Werrej
Werrej Lura għar-rutina?
4
Messaġġ mid-Direttur Ix-Xebba li pperseverat Ripples of Change
7
Il-Pulptu ta’ Patri Franku
Madre Tereża Is-Saħħa Soċjali Għar Dalam 2
8 10 12 14 16 18 Awwissu | Settembru 2015
I
5
Werrej
Awwissu|Settembru 2015
Laudato Sì
20 24
Loyola Press
26
Nazju Falzon
28 “X’nagħmel mingħajr il-Museum?”
Il-Kandidat
30
“Kemm hu sew li jien hawn”
32
Avviżi
35 3
Editorjal
Lura għar-rutina
minn Jeremy Farrugia u Roberto D’Amato
N
insabu fl-eqqel tas-sajf! Iżda ninsabu wkoll flgħatba tat-tmiem ta’ dan l-istaġun; staġun li rinomat ħafna mat-telqa għax is-sħana tgħejjik u tħedlek; mal-għażż għax ngħiduha kif inhi ma tantx ikollok aptit taħdem f’dissħana. Kif tgħid Regina Brett: iżda marbut ukoll partikolarment mal-mistrieħ.
“permission Summer is the annual slip to be lazy. To do nothing and have it count for something. To lie in the grass and count the stars. To sit on a branch and study the clouds. Regina Brett 4
”
Iżda s-sajf marbut ukoll partikolarment mal-mistrieħ, żmien, li tant infittxu wara sena ħidma bla waqfien. Mhuwiex mistrieħ l-istess għal kulħadd: min jieqaf mill-iskola, min jitnaqqsulu s-sigħat tax-xogħol u min għalkemm jibqa’ jaħdem b’mod normali, isib daqsxejn mod kif jiskappa mix-xogħol għal xi ġimgħa jew tnejn b’xi vaganza barra minn Malta jew bix-shutdown popolari tas-Sajf. Iżda kif jasal it-31 t’Awwissu kulħadd jibda jberraqlu għax bil-mod il-mod nibdew nersqu lura għar-rutina tas-soltu. U jekk fil-31 t’Awwissu jberraq, fl-1 ta’ Settembru żgur li sseħħ maltempata għax hija l-ġurnata li fiha diversi xogħlijiet jerġgħu lura għan-normal, l-għalliema jibdew jippreparaw bil-mod biex jilqgħu lura l-istudenti Awwissu | Settembru 2015
I
5
Editorjal
għal sena skolastika ġdida u ma għandniex xi ngħidu li l-ġenituri issa jibdew iġennu lil uliedhom biex jibdew jixtru l-kotba u jlestu l-basket għal sena ħidma ġdida. Għax dik hi r-rutina! Irrutina li twassalna biex sena wara oħra nagħmlu dejjem l-istess. Ir-Rutina li twassal biex nipprogrammaw lilna nfusna għall-affarijiet li jmiss fil-muement li ġej. Fil-Museum ukoll għandna speċi ta’ rutina. Filwaqt li fis-sajf it-tfal inaqqsu, hekk kif jibda Settembru, għid li se jerġa’ jitfaċċa xi tifel li ilek ma tarah xi tliet xhur u hekk il-gruppi tat-tfal u ż-żgħażagħ jerġgħu jikbru. Huwa f’dan ix-xahar ukoll li tibda sena kateketika ġdida u allura awtomatikament Il-Kandidat
aħna nippreparaw ruħna biex nerġgħu nidħlu f’rutina fejn irridu nlaħħqu max-xogħol jew l-iskola u l-Museum. Iżda hawn min isaqsi, irrutina fiha xi ħaġa ħażina? Ir-risposta tagħna hi li le ma fiha xejn ħażin, sakemm kapaċi tikkontrolla. Trid toqgħod attent li rutina ma ssirx monotona għax hemmhekk issir ħażina. Li jkollok rutina tgħinek timxi minn żmien għall-ieħor; tispiċċa żmien u tibda’ ieħor. F’rutina, ħafna drabi nkunu nafu ma’ xiex ħa niltaqgħu, x’għandna nagħmlu u xi jmiss nippreparaw u nlestu. B’hekk nistgħu nippreparaw aħjar għal xi attività li nafu li jmiss u ma jibqax kollox għallaħħar. 5
Editorjal
Iżda tista’ ssir monotona meta tindara. Tant tindara li l-affarijiet ma nibqgħux nagħmluhom bil-qalb u jsiru awtomatiċi. L-affarijiet nibdew noħduhom rilassati għax ngħidu: “M’hemmx tas-sena l-oħra, nużaw lilu.” Iżda dak li sar sena ilu mhux bilfors jgħodd għal din is-sena u mhux biss ma nkunux qegħdin nifhmu x’aħna nagħmlu iżda ma jkunux qed jifhmu t-tfal u ż-żgħażagħ li jiltaqgħu magħna.
li jkun qed isir matul is-sena biex b’hekk inkunu preparati aħjar. Ejjew kull sena naraw li tkun aqwa minn ta’ qabel u nkunu kemm jista’ jkun kreattivi biex ilmessaġġ ta’ Ġesù jasal għand dawn it-tfal u ż-żgħażagħ anke fiż-żminijiet tal-lum.
