunsidra l-ammont ta’ kandidati li aħna u kemm niltaqgħu ma’ xulxin. Fost l-ikbar u l-aktar proġetti ambizzjużi jinkludu diversi laqgħat li wettaqna għallAspiranti kollha Għawdxin matul is-sena, filwaqt li fiżżminijiet tal-Milied u talGħid ippreparajna prayer spaces li għenu lit-tfal tagħna jidħlu fl-atmosfera ta’ dawk iż-żminijiet tassew April | Mejju 2016
Esperjenzi
speċjali. Iżda dan kollu ma kienx ikun possibbli mingħajr l-Animatur tagħna, Ivan Farrugia, li b’paċenzja liema bħalha jgħinna u ħafna drabi jispiċċa jmexxi dawn l-attivitajiet li norganizzaw. Minkejja li Għawdex forsi jidher bħala gżira ta’ ward u żahar iż-żgħażagħ tagħha sfortunatament ikollhom jitilgħu Malta ħalli jkomplu l-istudji tagħhom. Ħaġa li tispiċċa tofroq ilkomunità ta’ kandidati Il-Kandidat
Kandidat
li sfortunatament diġà hi żgħira minħabba l-limitazzjonijiet tal-gżira Għawdxija. Iżda minkejja dan ninsab kunfidenti li aħna bħala kandidati Għawdxin se nkomplu l-ħidma tagħna fost iż-żgħażagħ, ħalli l-Eżmerald f’nofs ilMediterran ikompli jikber u jiffjorixxi kif jistħoqqlu.
17
Avviżi
Avviżi
Responsorju fil-Qasam ta’ Ħaż-Żabbar wara jkun hemm logħob tas-Sajf u BBQ
il-Kandidati li lestew il-kors tar-Responsorju huma mistednin ukoll
Għall-Kandidati kollha
25
ta’ Ġunju 18
17:00 Il-Qasam ta’ Ħaż-Żabbar April | Mejju 2016
Avviżi
Jiem ta’ mistrieħ
f’Għawdex
L-Ewwel Grupp
It-Tieni Grupp
30-3
5-8
ta’ Ġunju-Lulju Il-Kandidat
ta’ Lulju 19
“In the end, it’s not the years in your life that count. It’s the life in your years.” Abraham Lincoln
Għal kummenti u suġġerimenti, kellem lil xi membru mit-tim editorjali jew ibgħat imejl fuq: rivista.ilkandidat@gmail.com