Il-Kandidat Ottubru | Novembru 2015

Page 1


Werrej

Werrej Fuq l-għatba tal-bieb…

4

Messaġġ mid-Direttur

6

In-Novissimi Naffaċjaw l-isfidi! L-Isptar ta’ Kristu Santa Tereża t’Ávila Is-Saħħa Spiritwali 2

8 10 12 13 16 Ottubru | Novembru 2015


Werrej

Ottubru | Novembru 2015

Fr. Robert Galea

18 20

Il-Ġrajjiet ta’ Jacob Jones

22

CHOGM

Ice Breakers

24

In a nutshell

26

Il-Komunità ta’ Taizé

28

Avviżi

30

Il-Kandidat

3


Editorjal

Fuq l-għatba tal-bieb… minn Roberto D’Amato

D

arba kien hemm pilota ta’ ajruplan li xħin ħares mit-tieqa ħa l-ikbar qatgħa ta’ ħajtu. Iffriża, ma kienx jaf x’ħa jaqbad jagħmel. Reġa’ ttawwal, bit-tama li din kienet ħolma, imma ma kinitx. Ra l-istess xena… ajruplan griż, Ġermaniż, b’distanza ta’ ftit metri biss ‘il bogħod mill-ajruplan tagħhom. L-assistent pilota kien imwerwer b’dak li beda jara. Dan ġara biss ħamest ijiem qabel il-Milied tal-1943, u dan l-ajruplan Ġermaniż kien qorob ħafna l-ajruplan Amerikan B-17, bl-iskop li joqtolhom. Il-pilota Amerikan kien Charles Brown ta’ 21 sena minn West Virginia. Din kienet l-ewwel missjoni tiegħu fil-gwerra wara li ħalla l-għelieqi tiegħu.

4

Akkost ta’ kollox riedu jeqirduh għax attakawlu l-ekwipaġġ kollu tiegħu: sparaw lill-bomber, nofs l-ekwipaġġ kien imweġġa’ u tail gunner sabuh maqtul, b’demmu ffriżat fuq il-pistoli. Iżda dakinhar ġara xi ħaġa mhux tas-soltu. Meta Brown u l-ko-pilota, Spencer Luke, ħarsu lejn il-pilota tal-ajruplan Ġermaniż, hu ma sparax. Minflok sellem lil Brown. Li ġara wara jitqies bħala l-iktar att sabiħ li qatt sar waqt it-Tieni Gwerra Dinjija. Kellu jkun snin wara li Brown fittex lil dak li suppost kellu joqtlu. Dan irriżulta li t-tnejn infaqgħu jibku meta ltaqgħu. Kemm hi sabiħa l-ħniena! Li kieku ried dak il-pilota Ġermaniż seta’ qatlu faċilment imma għax ħass għal dak ilOttubru | Novembru 2015


Editorjal

bniedem iddeċieda li jsalvalu ħajtu. Nistgħu ngħidu li fih ra opportunità biex jagħmel ilġid, u jwarrab lilu nnifsu millkruha tal-gwerra. Iżda xi tfisser li tħenn? Li tħenn tfisser diversi affarijiet: tagħmel karità ma’ min għandu bżonn, taħfer, li tnaqqas it-tbatija ta’ ħaddieħor eċċ. Biss biss tħares lejn Mattew kap 25, Ġesù jagħtik lista ta’ opri talħniena x’tista’ inti bħala Nisrani tagħmel ma’ min għandu bżonn. Dawn jagħtuk l-opportunità li tersaq iktar qrib ta’ Ġesù għax jekk inti titma’ lil min hu bil-ġuħ, tisqi lil min hu bil-għatx, tilqa’ lil min hu barrani, tlibbes lil min hu għarwien u żżur lil min hu marid u fil-ħabs, tkun qed tagħmel hekk ukoll ma’ Ġesù. “Allura meta ma nagħmilx xi ħaġa minn dawn, Alla ma jurix ħniena miegħi?” Forsi din tista’ Il-Kandidat

tkun il-mistoqsija tagħna. Papa Franġisku jgħidilna li Alla qatt ma jixba’ jaħfrilna anzi, “Moments of suffering and conflict are, for God, occasions of mercy. Today is a time of mercy!” Mela la Alla dejjem lest li jaħfer, għala aħna għandna nibżgħu? Għalhekk nistedinkom li tilqgħu l-istedina tal-Papa li qed jagħmel, biex flimkien nersqu lejn il-maħfra t’Alla, hekk kif ninsabu fuq l-għatba tal-bidu tal-Ġublew talĦniena; is-sena li se jinfetħilna bieb biex aħna nersqu iktar lejn Alla permezz tal-maħfra. U hawnhekk ma nirreferix għallbieb materjali imma għall-bieb spiritwali. Aċċettaw din l-istedina u lqgħuha b’ferħ, għax il-maħfra ġġib il-ferħ u l-ferħ iwassal biex ngħixu iktar fil-paċi ma’ xulxin.

