Maħruġ mill‐Ġiżwiti Maltin • Awwissu/Settembru 2014 • Sena 65 • Numru 7 • 78, Triq il-Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067
CRUISE ma TispiĊĊa
qatt
N E W S PA P E R P O S T
CRUISE ma tispicca qatt llum moda li biex nistrieħu mmorru cruise. U cruise tfisser gost, kumdità, ikel tajjeb u abbundanti, divertiment, shows, kulħadd iseftirlek, lussu… F’kelma waħda ħajja faċli fejn wieħed ikun moqdi, jieħu gost, jistrieħ u ma jkun jonqsu xejn. Fiha nfisha li tmur holiday bħal din ma fiha xejn ħażin. Il-mistrieħ huwa ħaġa tajba u essenzjali. Il-gwaj jibda meta naħsbu li l-ħajja kollha kemm hi tista’ tkun holiday. Il-pjaċir u d-divertiment isiru kollox u l-iskop ta’ kollox. Infittxu l-ewwel il-kumdità u l-gost ikun dak li jmexxina. Il-pjaċir jiġi l-ewwel u l-aqwa skop talħajja u ninsew li fil-ħajja hemm skop ferm aktar nobbli u sabiħ li hu ferm aktar għoli mill-gost u jagħtiha sens veru li jibqa’. Ilgost jiġi u jmur. Is-sens tal-ħajja hu ferm aktar fil-fond u prezzjuż. Il-gwaj hu meta nitfixklu u naħsbu li l-gost u l-ferħ huma ħaġa waħda. Hemm differenza kbira. Il-gost huwa meta l-ħajja tkun faċli. Il-ferħ huwa sens ta’ paċi profonda li jitlob prezz – is-sagrifiċċju. Ilgost bla rażan iwelled it-tbatija u t-tbatija bi skop twelled il-ferħ. X’jiġi l-ewwel? X’se nagħżlu? Ngħixu l-ħajja qisha cruise bla ma nqisu x’se tiswielna, bla ma nikkalkulaw il-prezz biex dak il-gost ma jieħux post il-ferħ tal-qalb? Jew niksbu l-vera ħajja billi nagħżlu tajjeb x’jiġi l-ewwel – il-valuri sodi u l-għażliet ibsin li jwassalna għall-veru ferħ u paċi tal-qalb? L-Editur 2 • awwissu/Settembru 2014 • RM2000
X’jiġi l-ewwel? Din mhix bħaddomanda - għal bosta bla tweġiba - talbajda jew it-tiġieġa. Id-domanda li qed inpoġġi lili nnifsi u li nixtieq li min jaqra jaħseb dwarha wkoll hija fuq dak li qed jiġri fid-dinja llum, pajjiżna mhux eskluż. Meta ngħid id-dinja, mhux qed nitkellem dwar blat, ħxejjex u annimali, qed nitkellem dwarna l-bnedmin. Qed nitkellem dwar l-umanità. Qed nistaqsi dwar il-persuni. Qed nistaqsi dwari nnifsi. Għalija x’jiġi l-ewwel? Din iddomanda tressaq quddiemi ruxxmata ta’ sitwazzjonijiet, uħud minnhom niltaqgħu magħhom kuljum. X’jiġi l-ewwel, ix-xogħol jew ilfamilja? Dejjem hemm l-argument li bla xogħol, il-familja ma tkunx tista’ tgħix. Minnu! Imma allura x-xogħol jieħu post il-familja? X’jiġi l-ewwel l-ikel jew il-ħajja? Huwa minnu li bla ikel lanqas nista’ ngħix, imma għandi ngħix biex niekol jew niekol biex ngħix? X’jiġi l-ewwel, l-individwu jew is-soċjetà? Kull bniedem jeħtieġ il-ħajja soċjali. Din ġejja mill-istess natura tagħna. Imma x’għandu jkun il-prinċipju, is-suġġett u l-għan aħħari, il-persuna jew is-soċjetà? X’jiġi l-ewwel, id-drittijiet jew dmirijieti? Illum kulħadd jaċċetta li d-drittijiet huma meħtieġa għall-iżvilupp
xieraq tal-persuna umana. Imma x’jiġri meta id-dritt tiegħi jsib ruħu f’kunflitt dirett ma’ obbligu li għandi lejn ħaddieħor? X’għandu jirbaħ? Fil-familja x’għandu jiġi l-ewwel, il-ħajja soċjali jew l-edukazzjoni talulied? Meta missier u omm ikunu kostretti jagħżlu fejn jitfgħu ir-riżorsi finanzjari limitati tagħhom jekk hux fil-ħajja soċjali jew fl-edukazzjoni ta’ uliedhom, x’għandhom jagħżlu? Għall-ġenituri, min għandu jiġi l-ewwel, il-parti l-oħra jew uliedhom? Għall-professjonista li jaħdem filqasam tas-saħħa u li kontinwament huwa mxekkel mill-pressjoni taxxogħol u tal-ħajja, x’għandu jiġi l-ewwel il-ħtiġijiet tiegħu jew dawk tal-pazjent? Għall-avukat difensur li jaf b’ċertezza li l-klijent tiegħu huwa ħati, x’għandu jiġi l-ewwel il-ġustizzja jew ‘dmirijietu’ lejn l-akkużat? Għall-politiku li mhux darba jkollu jieħu deċiżjonijiet diffiċli, x’għandu jiġi l-ewwel, il-konvinzjonijiet morali tiegħu jew il-popolarità li jġibulu l-voti u allura toffrilu l-opportunità li jkompli jaħdem? Politiku li dejjem ipprova jimxi mal-konvinzjonijiet tiegħu, imma jaf li b’ċerti deċiżjonijiet li ser jieħu jitlef il-popolarità u allura l-opportunità li jkompli jaħdem għall-poplu, x’għandu
jagħmel, ibaxxi rasu għat-tentazzjoni tal-popolariżmu jew jimxi malprinċipji li jħaddan, bir-riżultat li jitqaċċat mix-xena kompletament? Wieħed jista’ jgħid li jekk persuni ta’ prinċipju jispiċċaw mix-xena politika, allura jkun il-poplu stess li jitlef mhux il-politiċi infushom. Immaġina li qiegħed fuq cruise ma tispiċċa qatt – Il-banda qed idoqq, it-teatri huma mimlija u r-restoranti ffulati. F’din il-cruise issib kull tip ta’ kumdità moderna, kulħadd qed jidħaq, jiċcajta u jiddeverti. Il-passiġġieri kollha jqisu din il-cruise bħala dritt tagħhom u mhux vaganza qasira ta’ mistrieħ. Fejn se jaslu, kemm se ddum ilcruise u min se jħallas l-ispejjes, ħadd minnhom ma jaf u forsi ħadd ma jimpurtah. L-importanti hu li l-party jibqa’ għaddej. Imma aktar ma jdum il-party, aktar jikbru l-ispejjeż u jonqsu l-finanzi. Id-dejn jibda jikber, jibdew il-kwistjonijiet bejn il-passiġieri. Fost l-ekwipaġġ innifsu, li jkun ilu ma jitħallas żmien, jibda d-diżgwit. L-ikel jibda jonqos, imma xorta waħda ħadd ma jsib il-kuraġġ li jiffaċċja s-sitwazzjoni u jwaqqaf il-party. Jista’ jkun li sakemm naraw li party għadu għaddej, ħadd minna ma għandu l-kuraġġ li jgħajjat, “Daqshekk!” U allura nerġa’ nistaqsi, x’għandu jiġi l-ewwel? It-tweġiba għal din id-domanda mhux dejjem naqblu
dwarha. Dan jinkwetani, għaliex sakemm b’sinċerità nkunu qed infittxu tweġiba għad-domanda tagħna, allura għalina jkun għad fadal ukoll it-tama. Iżda kultant wisq nibża li sakemm il-party jkun għadu għaddej, ftit li xejn jimpurtana li nagħmlu d-domanda dwar x’għandu jiġi l-ewwel.