Ejjew ma nħallux ir-rutina tikkontrollalna ħajjitna. Filwaqt li ż-żmien tas-sajf huwa mfittex fost ħafna, minħabba l-mistrieħ li jġib miegħu iżda huwa żmien fejn nieqfu ftit mir-rutina tas-soltu u għalhekk inkunu nistgħu nirriflettu aħjar fuq dak 6
Awwissu | Settembru 2015
I
5
Formazzjoni
Messaġġ mid-Direttur minn Carmel Caruana
Għ
eżież Kandidati, Qegħdin fl-eqqel tas-sajf, u mingħajr ma trid f’moħħna millewwel jiġi l-ħsieb li hemm bżonn nistrieħu ftit. Dan huwa tajjeb ħafna, meta kollox isir f’ħinu u f’waqtu. F’dan il-perjodu tas-sena wkoll, jiġi żmien liturġiku speċjali għalina l-Maltin li niċċelebraw waħda millakbar festi ta’ Ommna Marija, l-Għid tal-Assunta jew kif nafuha aktar Santa Marija. Kemm Marija, kif ukoll l-Knisja għandhom messaġġ għalina l-insara f’dan ir-rigward. Jekk inħarsu lejn iż-żmien li fih saret id-Domma talFidi tal-Assunta, naraw li din saret ftit snin wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Dak iż-żmien fid-dinja kien hawn sħaba sewda ta’ pessimiżmu, u biża’ u kien għalhekk li l-Papa Piju XII, ried iwassal messaġġ pożittiv lejn il-ħajja u lejn l-eternità. Għalhekk il-festa talAssunta toqgħod eżatt f’dan il-ħsieb hekk sabiħ ta’ ottimiżmu lejn dak li jiġri f’ħajjitna u fl-eternità. Marija għandha messaġġ ta’ tama
Il-Kandidat
għalina, mhux għax ma kellhiex iddiffikultajiet u l-problemi tagħha, anzi għax għarfet tilqagħhom bħala r-rieda t’Alla f’ħajjitha, u dejjem għamlet dak li ried minnha Hu. F’ħajjitna aħna wkoll żgur li għandna, jew se jkollna ħafna minn dawn l-okkażjonijiet, u xi kultant nifhmu u drabi oħra mhux biss ma nifhmux, imma nħossu li d-dinja se taqa’ fuqna. Dan jiġri lil kulħadd mhux lil min għadu żagħżugħ biss. Kuraġġ, inħarsu lejn Marija, dik il-mara li l-ħarsa tagħha qatt ma qalgħatha minn fuqU. Dik il-mara li kellha qalbha fl-art għall-bżonnijiet tal-oħrajn (Tieġ ta’ Kana) u moħħha fis-sema biex tagħmel ir-rieda tegħu, kif qrajna fil-Vanġelu fil-festa talAssunta, “F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta” u “Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, u l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-Salvatur tiegħi”. 7
Formazzjoni Spiritwali
Formazzjoni
Ix-Xebba li pperseverat minn Jeremy Spiteri
T
qila minn raġel ieħor, u ta’ età daqshekk żgħira x’għarukaża, imissha tistħi! Nista’ nimmaġina lsien il-Maltin kif kien jinħall li kieku l-ġrajja ta’ Marija seħħet ġewwa l-gżejjer tagħna! Waqt li niċċelebraw il-festa ta’ Santa Marija, li hija waħda mill-festi pjuttost popolari u importanti għal ħafna Maltin u Għawdxin, huwa importanti li nirriflettu u nħarsu lura lejn il-bidu tal-ġrajja ta’ Marija, xebba minn Nażaret li ngħatat il-missjoni biex tkun Omm Alla. Madankollu, qabel dan it-titlu maestuż, Marija kienet omm żagħżugħa li, bħal ħafna ommijiet oħra, ingħatat kompletament għal binha Ġesù! Infatti numru ta’ studjużi u ħassieba jimmarkaw l-età ta’ ħmistax-il sena bħala dik l-età meta l-Anġlu Gabrijel ħabbar 8
it-twelid ta’ Ġesù. Minkejja li m’hemmx ċertezza dwar dan, din setgħet kienet possibilità kbira, għaliex il-kultura li fiha trabbiet Marija kienet kultura fejn iż-żwieġ kien japplika minn età żgħira, saħansitra kienet prattika u drawwa komuni li l-bniet jingħataw għaż-żwieġ meta jagħlqu t-tnax/tlettax-il sena. Il-punt li nixtieq inwassal huwa li Marija kienet għadha żagħżugħa meta aċċettat li tkun parti mill-pjan t’Alla! Żagħżugħa! Żagħżugħa tal-età tagħna! Irreġistrjajt din l-idea!? Qiegħed nagħmel din l-enfasi għaliex huma l-ftit li jirriflettu fuq Marija bħala żagħżugħa. Marija, li bħal ħafna żgħażagħ oħra kellha tikkumbatti l-ostakli u d-diffikultajiet li ngħaddu Awwissu | Settembru 2015
5
Formazzjoni
minnhom fi żmien iż-żgħożija. Dan il-ħsieb jaffaxxinani għaliex nara wkoll fil-persuna ta’ Marija, żagħżugħa li ħalliet kollox biex timxi u twettaq dak li Alla ried minnha. L-eżempju tagħha jnissel fija wkoll sens ta’ kburija li jiena żagħżugħ u li jiena wkoll, minkejja l-età żgħira tiegħi u n-nuqqas ta’ esperjenza, nista’ noffri ż-żgħożija tiegħi għall-Alla. U dan ifisser li noffri l-enerġija, l-entużjażmu, il-ferħ, il-praspar, it-tfittxija, il-kurżità l-imħabba, u dak kollu li jrawwimna u jagħmilna żgħażagħ. Min din iż-żagħżugħa, li hija kontradizzjoni għall-ħajja li aħna qegħdin niffaċċjaw illum, nesperjenzaw is-sagrifiċċju, id-dispożizzjoni, il-fidi, is-safà, il-perseveranza u l-imħabba filmilja tagħhom. Marija kienet xempju tat-tjubija u tas-safà, Il-Kandidat
Formazzjoni Spiritwali
żewġ kwalitajiet li wasluha biex il-missjoni impossibbli kellha ssir possibli u reali. U din lili tagħmilli ħafna kuraġġ għaliex il-persuna ta’ Marija bħala omm żagħżugħa turina kif Alla jagħmel użu minn diversi nies biex iwettaq il-pjanijiet Tiegħu, u li l-età m’għandhiex tkun ostaklu li twaqqafna milli nagħmlu dak li Alla jrid minna. Għalhekk ħbieb ejjew bħal Marija noffru ż-żgħożija tagħna għal Alla. Permezz tas-Soċjetà, aħna għandna l-grazzja u x-xorti li nużaw l-enerġija, is-saħħa u l-entużjażmu tagħna għal skop aħħari. Huwa ta’ sodisfazzjon kbir li tħares lura lejn ħajtek u tirrealizza li minflok taħli żgħożitek, iddeċidejt li toffri żgħożitek għal ħaddieħor u biex Ġesù jkun magħruf u maħbub!