5


Formazzjoni

Messaġġ mid-Direttur minn Carmel Caruana

eżież Kandidati, Bħal kull ħaġa ġdida f’ħajjitna li tħalli fik marka, hekk kienet l-esperjenza li għamilna fis-sajf li għadda fil-qasam talPerù. Esperjenza mhux biss għall-Kandidati tar-raba’ sena tar-Responsorju, imma wkoll għalija li kienet l-ewwel darba li mort fl-esteru. Meta s-Superjur Ġenerali qalli li l-esperjenza tal-Kandidati tar-raba’ sena Responsorju 2015 se tkun ilPerù, nistqarr magħkom li kelli ħeġġa daqs il-Kandidati biex tfittex tasal.

Ma ninsiex sena ilu, meta fl-aħħar tal-Irtir li kellna f’Ottubru/ Novembru 2014, ħabbarnielhom il-pajjiż fejn se tkun l-esperjenza. Għajnejhom riedu jinqalgħu minn posthom bl-entużjażmu. Dan l-entużjażmu kien beda jinbet f’qalbhom meta 6

sħabna li kienu marru fis-sajf tal2014 ġew u rrakkuntawlna. Kienu xhur ta’ preparazzjoni, kemm għalina personali u kemm f’dak li konna se nwasslu lill-oħrajn. Il-Kandidati nqsamu fi tliet gruppi, u setgħu jippreparaw għal kull kategorija; Preparatorja, Magħżulin u Aspiranti kif ukoll għall-grupp San Ġorġ Preca li fi ftit laqgħat sirna qisna ilna nafu lil xulxin. Aħna l-membri li tlajna minn Malta, kif ukoll is-Superjur Anton Grima tal-Polonja, għamilna xi ħsibijiet fl-Assenjatur. Kienet esperjenza ta’ formazzjoni għall-grupp kollu, membri u kandidati fil-mixja Museumina, esperjenza li tgħix f’komunità, esperjenza li tmiss b’idejk il-faqar, tara b’għajnejk Ottubru | Novembru 2015


Formazzjoni

dak li Dun Ġorġ ħolom fil-bidu tas-Soċjetà fil-kelma MUSEUM. “Mgħallem mhux li kien id-dinja kollha timxi wara l-Evanġelju Tiegħek”. Issa aħna dan irridu naraw minn din l-esperjenza ta’ Formazzjoni u esperjenza Missjunarja, x’baqa’ minna; mhux l-oġġetti li ġibna magħna, mhux xi tip ta’ ħelu mill-Perù, imma jekk bidlitniex għat-tajjeb, kemm sirna nħobbu aktar ittagħlim, kemm tħeġġiġna għallvokazzjoni Museumina, jekk kibritx fina, jekk xi darba, kien hemm ix-xewqa li nkunu aħna li mmorru nxandru l-evanġelju f’pajjiż ieħor, permezz tasSoċjetà tagħna. Jiena dan nawguralkom, li dawk l-okkazjonijiet li filprovidenza t’Alla jiġu f’ħajjitna, Il-Kandidat

ejjew ma nħalluhomx jibqgħu għaddejjin u qisu ma ġara xejn. Alla żgur ikun qiegħed ikellmek permezz tagħhom. Ma rridx nispiċċa dawn il-ftit ħsibijiet u ma nirringrazzjax lillmembri tal-qasam tal-Perù, ta’ dak kollu li għamlu magħna, u nħeġġiġkom biex nitolbu għalihom, nitolbu wkoll biex min iħoss xi xrara żgħira taqbad fih għall-missjoni, mhux jipprova jitfiha imma jkompli jikkultivaha biex jekk tkun il-volontà t’Alla, isseħħ! Minn qalbi nixtieq lil kull wieħed, li f’ħajjitna dejjem infittxu nagħmlu dak li Alla jitlob minna, u b’din l-attitudni żgur li ngawdu l-paċi tal-qalb, kif kien jgħidilna l-Fundatur tagħna San Ġorġ Preca. 7


Formazzjoni Spiritwali

Formazzjoni

In-Novissimi minn Aaron Agius

B

ħala Nsara, u speċjalment aħna tal-MUSEUM, għandu dejjem ikollna f’moħħna erba’ affarijiet li kull min hu ħaj għadu m’għaddiex minnhom: il-mewt, ilġudizzju, il-ġenna u l-infern. Kienu sew f’moħħ ilFundatur, u kien jitkellem spiss dwarhom mal-membri u anke fis-Sajdiet tiegħu. U fil-kitbiet tiegħu ma jonqsux. Il-mewt hija żgura; meta ma tafx; u darba biss. “Ishru mela, għax la tafu l-jum u lanqas is-siegħa” (Mt 25: 13). Il-mewt tiġi darba mingħajr ma tħallilekx ċans ieħor. Malmewt tinfired minn kulma hu ta’ din id-dinja. “Is-sema 8

u l-art jgħaddu, imma kliemi ma jgħaddix.” (Mt 24: 35) Hu Alla li mal-mewt jiġġudika l-għemil tajjeb tagħna. Huwa mument ieħor importanti għal kull bniedem, fejn fih se jiġi deċiż jingħatax il-premju jew il-kastig. Hawnhekk Alla jara wettaqtx l-opri li jmissu l-ġisem u r-ruħ, mal-inqas fost ħutek. Alla ma jagħlaqx għajnejh għall-inqas kelma jew azzjoni u jqisha xejn. Għalhekk kun żgur li tkun fil-paċi ma’ Alla kull ħin; preparazzjoni kontinwa għall-mewt u l-ġudizzju. Min ikun għamel dak li Alla jrid, jieħu l-premju Ottubru | Novembru 2015