U ngħiduha kif inhi, jekk ma jimpurtaniex nagħmlu d-domanda ara kemm jista’ jimpurtana li nsibu t-tweġiba! Joe Farrugia
(Adattata u mqassra minn blog tasSegretarjat għal-Lajċi. Ara s-sit elettroniku http://www.laikos.org/)
RM2000 • Awwissu/Settembru 2014 • 3
IL-LITANIJA TTAL-KWIEKEB 4 • Awwissu/Settembru 2014 • RM2000
Fil-ħajja għandna bosta kwiekeb li jdawlulna ħajjitna, jimxu magħna u jmexxuna biex niskopru u nsiru dak li aħna. Din ilqarrejja tieħu ż-żmien biex taħseb fihom wieħed wieĦed u waħda waħda. Għal kull kewkba tgħid grazzi. Min jaf kieku tagħmel hekk int ukoll. Iqaf u għid grazzi għal kull kewkba li hemm f’ħajtek. Ommi, missieri, iz-zija, is-sorijiet Franġiskani fi żmien il-primarja, l-għalliema fi żmien is-sekondarja, is-sorijiet tal-Ursolini fi żmien żgħożiti,
Grazzi Grazzi Grazzi Grazzi
is-Sależjani fi żmien iċ-ċentru, il-Father fi żmien is-6th Form, il-Franġiskan fuq il-post tax-xogħol, Is-Soċju u s-Superjur tal-Mużew, il-Katekista,
Grazzi Grazzi Grazzi Grazzi Grazzi
il-Brother ta’ Taize’, id-Dun tal-parroċċa, l-Abbati li jgħin fil-knisja b’tant rispett,
Grazzi Grazzi Grazzi
il-mara li tgħid ir-rużarju b’ċerta kalma, Grazzi il-mara li ssellem lil kulħadd u dejjem bi tbissima, Grazzi ix-xufier li jsuq bil-galbu waqt li jwassal lit-tfal, Grazzi il-preżentattriċi fuq ir-radju li tferraħ lil min jismagħha, Grazzi
l-omm li rabbiet ’l uliedha f’għaqda sħiħa, il-missier li baqa’ miexi f’ħajtu akkost ta’ kollox, l-anzjana kuraġġuża li qegħda l-home,
Grazzi Grazzi Grazzi
l-għalliem ħabrieki, paċenzjuż u jaf jisma’, il-voluntiera li jqassmu l-kafè fl-isptar, il-ġuvni li jgħin lil ħaddieħor avolja mkisser hu, it-tfajla li taf tħobb avolja lilha sawtuha,
Grazzi Grazzi Grazzi Grazzi
Imbagħad hemm… Madre Tereża, Charles de Foucauld, Nick Vujicic*, Il-Papa Franġisku.
Grazzi Grazzi Grazzi Grazzi
Fuq kollox u fuq kulħadd, Ġesu’ huwa għalija l-akbar kewkba, Lilu nżomm jilluminani, Miegħu nipprova ngħix biex, b’xi mod, inkun ta’ kewkba għal uliedi, għar-raġel u ta’ madwari.
Grazzi Grazzi Grazzi Grazzi
* Żagħżugħ li twieled bla idejn u bla saqajn li tgħallem jagħmel kollox waħdu. Biex tkun taf aktar fuqu fittex ‘Nick Vujicic’ fuq il- YouTube. RM2000 • Awwissu/Settembru 2014 • 5
Is-soru, it-tfal, il-ġuvni u jien
6 • Awwissu/Settembru 2014 • RM2000
Kelli xi erbatax-il-sena. Ta’ kull ġimgħa jien u membri oħra konna nżuru anzjani li kienu jgħixu d-dar waħedhom, nies morda, u persuni b’diżabilità. Konna nieħdu l-istatwa tal-Madonna fid-djar tan-nies, immorru ngħinu fid-djar tal-anzjani, kif ukoll nilagħbu mat-tfal għand is-sorijiet. Permezz tal-għaqda Legion of Mary li kont membru attiv tagħha, kien seħħ l-ewwel kuntatt tiegħi mat-tfal li jgħixu fid-djar tat-tfal immexxija mis-sorijiet.
Aktar ’il quddiem bdejt ngħallem u xi wħud mill-istudenti kienu jgħixu u jittrabbew ma’ dawn l-istess sorijiet. Wara l-ħin tal-iskola kont nibqa’ sejra dritt għand is-sorijiet. It-tfajliet daqsxejn akbar fl-età, kienu jinġabru miegħi u konna noqogħdu nitkellmu ftit waqt li jagħmlu l-HW. Wara naraw xi programm fuq it-televixin, imbagħad narmaw il-mejda għallikel, niżbarazzaw, nidħku, inkantaw, nitolbu, u nintefgħu fuq tapit kbir li kien ikun hemm f’nofs il-kamra nilagħbu ma’ tfal iżgħar bil-ġugarelli. Kemm kont nieħu gost! Kont inħossni kuntenta u mimlija b’ferħ inspjegabbli. Waqt li kont inkun ma’ dawn t-tfal kollha, kont inkun irrid naqbadhom kollha u ngħannaqhom waħda kbira miegħi. Il-ġirja li kienu jiġru għal fuqi malli jarawni, donni qed nerġa’ nħossha u nistħajjilha bħalissa! Hekk kif kont indoqq il-qanpiena tal-bieb ta’ barra u s-soru tal-bieb tiġi tiftaħli, kont nara t-tfal neżlin ġirja mat-taraġ waqt li jgħajtu: “Ġiet il-Miss , ġiet il-Miss.” Kont nifraħ bħalhom u daqshom jien. Ta’ kuljum kont issibni hemm minn xi t-tlieta ta’ waranofsinhar sa
xi t-tmienja ta’ filgħaxija. Malli noħroġ mil-bieb ta’ barra tad-djar tat-tfal, u nibda miexja fuq il-bankina biex immur id-dar, qalbi kienet tingħafas. Għajnejja kienu jitqalu bid-dmugħ u kuljum kont ninfaqa’ nibki. Nimxi u nibki. Min jaf x’kienu jaħsbu li ġrali dawk in-nies li nzertaw kienu mixjin fuq il-bankina bħali! Sadanittant, bdejt noħroġ malġuvni tiegħi. Ftit ftit, bdejna nsiru nafu aktar lil xulxin. Miegħu u fil-preżenza tiegħu kont inħossni kuntenta ukoll. Iż-żmien beda għaddej ġmielu u sibt lili nnifsi maqbuda bejn żewġt affarijiet li tant kienu għal qalbi. L-istil tal-ħajja tas-sorijiet u l-imħabba li kellhom għat-tfal li jieħdu ħsieb, kienet ilha tberren f’moħħi. Ta’ kuljum id-doża li jien ridt nqatta’ aktar ħin magħhom kienet dejjem tikber. It-tfal kont inħobbhom immens. Imma jien ma ridtx nidħol soru. Xtaqt ħajja mat-tfal bħal tas-sorijiet mingħajr ma nsir soru. Mur ifhimni! Mill-banda l-oħra lill-għarus tiegħi kont inħobbu ukoll. Bqajt noħroġ miegħu, imma bqajt immur għand is-sorijiet ukoll. Ġieli ħriġna xi tfal
għal xi passiġġata flimkien. Xi drabi kienu jieklu d-dar tal-ġenituri tagħna, magħna. Imma ġo fija, jien kelli battalja sħiħa għaddejja! “Kemm nieħu gost magħkom, u kemm nixtieq li nkun imdawra bit-tfal bħalek, Sor”, kont ngħid ta’ spiss lis-soru li għandha kont immur. X’se nagħmel? Imma Mulej, xi trid minni eżatt? Int, li lestejt pjan għalija, għal ħajti, xi trid minni? X’inhu dan il-pjan? Kif ser inkun naf jien? Kont nitlob bil-mod kif naf jien. Kont immur quddiem is-sagrament fil-Kappella tal-Midalja Mirakoluża, u hemm nistaqsi mitt elf mistoqsija. Fl-istess ħin, ngħid bejni u bejn ruħi: “Mulej, jien nixtieq li ‘’l quddiem niżżewweġ u jkolli t-tfal tiegħi. Irrid inħobbom bħal ma dik is-soru ħabbet lil tant tfal taħt il-kura tagħha. Imma kif niddeċiedi x’se nagħmel b’ħajti? U darba għamilt kuraġġ u tkellimt ma’ saċerdot dwar dak li kont qed inħoss jien. U qalli li Alla ma jistax jitlob minni żewġt toroq. Itlob u dak li jkollu jseħħ, jitwettaq. U llum ninsab hawn ġewwa d-dar tiegħi, inħarbex dawn il-ħsibijiet fuq daqsxejn ta’ laptop. Bilkemm nista’ nċaqlaq idi biex nittajpja għax ħdejja u mdawra miegħi hawn l-erbat itfal tiegħi jistennew lil missierhom ġej mix-xogħol. Grazzi Mulej! Silvana RM2000 • Awwissu/Settembru 2014 • 7
KIF SE TIMTELA’ L-KNISJA? Meta Dun Ġwann Mary Vianney wasal fir-raħal ta’ Ars, xi ħadd qallu, “Hawnhekk m’hawn xejn x’tagħmel. Ħadd ma jrid jaf bi knisja!” “Allura hemm bżonn nipprova kollox,” wieġeb il-qassis. 8 • awwissu/Settembru 2014 • RM2000
U beda minnufih. Qam fis-sagħtejn ta’ filgħodu u mar jitlob quddiem l-artal fil-knisja mudlama. Qal xi talb, qagħad jimmedita ftit u pprepara lilu nnifsu biex jiċċelebra quddies. Wara l-Ewkaristija, radd il-ħajr u baqa’ jitlob sa nofsinhar. Kont issibu dejjem għarkupptejh mingħajr ma jistrieħ ma’ xejn, bil-kuruna f’idejh, għajnejh imwaħħlin fuq it-Tabernaklu.