9
Parir
Formazzjoni
Ripples of Change minn Jeremy Farrugia
Meta wieħed jitkellem fuq bidla, wieħed ikun qed jirreferi kemm għal bidla pożittiva jew inkella waħda negattiva. Meta bniedem jiltaqa’ ma’ xi trawma, esperjenza negattiva jew inkella ħbieb mhux daqshekk tajbin, forsi mingħajr ma tagħtih tort sal-aħħar, jista’ jinbidel u jibda juri karattru inqas pjaċevoli milli jkollu qabel. Min-naħa l-oħra, individwu li jaħdem fuqu nnifsu biex jikber u jkun ta’ ġid għalloħrajn, jista’ kontinwament jinbidel għall-aħjar. Il-bidla, minkejja li mhux kulħadd jeħodha l-istess, hija xi ħaġa sabiħa, esperjenza ġdida li ġġib magħha sfidi ġodda. FisSoċjetà, insibu diversi eżempji fejn ikun hemm xi tibdil fosthom meta d-Delegat tas-Superjur Ġenerali jsejjaħ lil soċju biex 10
imur f’qasam ieħor jew jaħtru Superjur. Naturalment, din ilbidla ma tkunx faċli għal kollox. Dan għaliex, wieħed irid jidra l-ambjent il-ġdid li jkun fih, ilkultura tal-post u jrid jidra wkoll lil sħabu l-ġodda li jrid jaħdem magħhom li kollha għandhom il-karattri tagħhom. Ma jfissirx li għax xi ħaġa ma tistax tindara mal-ewwel, wieħed għandu jaqta’ qalbu. Dan bħal meta nixtru xi makkinarju ġdid. L-ewwel ikollna l-manual fejn jgħidilna kif l-oġġett għandu jintuża u mbagħad nibdew nippruvaw inħaddmuh aħna stess. Għalhekk dawn iċċirkustanzi jieħdu ż-żmien biex jindraw. Madankollu, sitwazzjonijiet bħal dawn jgħinuk tikber. Ġeneralment, meta nitkellmu Awwissu | Settembru 2015
5
Parir
Formazzjoni
fuq bidla għall-aħjar, inkunu qed nirreferu għall-konverżjoni. Fl-Iskrittura nsibu diversi rakkonti ta’ konverżjonijiet, fejn individwu jew gruppi ta’ nies ma kinux jemmnu f’Ġesù u fit-tagħlim tiegħu imma meta kellhom xi tip ta’ kuntatt miegħu emmnu u biddlu ħajjithom. Aħna, li nagħmlu parti minn din is-Soċjetà, għandna kuntatt dirett mat-tfal li jattendu l-oqsma tagħna, tfal li kollha għandhom l-istejjer tagħhom. Min jaf, forsi xi darba kellna klassi naqra fuq tagħha u ma tkunx faċli għalik biex tagħmel il-lezzjoni jew biex tikkoreġihom u min jaf kemm staqsejt x’tista’ tagħmel f’din issitwazzjoni, għax wara kollox, huwa l-irwol tagħna li narawhom jikbru u jersqu aktar lejn Ġesù. M’għandnix nippretendu li Il-Kandidat
nagħmlu affarijiet ta’ barra minn hawn, imma tajjeb li niftakru f’dak li kienet tgħid Madre Tereża: “Not all of us can do great things. But we can do small things with great love”. Li kieku wieħed jirrifletti fid-diska popolari Man in the Mirror ta’ Michael Jackson, jifhem li biex wieħed ikun jista’ jbiddel għallaħjar lil ta’ madwaru, tajjeb li l-ewwel jibda bih innifsu u ma jħallix il-konverżjoni tkun proċess ta’ darba biss f’ħajtu.
“I alone cannot change the world, but I can cast a stone across the waters to create many ripples. Mother Teresa
” 11
Kitbiet mill-Fundatur
Formazzjoni
Il-Pulptu ta’ Patri Franku minn Daniel Sammut
Q
spiritwali bħalma huma l-fidi u d-dixxerniment talIspirtu filwaqt li jindirizza l-importanza ta’ kull stedina u anke modi ta’ kif wieħed jista’ jikber f’din l-istess stedina. Infatti fil-Pulptu numru 50 - Mezzi għas-salvazzjoni tal-erwieħ jinkludi mezzi bħalma huma t-tagħlim, l-orazzjoni u s-sagrifiċċju. Jikkonkludi billi jikteb li m’hemmx glorja hekk għall-bniedem L-għan ta’ dan il-ktieb kbira huwa wieħed - Il-Qdusija. daqskemm li jkun kawza li San Ġorg jagħmel bosta jsalva ruħu. stediniet li jolqtu dirett ilqalb disposta tal-qarrej. Tinħass il-kwalità Huwa jitkellem fuq suġġetti umana ta’ San Ġorg meta att iltqajt mal-ktieb ta’ San Ġorġ blisem: Il-Pulptu ta’ Patri Franku? Dan il-ktieb, miktub fi żmien li fih Dun Ġorg kien diġà xjaħ, huwa ktieb maqsum f’113-il Pulptu jew taħdita. Kull Pulptu jinqasam bl-istess mod: jiġifieri tibda bi stedina, tkompli b’taħdita żgħira u fl-aħħar, ilkonklużjoni.
12
Awwissu | Settembru 2015
5
Kitbiet mill-Fundatur
Formazzjoni
jindirizza suġġetti bħalma huma r-rispett uman u d-dinjità tal-bniedem. Huwa għalhekk li jisħaq fuq ċertu virtujiet morali bħal ngħidu aħna l-kuxjenza. Ma jonqosx milli jagħmel numru ta’ stediniet fuq l-aħħar ħwejjeġ. San Ġorġ jitkellem fuq il-mewt, ilġudizzju temerarju u l-infern.
Kemm kotba kiteb ilfundatur tagħna San Ġorġ Preca! Kemm kien għaqli li ppreżentalna dawn ilkotba kollha bħala ikel spiritwali tagħna, biex nibqgħu nikbru dejjem iżjed fl-imħabba tagħna lejn Alla, sakemm immorru u ma nerġgħux niġu.
“il-bniedem m’għandu xejn kontra tiegħu nnifsu
ħlief l-imħabba tiegħu nnifsu li hija l-kawża għalih innifsu ta’ kull dnub. San Ġorġ Preca
Il-Kandidat
”
13
Ħajja ta’ Qaddis
Formazzjoni
Madre Tereża minn Ian Debattista
T
ereża ta’ Kalkutta, jew kif inhi magħrufa aħjar Madre Tereża twieldet fis-26 t’Awwissu 1910. Hija għexet il-maġġoranza ta’ ħajjitha flIndja. Hija twieldet fejn illum il-ġurnata huwa parti millMaċedonja. Ta’ 18-il sena hija saret parti mis-sorijiet ta’ Loretu bħala missjunarja. Li ssir missjunarja kienet xewqa ta’ Tereża minn mindu kienet żgħira fejn tal-età ta’ 12-il sena kienet konvinta li riedet tikkommetti lilha nnfisha għall-ħajja reliġjuża. fl-24 ta’Mejju 1931 hija saret soru fejn bidlet l-isem t’Anjeżi li ngħata lilha filMagħmudija għal Tereża 14
ta’ Lisieux, il-padruna talmissjunarji. Il-ġuħ kbir li ltaqgħet miegħu ġewwa Kalkutta, Tereża tiddiskrivih bħala “sejħa f’sejħa oħra” Dan għaliex hija bdiet toħroġ tgħin lill-foqra u lin-nies bilġuħ. Fis-7 t’Ottubru 1950, wara li ntlaqgħet it-talba mill-Vatikan, Madre Tereża waqqfet il-missjonijiet talkarità, li hija kongregazzjoni tal-Knisja Kattolika. Hija tikkonsisti minn madwar 4,500 soru u hija attiva f’iktar minn 133 pajjiż. Il-missjoni kienet li tieħu ħsieb nies bilġuħ, nies li m’għandhom Awwissu | Settembru 2015
5
Formazzjoni
xejn, nies mingħajr dar u nies li jħossuhom mhux maħbubin minn ta’ madwarhom. Fl-1952, Madre Tereża fetħet l-ewwel dar għal nies li qegħdin imutu. L-iskop skont Madre Tereża huwa li “għal nies li għexu bħallannimali jmutu bħala anġli, maħbubin”. Il-kongregazzjoni baqgħet tikber kemm flgħajnuna li kienet tagħti kif ukoll fil-popolarita’ tagħħa madwar l-erbat irwieħ taddinja.