Formazzjoni Spiritwali

Formazzjoni

tal-Ġenna; il-ferħ etern u assolut li fih naraw il-Wiċċ tant mixtieq li jifforma l-għaxqa tal-qaddisin. Huwa post jew stat li ma nistgħux nimmaġinawh; moħħna ma jasalx li jifhmu. Nafu iżda li ma hemm l-ebda sofferenzi, imma paċi kbira. San Pawl jikteb li, “għajn ta’ bniedem qatt ma rat, widna ta’ bniedem qatt ma semgħet, u lanqas qatt daħal f’qalb ta’ bniedem x’lesta Alla għal dawk li jħobbuh.” Madankollu, min ma jogħġobx lil Alla fil-kliem u flgħemil, ikun hu stess għażel it-triq il-wiesgħa għall-Infern; “hemmhekk ikun hemm biki u tgħażżiż tas-snien.” Il-Kandidat

Il-Fundatur jgħallem kif ilmiġja ta’ Ġesù fid-dinja biex isalvana mid-dnub hija prova ċara tal-qilla tal-Infern. “Ħaġa li twerwer taqa’ taħt idejn Alla l-ħaj.” Inżommu f’moħħna li wara l-mewt kollox hu etern; dejjem dejjem, qatt qatt. Il-bniedem għaqli jgħix b’moħħu kwiet u fil-paċi filwaqt li jkun lest għal meta jiġi msejjaħ quddiem ilMissier u jesperjenza l-erba’ affarijiet ġodda għalih. Sorsi: Taħdit għat-Tfal paġni 10 - 15 Ir-Regola tal-Qaddisin paġni 40 – 42 9


Parir

Formazzjoni

Naffaċjaw l-isfidi! minn Darren Borg

“Fil-ħin

tal-prova kollox

San Ġorġ Preca

H

ekk kien iħobb itenni Dun Ġorġ u jekk toqgħod taħseb ftit fuqha ma ddumx wisq biex tagħraf kemm kellu raġun jgħid hekk. L-isfidi fil-ħajja tagħna l-bnedmin tħobbhom jew tobgħodhom dejjem se jiġu, nagħmlu x’nagħmlu. Għaldaqstant, konxji mill-fatt li se niġu affaċjati minn dawn l-isfidi, wieħed għandu jħejji ruħu sewwa speċjalment fejn tidħol l-attitudni li wieħed jadotta fil-mument tal-isfida. 10

Hija xi ħaġa normali li wieħed ma jieħux gost meta jkun ikkonfrontat bi sfida, speċjalment meta ma jifhimx ir-raġuni wara din l-istess sfida; jew din tiġi minn nies jew ċirkostanzi li wieħed ma jkunx qed jistenna. Però l-attitudni tagħna għandha tkun waħda pożittiva, u allura wara żmien fejn wieħed jinternalizza din l-isfida, imbagħad ikun wasal ħin li wieħed jaġixxi. Hija ħasra li jkun hawn min quddiem l-ostakli jagħżel li jaqta’ qalbu u jwarrab jew inkella jdum wisq biex jieħu azzjoni u forsi jagħmel dan meta diġa jkun tard wisq.

Ottubru | Novembru 2015


Parir

Formazzjoni

we don't grow when things are easy

we grow when we face

CHALLENGES L-isfidi jridu jiġu affaċjati b’kuraġġ, determinazzjoni u konvinzjoni. Waqt l-istess proċess, fejn wieħed ikun qed jikkonfronta l-isfida, dan ikun qiegħed jikber u jissaħħaħ minkejja li xi drabi dan ma jidhirx mill-ewwel jew anki jkun hemm mumenti fejn jidher l-oppost.

l-isfidi li jinqalgħu matul ilħajja tagħna, minn telfa għallopportunità biex wieħed jikber u jimxi ‘l quddiem.

Jekk wieħed ikollu fih din il-konvinzjoni, allura r-riżultat aħħari tal-isfida ftit jiswa ħdejn il-gwadann li wieħed ikun għamel, hu u jaffaċja l-isfida. Għaldaqstant din it-tip ta’ attitudni nemmen li tbiddel il-mod kif wieħed iħares lejn

Il-Kandidat

11


Kitbiet mill-Fundatur

Formazzjoni

L-Isptar ta’ Kristu minn Ian Aquilina

I

mmaġina kieku kellu jeżisti sptar li fih jiġu ttrattati kull tip ta’ dnub. Kemm idum trattament? X’ tip ta’ mediċina jkollok bżonn tieħu? Min ikunu l-infermiera u t-tobba? Dan huwa li jimmaġina San Ġorġ fil-ktieb tiegħu “L-Isptar ta’ Kristu”. Dan il-ktieb għadda minn proċess sħiħ biex jasal filforma li jinsab fiha llum ilġurnata. Miktub fis-snin ħamsin, dan il-ktieb ġieli ntuża mill-Fundatur innifsu waqt il-laqgħat ġenerali, iżda l-ewwel darba li dan il-ktieb ġie maħruġ b’mod formali kien fi Frar tas-sena 1980, mitt sena mit-twelid ta’ San Ġorġ. Wieħed jista’ jgħid li dan il-ktieb huwa mill-iktar kreattivi mill-pinna u l-ħsieb ta’ San 12