L-affarijiet baqgħu sejrin hekk għal xi żmien. Imma mbagħad, kellu jibda jibdel it-tqassim tal-ġurnata. Ġesù Ewkaristija u l-Imqaddsa Verġni Marija bdew jiġbdu n-nies lejn din il-parroċċa, sakemm eventwalment, il-knisja ma kinitx tesa’ iktar u kien ikun hemm kju kbir għall-qrar. Il-qassis spiċċa jqarar għal għaxar jew ħmistax-il siegħa, u xi drabi anke tmintax-il siegħa.
Kif kienet saret din il-bidla hekk kbira? Kollox beda minn knisja fqira, artal li qatt ma ntuża, tabernaklu abbandunat, konfessjonarju antik u qassis meqjus xejn intelliġenti u donnu bla kapaċità li jibdel sitwazzjoni iebsa bħalma kien sab. Kif saret bidla tant kbira f’dan ir-raħal? Kif saret il-bidla biex mijiet, eluf ta nies marru hemm minn kull naħa taddinja? It-twajjeb kappillan ta’ Ars, li llum huwa qaddis, straħ fuq il-qawwa divina u infinita tal-Ewkaristija, fuq il-forza li għandu t-Tabernaklu, forza li tiġbed l-erwieħ. L-Ewkaristija hija Ġesù preżenti fit-tabernakli tal-knejjes tagħna, b’ġismu, demmu, ruħu u d-divinità. Hija Ġesù moħbi fid-dehra ta’ ħobż, imma verament preżenti biex jgħix u jaħdem fina. Ġesù Ewkaristija huwa l-vera Emmanuel – “Alla magħna.” (Matt. 1:23) Ġesù Ewkaristija huwa hawn magħna bħala ħuna, ħabib tagħna u l-maħbub ta’ ruħna. Huwa jixtieq jidħol ġo fina biex ikun l-ikel ta’ ħajjitna, jipprovdilna l-imħabba u l-appoġġ. Jixtieq jagħmilna parti minn ġismu biex inkunu ħaġa waħda miegħu u flimkien. Din hi s-salvazzjoni għalina l-bnedmin u l-vera għajn talferħ u l-paċi tiegħu. Bl-Ewkaristija, Alla verament tana kollox. “Għalkemm Alla jista’ kollox, ma jistax jagħtina iktar minn hekk;
għalkemm jaf kollox, ma jafx kif jagħti iżjed; għalkemm għani, m’għandux iktar x’jagħti.” (S. Wistin) Nitkellmu fuq li għandna mmorru l-quddies. Imma forsi drajniha żżejjed, jew ma nifhmux sew x’inkunu qed nagħmlu meta ‘nisimgħu il-quddies’. Forsi aħjar, flok ngħidu ‘mmorru’, jew ‘nisimgħu quddiesa’ nibdew ngħidu se ‘naqsmu l-Ewkaristija’. Il-quddiesa saret tfisser wisq ċerimonja li drajniha u li nisimgħuha b’mod passiv, wisq drabi bla ma nifhmu x’ikun qed isir jew jintqal. Kemm tkun isbaħ kieku mmorru biex naqsmu bħal aħwa dan ilmument ta’ mħabba bla qies fejn Ġesù jixtieq jaqsam magħna lilu nnifsu kollu kemm hu, jingħata bħala ikel u xorb, biex ikun tassew l-għajn ta’ ħajja vera. Imma kif jista’ Ġesù jaqsam dan kollu magħna jekk aħna ma naqsmuhx ma’ xulxin? Kif jista’ jitmagħna jekk ma nsirux aħna wkoll ikel u xorb għal xulxin? Il-quddiesa mhux ‘tismagħha’ trid, qisek qed tisma’ xi diska li tafha bl-amment. L-Ewkaristija trid tħalliha taqsmek biex tista’ taqsamha ma’ ħutek. Taqsmek għax tiftaħlek qalbek beraħ għal ħutek u taqsamha ma’ ħutek meta tilqagħhom f’qalbek biex dak li hu tiegħek isir tagħhom. Kieku fil-knejjes tagħna nsibu min jilqagħna b’qalb miftuħa u b’imħabba ġenwina, kieku l-knejjes tagħna
Il-quddiesa mhux ‘tismagħha’ trid, qisek qed tisma’ xi diska li tafha bl-amment. L-Ewkaristija trid tħalliha taqsmek biex tista’ taqsamha ma’ ħutek. Taqsmek għax tiftaħlek qalbek beraħ għal ħutek u taqsamha ma’ ħutek meta tilqagħhom f’qalbek biex dak li hu tiegħek isir tagħhom.
jerġgħu jimtlew tassew u bħall-knisja tar-raħal ta’ Ars jibdew ifuru b’nies ferħana li fl-aħħar sabu min iħobbhom b’mod ġenwin u sinċier, min jaħfrilhom bla ma jiġġudikahom, min iweżinhom b’solidarjetà awtentika, min jilqagħhom b’idejn miftuħa – l-idejn u l-qalb ta’ Kristu miftuħa beraħ fuq is-salib! Għalhekk għandna mmorru lejn l-Ewkaristija. Għandna nduru lejn Ġesù li jixtieq isir parti minna u aħna parti minnu. Santa Ġemma Galgani kienet tgħid, “qawwini, saffini, agħmilni bħalek.” Ejjew nirċievu l-Ewkaristija b’qalb safja u mqanqla, bħalma kienu jagħmlu l-qaddisin. M’għandhiex tkun diffiċli għalina biex insiru familjari ma’ dan il-misteru. Meditazzjoni, studju u riflessjoni dwar l-Ewkaristija għandhom ikollhom parti importanti fit-time-table tagħna. Tkun l-iktar parti tal-ġurnata li fiha nitbierku. RM2000 • Awwissu/Settembru 2014 • 9
10 • awwissu/Settembru 2014 • RM2000
Fr Patrick ma’ żgħażagħ meta kien il-Colombia
Nhar il-festa ta’ Sant’Injazju, il-31 ta’ Lulju li għadda, Fr Patrick Magro beda l-mandat tiegħu bħala l-Provinċjal il-ġdid tal-Ġiżwiti Maltin. Hawn jaqsam magħna xi ħsibijiet dwar ħajtu u l-missjoni ġdida li rċieva. Meta sejħuli biex inkun Provinċjal ħassejt bżonn kbir li nintefa’ f’idejn il-Mulej u nafda din il-missjoni f'idejh. Wara għaxar snin ta’ tmexxija fil Kulleġġ San Alwiġi tgħallimt li t-tmexxija bħala Religjuż hija differenti ħafna minn oħrajn. L-iktar ħaġa importanti mhix li wieħed jagħmel ħiltu u jistinka imma li jkun strument f’idejn Alla. U din mhix faċli. Ħajti u l-vokazzjoni Niftakar meta kont żgħażugħ l-università nistudja l-inġinerija kont kuntent. Imma f’qalbi nibtet xewqa li nagħmel xi ħaġa kbira b’ħajti, li nkun utli għall-oħrajn, li nkun strument fidejn Alla biex nikkollabora miegħu fil-ħidma tiegħu fid-dinja. U meta skoprejt dak li Alla kien qed isejjaħli għalih, jiġifieri li nitlaq kollox u nimxi warajh bħala Ġiżwita, kont kuntent ser intir u kelli x-xewqa li nagħti ħajti kollha kemm hi għall-vokazzjoni tiegħi. Illum meta nħares lura lejn dawn il25 sena ta’ ħajja reliġjuża b’ferħ nista’ ngħid li llum kuntent iktar minn meta dħalt u din ngħixha bħala grazzja kbira li tani Alla. Matul dawn is-snin għaddejt minn bosta esperjenzi. Ngħid id-dritt, l-attenzjoni lejn il-fqar dejjem kien aspett importanti ħafna
tas-sejħa tiegħi. Tgħallimt nara l-Ġesù fil-fqar, f’dawk li qegħdin ibatu. Sant’Injazju dejjem xtaq li aħna l-Ġiżwiti mhux biss nirriflettu u nitkellmu fuq il-faqar u kontra l-inġustizzja, imma wkoll ikollna esperjenza personali tagħha. L-esperjenzi tiegħi fil-Gwatemala, Venezuela, Colombia, Bosnia u f’ħabs fl-Istati Uniti għallmuni biex nafda ħafna f'Alla, l-iktar meta kont f’perikli serji.