Ħajja ta’ Qaddis
soffriet minn attakk tal-qalb meta kienet qed iżżur lil Papa Ġwanni Pawlu II. Hija baqgħet qatt ma rkuprat minn wara dan l-attakk, fejn hija mietet fil-5 ta’ Settembru 1997. Madre Tereża għandha tkun t’eżempju għalina hekk kif aħna ukoll għandna nissagrifikaw xi affarijiet minn ħajjitna għall-ġid taloħrajn.
Is-saħħa ta’ Madre Tereża bdiet sejra lura. Hija Il-Kandidat
15
Saħħa
Għarfien Ġenerali
Is-Saħħa Soċjali minn Michael Gauci
L
-antropologi (dawk li jistudjaw in-natura talbniedem bid-diversi livelli tagħha) jiddeskrivu lillmembri tar-razza umana bħala ‘annimali soċjali’. Din id-deskrizzjoni tagħraf lissoċjetà bħala parti integrali min-natura tal-bniedem u għaldaqstant, jekk ir-relazzjoni ta’ bejn bniedem u s-soċjetà ta’ madwaru tkun waħda dgħajfa, dan inevitabbilment iwassal biex il-bniedem innifsu jkun dgħajjef. Sfortunatament, minn żmien għal żmien nisimgħu bi stejjer ta’ kif żgħażagħ ikunu neħħew ħajjithom b’idejhom sforz il-kummenti negattivi li jkunu qed jirċievu mingħand nies li ma jkunu jridu xejn għajr li jarawhom mifnijin u 16
mnikktin. Din is-sitwazzjoni ġieli twassal lill-vittma biex minflok tfittex l-għajnuna tibda ma tafda ‘l ħadd għax taħseb li kulħadd se jiġġudikaha blistess mod ta’ kif ikun qed jiġġudikaha ħaddieħor. Din l-attitudni tkompli twassalha biex tibda tobgħod lis-soċjetà u tibda taħseb f’modi ta’ kif tista’ taħrab minnha, bl-iktar mezz effettiv fil-fehma tagħha jkun, is-suwiċidju. Nies li għandhom dawn il-problemi jeżistu f’Malta u jista’ jkun li aħna nafu xi wħud minnhom ukoll. Allura l-mistoqsija tiġi waħedha. X’nistgħu nagħmlu aħna biex ngħinuhom? L-ewwelnett, dawn in-nies ma jkunu jridu xejn għajr lil xi ħadd li jifhimhom u li hu lest biex Awwissu | Settembru 2015
I
5
Saħħa
Għarfien Ġenerali
jismagħhom. Dan għalhekk għandu jkun l-ewwel pass tagħna biex ngħinuhom. Wara li nagħrfu sewwa fiex tikkonsisti l-problema u nintebħu li din hi problema li ma tissewwiex b’sempliċi parir mingħand ħabib; it-tieni pass li għandna nagħmlu hu li nippruvaw nikkonvinċu lill-ħabib tagħna sabiex jiftaħ qalbu ma’ wieħed professjonista u nassigurawh li permezz t’hekk, il-problema tiegħu se tissolva. Huwa importanti ħafna li lil dawn it-tip ta’ nies nibqgħu nkellmuhom regolarment biex ma jħossuhomx waħedhom u forsi b’hekk inkunu kapaċi ntaffulhom wkoll xi ftit millproblemi li jkunu qed jaffaċjaw.
komunikazzjoni tal-preżent. Bla dubju nistgħu ngħidu li saru avvanzi kbar f’dawn l-aħħar għoxrin sena fil-faċilità li biha nistgħu nikkomunikaw ma’ ħaddieħor. Dan iżda ma jfissirx li l-kuntatt ta’ bejnietna tjieb bl-istess mod. Il-mezzi relattivament ġodda tal-lum huma għodod utli għal min jixtieq jikkomunika ma’ ħafna nies f’daqqa iżda bħal kull tip ta’ għodda, min jużaha jrid ikun jaf jużaha tajjeb. Jekk le, din mhux talli tgħin lill-individwu biex ikun iktar soċjevoli iżda tkissru bil-qawwa kbira tagħha li m’għandhiex limiti.