Ġorġ, għaliex fih iħeġġeġ lillqarrej jimmaġina dan l-isptar ta’ imħabba u tama li fih kull dnub jista’ jiġi mfejjaq. It-tabib ġenerali li bħalissa jinsab imsiefer ‘il bogħod huwa Ġesù nnifsu, it-tobba u l-infermiera preżenti huma l-qassisin u d-diretturi spiritwali, il-mard huma d-dnub u l-vizzjijiet li jaħkmu ‘l ħajjitna, u t-titqib huma l-pariri u l-avviżi li wieħed għandu jżomm f’moħħu biex kemm jista’ jiskansa mill-periklu tad-dnub. Iżda tajjeb li wieħed iżomm f’moħħu li jeħtieġ jaħdem sabiex ma jerġax jaqa’. U kif toħroġ minn dan l-isptar, żomm f’moħħok it-tislima tat-tabib: “Is-Sinjur Alla jkun dejjem miegħek!” Ottubru | Novembru 2015


Ħajja ta’ Qaddisa

Formazzjoni

Santa Tereża t’Ávila minn Jurgen Attard

S

anta Tereża t’Avila magħrufa wkoll bħala Santa Tereża ta’ Ġesù kienet qaddisa mistika Spanjola, soru Karmelitana u teologa u flimkien ma’ San Ġwann tasSalib waqfet il-karmelitani skalzi. Tereża twieldet f’Avila fi Spanja fit-28 ta’ Marzu 1515 għand familja sinjura iżda li kienu Nsara. Kienet ta’ natural ħelu imma vivaċi. Meta kellha seba’ snin, hi u ħuha iżgħar minnha, wara li qraw xi ħajjiet ta’ qaddisin martri, ġihom f’moħħhom li jmorru fl-artijiet tal-missjoni biex imutu martri. Iżda ma laħqux tbiegħdu wisq middar għax zijuhom laħaqhom Il-Kandidat

u ħadhom lura d-dar. Fl-età ta’ tlettax-il sena tilfet lil ommha u bdiet tieħu ħsiebha oħtha l-kbira imma wara tliet snin oħtha żżewġet u l-missier daħħal lil Tereża ġo border school li kienet mmexxija mis-sorijiet Agostinjani. Fil-kunvent għamlet ħbieb ma’ soru li kienet tieħu ħsiebha u din is-soru irnexxielha tneħħilha “l-istmerrija” li Tereża kellha lejn is-sorijiet. Wara sena u nofs fil-kunvent mardet u kellha tmur lejn id-dar. Kien f’dawn iż-żminijiet li Tereża kienet bierda ħafna mirreliġjon. Imma mbagħad f’daqqa waħda ddeċidiet li tidħol soru karmelitana. Hi 13


Ħajja ta’ Qaddisa

ħadet din id-deċiżjoni wara li kienet rat lil zijuha dejjem bil-vanġelu f’idejh. Għallewwel, missierha ma ridiex imma mbagħad ċeda għaddeċiżjoni tagħha. Sena wara li ħadet il-professjoni, mardet serjament. Kellha bidu ta’ tuberkulożi u damet sitt snin sħaħ marida. Flimkien ma’ dan iż-żmien ta’ mard ġie fuqha wkoll żmien ta’ nixfa ħajja spiritwali. Meta fieqet marret tieħu ħsieb lil missierha li issa kien marad għall-mewt. Il-mewt tiegħu ġabet bidla kbira fiha għax marret tqerr għand il-konfessur tagħha. Il-konfessur ordnalha biex 14

Formazzjoni

terġa’ tibda titlob. Jingħad li beda jkollha esperjenzi mistiċi li nafu bihom għax qegħdin imniżżlin f’kotba li huma meqjusa klassiċi bħal “Ilmixja tal-perfezzjoni” u “Ilkastell ġewwieni.” Fl-1560 ġiha l-ħsieb li tirriforma l-ordni tagħha u ġġedded l-awsterità u d-dixxiplina. Fl-1562 blgħajnuna ta’ San Pietru t’Alkantara rat l-ewwel erba’ sorijiet Karmelitani Skalzi. F’dan l-episodju naraw kemm kienet mara li dak li jkollha f’moħħha tagħmlu allavolja ssib ma’ wiċċha ħafna taħbit u problemi. FlOttubru | Novembru 2015


Ħajja ta’ Qaddisa

Formazzjoni

1568 bil-għajnuna ta’ San Ġwann tas-Salib waqqfet l-ewwel monasteru talpatrijiet. B’kollox fetħet sbatax-il kunvent tas-sorijiet u ħmistax tal-patrijiet. Fl-aħħar vjaġġ tagħha fl-1582, wara li fetħet monasteru f’Burgos, telqgħet lejn Alba de Tormes. Meta waslet fl20 ta’ Settembru kienet għajjiena u marida ħafna.

Mietet ftit ġranet wara fl-età ta’ sebgħa u sittin sena. Fl24 t’ April tal-1614, f’Ruma ġiet bbeatifikata minn Papa Pawlu V u ġiet kkanonizzata minn Papa Gregorju XV f’Ruma fit-12 ta’ Marzu 1622. Santa Tereża hija patruna tal-kittieba, nies morda, patruna ta’ membri ta’ ordnijiet reliġjużi kif ukoll patruna tal-pajjiżi ta’ Spanja u tal-Kroazja.

