Werrej
Werrej Ippakkja u tlaqna!
2
4
Messaġġ mid-Direttur Kelma mill-President
8
Mill-Milied sa San Stiefnu
10
Sena Ġdida, Kapitlu ġdid
11
Stessu għas-sena l-ġdida
13
6
Diċembru | Jannar | Frar 2015 - 2016
Werrej
Diċembru | Jannar | Frar 2015-2016
X’taf dwar il-Milied u l-Ewwel tas-Sena?
16
Kif nista’ ngħix b’mod prattiku l-Ġublew tal-Ħniena?
18
Inkorporandi ġodda Sentejn Soċju #THROWBACK Avviżi Il-Kandidat
20 22 24 28 3
Editorjal
Ippakkja u tlaqna! minn Roberto D’Amato
L
est? Ippakjajt? Ejja ħaffef ħa mmorru għax ħa nitilfu l-ajruplan! Kull darba li naslu fl-aħħar ta’ sena u f’bidu ta’ sena ġdida, dejjem jiġi f’moħħi vjaġġ; vjaġġ li beda u spiċċa biex jibda’ vjaġġ ieħor. Sena wara oħra, nibdew vjaġġ ġdid, vjaġġ differenti mill-ieħor, bl-iskop li dejjem niskopru u naraw affarijiet ġodda u differenti. Jekk ma jkunx hekk, mela nkunu għadna lanqas bdejna nikbru, għax ifisser li nkunu weħilna fi stadju. Għalhekk ejjew inħarsu lura b’sodisfazzjon lejn dak li għamilna matul din is-sena u fl-istess ħin b’determinazzjoni u b’kuraġġ lejn dak li qed jistenniena fis-sena l-ġdida 4
biex b’hekk dejjem nimxu iktar ‘il quddiem u qatt lura. Bi pjaċir nixtieq nagħti MERĦBA fostna lillKandidati l-ġodda li se jkunu qed jingħaqdu malgrupp minn din is-sena. Lil dawn iż-żgħażagħ ġodda nawguralhom li l-esperjenza tal-kandidatura tkun waħda sabiħa u li tħalli frott, sintendi skont kemm lest li tħalliha int. Li tkun Kandidat ifisser li tkun żagħżugħ bħall-oħrajn imma b’xi ħaġa miżjuda: għandek familja li l-iskop tagħha hija li timxi wara Ġesù u li dejjem qiegħda hemm meta għandek bżonn. Tibżax minn din l-esperjenza anzi għamilha tiegħek permezz tas-sehem u l-involviment tiegħek. Diċembru | Jannar | Frar 2015 - 2016
Editorjal
Kull bidu fih it-tmiem u mal-ħarġa ta’ din l-edizzjoni se tkun qed tiġi fi tmiemha l-esperjenza tal-kandidati li temmew il-kors tarResponsorju. Għaddew ħames snin minn fuqhom... 5 snin b’taħlita ta’ emozzjonijiet, 5 snin ta’ formazzjoni u 5 snin ta’ attivitajiet. Jalla kienu ħames snin li ħallew il-frott. Filwaqt li nirringrazzjawkom tas-sehem u s-servizz tagħkom li tajtu matul dawn is-snin, nawguralkom biex kull wieħed minnkom jagħżel dak li jixtieq fil-ħajja tiegħu.
possibli: spiritwali, edukattiv, finanzjarju u kull mod ieħor. Ma jonqosx ukoll li nirringrazzja lil kull min għen fir-rivista ta’ ‘Il-Kandidat’ matul din is-sena, lil min kiteb, lil min ħa ħsieb id-disinn u t-tqassim tar-rivista u lil min ukoll għin fil-korrezzjoni u kif ukoll fl-istampar. Finalment nawgura lil kull wieħed minnkom Sena Ġdida mimlija barka, ferħ u hena kif jaf jagħti Ġesù Bambin!
Fl-aħħar u mhux l-inqas nixtieq ngħid GRAZZI. Grazzi lil kull min matul is-sena 2015 kien ta’ sosten u għajnuna lil kull kandidat, f’kull aspett Il-Kandidat
5
Formazzjoni
Messaġġ mid-Direttur minn Carmel Caruana
G
ħadna kemm iċċelebrajna l-festi talMilied, li suppost, lin-nisrani jfakkruh fit-tarbija ta’ Betlem li ġiet fid-dinja biex tifdina. Minn xiex trid tifdina din id-daqsxejn ta’ tarbija? Minn dak li ma jaqbilx mal-għan għaliex aħna maħluqa. Aħna qegħdin hawn biex ingawdu ‘l Alla kemm f’din id-dinja kif ukoll wara din il-ħajja. Aħna ġejna maħluqa biex ngħixu f’intimità Miegħu, imma dak li bis-suppervja tiegħu tilef hu, jixtieq u jfittex kif se jiġbed lilna lejn id-dnub. Imma Alla li hu għani fil-Ħniena, ma felaħx jara din l-attitudni negattiva tirbaħ, u l-imħabba Tiegħu lejna wasslet biex Hu stess sar wieħed minna, sar bniedem biex jifdina.