Wara ġejt Malta għal sentejn fejn kont Prefett tad-Dixxiplina u kont ngħallem il-matematika u x-xjenza filKulleġġ San Alwiġi. Kienet esperjenza sabiħa ħafna, xi drabi diffiċli, imma fejn sirt inħobb tassew lit-tfal u ż-żgħażagħ u skoprejt x’missjoni sabiħa hi li taħdem fl-edukazzjoni. Kienet sorpriża kbira għalija għaliex qabel ma mort San Alwiġi, kont ħsibt li minix tajjeb biex naħdem f’ambjent ta’ skola. Ftit kont naf li fil-futur kont l-istudji u ser inqatta ħafna snin naħdem fdan xogħlijiet oħra il-qasam! Nista’ ngħid li bdejt naħsibha bisFis-sajf ta’ bejn dawn is sentejn serjetà nidħolx Ġiżwita wara li kont mort il-Bosnia, villaġġ okkupat mort Palermo nagħmel esperjenza mis-Serbi. Hemm kienet esperjenza ta’ volontarjat mas-sorijiet ta’ Madre qawwija ferm għaliex waqt li kont Teresa. Waqt il-kors l-università bdejt hemm faqqgħet il-gwerra u weħilt insaqsi lili nnifsi Alla x’jixtieq tassew hemm. Kienet iebsa ħafna nara minni u fejn nista’ nagħti l-aħjar l-mibegħda u l-moħqrija. Sa fejn jasal tiegħi biex naqdi lil Alla. Jien dħalt il-bniedem meta ma jkollux il-paċi fin-Novizzjat fis-16 ta’ Ottubru 1989 f’qalbu! f’Genova. Wara n-novizzjat għamilt Wara s-sentejn fil-Kulleġġ bagħtuni sena Juniorate hawn Malta fejn studjajt nkompli l-istudji tiegħi, did-darba fitil-litteratura, l-Latin u l-Grieg. Imbagħad tejoloġija, f’Madrid. Hemmhekk qattajt qattajt sentejn nistudja l-filosofija tliet snin u waqt l-istudji kont naħdem Padova, l-Italja. Hemm kont naħdem mal-istudenti f’wieħed mill-Kulleġġi mal-istudenti Albaniżi li kienu ġew tagħna kif ukoll ġo dar tal-Caritas jistudjaw f’dik il-belt hekk kif spiċċa għal nies morda bl-AIDS. Din il-ħidma l-komuniżmu u r-reġim tant qalil u kiefer pastorali għenitni ħafna biex nistudja u f’pajjiżhom. nitgħallem iktar bil-qalb. RM2000 • Awwissu/Settembru 2014 • 11
Imbagħad mort sitt xhur ilGwatemala f’missjoni li għandna fil-ġungla. Hemmhekk kemm-il darba kont f’riskju ta’ mewt, minħabba l-faqar, il-mard u l-ambjent selvaġġ. Tgħallimt ħafna nħobb il-fqar u nibtet ix xewqa fija li fil-ħajja tiegħi ta’ Ġiżwita dejjem nagħti kas speċjali ta’ dawk li qegħdin ibatu. Fis-16 ta’ Lulju 1999 ordnajt Djaknu fil-parroċċa taż-Żejtun. Imbagħad mort Boston, l-Istati Uniti, fejn iggradwajt f’żewg degrees: liċenzjat fit-teoloġija pastorali u Masters fl-edukazzjoni. Waqt li kont hemm, apparti l-ħin twil ta’ studju, kont naħdem ġo ħabs bħala spanishspeaking Chaplain. Ħabs ta’ 5,000 ruħ, fejn kien hemm rġiel u nisa mixlija li kkommettew rejati varjati ħafna. Waqt li kont Boston, fis-sena 2000 fit23 ta’ Ġunju ordnajt saċerdot.
12 • awwissu/Settembru 2014 • RM2000
Wara das-snin kollha ta’ formazzjoni ġejt Malta, għamilt tmien xhur ngħallem fis-Sixth Form tal-Kulleġġ San Alwiġi u wara bdejt bħala Rettur, fejn bqajt għaxar snin immexxi l-Kulleġġ. Esperjenza sabiħa ħafna, bid-diffikultà tagħha. Imma nista’ ngħid li tgħallimt ħafna matul dawn is-snin u ppruvajt nagħti l-aħjar tiegħi għal ġid tat tfal u żgħażagħ. Matul dawn is-snin tlaqt sitt xhur ilVenezuela għat-Terzanno, esperjenza sabiħa ħafna ta’ tiġdid fil-vokazzjoni tiegħi u tħejjija tajba ħafna għall aħħar voti li ħadthom fit-3 ta’ Diċembru 2008. Fi Frar ta’ 2013 spiċċajt minn Rettur fil-Kulleġġ San Alwiġi u mort tmien xhur naħdem ġo parroċċa li għandna l-Ġiżwiti f’żona fqira u diffiċli fil-Colombia. U din l-aħħar sena ħadt ħsieb iċ-Chaplaincy ta’ l-Università ta’ Malta.
ix-xogħol ta’ Provinċjal L-ewwel prijorità tiegħi ser tkun li nieħu ħsieb il-Ġiżwiti u l-lajċi kollaboraturi tagħna u nagħtihom ħafna kuraġġ biex jgħixu l-vokazzjoni tagħhom u jaħdmu għall-ġid talKnisja. Inħoss li dawn huma żminijiet ta’ sfida kbira, kemm fi-Knisja kif ukoll fil-Kumpanija ta’ Ġesu. Hawn għatx kbir għall-paċi tal-qalb, għallpreżenza t’Alla. Nixtieq li aħna l-Ġiżwiti nikkontribwixxu għallmissjoni ta-Knisja f’Malta speċjalment billi nkomplu ngħinu liż-żgħażagħ ikollhom esperjenza ħajja tal-fidi, ngħinu lil ħafna nies jitgħallmu iżjed kif jitolbu u kif iħallu lil Alla jkun parti minn ħajjithom, u billi nagħtu ħafna kas talfqar li qegħdin madwarna. Nitlobkom titolbu għalija ħalli nkun nista’ nwettaq dil-missjoni bl-aħjar mod.
DAWK IS-SANDWICHES! Hemm ċajta li tgħid li f’fabbrika partikolari kien jaħdem raġel li hekk kif kien jiftaħ il-lunch, dejjem kien jgħid: “Uff, xi dwejjaq! Ħa jerġa’ jkolli niekol sandwich bil-ġamm u l-peanut butter! Jaqq kemm nobogħdu hekk ilħobż!” U hekk kien jagħmel, jum wara jum. Wara ħafna żmien sejjer hekk, sieħbu darba staqsieh: “Għalfejn ma tgħidx lil martek biex tibda tagħmillek sandwiches kif tħobbhom inti?” U l-ieħor iwieġeb: “Le ħi, jien mhux miżżewweġ, is-sandwiches jien nagħmilhom.” Stramba…vera? Jekk qed jagħmel il-ħobż tiegħu stess, għaliex ma jagħmlux kif iħobbu hu? U għaliex qed
jeqred dwar xi ħaġa li jagħmel huwa stess? Kemm hu veru li f’ħajjitna, nintilfu nagħmlu affarijiet li fil-verità ma jogħġbuniex. Uff xi dwejjaq din issogħla… Imma xorta npejjep. Uff xi dwejjaq, dejjem fl-aħħar minuta… Imma xorta nibqa’ nitnikker. Uff xi dwejjaq, ħadd ma jifhimni… Imma xorta nibqa’ naħbi u ma nafda lil ħadd. L-ikbar problema mhix il-ħajja, anqas l-oħrajn, anqas ix-xorti ħażina jew Alla li għamilni hekk. Il-problema hi li m’aħniex lesti nħallsu l-prezz biex nagħmlu dak li nafu li hu sewwa u li fil-fond ta’ qalbna nixtiequ nagħmlu.