Nagħlaq billi ngħid kelmtejn fuq il-mezzi ta’ Il-Kandidat
17
Għarfien Ġenerali
Ġeografija
Għar Dalam minn Sebastian Sammut (Qormi I)
G
ħar Dalam li għandu iktar minn 500,000 sena, jinsab ġewwa Birżebbuġa u fih jinsab ħafna għadam ta’ annimali li ġew estinti hekk kif spiċċa l-‘Ice age’, fosthom ippopotami u ċriev. L-ippopotami ilhom li ġew estinti 180,000 sena ilu waqt li ċ-ċriev ġew estinti madwar 18,000 sena ilu. F’Għar Dalam instabu wkoll fdalijiet tal-ewwel nies li kienu jgħixu Malta. L-ewwel poplu jmur lura 7,400 sena. L-għar kien l-ewwel investigat fl-1885 u mbagħad kien miftuħ għan-nies 48 sena wara. Kien jintuża bħala xelter matul itTieni Gwerra Dinija u ftit wara tqiegħed mużew ħdejn dan l-istess għar. Iżda sfortunatament, fl-1980 l-iktar affarijiet importanti fil-mużew ġew misruqa. L-għar kien investigat iktar fid-dettall seba’ snin wara minn tim t’arkeoloġisti Taljani u fost
18
l-affarijiet li sabu, kien hemm, tipi differenti t’arti li kienu għamlu l-ewwel nies kif ukoll diversi disinni magħmulin mill-annimali. Dawn kollha nstabu taħt il-blat ħiereġ ’il barra. L-Għar huwa twil 144 metru imma l-ewwel ħamsin metru biss huma aċċessibbli għall-viżitaturi. L-għar jikkonsisti minn sitt saffi: 1. Is-saff ta’ fuq huwa madwar 74 ċentimetru u fih issib għadam u affarijiet li għandhom x’jaqsmu mal-annimali domestiċi. Ma’ dawn, instabu wkoll numru ta’ għodod jew ornamenti. 2. Dan is-saff huwa saff irqiq ta’ madwar 0.6 ċentimetri li huwa magħmul mill-ġir. 3. It-tielet saff huwa saff fond ħafna ta’ madwar 175 Awwissu | Settembru 2015
I
5
Għarfien Ġenerali
Ġeografija
ċentrimetri. Fih instabu diversi ċriev u numru żġħir ta’ kannibali; eżempju: lupu. 4. Dan is-saff li huwa madwar 35 ċentimetri, jikkonsisti minn daqsijiet varji ta’ ġebel. Il-ġebel iż-żġħir jindika li xi darba kienet tgħaddi xmara waqt li l-ġebel il-kbir huwa xhieda tal-veloċità qawwija tal-istess xmara. 5. Il-ħames saff li huwa madwar 120 ċentimetru jikkonsisti minn
ippopotami u ljunfanti żgħar. 6. Fl-aħħar saff wieħed jista’ isib biss tafal li ma fih l-ebda għadam fih. Xi fdalijet huma tal-pjanti. Għar Dalam huwa post fejn wieħed jista’ jara l-istorja tal-ħajja fuq Malta matul iz-żminijiet u għalħekk għandna nibżgħu għal dan il-post li huwa ta’ preġju kemm għalinail-Maltin kif ukoll għal min iżurna.
Is-saffi fuq xulxin kif spjeġati. Il-Kandidat
19
Għarfien Ġenerali
Personaġġi Maltin
Nazju Falzon minn Luke Azzopardi
N
azju Falzon twieled il-Belt Valletta nhar l-1 ta’ Lulju tal-1813. Huwa ġie mgħammed fil-Knisja ta’ Porto Salvo fil-Belt stess. Missieru, Ġużeppi Falzon, kien avukat filwaqt li ommu, Maria Tereża, kienet it-tifla tal-avukat Calcedonio Debono. Nazju kellu wkoll ħutu – l-erbgħa li huma subien, inkluż hu – li kollha gradwaw fil-Liġi, bi tnejn minnhom li mbagħad saru qassisin (Dun Kalċidon u Dun Frans). Ta’ ħmistax-il sena, huwa kien diġà rċieva l-ordnijiet
20
minuri, però huwa xtaq li ma jkomplix għal patri, allavolja kien għadu kif ġab degree fit-Teoloġija! Madanakollu, huwa beda jgħallem ilkatekiżmu lit-tfal malIstituzzjoni tar-Ragħaj it-Tajjeb, l-ewwel filKnisja ta’ Santa Barbara mbagħad fil-Knisja tal-Vitorja. Barra li jgħallimhom kien ukoll jgħinhom finanzjarjament. Nazju Falzon jibqa’ l-aktar famuż fost il-Maltin għattagħlim li kien jagħti lis-suldati Ingliżi li kienu Malta f’dak iż-żmien, li Awwissu | Settembru 2015
I
5
Għarfien Ġenerali
kienu jammontaw għal madwar 20,000. Għallbidu kien ilaqqagħhom id-dar tiegħu stess, ġewwa Strada Stretta, però maż-żmien innumru ta’ suldati beda jiżdied tant li kellhom jiġu trasferiti għall-knisja talĠiżwiti fil-Belt. Waqqaf anke għaqda għal dawn – il-Kongregazzjoni tarRużarju – u kiteb xi kotba għalihom, filwaqt li kien ikun żgur li jġib kotba reliġjużi minn barra minn Malta biex tkun aktar faċli għalihom biex jaqrawhom u jifhmuhom.
Il-Kandidat
Personaġġi Maltin
Is-suldati kienu japprezzaw dan kollu, u lil Nazju kienu jħobbuh fuq hekk. Kienu jafdawh fuq ħafna affarijiet, fosthom pariri rigward affarijiet fuq il-liġi – peress li kienu jafu li kellu degree f’dan il-qasam – u anke kienu jafdawh fuq ħwejjeġ personali bħal oġġetti tad-deheb u affarijiet prezzjużi, speċjalment qabel imorru għal xi battalja biex f’każ li jinqala’ xi ħaġa, ikun jista’ jħalli l-affarijiet malfamiljari tagħhom. Iż-żmien kompla 21
Personaġġi Maltin
għaddej, u aktar suldati u ħaddiema tas-Servizzi Ingliżi komplew ġejjin għat-tagħlim mingħand Nazju, saħansitra dawk Protestanti. Madwar 650 minn dawn anke tgħammdu permezz ta’ Nazju Falzon, u kien anke jibqa’ jinvolvi ruħu u jgħin lil dawn l-irġiel speċjalment dawk li ‘il quddiem kien jiżżewġu nisa Maltin. Niftakru li f’dan iż-żmien, il-Liġi Kanonika tal-Knisja kienet tippermetti żwiġijiet bejn Kattoliċi u Kristjani oħra b’eċċezzjonijiet biss, u qalb il-Maltin stess 22
Għarfien Ġenerali
dawn it-tip ta’ żwiġijiet kienu jidhru ftit koroh fil-għajn. Għalhekk Nazju kien iħeġġiġhom ħafna biex iħaddnu r-reliġjon Kattolika, filwaqt li jtihom pariri ta’ kif għandhom jgħixu ħajja ta’ veru Kattoliċi. Suldati oħrajn daħlu f’vokazzjonijiet oħra bħal qassisin jew patrijiet: dawn ukoll kienu jirċievu ħafna għajnuna mingħand Nazju. Nazju Falzon miet propju dakinhar ta’ għeluq sninu, fl-1 ta’ Lulju 1865, ta’ 52 sena. Huwa ġie midfun fil-Knisja tal-Franġiskani Awwissu | Settembru 2015
I
5
Għarfien Ġenerali
Minuri l-Belt Valletta. Fi ftit żmien, il-qdusija li wera Nazju Falzon bdiet tiġi mxandra mhux biss ma’ Malta iżda anke filpajjiżi minn fejn kienu ġew is-suldati. L-idea li jiġi bbeatifikat millewwel bdiet tfeġġ f’moħħ dawn in-nies, saħansitra li meta nfatti bdiet tiġi studjata l-ħajja tiegħu għal beatifikazzjoni, saħansitra anke isqfijiet mill-Ingilterra bagħtu l-inkoraġġiment tagħhom biex dan isir, wara dak li kienu semgħu mis-suldati stess.