6
U din il-ħaġa tant hi għallqalb il-Ġisem Mistiku ta’ Kristu, jiġifieri għall-qalb il-Knisja, li l-Papa Franġisku, għadu kemm fetaħ il-bieb tal-Ġublew tassena tal-Ħniena tal-Mulej. X’messaġġ għandha din l-okkażjoni għalina llum, meta għandna tant x’nagħmlu u fuq xiex inħabblu rasna? Iva, aħna wkoll imsejħin biex nieqfu ftit u naraw fejn qegħdin fil-ħajja tagħna miegħu. Aħna wkoll għandna bżonn din il-ħniena tal-Missier, biex nitqaddsu aħna permezz tal-ħniena tiegħu, imbagħad ngħinu lil oħrajn jixbhu f’din il-mixja talkonverżjoni. Irridu noqogħdu attenti li ma naħsbux li aħna esklużi mill-konverżjoni, minn din il-ħniena. Aħna bħalI-Knisja rridu nkunu “is-sinjal ħaj talDiċembru | Jannar | Frar 2015 - 2016
Formazzjoni
imħabba tal-Missier”. Propju l-Papa għażel, il-festa tal-Immakulata, għal ftuħ talĠublew, għax f’Marija n-nisrani jrid jilmaħ lil “Ġesù Kristu, wiċċ il-ħniena tal-Missier”, Marija kienet l-ewwel dixxiplu ta’ Ġesu binha, u lilna tgħallimna kif għandna nkunu dixxipli tiegħu u kif bil-grazzja Tiegħu ngħixu ħajjitna ngawdu minn din il-ħniena. Hi propju kienet l-ewwel wegħda li Alla għamel lill-bniedem malli dan tbiegħed mill-imħabba t’Alla. Għandna okkażjoni oħra, biex nersqu lejn il-Missier ħanin, li żgur jilqagħna b’idejh miftuħa biex inkunu,”Alla wieħed, Spirtu wieħed, fidi waħda, Magħmudija waħda u qalb waħda”. Il-Kandidat
Nixtieq magħkom nifraħ u nawgura lil Simon Azzopardi, Darren Borg, Michael Camilleri u Andrew Cassar, li nhar ilMilied li għadda inkorporaw Soċji mas-Soċjetà tagħna. Hija grazzja kbira u okkażjoni ta’ ferħ kbir li erba’ żgħażagħ minn fostna, wiegħdu li jridu jaqdu lil Alla fi ħdan din isSoċjetà. “Grazzja li tagħmilkom koperaturi fil-missjoni Divina tiegħu għat-tagħlim tal-ħajja eterna”. Nawguralkom li jkollna ħafna okkażjonijiet li nersqu lejn il-Mulej, fis-sena talĠublew tal-Ħniena.
7
Formazzjoni
Kelma mill-President minn Darrel Pace
I
l-kittieb u l-kritiku T.S. Eliot darba waħda kiteb, “What we call the beginning is often the end, and to make an end is to make a beginning. The end is where we start from.” Kull tmiem hu bidu ġdid! U kull bidu għandu tmiem! Mit-tmiem irridu nibdew bidu ġdid. Għalhekk tajjeb li nħabirku biex nagħmlu milli nistgħu u ntejbu l-mument li qegħdin fih u nirranġaw dak li hemm bżonn, biex naraw ġejjieni isbaħ. Għal grazzja t’Alla, għadna kif temmejna sena oħra b’wiċċ il-ġdid! Żgur li bħal kull sena oħra, nistgħu nibdew niftakru x’għamilna s-sena l-oħra u b’sens nostalġiku, nerġgħu nqajmu fina l-mumenti sbieħ (u 8
koroh) li għaddejna minnhom. Żgur li bħal kull sena, kienet sena oħra mimlija grazzji differenti. Ħafna mill-kandidati kellhom esperjenzi differenti li għenuhom jagħrfu aħjar is-sabiħ u l-kobor ta’ din isSoċjetà, oħrajn kellhom jagħtu s-servizz tagħhom f’attivitajiet u postijiet differenti. Kien x’kien, żgur li għandna nirringrazzjaw lil Alla għal dak kollu li għaddejna minnu. Bdejt bil-kwotazzjoni ta’ Eliot għax naraha tapplika ħafna għalina l-kandidati li għaddejjin mill-esperjenza tar-Responsorju. Int bħala kandidat agħmel mill-aħjar li tista’ sabiex fil-ħames snin li għandek f’dan il-kors, tagħmilhom mill-aħjar li tista’, billi: Diċembru | Jannar | Frar 2015 - 2016
Formazzjoni
• Tibqa’ viċin t’Alla permezz tat-talb u s-sagramenti. • Tibqa’ tkun ta’ eżempju għalik innifsek u għallkandidati u soċji sħabek. • Tkun ta’ servizz u b’dedikazzjoni, tagħmel millaħjar għal dak li d-Direttur jew il-kandidati jitolbu minnek biex tagħmel. Tkunx pront biex tgħid le għal xi servizz li tiġi mitlub biex tagħti. • Tattendi bi ħġarek u bi profitt għal-laqgħat u għall-attivitajiet kollha li jiġu organizzati. • Apprezza dak kollu li jsir. M’hemm xejn agħar, milli tħares lura lejn il-ħames snin li jkunu għaddew u tgħid, “Ħlejt iż-żmien! Ħlejt il-ħin! Il-Kandidat