“Ġisimna għandu difett li aktar ma jirċievi kura u konfort, aktar isib ħtiġijiet u xewqat Santa Tereża t’Ávila

Il-Kandidat

” 15


Saħħa

Għarfien Ġenerali

Is-Saħħa Spiritwali minn Christian Schembri

B

ħala Nsara, u bħala kandidati fis-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija (M.U.S.E.U.M.), huwa importantissimu li aħna nieħdu ħsieb is-saħħa spiritwali tagħna. Permezz ta’ dan jien nifhem li għandna nżommu fuq livell tajjeb ir-relazzjoni tagħna ma’ dak li huwa spiritwali, jiġifieri ma’ Alla. Biex nagħmlu dan hemm diversi affarijiet li Ġesu’ stess issuġġerixxa kemm bilkliem kif ukoll bl-eżempju li aħna għandna nagħmlu. Dawn l-affarijiet jinkludu: • L-orazzjani kontinwa’ (Mhux talb biss - kif jindika Dun Ġorġ fil-ktieb tiegħu “L-Orazzjoni”) • Il-parteċipazzjoni spissa u sħiħa fis-Sagramenti • Qari Spiritwali 16

• Direzzjoni Spiritwali - li wieħed jista’ jieħu minn għand il-kultur, id-direttur spiritwali jew mingħand xi soċju matur u ta’ esperjenza fil-ħajja Nisranija u Museumina. Tajjeb li teżamina bissinċerità kollha lilek innifsek u tara fejn inti għandek bżonn timmatura fil-punti imsemmija hawn fuq biex eventwalment tikber u timmatura f’persuna Nisranija u li kapaċi tgħix ilvokazzjoni tiegħek kif suppost irrispettivament ma’ liema problemi tiltaqa’ għax kif jgħid San Pawl fl-ittra tiegħu lirRumani; “Jekk Alla magħna, min sa jkun kontra tagħna?”. Taqtax qalbek għax kif kien jgħid John Heywood, kittieb Ingliż: Ottubru | Novembru 2015


Saħħa

Għarfien Ġenerali

“Rome wasn’t built in a day, but they were laying bricks every hour” John Heywood

Il-Kandidat

17


Għarfien Ġenerali

Nazzjonali

CHOGM minn Andrew Cassar

L

-istorja tal-Commonwealth:

Ic-CHOGM tirreferi għal laqgħa tal-mexxeja ta’ stati li jiffurmaw parti mill-grupp talCommonwealth. Dan il-grupp imur lura għal meta kien għadu jeżisti l-Imperu Ingliż, meta fl-1884 Lord Rosebury iddeskriva l-”Imperu” bħala Commonwealth of Nations (qsim ta’ rikkezzi u ideat bejn in-nazzjonijiet) u meta ftit snin wara, fl-1887 kienet saret l-ewwel Konferenza kolonjali għall-konsultazzjoni bejn l-Ingilterra u l-kolonji tagħha. Aktar il’ quddiem maż-żmien, jasal il-qbil li l-Ingilterra u d-Dominji tagħha huma indaqs fl-istat tagħhom u li l-membri huma liberi u indaqs filwaqt li jfitxxu l-paċi, libertà u progress.

18

Membership: Fil-preżent din l-assoċjazzjoni tħaddan 53 membru, ħafna minnhom stati indipendenti u f’daqqa jammontaw għal 2.2 biljun persuna mid-dinja. Din l-għaqda kif nafuha illum ingħaqdet fl-1949. Simbolikament il-Head of Commonwealth hija r-reġina Eliżabetta II (Dan it-titlu mhux ereditarju imma meta l-Head imut, jiġi elett ieħor). Il-Prinċipji li jigwidaw lillmembri huma d-demokrazija, d-drittijiet tal-bnedmin u r-rule of Law. Meta dawn il-prinċipji jiġu miksura, l-membru jiġi temporanjament/ permanentement eskluż millassoċjazzjoni skont il-każ. Minn mindu bdiet l-assoċjazzjoni, diversi pajjiżi daħlu, fosthom Ottubru | Novembru 2015


Għarfien Ġenerali

wkoll pajjiżi li m’għandhom l-ebda relazzjoni passata malImperu Brittanniku.

Nazzjonali

politics to influence and eventually effect change on important global issues.

CHOGM: Dawn il-laqgħat bejn ilmexxejja tal-istati membri jsiru darba kull sentejn u jsiru f’wieħed mill-pajjiżi membri. Malta kienet diġa laqgħet dawn il-laqgħat fl-2005. Il-President/ Prim Ministru tal-pajjiżi ospitant tac-CHOGM ikun ‘ic-chairman in-office’ (dak li jieħu ħsieb l-organizazzjoni tac-CHOGM) u jdum għal sentejn sakemm ikun hemm ic-CHOGM li jmiss. It-tema ta’ din is-sena hija: Adding Global Value is about using the Commonwealth’s strengths in international Il-Kandidat