Il-Kandidat
Personaġġi Maltin
Il-miraklu li bih propju Nazju Falzon ġie ddikjarat bħala Beatu, seħħ fl-1981 meta persuna li kellha tumur, u li ftit kellha tama għal ħajja, sparixxielha kompletament wara operazzjoni mingħajr m’għamlet l-ebda tip ta’ chemotherapy. Dan wara li l-familja tiegħu talbet lil Nazju Falzon għall-intervent tiegħu. Il-Beatifikazzjoni ġiet approvata nhar id-19 ta’ Frar 2001.
23
Għarfien Ġenerali
Attwalità
Laudato Sì minn Julian Spiteri
N
aħseb li lkoll smajna bit-tieni Enċiklika talqdusija tiegħu l-Papa Franġisku li ġġib l-isem ta’ Laudato Sì, li bi lsienna tfisser ‘Tkun Imfaħħar’. L-ewwel enċiklika li ppubblika dan il-Papa hija Lumen Fidei li nistgħu ngħidu li hija aktar xogħol il-Papa emeritu Benedittu XVI. Għalhekk Laudato Sì hija l-ewwel enċiklika kompletament miktuba minn idejn Papa Franġisku. Hija enċiklika: li titratta dwar l-għożża tad-dar komuni, l-ambjent li fih ngħixu. Din l-enċiklika ġiet ippubblikata fl-24 ta’ Mejju 2015. Fiha daħla u sitt kapitli. Fid-daħla, il-Papa jibda b’talba ta’ San Franġisk, “Mulejja, tkun imfaħħar f’oħtna u ommna 24
l-Art, għax minnha l-għajxien u hi tmexxina, u tagħti frott ta’ kull bixra, ward bi lwien u ħxejjex.” Bħal kull dokument ieħor, din l-enċiklika ħadet isimha millewwel żewġ kelmiet tal-ewwel sentenza. Meta ġiet tradotta għall-Malti, il-kelma “Mulejja” ġiet qabel. Dawn huma l-kapitli talenċiklika 1. Dak li qed jiġri lid-dar tagħna; 2. L-Evanġelju tal-ħolqien; 3. L-Għerq uman tal-kriżi ekoloġika 4. Ekoloġija integrali; 5. Xi linji ta’ orjentament u azzjoni; 6. Edukazzjoni u spiritwalità ekoloġika. Awwissu | Settembru 2015
I
5
Għarfien Ġenerali
Xi punti u temi prinċipali, filqosor ħafna, li l-Papa jitkellem fuqhom f’din l-enċiklika huma: • L-ambjent mill-perspettiva tan-Nisrani • Il-foqra huma l-aktar diżvantaġġjati mit-tibdil filklima • Li tkun kuntent b’dak li għandek • It-tagħlim soċjali tal-Knisja jinkludi wkoll l-ambjent • Id-diskussjonijiet dwar l-ekoloġija jistgħu jiġu msaħħa mill-Bibbja u mittradizzjoni tal-Knisja • Kollox hu konness flimkien – inkluż l-ekonomija • Ir-riċerka xjentifika dwar l-ambjent għandha tkun imfaħħra u użata • L-indifferenzi u l-egoiżmu Il-Kandidat
Attwalità
jżidu l-problemi ambjentali • Hemm bżonn ta’ solidarjetà u djalogi globali • Hemm bżonn ta’ bidla filqalb Din l-enċiklika bdiet b’talba u tispiċċa b’żewġ talbiet oħra, ‘Talba għal din l-art tagħna’ u ‘Talba Nisranija mal-ħolqien.’ In-nisrani hu fid-dmir li jieħu ħsieb dan ir-rigal prezzjuż li tana Alla. B’din l-enċiklika l-Papa qed ikompli jħeġġiġna biex kulħadd jagħti sehmu u ma nħallux dan ir-rigal ikompli jitgħarraq. Inħeġġek biex issib ċans u taqra din l-enċiklika li tinsab ukoll bil-Malti kemm bħala ktieb u kif ukoll online.
25
Riżorsi
Varji
Loyola Press minn JeanLuc Mangion
L
Missierna jew is-Salve Regina, iżda huwa talb li wieħed jista’ jgħid f’xi ċirkustanzi komuni fost it-tfal. Xi eżempji jinkludu sitwazzjonijiet bħal meta jmut l-annimal tiegħu jew meta wieħed ikun ħa jmur jgħix f’dar oħra. Hemm ukoll talb dedikat għall-ommijiet, għall-missirijiet, għallLoyolapress.com toffri għalliema u saħansitra ħafna riżorsi li bihom il- għall-awtoritajiet reliġjużi. katekist jista’ jżewwaq Din is-sit toffri wkoll stejjer addattati il-lezzjonijiet tiegħu. tal-qaddisin Sezzjoni minnhom tinkludi apposta għat-tfal. xi talb li huwa adattat għatDawn l-istejjer tfal. Dan ma jikkonsistix f’talb bl-amment bħall- jirrankkontaw l-istorja taloyolapress.com hija waħda mill-ħafna siti elettroniċi li huma disponibbli għall-katekist biex jgħinuh fil-lezzjonijiet tiegħu. Kif wieħed jista’ jintebaħ mill-isem, dan issit ġie mnedi mill-Ġiżwiti u bla dubju semmewh wara l-fundatur tagħhom, Sant’Injazju ta’ Loyola.