M’għamiltx mill-aħjar li stajt!”. Iż-żmien ma tistax treġġgħu lura u għalhekk trid tkun int li jkollok it-tmun f’idejk u ddawru fin-naħa t-tajba. Nixtieq li f’isem id-Direttur u l-kandidati kollha nirringrazzja lil kull min b’xi mod jew ieħor ta s-sehem tiegħu f’diversi attivitajiet u servizzi oħra matul din is-sena. Nirringrazzja lillmembri tal-kumitat li din issena, bil-għajnuna tagħhom stajna naħdmu flimkien biex verament Ġesù jkun magħruf u maħbub. Nawguralkom il-Milied ittajjeb u s-sena t-tajba mimlija hena u barka lilkom u lill-familja tagħkom kollha. Il-paċi miegħek :) 9
Kitbiet mill-Fundatur
Formazzjoni
Mill-Milied sa San Stiefnu minn Darren Busuttil
M
ill-Milied sa San Stiefnu! La wasal San Stiefnu, wasal il-qari tal-Ittra Popolari fuq il-Manswetudni. Dun Ġorġ minn dejjem xtaq li s-soċji talMUSEUM ikunu mimlijin bilManswetudni. Fil-ħajja tal-lum, ma tantx għadek issib min hu manswet għas-sempliċi raġuni li kulħadd mgħaġġel b’ħajtu u jara lil kulħadd żejjed. Min jaġixxi b’mod ħelu miegħek għandek għalxiex tapprezzah! Dan il-ktejjeb inkiteb minn Dun Ġorg sabiex is-Soċji jaqraw huma fil-privat sabiex jimmeditaw bih. Huwa tajjeb li nkunu nafu li dan il-ktejjeb, għaldaqstant, kien bit-titlu ‘Ittra Privata fuq il-Manswetudni’. Iżda ġara li l-ktieb inqara minn persuna partikulari, x’aktarx saċerdot, u ħeġġeġ lil Dun 10
Ġorġ sabiex il-ktieb jinħareġ pubblikament għal kulħadd. Ir-raġuni prinċipali kienet li din il-kitba kienet żgur se tkun utli u ta` ġid għall-pubbliku. Għaldaqstant, il-ktieb reġa ħareġ mill-ġdid bl-isem li nafuh llum, jiġifieri ‘Ittra Popolari Fuq il-Manswetudni’. Il-ktejjeb huwa maqsum fi tlettax-il kapitlu, fejn kull kapitlu jitkellem fil-qosor dwar ittagħlim morali u spiritwali ta’ din il-virtu`. Fl-aħħar, l-Ittra tispiċċa b’qagħda qasira li ġġib quddiem il-qarrej is-silta tażżewġ midjunin. Wara hemm imniżżlin xi tagħlim fuq il-qari u interrogatorju. Il-Qagħda u l-Ittra jingħalqu bi proponiment.
Diċembru | Jannar | Frar 2015 - 2016
Parir
Formazzjoni
Sena Ġdida, Kapitlu ġdid minn Jeremy Spiteri
“
Is-sena d-dieħla nibda naqra dieta, żgur, u anke forsi xi ftit żumba, biex taf int, forsi nnaqqas ftit mil-hips”. Hekk lissnet waħda millkollegi tiegħi, waqt li kienet qed tiffanga ma’ pasta mimlija ċikkulata, krema u ġamm! Hekk kif ġejt mitlub biex naqsam magħkom parir siewi għas-sena 2016, malewwel ġieni fi ħsiebi l-ħin u l-valur li l-ħin stess għandu. Forsi m’għandux tikketta bilprezz fuqu imma żgur li huwa prezzjuż u għandu valur aqwa mid-deheb u l-flus. Il-Fundatur tagħna kien konxju dan; ż-żmien jgħaddi u trid tagħti kont tiegħu!
Il-Kandidat
Kif ngħidu wkoll aħna l-Maltin, iż-żmien jgħaddi u ma jistenna lil ħadd. Huwa għalhekk importanti li nużaw ilħin tagħna sew u b’mod sabiħ biex minnu nagħtu iżjed valur u sens lill-ħajja tagħna. Huwa xieraq li ħina jkun iddedikat għax-xogħol, għall-istudju, għall-ħidma fl-oqsma tagħna u f’tant responsabbiltajiet u obbligi li aħna għandna. Però fuq kollox nemmen li l-ħin tagħna għandna nqattawh fil-preżenza t’Alla (bil-mod uniku tagħna), kif ukoll ma’ xulxin. Kemm hu sabiħ li l-ħin tqattagħu fil-kumpanija ta’ nies li inti tħobb u huma jħobbuk lura, kemm familjari, kif ukoll ħbieb. Dawn huma l-mumenti li għandna naħdmu għalihom, 11
Parir
Formazzjoni
għaliex issa huwa tagħna u issa għandna ċ-ċans. Inħeġġek tieqaf tirrifletti sekonda fuq tant memorji sbieħ li int qattajt matul ħajtek ma’ dawn in-nies li tant tħobb.