Imma trid wisq sagrifiċċju. Tqila wisq li nerfa’ r-risponsabiltà ta’ ħajti. Nistenna li kollox jiġini sew, hekk, għax jaqa’ mis-sema. Ngħix qisni dejjem nistenna l-bajtra taqa’ f’ħalqi u tiġini sewwa bla sforz ta’ xejn. U, jaħasra, ngħaddi ħajti ngerger u nirrabja, neħodha kontra dak u nagħti ħtija lil dik, neqred u nissuppervja. Qatt ħsibt li l-muftieħ tal-ferħ u l-paċi jinsab f’idejk u f’idejk biss? Le, ħadd u xejn ma jista’ jagħmlek ferħan jekk ma tkunx int li tifraħ b’kulħadd u b’kollox. Iddinja qatt mhi se ddur miegħek. Int trid iddur magħha. U jekk ma tagħrafx iddur u tiżfen magħha b’qalb miftuħa, miskin int, miskina int… b’rasek idur! RM2000 • Awwissu/Settembru 2014 • 13
14 • awwissu/Settembru 2014 • RM2000
Kelb Fidil Kien kelb il-ġmiel tiegħu. Imdaqqas u b’ħarsa li donnha tkellmek. Fuq kollox kien kelb fidil għall-aħħar. Ġwejjed, jobdi u allaħares xi ħadd jersaq lejn sidtu, għax tarah iqajjem widnejh u jerfa’ rasu biex jiżgura ruħu li ħadd ma kien se jagħmel ħsara lil sidtu. Din kienet mara miżżewġa li kienet togħxa bil-kelb straordinarju li kellha. Kienet tafda ’l kelb b’għajnejha magħluqa. Saħansitra kienet tħalli lit-tarbija mal-kelb meta kien ikollha bżonn toħroġ. Dejjem kienet issib ittarbija rieqda u kwieta meta kienet tiġi lura mill-qadjiet tagħha. Kien babysitter mill-aqwa. Il-ġirien kienu jafu b’dan kollu, imma kien hemm min kien iwissiha biex ma tafdax iżżejjed, għax fidil kemm hu fidil, kelb jibqa’ kelb u annimal qatt ma tkun taf x’ifettillu jagħmel. Imma l-mara kienet dejjem issib il-kelb jgħasses lit-tarbija b’ħafna attenzjoni u kważi, tista’ tgħid, ħafna mħabba wkoll. Jum fost l-oħrajn faqqgħet it-traġedja. Meta l-mara rritornat mixxirja sabet xena tal-waħx. Is-sodda tal-baby kienet imfarrka. Il-ħrieqi u ħwejjeġ it-tarbija kienu mxerrdin ma’ kullimkien, imqattgħin u mċappsa
bid-demm. L-omm werżqet tweriżiqa kbira u fost il-biki u t-tnehid tagħha bdiet iddur qisha miġnuna tfittex ittarbija. Ħin minnhom rat il-kelb jitfaċċa minn taħt is-sodda. Kien imċappas kollu demm u bi lsienu beda jilgħaq id-dmija li kien għad kellu ma’ ħalqu. L-omm iġġennet u fid-dagħdiha, mitlufa minn sensiha, qabdet siġġu u bdiet tfajjar daqqiet bl-addoċċ fuq ilkelb, tisfoga d-dulur u r-rabja tagħha għal dak il-kelb li tant kienet tafda fih. Il-povru kelb, qagħad għad-daqqiet mingħajr ebda reazzjoni, la nebaħ, la ddefenda ruħu, la ħarab. Baqa’ jaqla’ sa ma l-mara qatlitu. Meta sfogat u rat il-kelb mejjet, kompliet iddur mad-dar tfittex il-fdalijiet tat-tarbija. F’rokna ftit lil hemm mis-sodda, sabet it-tarbija tagħha, mneżża’ minn ħwejjiġha, imma kwieta u f’saħħitha mingħajr anqas girfa waħda. Il-mara ċċassat u bħal issummat. Għajnejha marru minn fuq it-tarbija tilgħab b’subgħajha għal fuq il-kelb maħbub tagħha minxur fid-dmija tiegħu stess. Tbaxxiet qrib tal-kelb u lemħet xi ħaġa sewda taħt is-sodda. Kien volpi aħrax, b’għonqu mħanxar, jagħti
l-aħħar nifs ta’ ħajtu. Kien kollu ġrieħi mill-ġlieda ħarxa li kien għadu kif kellu mal-kelb, li mhux biss irnexxielu jiddefendi t-tarbija mill-volpi selvaġġ li kien se jattakkaha, imma li qatlu biex it-tarbija ma tmutx. Issa kien tard wisq. Il-mara marret tibki fuq il-kelb għażiż tagħha ma tafx x’se tagħmel. Talbitu maħfra, ksietu bil-bews, naddfitu u difnitu fil-ġnien tad-dar. Agħmlet ġebla minquxa b’żewġ kelmiet: Grazzi… Aħfirli… Kemm hu iblah min jaġixxi bla ma jaħseb. Kemm ħsara għax naħsbu li nafu, li nifhmu sitwazzjoni, meta fil-fatt ma nkunu nafu xejn. Kemm biki u żbalji li ma jissewwewx, għax l-ewwel naġixxu u mbagħad naħsbu. Mhux aħjar tieqaf, taħseb, tisma’, tistaqsi, tistenna qabel tħalli lil moħħok jiġġudika u l-emozzjonijiet jiddeċiedu għalik! Kemm-il darba niġġudikaw ħażin lil xi persuna, inqattgħuha u noqtluha bi kliem aħrax u vjolenti bla ma nieqfu naħsbu x'tista’ tkun il-verità. Jaħasra, kemm nistgħu nevitaw żbalji, niket u uġigħ. Veru li l-qasba ma ċċaqċaqx għalxejn… Imma mhux bilfors iċċaqċaq għar-raġuni li qed taħseb int. RM2000 • Awwissu/Settembru 2014 • 15
16 • awwissu/Settembru 2014 • RM2000
Fl-uffiċċju tal-posta, hemm impjegat li xogħlu hu jeżamina l-ittri li ma jkollhomx indirizz ċar jew żbaljat. Darba waslet ittra, bla indirizz ta’ xejn, li kienet indirizzata lil Alla. B’xi mod, indirizz fid-dinja forsi ssibu, imma l-indirizz t’Alla, kif se ssibu? Iddeċieda li jiftaħha biex isib min kitibha biex jista’ jibgħat l-ittra lura. L-ittra li sab kienet tgħid hekk:
Għażiż Alla, Jien mara armla u ngħix quli b'pensjoni żgħira. Ilbieraħ ser ro, ew t l-portmoni li kien fih mit somma li kellha sservini sa ma ar nirċievi l-pensjoni li jmiss. Nh qt xta ħi, tieg il-Ħadd il-birthday diġà ma ngħaddihx waħdi u kont jieklu stedint żewġt iħbieb biex jiġu il-flus, miegħi. Issa, mingħajr dawk ad aqb X’n tri. m'għandix biex nix a nih ten nis nagħmel? Kont tant ili a li ħaġ dil-ġurnata biex nagħmel xi shekk tferraħni u ma nħossnix daq li. ċja spe ata waħdi f’din il-ġurn ax għ i Inti biss tista' tgħinn u, jien lanqas familja m'għandi indur għalhekk, m'għandix fuq min għall-għajnuna. n Żgura li se tgħinni u grazzi min
Ir-raġel ħass ħafna għal din il-mara u xtaq jagħmel xi ħaġa biex jgħinha. Wera l-ittra lil sħabu l-oħra li malajr daħħlu idhom fil-but u taw l-offerta tagħhom. B'kollox ġabru 96 ewro, poġġewhom f'envelop u bagħtuhom lil Edna. (Dak iż-żmien kont għadek tista’ tibgħat flus u muniti bil-posta!) Kollha kienu ferħana li issa dik il-mara setgħet tgħaddi l-Birthday tagħha ferħana mal-ħbieb tagħha. Mal-flus qegħdu nota li tgħid: Happy Birthday iffirmata ‘Alla’. Ftit żmien wara, waslet ittra oħra indirizzata għal Alla mingħand l-istess mara. Il-ħaddiema kollha nġabru biex jaraw x'kien fiha. Kienet tgħid hekk:
Naħsbu ftit: Alla juri t-tjubija u l-providenza tiegħu permezz tat-tjubija u l-ħniena li poġġa f’qalb il-bnedmin. Għax din il-mara kien hemm xi ħadd seraqha, ikkonkludiet li anke tal-posta kienu ħallelin. L-akbar faqar tal-bniedem mhux li ma jirringrazzjax lil Alla imma meta ma jirringrazzjax lill-bnedmin li jgħinuh f’isem Alla. Aktar faċli tiġġudika u tgerger għax ma rċevejtx dak li tippretendi fil-ħajja, milli tkun grat għal dak li filfatt tirċievi. Fejn ma tafx, tivvintax spjegazzjonijiet minn moħħok!
Għażiż Alla, Lanqas għandi fomm biex nirringrazzjak ta r-rigal tiegħek m imli mħabba. Bih irn exxieli nagħmel ikla tajba lil ħbiebi. G ħaddejna ġurnat a mill-aqwa flimki en u jien għidtilho m bir-rigal sabiħ tie għek. Kemm int tajjeb u ġeneruż miegħi. Pero, ippermettil i ngħidlek li kien hemm 4 ewro ne qsin. Jien naħseb li xogħol dawk ilħalle X’qalb għandhom lin tal-posta! , hux! Dejjem tiegħek, Edna
issa. Bintek, Edna.
RM2000 • Awwissu/Settembru 2014 • 17
Xhieda ħajja
18 • awwissu/Settembru 2014 • RM2000
tal-Vanġelu Nota tal-Editur Se nibdew sensiela ta’ kitbiet dwar il-Knisja fil-Gwatemala u l-martri tagħha. Mod sabiħ kif niftħu qalbna għal tant insara li jbatu u jagħtu ħajjithom għall-Vanġelu u l-Fidi tagħhom. Tajjeb insiru nafu aktar fuq ħutna fi Knejjes ta’ pajjiżi oħra, napprezzaw dak li għexu jew qed jgħixu filwaqt li nitħeġġu biex aħna wkoll inkunu kuraġġużi u ma nibżgħux inħallsu l-prezz li titlob il-fidi u l-imħabba tagħna għall-ġustizzja. Il-kittieb ta’ din issensiela huwa Michael Grima, seminarista minn Għawdex li għadda sena jaħdem fil-Gwatemala jgħin lil Dun Anton Grech, missjunarju f’dak il-pajjiż.