NIES

ŻGĦAŻAGĦ

NISA

NEGOZJU

19


Għarfien Ġenerali

Personaġġi Maltin

Fr. Robert Galea minn Silvio Gatt

Ħ

afna minna dan l-aħħar smajna li qassis Malti kien għadda għall-finali tal-XFactor imma minħabba ċirkustanzi ta’ bilanċ bejn id-divertiment u l-ħajja pastorali ddeċieda li aħjar jekk jieqaf mill-XFactor ħalli jkompli bil-ħajja pastorali tiegħu. Infatti hu stess qal: “ I am grateful for the opportunity to have auditioned” Robert Galea twieled fl14 ta’ Novembru 1982 u huwa oriġinarjament minn Tal-Ibraġ imma bħalissa jgħix ġewwa l-Awstralja. Kif ħafna minnha jafu, Robert Galea mhuwiex l-istess persuna li nafu llum għax

20

qabel ma’ ħass is-sejħa li jidħol qassis għadda minn ħafna esperjenzi xejn sbieħ li sfortunatament ħafna żgħażagħ illum qed jispiċċaw jaqgħu għallħażen ta’ din id-dinja. Imma bil-għajnuna ta’ Alla, Fr. Robert irnexxielu jagħraf li l-istil ta’ ħajja li kien qed jgħix ma kinitx taqbel ma’ dik tal-Knisja. Kien propju hawnhekk li ħass is-sejħa li jsir qassis. Infatti ftit żmien wara beda l-istudji tiegħu ġewwa s-Seminarju ir-Rabat fl-2003 fejn imbagħad ġie ordnat saċerdot millArċisqof Pawlu Cremona fil-5 ta’ Novembru 2010.

Ottubru | Novembru 2015


Għarfien Ġenerali

Tajjeb li ngħidu li Fr.Robert mhuwiex sempliċiment qassis imma huwa wkoll kantant u mużiċist (kitarra) ta’ diski reliġjuzi. Infatti mill2004 ‘l hawn, ħareġ madwar erba’ albums. Fost dawn l-albums nistgħu nsemmu More of You (April 2004), Closer (Frar 2006), What A Day (Jannar 2008), “Divine Mercy Chaplet” (Awwissu 2010) “Reach Out” (Jannar 2011). Fr. Galea kien daqq quddiem il-Papa Benedittu XVI, fil-Jum Dinji tażŻgħażagħ f’Sydney, biddiska uffiċjali li ġġib l-isem ta’ “Receive the Power”. Illum Fr.Robert qiegħed iservi bħala qassis fil-Knisja ta’ Bendigo fid-djoċesi Il-Kandidat

Personaġġi Maltin

ta’ Sandhurst li tinsab ġewwa Victoria l-Awstralja. Fr.Robert jemmen li huwa parti minn ġenerazzjoni ġdida ta’ saċerdoti li kapaċi jesprimu lilhom infushom. F’intervista li kienet saritlu, Fr.Robert jisħaq ħafna li s-sejħa tiegħu hi l-ewwel u qabel kollox dik ta’ qassis. Huwa qal li huwa jħobb ilvokazzjoni tiegħu u li jekk issejħa tiegħu bħala saċerdot huwa li jkellem il-qlub talpoplu, dan skont il-loġika tiegħu qal li jista’ jagħmlu permezz tal-mużika.

21


Riżorsi

Ktieb

Il-Ġrajjiet ta’ Jacob Jones minn Sean Spagnol

B

inċident bi ftit, jiltaqa’ ma’ żewġ karattri li jippruvaw jgħinuh jagħmel għażliet aħjar f’ħajtu. M’hemmx xi ngħidu, ċertu ġrajjiet li jseħħu wara jinvolvu ċertu inċidenti mhux tas-soltu biex jagħmlu l-istorja iktar interessanti. Matul il-bqija tal-ktieb Jacob u l-ħbieb tiegħu jinvolvu ruħhom f’diversi avventuri, filwaqt Dan jittratta fuq student li l-istess żewġ karattri jippruvaw jismu Jacob, li għalkemm tal-bidu huwa intelliġenti ħafna, joqogħdu bħala kuxjenza ikollu ħabta jidħol fi u jiggwidawh lejn għażliet praspar biex jidher li ma biex dejjem isir tifel aħjar. jibża’ minn xejn u biex Għalkemm dan il-ktieb jimpressjona lil sħabu. Flewwel ġrajja, wara li jevita hu magħmul bħala storja ħala ktieb li laqatni ħafna u li jista’ jintuża fil-lezzjonijiet mat-tfal talklassijiet tal-Preparatorja huwa “Il-Ġrajjiet ta’ Jacob Jones”, ta’ Carmel G. Cauchi. Huwa ktieb li huwa miktub b’Malti li jinftiehem malajr, u maqsum f’diversi ġrajjiet, jiġifieri jista’ jintuża f’lezzjonijiet separati.

22

Ottubru | Novembru 2015


Riżorsi

waħda, il-ġrajjiet separati jagħtu ħafna tagħlimiet li tista’ twassal lit-tfal, fosthom l-għajnuna lejn ilproxxmu u l-karità ma’ nies li huma fil-bżonn. Il-mod kif inhu maqsum il-ktieb jgħin ukoll biex jintuża f’iktar minn lezzjoni waħda, u b’hekk tkun tista’ tiftaħ sensiela ta’ lezzjonijiet fuq temi differenti.

Ktieb

biex tgħix ta’ xhud ta’ Kristu anke fl-affarijiet sempliċi ta’ kuljum. Fl-aħħar, ilqarrej nnifsu jista’ jirrifletti fl-istess ħin fuq jekk dawn il-virtujiet sempliċi huwiex jipprattikahom fil-missjoni tiegħu.