din l-art biex tħobb! “Jekk trid tkun taf x’inhu qiegħed jagħmel Alla, ngħidlek qiegħed iħobb” Dun Ġorġ Preca
Forsi l-ħin mhux ħanin ma’ kulħadd bl-istess mod; xi wħud jgħixu sa 70, oħrajn sa 7. Għalhekk uża l-ħin tiegħek fuq
“Time is your most precious gift because you only have
a set amount of it. You can make more money, but you can’t make more time. When you give someone your time, you are giving them a portion of your life that you’ll never get back. Your time is your life. That is why the greatest gift you can give someone is your time Rick Warren 12
”
Diċembru | Jannar | Frar 2015 - 2016
Ħsieb
Formazzjoni
Stessu għas-sena l-ġdida Get-Together 2016
“But first, let me take a selfie!”
X
’fenomenu dan hux? Kelma li aktarx bdiet tiġi użata fl-2005, l-istessu żgur li kiseb popolarità kbira madwar id-dinja kollha, minn persuni differenti, famużi jew mhumiex. Imma fil-Get Together ta’ din is-sena dan il-famuż stessu se jieħu tifsira ġdida. X’taħseb kieku nistgħu nieħdu stessu kull wieħed biex permezz tiegħu naraw lilna nfusna bħala nsara u bħala kandidati? Il-Kandidat
Il-ħsieb ta’ kollox se jdur mat-tema tal-istessu. Il-qafas ta’ kollox se jkun qiegħed ibbażat fuq żewġ mumenti partikolari: • Jien bħala nisrani, kif qiegħed nara lili nnifsi? Kif qed nidher quddiem Alla? Kif jien fil-verità, jew qed nuża xi filters partikolari biex ngħatti u nirranġa d-difetti li sibt? X’qiegħed nirrappreżentalu lil Alla? Dak li jien? Jew dak li rranġalu ħaddieħor jew li rranġajt jien stess? 13
Ħsieb
• Jien bħala kandidat tal-MUSEUM, kif qed nara lili nnifsi fir-ritratt? Jien qiegħed ngħix bħala kandidat u se nirrispondi xi mistoqsijiet importanti li tajjeb li wieħed ikun jaf! Jien naħseb fuq x’jiġifieri meta ngħid li jien kandidat tasSoċjetà? Jien naf x’jikkonsisti dan l-impenn? Naf x’inhu r-Responsorju? Kapaċi jkolli dan l-impenn li għandi bżonn ikolli bħala kandidat? Kemm qiegħed inkun xhud ta’ dak li ngħallem lit-tfal filqasam? Jew qisni b’żewġ uċuħ? Filli kandidat Nisrani b’eżempju u filli ngħid li jien nisrani imma ma nafx fejn hu posti? 14
Formazzjoni
Permezz ta’ din ilperspettiva se nifhmu aħjar min hu l-kandidat Nisrani u x’post għandu għall-ħajja tal-lum. Finalment, kollox jintrabat ma’ kif bdejna, bit-tema tal-istessu għal din is-sena l-ġdida - 2016. Kif se nagħżlu li se nidhru, mill-istessi li nkunu għadna kif ħadna, issa li se nibdew sena oħra? Kif se nkunu kandidati nsara awtentiċi? X’se tkun ir-riżoluzzjoni li se nagħmel għal din is-sena? Inħalli f’idejk! Il-paċi miegħek :) Diċembru | Jannar | Frar 2015 - 2016
Formazzjoni
Il-Kandidat
Ħsieb
15
Għarfien Ġenerali
Kurżità
X’taf dwar il-Milied u l-Ewwel tas-Sena? minn Keith Lia
I
l-Milied u l-Ewwel tas-Sena huma żewġ żminijiet fissena fejn il-familja tingħaqad kollha f’daqqa għal xi ikla tajba u kif ukoll ta’ ferħ li jiġu mill-fatt tat-twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu u mill-bidu ta’ sena ġdida. Aktar minn hekk jiġu f’temp ta’ ġimgħa waħda mill-oħra, iżda qatt pruvajt tieqaf xi ftit u taħseb dwar xi fatti u kurżitajiet fuq dawn iżżminijiet. Kurżità kbira li tajjeb wieħed jkun jaf hija, li l-Amerka għallbidu, il-Milied ma kienx jitqies bħala festa legali u lanqas ċelebrazzjonijiet ma setgħu jsiru minħabba l-oriġini pagana. Fil-fatt l-ewwel stat li aċċetta l-Milied bħala festa kien Alabama fl-1836 u l-aħħar Oklahoma fl-1907.