Il-Knisja tal-Gwatemala, Knisja tal-Martri Il-Gwatemala hu pajjiż fl-Amerika Ċentrali, b’popolazzjoni ta’ madwar sittax-il miljun ruħ. L-ilsien uffiċjali filGwatemala hu l-Ispanjol, li sab postu fil-kultura tal-post minħabba l-epoka tal-kolonjaliżmu Spanjol (bejn is-sekli sittax u dsatax). L-Ispanjol mhux kulħadd jifhmu fil-Gwatemala. Wieħed isib tlieta u għoxrin grupp etniku, imsejħa indiġeni, li għandhom l-ilsien propju tagħhom. Illum dawn l-ilsna huma rikonoxxuti wkoll bħala lingwi mill-Kostituzzjoni tal-Gwatemala. Il-pajjiż tal-Gwatemala hu mlaqqam l-“Eterna Primavera” (ir-Rebbiegħa
Dejjiema). Dan minħabba l-fatt li hu pajjiż sinjur kemm fil-klima, fl-ilma, filkultivazzjoni tal-ħxejjex (speċjalment tal-frott) u kemm fil-materja prima. Madankollu, in-nies tal-Gwatemala huma nies li tul il-mixja tal-istorja sofrew ħafna. Tul din is-sensiela ta’ artikli, Xhieda Ħajja tal-Vanġelu, se nduqu ftit mit-tbatija li għaddew minnha dawn in-nies; sofferenza li għadha tinħass sal-ġurnata tal-lum. Il-Knisja dejjem ippruvat tagħmel ħilitha biex tkun qrib min hu fil-bżonn. Li takkumpanja lill-bżonnjuż ifisser li tbati mal-batut. Tul is-seklu għoxrin, il-Knisja fil-Gwatemala batiet ħafna persekuzzjoni għax għażlet li tkun RM2000 • Awwissu/Settembru 2014 • 19
Talb fi Knisja ta' raħal għal persuni mejtin
qrib l-emarġinati. F’dan il-pajjiż kienu ħafna s-saċerdoti, il-lajċi kkonsagrati u l-katekisti lajċi li batew minn persekuzzjoni psikoloġika, jew saħansitra li ġew maqtula. Jekk il-Knisja tal-bidu batiet taħt istituzzjonijiet pagani jew atej, imma l-Knisja fil-Gwatemala ġiet ippersegwitata minn Stat bi tradizzjoni nisranija. Wieħed jifhem, għalhekk, li l-kawża tal-attakki fuq l-Insara ma kinitx il-mibegħda għall-fidi, imma għax il-Kattoliċi impenjaw irwieħhom bis-sħiħ fit-taqbida biex il-pajjiż iħares u jirrispetta d-drittijiet tal-bniedem u tinqered l-inġustizzja. L-Insara għażlu li jħarsu x-xbieha ta’ Kristu fil-bniedem, xbieha vvjolentata millmexxejja tal-Istat. Ħafna min-nies fil-Gwatemala, 20 • awwissu/Settembru 2014 • RM2000
speċjalment l-indiġeni, jgħixu f’irħula fil-kampanja, ’il bogħod mill-ibliet. Innuqqas tas-saċerdoti wassal biex ilKnisja, permezz tal-moviment Azzjoni Kattolika Rurali, tifforma lill-lajċi biex jimpenjaw ruħhom u jsiru katekisti. Il-katekist, f’pajjiż fejn id-distanzi huma kbar u fejn ħafna min-nies jgħixu fi rħula mitlufa fil-ġungla, irid prattikament iwettaq il-missjoni ta’ saċerdot fi ħdan il-komunità. Ilkatekist iħejji lin-nies għas-sagramenti tal-Magħmudija, l-Ewkaristija u l-Griżma tal-Isqof, jara liema huma l-ħtiġijiet tal-komunità u jipprepara lill-istess komunità għaż-żjara tassaċerdot. Dawn iż-żjajjar ivarjaw minn darba fix-xahar għal darba kull tliet xhur, skont il-possibbiltà li jkollu s-saċerdot tal-post.
Kien il-moviment Azzjoni Kattolika Rurali li wassal sabiex fis-snin ħamsin fil-Gwatemala kien hemm żieda fil-vokazzjonijiet saċerdotali u anki reliġjużi. Kien dan il-moviment li wassal biex in-nies, anki dawk l-aktar maqtugħin mis-soċjetà, għal darb’oħra bdew iħossu li l-Knisja tinsab qrib tagħhom. F’dan iż-żmien, u fil-bidu tas-snin sittin, il-Knisja ħadmet ħafna mal-Istat sabiex iġġib ’il quddiem il-kwalità ta’ ħajjet in-nies tal-villaġġi. Din il-kollaborazzjoni ma tantx tawlet peress li l-gvern militari u dittatorjali tal-Gwatemala għażel li jimponi l-ordni permezz ta’ vjolenza kontinwa. Il-Knisja ħasset il-bżonn li tikkritika din il-vjolenza u titbiegħed mill-awtoritajiet li kienu qed iwettquha jew imexxuha.
Kienu l-irħula indiġeni li batew l-aktar minħabba din il-vjolenza: familji u rħula sħaħ inqerdu, għax il-Gvern ried jagħti tagħlima lil dawk li rribellaw: il-gwerilli ta’ xeħta komunista. Is-sitwazzjoni baqgħet sejra għall-agħar u laħqet l-estrem fis-snin tmenin, fi żmien il-Gvern tal-Ġeneral Romero Lucas Garcia. Ilgvern militari beda jakkuża lill-Knisja u lill-membri tagħha li kienu gwerilli jew qed jappoġġaw lill-komunisti. Dan wassal biex il-komunità Kattolika, f’ħafna villaġġi, tilfet id-dritt li tinġabar il-knisja biex titlob jew tiċċelebra l-quddiesa. Ħafna missjunarji kellhom iħallu l-pajjiż u l-bqija tan-nies ġew
imġiegħla mir-reġim jabbandunaw ir-reliġjon Kattolika u jidħlu f’setet fundamentalisti Evanġeliċi. Din kienet strateġija sabiex il-poplu jinqasam u ma jkunx magħqud f’fidi waħda. L-effetti ta’ dan għadhom jinħassu sallum. Skont l-istatistika li ħarġet dan l-aħħar, 40% tal-poplu tal-Gwatemala huwa Evanġeliku. Għaldaqstant ilGwatemala hi wieħed mill-aktar pajjiżi fl-Amerika Ċentrali b’persentaġġ żgħir ta’ Kattoliċi (47%). Il-lista tal-persuni li ħallew ħajjithom minħabba din l-oppressjoni hija waħda twila. Fis-sena 2000 ġiet ippreżentata lill-Papa Ġwanni Pawlu II lista simbolika ta’ mija u tliet martri, xhieda awtentiċi tal-Vanġelu ta’
Is-seminarista Michael ikellem lin-nies fi Knisja ta' villaġġ fil-muntanji
Ġesù Kristu. L-istess Papa, li żar ilGwatemala tliet darbiet (l-ewwel darba fl-1983, fl-eqqel tal-persekuzzjoni), sejjaħ lill-katekisti “is-sinsla tal-Knisja, ħaddiema umli u kuraġġjużi fl-għalqa tal-Mulej, li mhux biss emmnu u xandru l-Vanġelu, imma wkoll għażlu li jxerrdu demmhom għas-servizz talKelma li tagħti l-Ħajja”.
RM2000 • Awwissu/Settembru 2014 • 21
NGĦIN jew INĦOBB?