Dawn it-tagħlimiet huma sempliċi, iżda permezz tal-mod differenti ta’ kif jitwasslu, jista’ jkun li tgħin lit-tfal jifhmu aħjar ilvera bżonn ta’ dawn il-ftit tibdiliet fil-karattru li jgħinu Il-Kandidat

23


Riżorsi

Varji

minn Samuel Cutajar

K

ull min jgħallem jaf kemm huma diffiċli l-ewwel ftit lezzjonijiet ma’ klassi ġdida. Waħda mirraġunijiet ovvji hi, li lit-tfal li tkun qed tgħallem mhux talli ma tkunx tafhom sew iżda xi kultant ma tkun tafhom xejn. Dawn id-diffikultajiet jidhru l-iktar fejn ikun hemm bżonn tinżamm id-dixxiplina fil-klassi, biex tinżamm l-attenzjoni tat-tfal u kif ukoll fil-ħin li l-prefett jagħmel ir-rassenja. Għalhekk l-użu ta’ Icebreakers fl-ewwel lezzjonijiet ma’ tfal ġodda tista’ tkun ta’ għajnuna kbira. Dawn ma jgħinux biss biex lill-prefett isir jaf xi affarijiet fuq it-tfal iżda ukoll biex ittfal ikunu jafu iktar lill-xulxin. 24

Eżempji ta’ Icebreakers jeżistu ħafna iżda wieħed irid jagħżel dawk li huma adatti għall-età u l-imġieba ġenerali tal-klassi. Ftit eżempji partikolari huma fejn meta jkollok tfal ta’ età pjuttost żgħira, jsiru Icebreakers f’forma ta’ logħba waqt li meta jkun hemm tfal jew adoloxxenti ta’ età iktar matura jintużaw Icebreakers fejn wieħed ikollu bżonn iħaddem iktar moħħu. L-iktar ħaġa importanti hija li wieħed ikun kreattiv u entużjast. L-użu ta’ krafts, mistoqsijiet mhux tassoltu jew ħelu fost oħrajn jgħin ħafna biex l-attività tkun ta’ suċċess. Importanti wkoll li kemm jista’ jkun lOttubru | Novembru 2015


Riżorsi

Varji

Icebreakers jkunu jinvolvu littfal kollha u li jitlestew fil-ħin allokat biex ħadd ma jħossu inqas minn ħaddieħor. Eżempji ta’ Icebreakers li jien personalment sibt tajbin ħafna huma Line up fejn it-tfal jinqasmu fi gruppi differenti skont it-tul, data tattwelid, eċċ..., Human Knots fejn it-tfal iridu jinħallu minn ma’ xulxin u jagħmlu ċirku u If fejn kull tifel jiġi mistoqsi diversi mistoqsijiet li kollha jibdew “Kieku ......?”. Wieħed jista’ jsib iktar informazzjoni fuq dawn l- Icebreakers partikolari u fuq ħafna oħrajn fuq : https://insight.typepad. co.uk/40_icebreakers_for_ small_groups.pdf. Il-Kandidat

25


Esperjenzi

Kandidat

In a nutshell minn Etienne Gregory

T

his is my missionary experience in a nutshell in Peru’ and also in one of the SDC’s centres in St. Paul’s Bay. Awaiting us on our arrival in Julio C.Tello, a village in Lurin, in the district of Lima in Peru’, were the male and female candidates who gave us a very warm welcome together with some typical food and drink. On that day we assisted for a fund-raising activity of the parish and later attended for cathecesis in the preparation of sacraments in Sumac Pacha. One must appreciate the fact that such cathecesis is being held in a small garage lent to the society by a resident woman. I will not forget the moment during a mass celebration in Casitas where children 26

awaited us, who were about to receive holy communion just to gently lay their hands on our shoulders. During informal outings, we got to know the peruvian candidates better, both in terms of personality and also interests and talents. One of the talents I admired most in these canditates and also in their culture in general is the gift of music. The spanish noun compartir, meaning sharing featured alot. As maltese candidates we had the opportunity to share with the peruvians our own experience in SDC and viceversa. A particular peruvian said that the death of Padre Carlos was her motivation as she wanted to continue what he began. Furthermore, in a Ottubru | Novembru 2015


Esperjenzi

Kandidat

PERÙ Capitali: Lima Language: Spanish, Quechua and Aymara Population: 30.38 million Currency: Peruvian Nuevo Sol Motto: Firm and Happy for the Union

live-in for aspirants, the story of Percy surprised me. He is a person who has got in touch with drugs, slept under bridges, but now he is working wholeheartedly to help others to pull out from such victitious behaviour. A number of so called Dinamcas were used to praise the Lord. Dinamicas are simply religious songs you dance with. Cathecesis in Peru’ is held for boys and girls. One day, after cathecesis in the centre to the preparatory class, one of the girls gave me a small colouring pencil with her name written on it as it was the last time that we I was going to see her. Workshops were also organised that included a variety of outdoor games.

Il-Kandidat

I had to inculturate more in Peru’ than in St. Paul’s Bay, both in different manners. In Peru’ I had to adapt to a completelyt different lifestyle, food, language and timezone but in St. Paul I was inculturated less severely as I remained in Malta.