26
Awwissu | Settembru 2015
I
5
Riżorsi
qaddis kif ukoll jinkludu xi tagħlima li biha t-tfal jistgħu isiru aktar jixbhu lill-qaddisin. Din is-sit tkopri ħafna stejjer tal-qaddisin għax tista’ tgħid li hemm kważi storja għal kull jum fissena. Mehmuża mat-taqsima tal-’Qaddisin’ hemm ukoll xi reċti li bihom il-katekist jista’ jlaqqa’ t-tfal ma dawn il-personaġġi. Dawn ilpersonaġġi ma’ jinkludux qaddisin biss iżda anka beati bħal Oscar Romero u anke Servi t’Alla, bħal Il-Kandidat
Varji
Kateri Tekakwitha. Imferrex f’Loyolapress.com wieħed isib diversi attivitajiet maħsuba apposta għattfal. Fosthom insibu xi tpinġijiet bit-tema Marjana u anke xi xogħol kreattiv għat-tfal assoċjat ma’ festi bħal Jum ilQaddisin Kollha u Jum l-Erwieħ. Din is-sit hija għal qalbi għax fih wieħed isib diversi forom ta’ kif jista’ jgħaddi l-messaġġ u t-tagħlim lit-tfal. Tajjeb li wieħed jipprova jvarja l-lezzjonijiet tiegħu ħalli għat-tfal, id-duttrina ma tidhirx monotona iżda divertenti. 27
Riżorsi
Mużika
minn Matthew Abela
I
l-band Footprints kienet iffurmata fis-sena 2000 minn erbat iħbieb Ii kienu jgħixu qrib ta’ xulxin u li kellhom imħabba komuni – il-mużika. Ftit snin wara t-twaqqif tagħha, l-għeruq insara ta’ din il-band bdew jiġu mmanifestati permezz tal-Christian Rock, ġeneru partikulari ta’ mużika. Il-membri ta’ din il-band ma damux wisq sakemm huma stess bdew jiktbu xi kanzunetti. Kien permezz ta’ hekk li huma setgħu jkomplu jwasslu messaġġ pożittiv u nisrani permezz tal-mużika li huma stess bdew joħolqu. Bħalissa, 28
il-band
hija
magħmula minn Jurgen Scicluna, li huwa l-Kantant, Hilary Spiteri u Bernard Catania fuq il-Kitarra, Keith Scicluna fuq il-Bass, u Ivan Cassar fuq id-Drums. Aktar ma jmur, Footprints bdew aktar iżidu filpopolarità tagħhom. Tant hu hekk li mhux l-ewwel darba li din il-band ġiet mistiedna ddoqq f’avvenimenti nazzjonali u laqgħat tażżgħażagħ, fost l-oħrajn. Fl2011, Footprints iċċelebrat l-għaxar anniversarju mittwaqqif tagħha billi nediet sett ta’ kanzunetti ġodda li flimkien iġibu l-isem ta’ ‘777’. Magħmul minn tmien kanzunetti oriġinali, Awwissu | Settembru 2015
I
5
Riżorsi
Mużika
il-messaġġ ewlieni ta’ dan l-album jiffoka fuq ilpreżenza ta’ Alla fil-mixja talħajja ta’ kull nisrani. Matul l-2012, Footprints kompliet bil-ħidma tagħha permezz ta’ proġett ġdid bilgħan li joħloq aktar kuxjenza dwar l-abbuż mill-vizzju tad droga. Flimkien ma’ Aġenzija Sedqa u Aġenzija Żgħażagħ, Footprints tat il-kontribut mużikali tagħha billi nediet kanzunetta li ġġib l-isem ta’ ‘Stick No Bills‘, bil-għan li tinkoraġġixxi ż-żgħażagħ jibqgħu ‘l-bogħod middroga. Il-band għandha Il-Kandidat
jistennieha. Bħalissa, ilmużiċisti ta’ din il-band qegħdin jaħdmu fuq żewġ proġetti partikolari. L-ewwel minn dawn il-proġetti huwa ffukat fuq kanzunetti Maltin, filwaqt li l-proġett l-ieħor huwa ffukat fuq it-tnedhija tat-tieni album tagħhom. Ejjew nitolbu sabiex, bilgħajnuna ta’ Alla, din il-band tkompli twassal il-valuri Nsara permezz ta’ mezzi li jattiraw aktar tfal u żgħażagħ lejn Ġesù.
Footprints futur sabiħ 29
Esperjenzi
Kandidat
“X’nagħmel mingħajr il-Museum?” minn Roberto D’Amato
Għ
amilt żmien twil nistaqsi lili nnifsi din il-mistoqsija: “Imma kieku jien mingħajr il-Museum x’nagħmel?” U qed ngħid ‘għamilt’ għax għaddejt mill-esperjenza li nkun barra mill-Museum u allura issa nista’ ngħid li kieku x’kont nagħmel. Għalkemm il-Museum minn dejjem kellu post speċjali f’qalbi, kien wara tliet snin li kont ilni kandidat li wasalt għal deċiżjoni li posti mhux fil-Museum. Tant kont deċiż li kellimt lis-Superjur, lid-Direttur u kif ukoll lis-soċi u l-kandidati tal-qasam ta’ Birżebbuġa fuq din id-deċiżjoni li mhux se nkompli nattendi. U ġiet il-mistoqsija: “Issa x’se nagħmel?” Ngħidilkom il-verità kien sajf mimli, sajf li fih prattikament lanqas ħin għalija nnifsi ma kelli għax ridt nara kif issa se nimla l-ħin tiegħi. Min jafni, jaf li jien inħobb ħafna 30
l-festi. Kien għalhekk li ingħaqadt mal-Għaqda tal-Armar, xogħol li prattikament joħodlok ħafna żmien. Barra minn hekk rajt kif nista’ nagħmel daqsxejn xogħol volontarju fil-Parroċċa biex b’hekk ngħin kif nista’ fil-ħafna attivitajiet li tagħmel il-parroċċa. Ħaġa oħra li rajt li għamilt hu li nqatta’ ftit iktar ħin ma’ sħabi li ma kinux filMuseum. Issa li ma kellix impenji filgħaxijiet sibt il-ħin addattat biex b’hekk ingawdi ftit lil sħabi li tant aħna viċin ta’ xulxin. Iżda nistqarr magħkom li ma kontx kuntent. Qalb dawn l-affarijiet kollha qalbi ma sabitx serħan għax baqgħet tħabbat xi mkien ieħor; fil-Museum. Filfatt ma kienx darba jew tnejn li sibt skuża biex naqbeż qabża s’hemm, daqqa hekk u daqqa hekk. U mhux hekk biss iżda kont niltaqa’ ma’ diversi nies, ħafna minnhom tfal u ġenituri li jistqarru Awwissu | Settembru 2015
I
5
Esperjenzi