16
Fatt li kull wieħed minna jaf huwa li Santa Klaus ġej millħajja ta’ San Nikola li għex fir-raba’ seklu, iżda kurżità fuq dan hija li din nibtet wara li kienet ippubblikata l-poeżija “Twas the Night Before Christmas” li ġiet miktuba minn Clement Clarke Moore. Fid-dawl ta’ dan il-fatt wieħed ma jistax ma jsemmix il-fatt li l-Milied qiegħed jitlef ilveru sinifikat tiegħu aktar ma jgħaddi ż-żmien, għax l-attenzjoni m’għadux ittwelid ta’ Ġesù, iżda r-rigali u affarijiet materjali oħra. Fatt ieħor huwa li kien il-Papa Ġulju I li fis-sena 350 iddikjara li d-data uffiċjali tal-Milied hija l-25 ta’ Diċembru. Kurżità oħra hija li l-kuluri tradizzjonali talMilied huma l-aħdar, l-aħmar Diċembru | Jannar | Frar 2015 - 2016
Għarfien Ġenerali
u l-abjad li jissimbolizzaw il-ħajja, id-demm ta’ Kristu u l-ġid. Fatt kurjuż fuq ilpunzjetta hija li l-ewwel li bdiet tikber kien fil-Messiku fejn hija magħrufa wkoll bħala l-fjura tal-lejl qaddis. Kien Joel Poinsett li ħadha l-Amerika fl-1829. Fir-rigward tal-Ewwel tasSena, fatt li jkun mixtieq minn kulħadd huwa li s-sena l-ġdida tkun sena mimlija b’risq, paċi u hena aktar minn dik li tkun għadha kemm intemmet. Marbut ma’ dan il-għan kull persuna tagħmel ir-riżoluzzjonijiet, iżda fatt kurjuż huwa li l-ewwel nies li bdew jagħmluhom kienu l-Babilonji u anki kienu huma l-ewwel nies li bdew iċċelebrazzjonijiet tal-Ewwel Il-Kandidat
Kurżità
tas-Sena. Fatt kurjuż huwa li l-ewwel postijiet li jiċċelebraw l-Ewwel tas-Sena huma l-ibliet ta’ Apia u Kiritimati li jinsabu f’Samoa u f’Kiribati rispettivament, u l-aħħar postijiet huma ‘Baker Island’ u ‘Howland Island”. Kurżità oħra hija li fil-Medju Evu fl-Ewropa, iċ-ċelebrazzjonijiet kienu kkonsidrati bħala pagani u anti-Kristjani. Iżda mhux kull pajjiż jiċċelebra l-Ewwel tasSena flimkien, għax iċ-Ċiniżi jiċċelebrawha f’data bejn il-21 ta’ Jannar u l-20 ta’ Frar skont il-kalendarju Ċiniż tal-qamar u kull sena tkun ddedikata għal xi annimal. Fil-fatt is-sena 2016 ħa tkun is-sena tax-xadina u ħa tibda fit-8 ta’ Frar.
17
Għarfien Ġenerali
Ġublew
Kif nista’ ngħix b’mod prattiku l-Ġublew tal-Ħniena? minn Daniel Sammut
I
lkoll kemm aħna intbaħna bil-bidu ta’ dan il-Ġublew straordinarju ġewwa l-Knisja Kattolika - Il-Ġublew talĦniena. Iżda jkun tassew inutli, jekk dan il-Ġublew jibqa’ biss żmien ordinarju, jekk dan iż-żmien ma jġib l-ebda bidla fil-ġenerożità u fl-imħabba li aħna nuru. Kif nista’ ngħix dan il-Ġublew fil-ħajja tiegħi ta’ kuljum? • Tkunx persuna li tiġġudika iżda kun pront biex tisma’ u taħfer. • Evita li titkellem b’mod ħażin fuq l-oħrajn, iżda tkellem b’mod pożittiv meta tindirizza persuna.