27


Esperjenzi

Soċju

Il-Komunità ta’ Taizé minn Christopher Grima

M

alli, flimkien ma’ grupp ta’ soċi, wasalt Taizé ftit aktar minn ħames snin ilu, malewwel laqatni l-ġmiel tal-post mimli xenarju u pajsaġġ tassew sabiħ! Wasalna eżatt fil-ħin li bdiet il-quddies tal-Ħadd u nista’ ngħid laqatni l-ewwel innu bitTaljan li bdejna nkantaw, li jgħid hekk: “Il signore ti ristora. Dio non allontana. Il signore viene ad incontrarti, viene ad incontrarti.” –“Il-Mulej iġeddek, Alla ma jħallikx waħdek. Il-Mulej ġie jiltaqa’ miegħek! Ġej jiltaqa’ miegħek.” L-attività kollha kienet tieqaf għall-ħin tat-talb ta’ filgħodu, ta’ nofsinhar u ta’ filgħaxija. Ittalb jikkonsisti f’mumenti ta’ talb kantat, qari ta’ silta mill-Evanġelju, mument ta’ skiet, talbiet talkomunità u t-talba tal-Missierna. Laqatni tassew il-fatt li nara numru hekk kbir ta’ żgħażagħ mit-tradizzjonijiet Insara differenti jingħaqdu flimkien u jitolbu. Xi 28

ħaġa li nisslet fija hija sens ta’ tama u ta’ għaqda anke fid-dawl tal-moviment ekumeniku li beda fost l-insara. F’Taizé mhemmx impjegati, kull ħaġa li ssir sew tisjir, tindif, preparazzjoni għat-talb, kollox isir mill-brothers li jgħixu fil-komunità t’hemmhekk u ż-żgħażagħ li jkunu qegħdin jagħmlu esperjenza f’dak il-post. Allura malli wasalna lil kull wieħed minna tawna biċċa xogħol. Lili messni li ngħin fittindif tal-platti wara l-ikel. U wkoll tawni n-numru tal-kamra fejn għandi noqgħod. Malli wasalt filpost tal-kmamar tal-irqad insib numru ta’ huts bil-bunkbeds. Filhut miegħi kien hemm numru ta’ nies minn pajjiżi differenti. Malewwel introduċejna lilna nfusna għamilna ħbieb magħhom u ma’ xi wħud oħra li joqogħdu filhuts qrib! Matul din il-ġimgħa kellna mumenti tassew qawwija Ottubru | Novembru 2015


Esperjenzi

bejnietna li qsamna l-esperjenzi u d-diffikultajiet tal-ħajja tagħna ta’ kuljum. Matul il-ġurnata kull filgħodu kien ikollna laqgħa ta’ madwar siegħa ma’ wieħed mill-brothers tal-komunità ta’ Taizé ibbażata fuq silta mill-Iskrittura. Imbagħad qasmuna fi gruppi bl-etajiet u fihom kellna nibqgħu l-ġimgħa sħiħa. Fil-grupp kellna niddiskutu dak li qiegħda tgħidilna din issilta fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Filgrupp l-unika persuna li ma kinitx kattolika kienet tfajla Ġermaniża li ġejja mit-tradizzjoni Luterana. Bħala grupp afdajna f’idejha t-talb u mill-ewwel indunajna li kienet persuna tassew spiritwali u li kellha għarfien tajjeb tal-Kelma t’Alla. Matul il-ġurnata min jixtieq jagħmel mumenti ta’ silenzju wieħed seta’ jmur f’post li Il-Kandidat

Soċju

kienu jsejħulu Sors St. Etienne. Hemmhekk wieħed jista jirtira u joqgħod fis-skiet, bl-uniku ħoss li jipprovdi l-ħolqien, l-aktar ilħoss ta’ ilma nieżel u għasafar ipespsu fis-siġar. Wara l-ikel, kien ikollna ċ-ċans li nitgħallm u nkantaw l-kant ta’ Taizé. Filgħaxija wara l-ikel u t-talb wieħed jista’ jmur post ta’ rikreazzjoni jissejjaħ l-Oyak. Hemmhekk jinġabru ż-żgħażagħ filgħaxija fejn ikantaw flimkien u jiddevertu b’mod fratern u sabiħ! Ir-raħal ta’ Taizé huwa post ideali biex wieħed jieqaf ftit mittaħbit tal-ħajja u jaħseb ftit fuq ħajtu fid-dawl tal-Kelma t’Alla u anke fl-esperjenzi li wieħed ikollu meta jiltaqa’ ma’ persuni oħra minn pajjiżi differenti u minn tradizzjonijiet insara differenti.

29


Avviżi

Avviżi

Novena tal-Milied Wara jkun hemm riċeviment żgħir

Għall-Kandidati u l-ġenituri

19

ta’ Diċembru 30

18:00 - 19:00

Dar il-Ħanin Samaritan Ottubru | Novembru 2015


Avviżi

Get Together Għall-Kandidati u l-Kulturi

2 tta’ Jannarr

Fl-iskola St. Michael

Il-Kandidat

31


“Try not to become a man of success, but rather try to become a man of value” Albert Einstein

Għal kummenti u suġġerimenti, kellem lil xi membru mit-tim editorjali jew ibgħat imejl fuq: rivista.ilkandidat@gmail.com


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.