miegħi l-ħsibijiet tagħhom dwar id-deċiżjoni tiegħi. Diskursata minnhom ma ninsiha qatt. Waħda mara kienet qaltli: “Il-Mulej irid minnek affarijiet kbar. U naf, għax tlabt għalik!” Dak il-ħin ma fhimthiex u ħsibtha qed tiċċajta iżda aktar ma’ għaddha ż-żmien aktar bdejt ninduna li dik il-mara kellha raġun. U kien permezz ta’ dan kollu li l-ispark reġgħet bdiet tieħu n-nar. U issa… għaddiet sena minn dan kollu. Għall-grazzja t’Alla ngħid li ninsab għal qalbi u kuntent ħafna. It-tfal u ż-żgħażagħ li jattendu ta’ kuljum, kapaċi jimlewk b’ħafna enerġija li l-ebda grupp, għaqda jew elf ħaġa oħra m’hi kapaċi ttik. Ħaġa oħra hi li fil-Museum dejjem issib min jilqgħek; għandek grupp ta’ ħbieb li jkunu jafu li int qiegħed fosthom; grupp li minn ħbieb isir familja! Matul din is-sena Il-Kandidat
Kandidat
rnexxieli wkoll napprezza iktar dak li tagħmel is-Soċjetá, affarijiet li forsi qabel ma tantx tajt kashom għax ma kienx jimpurtani. Għalhekk nagħlaq b’dan ilmessaġġ: Ħu dak li tista’ millMuseum għax fil-Museum ġid biss tista’ tieħu. U taqtax qalbek mill-ħajja ta’ kandidat. Ħadd ma jsir kandidat bit-tir li jsir soċju għax fil-verità dik id-deċiżjoni tkun għadha ‘l bogħod, iżda ssir kandidat għax f’qabek hemm post għall-Museum u għal Ġesù. Għalhekk ejjew inkunu aħna li nimlew il-qasam b’enerġija fejn forsi hi batuta, b’ideat ġodda u differenti li jieħdu post dawk li issa ndraw u kif ukoll inkunu aħna li naraw li t-tfal u ż-żgħażagħ qed jiġu milqugħin u maħbubin ndaqs. B’hekk tassew insibu xortina fil-Museum, kif kien jgħid l-Ewwel Superjur Ġenerali, Ewġenju Borg. 31
Esperjenzi
Soċju
“Kemm hu sew li jien hawn” minn Karol Paul Debono
M
eta l-editur ta’ dan ilfuljett talabni nikteb fuq l-esperjenza tiegħi bħala soċju, ippruvajt insib frażi li tgħaqqad l-esperjenzi li għext fis-Soċjetà mill-2009 ‘il hawn, u naħseb li din il-frażi li ħarġet minn fomm Pietru tirrifletti ħafna dak li nħoss. Dan il-kliem Pietru kien kapaċi jgħidu għaliex il-Mulej għażlu biex jitla’ miegħu fuq il-muntanja. Li kieku baqa’ isfel mal-appostli l-oħra, ma kien jara xejn milli ra, u wisq inqas jistagħġeb. Il-vokazzjoni hija l-istess ħaġa – jiena ma kontx induq mis-sabiħ tas-Soċjetà li kieku l-Mulej ma sejjaħlix għaliha, jew inkella li kieku ddeċidejt li nagħlaq qalbi għal din is-sejħa. Mela l-vokazzjoni hija l-ewwel ħaġa grazzja, 32
rigal li s-Sinjur Alla jpoġġih quddiemi u li ta’ kuljum jeħtieġ li nġedded l-impenn tiegħi lejh. Ikun hemm dawk il-ġranet li fihom ikollok aptit ittajjar kollox, bħal meta t-tfal fil-klassi ma jkunux iridu joqogħodu, wara xi ġurnata iebsa l-iskola jew fuq ix-xogħol; jew meta tħalli lil qalbek tinfetaħ għal ħajja differenti, u, kif jgħid ilqawl Malti, tal-ġar jibda jfuħ aktar minn tad-dar. Nistħajlek tistaqsi, “imma x’żammek hawn?” Ir-raġunijiet huma diversi, iżda l-aktar ħaġa importanti hija r-relazzjoni tiegħi ma’ Alla. Huwa Alla li jridni hawn, allura huwa Alla li ser iżommni hawn. Għalhekk, s-soċju jeħtieġ li jkun mimli b’Alla permezz tal-Ewkaristija u l-ħin tat-talb personali, sabiex Awwissu | Settembru 2015
I
5
Esperjenzi
imbagħad ikun jista’ jwassal lil dan Alla lill-oħrajn. Meta tintelaq f’idejn Alla, u temmen bis-serjetà li kollox qed imexxi hu, xejn ma jkun diffiċli wisq. Hekk ħassejt jien meta madwar sena ilu, s-Soċjetà talbitni biex niċċaqlaq millqasam li trabbejt fih sa minn tfuliti u mmur f’qasam ieħor li għalkemm mhux ‘il-bogħod wisq, ridt nerġa’ nibda millġdid. Iżda b’din l-attitudni ta’ telqa f’idejn Alla, tħeġġiġni biex inkompli miexi ‘l quddiem. Paulo Coelho, fil-ktieb The Alchemist, jirrepeti kemm-il darba li, “when a person really desires something, all the universe conspires to help that person to realize that dream. ” U l-univers f’idejn min hu? Inħalli f’idejk biex tirrifletti fuq din is-sentenza… Il-Kandidat
Soċju
L-aħħar ħaġa. Jekk trid li fisSoċjetà tkun kuntent jeħtieġ li int tkun kollok kemm int tasSoċjetà. Jekk int kollok kemm int tas-Soċjetà, il-ħin tiegħek, it-talenti tiegħek u l-fehmiet tiegħek, iduru mal-bżonnijiet tas-Soċejtà. Jekk int kollok kemm int tas-Soċjetà, tħobb is-Soċjetà u trid taraha miexja ‘l quddiem. Għalhekk, ma tgergirx kontriha u toqgħod għad-direzzjonijet li tagħtik. U għaliex dan kollu? Għax ilMulej iridek hawn! Nawguralek li f’dan iż-żmien tal-Kandidatura ssib tassew dak li jrid minnek il-Mulej u filfutur ma’ Pietru, tirringrazzja ‘l Alla li tkun qiegħed fejn Hu jkun iridek!
33
Avviżi
“You can discover more about a person in an hour of play than in a year of conversation” Plato
34
Awwissu | Settembru 2015
I
5
Avviżi
Avviżi
Study Weekends
L-istudy weekends ser isiru ġewwa Dar il-Ħanin Samaritan
L-Ewwel u t-Tieni sena
It-Tielet u r-Raba’ sena
ta’ Settembru
ta’ Settembru
4-6
Il-Kandidat
25-27
35
“The best way to find yourself is to lose yourself in the service of others” Mahatma Gandhi
Għal kummenti u suġġerimenti, kellem lil xi membru mit-tim editorjali jew ibgħat imejl fuq: rivista.ilkandidat@gmail.com