22 • awwissu/Settembru 2014 • RM2000
Kont ili ħames snin b'dan il-ħsieb dejjem iberren f'moħħi, inħossni ħatja li, filwaqt li jien għandi l-lussu, hemm nies li huma neqsin minn kollox. Jekk noqgħod attenta x'niekol biex ma niħxienx, niftakar li hemm eluf ta' tfal li se jorqdu bil-ġuħ. Jekk ingerger kemm għandi imbarazz fid-dar, niftakar li hawn nies li lanqas biss għandhom saqaf fuq rashom. Jekk inħabbel rasi kif u meta se niltaqa' mal-ħbieb, niftakar li hawn nies weħidhom, morda u minsijin. Kulma għandi, iġegħelni nħoss sens ta' ħtija għax ifakkarni f'nies li m'għandhomx għaxja ta' lejla! Kont irrabjata għal Alla, għallKnisja u għalija nnifsi għax mhux qed nagħmlu biżżejjed biex ngħin lil min hu fil-bżonn. Kont nargumenta ħafna malġenituri tiegħi fuq hekk, ngħidilhom li jekk hemm bżonn trid tagħti sal-inqas loqma ħobż li jkollok, ingerger fuq il-lussu li hemm f'ċerti knejjes, ikel bladdoċċ u ħafna affarijiet oħra! Iżda, li kien jinkwetani kien il-fatt li, għalkemm kont ċerta li kelli raġun, kont inħossni veru mħawda! Darba waqaft fuq il-kliem ta' San Pawl lill-Korintin fejn jgħid li jekk nagħti mqar ġismi għall ħruq, jekk m’għandix imħabba, dan ma jkun jiswa xejn (1Kor 13, 1-3). Bdejt nintebah bl-iżball tiegħi. Jien kont qed nixtieq ngħin u nagħti karità aktar biex ma nħossnix ħatja milli għax inħobb. Indunajt li anki l-akbar att ta' karità kien xorta jħalli vojt kbir ġo fija għax kont qed nagħmlu biex inserraħ
il-kuxjenza u mhux b'imħabba u nissodisfa s-suppervja tiegħi u mhux biex ġenwinament intaffi t-toqol ta' ħaddieħor. Ridt inwaqqaf dik il-vuċi tal-kuxjenza li kienet dejjem iċċanfarni u tagħmilli ħajti miżerja għax kienet tfakkarni li għadni ma solvejtx ilproblemi ta’ kulħadd. Ridt inkun jien li nsalva l-fqar u l-batuti, jien li nkun l-unika vera bniedema ġeneruża u dedikata, jien li nkun perfetta u kapaċi nirranġa d-dinja. F’kelma waħda kienu s-suppervja u l-idealiżmu tiegħi li kienu qed isuquni, bla ma kont qed ninduna. Bil-għajnuna tat-talb, irnexxieli nifhem dak li hu l-iżjed importanti. Hemm bżonn li ma nibqax inkejjel l-imħabba li hemm ġo fija minn kemm nagħmel karità. Kemm hu aktar ħafif li ngħin lit-tfal morda bl-AIDS fl-Afrika, li huma ’l bogħod u ma nafhomx, milli n-nies qrib u ta’ madwari li jdejquni! Kemm hu eħfef li nħoss għar-romol li magħhom qattajt ġimgħa l-Indja, waqt volontarjat li għamilt fis-sajf, milli nħoss għan-nisa li nara kuljum, f’dari, triqti, fuq ix-xogħol u f’pajjiżi! Kemm hu eħfef li ngħid li nemmen filkliem ta' Ġesu, “Ħobbu lill-għedewwa tagħkom” milli fil-fatt naħfer lil min iweġġagħni jew jagħmilli l-ħsara fuq ix-xogħol. Kemm hu aktar faċli li nagħti karita u milli nagħti lili nnifsi u nibda nħobb bis-serjetà. Kemm hi ikbar u isbaħ l-imħabba meta nagħtiha lil dawk li nħabbat wiċċi magħhom kuljum, milli
lil dawk li narahom fuq it-television jew naqra fuqhom fil-gażżetti. Nidher aktar tajba u qaddisa jekk nagħraf il-bżonnijiet tal-proxxmu tiegħi kollu u nitmasħan kontra dawk li qed jgħakksuhom. Imma komda ħafna li niġġieled għadu li hu ’l bogħod u jeżisti fl-ideat ta’ moħħi. B'hekk, is-suppervja tiegħi iġegħelni nħossni superjuri għax inkun dejjem jien li nagħti u mhux li nirċievi. Id-diffiċli jibda meta rrid niġġieled l-għadu tal-egoiżmu li hemm fija, u nħobb lil dawk li huma ħdejja, nies tad-demm u l-laħam u mhux tal-gazzetti jew l-aħbarijeit. Anqas kont qed ninduna kemm hi komda li niġġudika lil dawk li ma jgħinux. Għax veru komdu li tiġġudika il-ħażen tal-oħrajn biex tgħatti u taħrab il-ħażen tiegħek stess. Skoprejt li l-importanti mhux li tgħin biex tkun qed tħobb, imma li tħobb biex tassew tkun qed tgħin! Ġesù ma bagħatniex biex inkunu imħallfin ta’ ħutna. Bagħatna biex inħobbu lil ħutna. U fejn ikun hemm ilvera mħabba, la jkun rabja, la ġudizzji u lanqas kundanni. Ikun biss il-paċi li l-imħabba biss taf tagħti. “Kieku kelli nqassam ġidi kollu fil-karità u nagħti ġismi għall-ħruq bla ma jkolli mħabba,
xejn ma jkun jiswieli ta’ ġid.” (1 Kor 13:31)
RM2000 • Awwissu/Settembru 2014 • 23
24 • Awwissu/Settembru 2014 • RM2000
Żewġ bdiewa tar-ruħ ħawlu żewġ siġriet taż-żebbuġ, waħda kull wieħed fl-għelieqi tagħhom. Hekk setgħu ikollhom x’jieklu u minn fejn jagħmlu ż-żejt. It-tnejn niżlu għarkupptejhom ħdejn is-siġra li kienu xettlu, jitolbu lill-Mulej biex ibierek is-siġra tagħhom u jieħu ħsiebha. L-ewwel wieħed talab hekk: “Mulej, is-siġra tiegħi teħtieġ l-ilma biex l-għeruq isibu x’jixorbu u jagħtu l-ħajja lis-siġra ċkejkna. Nitolbok biex tibgħat ftit xita tajba, la qawwija żżejjed li ġġorr magħha il-ħamrija u anqas ftit qtar ħafif li jinxef mal-ewwel raġġ taxxemx.” U l-Mulej bagħat xita rqiqa u kontinwa li saqqiet l-art. Imbagħad kompla t-talba tiegħu: “Mulej, is-siġra ghandha bżonn issħana; ibgħatilha ftit xemx ħanina biex tbenninha u ssaħħaħha.” U l-Mulej hekk għamel. Tella’ x-xemx li saħħnet l-art u s-siġra proprju b’mod l-aktar ħanin. Il-bidwi reġa’ talab: “U tinsiex, li l-frisk jagħmlilha tajjeb, din il-povra siġra tiegħi. Għalhekk ibgħat kultant żmien ftit riħ fuq frisk u daqsxejn kesħa, biex imutu l-insetti u s-siġra tevita l-mard li tant jagħmlilha ħsara.” U l-Mulej bagħat il-frisk u daqsxejn kesħa li tbewsu mal-friegħi torja li kienu nibtu mis-siġra taż-żebbuġ. Imma ma għaddiex wisq żmien li l-povra siġra bdiet tinxef u tidbiel, sa ma mietet.
Il-bidwi mnikket mar fil-għalqa talħabib li kien ħawwel siġra oħra tażżebbuġ. Sabu jagħżaq taħt is-siġra taż-żebbuġ li kienet kibret u sbieħet, b’żebbuġ irqiq li sponta mill-friegħi felħana ta’ dis-siġra. Dak ħass qalbu tittiekel bin-niket u l-għira. Fetaħ qalbu mal-ħabib u qallu, “Tgħidx kemm tlabt biex il-Mulej jibgħat xita, sħana u ftit frisk biex tikber is-siġra tiegħi. Imma nixfet, tbielet u mietitli. Donnu dak li tlabt kien kollu għalxejn! Int kif tlabtu lillMulej?” Il-ħabib malajr wieġeb: “Jien qatt ma tlabtu xejn, għax persważ li jħobb is-siġra tiegħi ferm aktar milli nista’ nħobbha jien. Hu jaf ferm aktar minni x’għandha bżonn. Min jien jien biex ngħidlu x’għandu jagħmel biex ikabbar is-siġra li, fuq kollox, mhijiex tiegħi imma tiegħu? Kull ma għedtlu kien li jagħtiha kull ma hi teħtieġ – bnazzi u maltemp, xemx u xita, riħ u kesħa. Hu biss jaf x’inhu l-aħjar u x’għandha bżonn tassew. Jekk trid temmen kemm hu veru, ħares ftit xi ġmiel ta’ siġra, kemm frott bnin!”
Il-gwaj tagħna l-bnedmin hu li rridu ngħidu aħna lill-Mulej x’inhu tajjeb, x’inhu ħażin. Irridu nikkmandawh x’għandu jagħmel u x’m’għandux. Aħna ċerti li nafu aktar minnu x’inhu tajjeb u aħjar. U ħażin ikun għalih jekk ma jagħmilx dak li rridu aħna. Flok ngħidulu ‘ikun li trid int’, ngħidulu ‘ikun dak li rrid jien!’ Kemm tkun isbaħ il-ħajja tagħna jekk neħduha minn idejh. L-importanti mhux li tgħaddi tagħna, li kollox jiġi favorina. Imberkin mhux dawk li jiġihom kollox sewwa, imma dawk li jgħixu sewwa b’dak kollu li jiġrilhom. U tgħix sewwa b’dak li tagħti l-ħajja jfisser li tkun kapaċi ssib l-imħabba fil-mard u fis-saħħa, fir-risq it-tajjeb u l-ħażin, fin-niket u fil-ferħ. Alla, ma dawk li jħobbuh jaħdem id f’id kollox għat-tajjeb! Mela fittex li ssegwi int ir-rieda tiegħu u mhux iġġiegħel lilu jsegwi r-rieda tiegħek. U tara kif imqar l-agħar tbatija tista’ tkun għajn ta’ ferħ u paċi li huma l-aqwa frott ta’ ħajtek. Għax is-siġra taż-żebbuġ li ħawwilt int mhijiex siġra, hija ħajtek… hija int!