18
• Għix il-vera manswetudni u maħfra, maħfra fit-totalità għall-imħabba ta’ Ġesù. • Għix b’mod aktar frekwenti mas-sagramenti, speċjalment is-sagramenti tal-Ewkaristija u r-Rikonċiljazzjoni. • Kun peruna ta’ Silenzju, ta’ Talb u ta’ Ferħ. Int tikkunsidra lilek innifsek bħala persuna li tgħożż verament il-Ħniena? Tgħix ilĦniena bis-serjetà? Ejjew f’dan iż-żmien nieqfu quddiem Ġesù Sagramentat biex nifhmu eżattament fejn qed nirnexxu u fejn qed infallu fil-ħajja tagħna. Il-Ħniena ġġib il-Qdusija! Jien irrid insir Qaddis! U Int? Diċembru | Jannar | Frar 2015 - 2016
Għarfien Ġenerali
Ġublew
INĦENNU BĦALL-MISSIER Il-Kandidat
19
Esperjenzi
Soċji
Inkorporandi ġodda “
The fruit of silence is prayer, the fruit of prayer is faith, the fruit of faith is love, the fruit of love is service, the fruit of service is peace.” Hekk darba esprimiet Mother Teresa; kwotazzjoni li fiha nara wkoll l-ispiritwalità musemina, li jien u inti midħla sew tagħha. Kemm hija verità! Kemm tgħodd għalina u għal kull nisrani. Kieku kulħadd jagħmilha fil-prattika, kieku d-dinja Ġenna. Mela ejja nibdew għax issa ż-żmien li naħdmu. Ejjew nitgħallmu ngħożżu iktar is-silenzju għax minn hemm jibda kollox, biex wara, permezz tat-talb, il-fidi u l-imħabba, inkunu vera xhieda ta’ Kristu fid-dinja. Simon Azzopardi Xi wħud jgħidu li aħna “vittma taċ-ċirkustanzi”. Jien narah minn lat iktar pożittiv: 20
li Alla, fil-Providenza tiegħU jinqeda biċ-ċirkustanzi ta’ kuljum biex jurina xi jrid minnha. Forsi xi kelma mill-ħbieb, xi parir, xi okkażjoni speċifika, ittalenti tagħna, ir-rebħiet (u ilwaqgħat) li ngħaddu minnhom. U naħseb din hi l-mod kif tikber fil-vokazzjoni... serje ta’ “iva’t” żgħar li imbagħad jissarfu fl-IVA tal-ħajja tagħna ... u bħalma dik l-IVA ta’ Marija wettqet ħwejjeġ kbar, bl-IVA tagħna, il-Mulej iwettaq il-pjan tiegħu għalina u għall-oħrajn. Michael Camilleri “Kif se nagħraf għalxiex qiegħed isejjaħli Alla?”, din kienet mistoqsija li staqsejt meta kont Magħżul. Niftakar ukoll it-tweġiba, fejn il-prifett qalli li biż-żmien, biċ-ċirkostanzi li ngħaddu minnhom u bittalb wieħed jasal jagħraf dak Diċembru | Jannar | Frar 2015 - 2016
Esperjenzi
li Alla qed isejjaħlu għalih. Nammetti li minkejja t-tweġiba, din il-mistoqsija xorta bqajt nistaqsiha, ġieli lili nnifsi u ġieli lil persuni oħra. Apparti din it-tweġiba niftakar, li ftit wara ltqajt ma’ din is-sentenza talfundatur: “Meta Alla jagħżel lil xi ħadd għal xi fini, jagħtih ukoll il-mezzi.” Inħares lura ngħid, kemm kellhom raġun sew ilfundatur u anki dan il-prifett! Għalhekk, għażiż kandidat li qed taqra dan l-artiklu, taqtax qalbek jekk għadek ma qbadtx tarf ta’ dak li Alla qiegħed isejjaħlek għalih jew jekk tħossok inċert u konfuż, ftakar li Alla jrid li inti tgħix kuntent u meta jasal il-waqt int ukoll tasal biex tagħraf u twieġeb għassejħa t’Alla. Darren Borg
Il-Kandidat
Soċji
“Iż-żmien huwa grazzja!” hija l-bażi li kelli matul ir-responsorju, u li tmur kontra l-idea moderna “ill... kif iddejjaqt... għaqleb, biddel!” Anke meta ma qbiltx ma xi ħaġa, tajt iċ-ċans, ħallejta timmatura fija bħall-inbid, u ma jiddispjaċinix. Li kieku Alla maqful bi pjan ta’ Syllabus għalija... żgur li ma nlaħħaqx miegħu u nasal għal-eżami mhux ippreparat. Imma Alla hu dejjem preżenti u s-sejħa tiegħu hija Imħabba. Kelma li turi l-kumplessità tas-sejħa li ma nistax nirrestrinġija. Għalhekk tgħallimt li ż-żmien huwa grazzja, għax irrid nagħti ż-żmien biex id-deċiżjonijiet ikunu b’iktar imħabba. Andrew Cassar
21
Esperjenzi
Soċju
Sentejn Soċju minn Anthony Chetcuti
F
il-ġranet ta’ wara t-tieġ ħafna koppji jagħżlu li jmorru l-qamar ilgħasel. Dan ikun żmien fejn id-dinja tkun għadha qiegħda tidħkilhom, in-nies ta’ madwarhom kollha jawgurawlhom u kulħadd kuntent u ferħan. Jekk ikolli nqabbel l-esperjenza tiegħi bħala soċu ma’ relazzjoni bejn tnejn, naraha li tixbah iż-żmien sabiħ tal-qamar ilgħasel. F’dawn is-sentejn bħala soċu kelli ċans insir naf aktar lili nnifsi, inkompli nifhem is-sbuħija tas-Soċjetà kif ukoll naħdem ma’ nies li tassew iħobbu lil xulxin b’imħabba kbira. Meta nħares ftit lura u naħseb dwar x’wassalni 22
li ninkorpora, jiġuni tliet ħsibijiet partikoalri f’moħħi. L-ewwel raġuni hija li ħassejt li Alla kien qiegħed isejjaħli għal missjoni tant sabiħa. Missjoni li jafda f’idi l-formazzjoni ta’ tant tfal u adoloxxenti li huma fil-kura tiegħi. U allura kien Alla li sejjaħli, li għażilni. It-tieni raġuni hija relatata ħafna ma’ dan; kemm hu sabiħ li nkun imdawwar b’tant tfal li mqar ilpreżenza tagħhom iġġib ħafna ferħ u entużjażmu filqasam. Sempliċi tbissima ta’ tifel kapaċi tnessini d-diffikultajiet li nkun ltqajt magħhom matul ilġurnata. It-tielet raġuni hija li madwari dejjem sibt nies li jinteressahom minni, li Diċembru | Jannar | Frar 2015 - 2016
Esperjenzi
Soċju
għenuni nikber. Din sabiħa wisq fil- Museum u għajb jekk nittraskurawha. Il-kbir Thomas Merton kien qal li wieħed jinduna li sab il-vokazzjoni tiegħu meta jieqaf jaħseb fuqha u jibda jgħixha. Nirringrazzja lil Alla li qed jagħtini ċ-ċans ngħix
il-vokazzjoni Museumina. Lilek ukoll, nawguralek li tagħraf Alla xi jrid minnek, u jekk tħoss li Alla qiegħed isejjaħlek għal din il-ħajja sabiħa tiftaħlu l-bieb ta’ qalbek bil-ferħ.
““Love is our true destiny. We do not find the meaning of life by ourselves alone - we find it with another.” Thomas Merton, Love and Living
Il-Kandidat
” 23
Esperjenzi
Kandidati
#THROW Ġranet Għawdex
Esperjenza tassew mill-isbaħ fejn sirna nafu kandidati u soċji oħra aħjar. Kien hemm diversi attivitajiet li żgur jibqgħu mmarkati f’ħajjitna bħat-treasure hunt. Matthew Joe Spiteri Pre-Responsorju Esperjenza sabiħa ħafna fejn tassew issir taf iktar liż-żgħażagħ li qed jgħixu ħajja simili ħafna tiegħek. Samuel Cutajar Sena 1 Niftakar qisu lbieraħ għadni kemm naqbad il-vapur. Riħ, xagħar itir... Esperjenza sabiħa. Mixja ħelwa u nqtajt ma’ iżjed kandidati oħrajn. Smajna l-esperjenza tal-oħrajn u ħadna gost ħafna. Kilna ikel tajjeb u deżerta bomba. Niftakar naqbad ilvapur lura u ħadt gost għax fl-aħħar tielaq minn Għawdex u ħadt gost 24
li qattajt jumejn sbieħ ħafna. Jien Għawdex ma naħmlux u dawn ilġranet għalija jkunu martirju imma meta mort dejjem ħadt gost. Emanuel Zammit Sena 1
Kienu jiem sbieħ fejn striħajt mill-affarijiet tas-soltu. Però l-iktar ħaġa li għoġbitni minn din l-esperjenza hu l-fatt li sirt naf iktar lil sħabi l-kandidati, lis-soċji li kienu qed jgħinu kif ukoll lidDirettur!! Permezz ta’ dan it-tisħiħ tar-relazzjoni jew aħjar il-ħbiberija tiegħu mal-oħrajn, jien nagħmel iktar kuraġġ biex inkompli l-ħidma tiegħu ta’ Kandidat. Nappelalkom biex esperjenza bħal dawn ma titilfuhomx għax għlkemm titilfu erbgħin euro (€40) mill-but, tkunu qed takkwistaw ħafna! Christian Schembri Sena 3
Diċembru | Jannar | Frar 2015 - 2016
Esperjenzi
Kandidati
WBACK Il-ġranet ta’ Għawdex huma ġranet ta’ mistrieħ Għall-kandidati kollha mill-Pre-Responsorju sar-4 sena tal-Kandidatura. Dawn ikunu varjati minn quddies, għal baħar u anki workshops. Carmel Grima Sena 3
Żmien sabiħ ħafna li fih sirt naf lill-kandidati iżgħar minni. Lgħabna u dħakna u għixna flimkien. Ġranet sbieħ li l-ebda kandidat m’għandu jitlef. Aaron Agius Sena 4 Seminar tal-Kandidati Seminar sabiħ ħafna fejn fih sirna nafu lil xulxin u qattajna ħafna ħinijiet flimkien. Tgħallimna flimkien u qsamna bejnietna dak li tgħallimna. Attivitajiet sbieħ ħafna. Clayton Gatt Pre-Resp Il-Kandidat
Kienet l-ewwel attività fejn saħħaħna l-grupp u sirna nafu iktar lil xulxin. Ħafna mis-sessjonijiet kienu interessanti u fihom rajna kif nistgħu naħdmu bħala grupp. Mumenti tad-daħk kellna wkoll speċjalment fil-ħin informali (mhux parti mis-sessjonijiet). Minħabba f’hekk ġieli kellna n-ngħas waqt sessjonijiet oħra. Gabriel Pace Pre-Responsorju Irtir Xi kultant meta nisimigħu li se jkollna irtir mal-ewwel nibdew naħsbu li mhux se jirnexxilna nżommu s-silenzju. Fl-istess ħin ikollok aktar ċans tidħol f’komunikazzjoni m’Alla u tagħraf dak li jrid minnek. Esperjenza li tibqa’ tiftakarha u li tgħinek tibni relazzjoni tiegħek m’Alla. Taqtgħux qalbkom imma dejjem ippruvaw; għal bidu se jkun diffiċli imma 25
Esperjenzi
Kandidati
#KAND
wara li tesperjenzaha jibqa’ dejjem mmarkata ġo fik. Benyon Borg Sena 2
Ambjent sabiħ u ta’ ġabra ġo Mount St.Joseph. Fr.Chetcuti kien preparat ħafna u qal ħafna affarijiet interessanti. Li konna 4 snin/gruppi f’daqqa kienet sabiħa. Ħaġa oħra li kienet interessanti kienet dik l-attività fejn għamilna lejl ma’ Ġesù. John Grima Sena 2 F’dan l-irtir laqtuni l-punti li Kull wieħed minna għandu biċċa ġawhra minn ġawhra akbar, li din tahielna Alla. Alla ma ħalaqniex bladdoċċ imma għax ħass il-bżonn li jaqsam il-ferħ tiegħu ma’ xi ħadd. Matthew Abela Sena 3 Żmien tajjeb biex tieqaf naqra 26
mill-ġenn tal-Università, xogħol eċċ u taħseb naqra fuq ħajtek, il-vokazzjoni u Ġesù. Post sabiħ speċjalment minħabba li Ġesù Ewkaristija jinsab preżenti fi 3 postijiet (kull sular) u hemm skiet kbir. Għalkemm forsi s-skiet kemxejn tqil imma huwa utli u importanti biex tisma’ l-Ġesù u dak li jrid minnha. Daniel Sammut Sena 3
Dan l-irtir swieni ta’ ġid kbir. Kien irtir li jġiegħlek taħseb u tirrifletti fuq il-valur, l-importanza u ‘self-esteem’ ta’ kull bniedem, inkluż jien. Għamilli ħafna kuraġġ speċjalment f’ dinja li tmur kontra dak li aħna nemmnu u li tipprova kontinwament tniżżlek ‘l isfel u tippromovi valuri totalment differenti. Għeni ħafna sabiex nibqa’ nkun dak li jien. Etienne Gregory Sena 4 Diċembru | Jannar | Frar 2015 - 2016
Esperjenzi
Kandidati
DIDATI Study Weekend
Xi ħaġa pożittiva li ħarġet minn dan l-Istudy Weekend kienet ilprattiċità li kien jinvolvi. Il-mod ta’ kif insiru katekisti aħjar ma kienx biss abbażat fuq teorija, iżda kien prattiku ħafna. Barra minn hekk stajna (u kellna ċans) nitgħallmu mill-iżbalji ta’ xulxin waqt li kellna ċ-ċans nippreparaw lezzjonijiet partikolari. Darrel Pace Sena 4 Fl-Istudy Weekend ta’ din is-sena l-kandidati tat-3 u 4 sena kellna ntellgħu lezzjoni bejnietna fi gruppi u mbagħad nippreżentaw fl-aħħar ġurnata quddiem kulħadd. Fosthom kellna attivitajiet oħra fejn morna f’qasam ieħor. Fl-aħħar millaħħar kienet esperjenza sabiħa. Christian Frendo Sena 4
Il-Kandidat
Kien Study Weekend tal-ġenn. Dan ġej mill-frott li wara li wieħed jaqra l-pakkett li jkun ġie mogħti lilu qabel, ikollu ċans li dak li laqtu u qara, jaqsmu l-ewwel skont ilgrupp li jkun assenjat miegħu u wara dan kollu tkun tista’ tesprimih mal-oħrajn, i.e il-bqija tal-kandiati li jkunu attendew. B’dak li tkun qrajt wieħed ikun possibbli li jsir jaf aktar lill-fundatur tas-Soċjetà Museumina. Barra minn hekk hija esperjenza li mhux titlef għax tirċievi ħafna minnha u titgħallem affarijiet ġodda. L-iktar ħaġa importanti hija li ma tħallix it-titlu - Study Weekend - jinfluwenzak għax dan il-weekend, fih wieħed ikollu ċans jirrifletti aktar mis-soltu fuq is-sejħa tiegħu u jaqsam ma’ sħabu l-ħsibijiet tiegħu. Keith Lia Sena 2
27
Avviżi
Avviżi
Responsorju u Pre-Responsorju
Għall-Kandidati kollha
9
ta’ Jannar 28
18:00 - 20:00 Id-Dar Ġenerali Blata l-Bajda Diċembru | Jannar | Frar 2015 - 2016
Avviżi
“The only thing necessary for the triumph of evil is for good men to do nothing.” Edmund Burke
Il-Kandidat
29
Il-Milied it-Tajjeb lilek u lill-familja tieg침ek kollha
Is-Sena t-Tajba
mimlija hena, risq u barka kif jaf jagħtiha Ġesù Bambin
“Darkness cannot drive out darkness, only light can do that. Hate cannot drive out hate, only love can do that.” Martin Luther King Jr.
Għal kummenti u suġġerimenti, kellem lil xi membru mit-tim editorjali jew ibgħat imejl fuq: rivista.ilkandidat@gmail.com