RM2000 • Awwissu/Settembru 2014 • 25
26 • Awwissu/Settembru 2014 • RM2000
Tazza te, Ġann? Ġanni għandu fuq is-sittin sena u jbati mill-marda tad-depression. Fi tfulitu kien tifel intelliġenti ħafna. Però kien ukoll sensittiv ħafna u ħadha bi kbira meta mietet ommu ta’ età żgħira. Meta kien żgħir, missieru u ħutu għenuh biex iħallas il-kontribuzzjoni soċjali u b’hekk illum għandu l-pensjoni. Ġanni għandu tendenza jqatta’ l-ġurnata fis-sodda jew inkella joħroġ jimxi jdur mal-belt fejn joqgħod donnu mingħajr ebda skop ta’ xejn. Normalment, Ġanni jkun qed ifittex naqra kumpanija ta’ xi ħadd ma’ min jgħid kelma. Xi kultant jitkellem ftit man-nies li jiltaqa’ magħhom, normalment biex jitlobhom xi sigarett jew xi flus biex jixtri s-sigaretti jew xi ħaġa tal-ikel. Ħafna drabi jitkellem b’mod negattiv ħafna u spiss jgħid li għandu d-dwejjaq. Hu għandu diffikultà biex jieħu ħsieb tiegħu innifsu. Ħutu għadhom
jgħinuh kif jistgħu billi jsajrulu, inaddfulu d-dar u jgħinuh jinħasel. Madanakollu, spiss ikollu riħa tinten u jkun maħmuġ tant li mhux l-ewwel darba li jsib min jgħaddih biż-żmien. Ġanni huwa konxju mill-fatt li ma jkunx nadif biżżejjed, però minħabba l-marda tiegħu isibha diffiċli biex jgħin lilu nnifsu. Darba waħda kien bilwieqfa iserraħ mal-ħajt viċin bieb ta’ dar u lemħitu Rożi, is-sid tad-dar. Kif ratu maħmuġ u b’ħarsa ta’ mdejjaq, tħassritu u offrietlu jekk iridx jixrob tazza te. Għaddew ix-xhur minn dakinhar li ħa l-ewwel tazza te mingħand il-familja ta’ Rożi. Issa Ġanni ħadha drawwa regolari li jmur għand din il-familja biex jieħu t-te. Għalkemm mhux dejjem ikun nadif, dawn jiftħulu l-bieb xorta u jqattgħu ftit ħin miegħu sakemm jixrob it-te u jiekol xi gallettina milli jtuh. Ġanni jħossu li dawn in-nies jaċċettawh u b’xi mod joffrulu wens. Kulma jkun qed ifittex hu min jittrattah b’rispett u jurih naqra mħabba. Inti kieku x’kont tagħmel? Qatt kont toffri ftit te lil xi ħadd li jidher
maħmuġ u mitluq? Qatt ħsibt li persuna li forsi tidher jew taġixxi differenti jista’ jkollha problema ta’ saħħa mentali u li forsi għandha bżonn ftit attenzjoni? Grupp Appostolat tat-Talb Grupp Appostolat tat-Talb
A Ap pp po osstto ola latt T tat--T Ta alb lb Intenzjonijiet gĦal Settemb ru Ġenerali: Biex pe
rsuni b’diżabilità mentali jirċievu l-im ħabba u l-għajnun a meħtieġa għal ħajja dinjituża. Missjoni: Biex l-I nsara, ispirati millKelma ta’ Alla, jaqd u lill-fqir u lill-batut .
Is
qfijiet: Biex nisim għu l-Kelma ta’ Al la, nikkontemplawha u ngħixuha.
RM2000 • Awwissu/Settembru 2014 • 27
Fondazzjoni Pubblikazzjonijiet Leħen is-Sewwa
PELLEGRINAĠĠ TA’ ĦAMEST IJIEM GĦAL LOURDES Mid-29 ta’ Awwissu sal-4 ta’ Settembru
Inżuru Lourdes, Pau, Gavarnie, St. Jean de Luz, Col d’Ibardin, Pont d’Espagne, Parc Animalier des Pyrenees u l-istabbiliment kummerċjali Auchan Tour Leader Michael Caruana Direttur Spiritwali Fr Paul Chetcuti S.J. Prezz għal kull persuna adulta f’kamra ta’ tliet sodod €539 u tfal minn sentejn sa ħames snin €445 u minn sitt snin sa għaxar snin €485 Il-prezz jinkludi • It-titjira mal-Air Malta għal Lourdes u lura • It-trasferimenti mill-ajruport sal-lukanda u lura • Akkomodazzjoni għal ħames iljieli f’lukanda 3 stars • Il-kolazzjon u l-ikel ta’ nofsinhar u filgħaxija It-taxxi kollha u s-service charge Is-servizz ta’ Tour Leader u ta’ Direttur Spiritwali Għal aktar informazzjoni ċempel lil Michael Caruana fuq numru 7923 3264 28 • awwissu/Settembru 2014 • RM2000
ibqa’ ħobb Darba, qomt kmieni filgħodu biex nara x-xemx tielgħa. Issbuħija tal-ħolqien t’Alla ssaħħarni. Hekk kif kont mitluf napprezza x-xena, faħħart lil Alla għal dis-sbuħija kollha. Imbagħad, hekk kif kont bilqiegħda, ħassejt lil Alla ħdejja.
Staqsieni: “Inti tħobbni?” Weġibt: “Dażgur Mulej, inti Sidi u l-Ħellies tiegħi!” Imbagħad staqsieni, “Kieku kellek xi diżabilità fiżika, xorta tibqa’ tħobbni?” Jien ikkonfondejt. Ħarist lejn idejja, saqajja u l-kumplament ta’ ġismi u tħassibt dwar l-affarijiet kollha li ma nkunx nista’ nagħmel. Weġibt, “Tkun diffiċli Mulej, imma, iva, xorta nibqa’ nħobbok.” Imbagħad staqsieni, “Kieku kont għamja, xorta tkun tħobb dalħolqien?” Kif nista’ nħobb xi ħaġa bla ma naraha? Imbagħad ħsibt f’dawk in-nies għomja kollha li xorta jħobbu lil Alla u l-ħolqien tiegħu. Għalhekk weġibt, “Diffiċli nimmaġinani, imma, iva xorta nkun inħobb il-ħolqien.” Alla mbagħad staqsieni, “Kieku kont truxa, xorta tisma’ kelmti?” Kif nista’ nisma’ xi ħaġa jekk inkun nieqsa mis-smigħ? Imbagħad fhimt. Li nisma’ l-kelma t’Alla mhix xi ħaġa li nagħmilha bil-widnejn imma xi ħaġa li tinvolvi l-qalb. Weġibt, “Tkun iebsa, imma xorta nisma’ kelmtek.” Imbagħad staqsieni oħra, “Kieku kont muta, xorta tfaħħar ismi?”
Kif nista’ nfaħħar mingħajr vuċi? Imbagħad indunajt. Alla jridna nkantaw minn qalbna u ruħna mhux minn fommna biss. Ma jimpurtax jekk m’għandniex vuċi. Għalhekk weġibt, “Għalkemm ma nkunx nista’ nfaħħrek fiżikament, xorta waħda nfaħħar ismek.” U Alla staqsieni, “Int tħobbni verament?” B’kuraġġ u konvinzjoni kbira, weġibt, “Iva Mulej! Inħobbok għax int l-uniku veru Alla. Int kollok tjubija!” “Ħsibt li weġibt tajjeb,” qalli. Imma kompla jistaqsini: “Allura għalfejn taqta’ qalbek?” Weġibt, “Mulej, int taf kemm jien dgħajfa, m’iniex perfetta. Jien biss bniedma.” “Jekk int lesta tħobbni meta int bla għajnejn, bla smigħ, bla vuċi u bla jdejn u bla saqajn… Taħseb li jien se nieqaf inħobbok għax narak għamja, ma tismax, izzappap u tiżbalja? Jekk jien inħobbok tant li ma naqtax qalbi minnek, allura għaliex għandek taqta’ qalbek int minnek innifsek? Tibżax meta tħossok dgħajfa, fliżball u qisek falliment… Ikkonċentra biss fuq ħaġa waħda – ibqa’ ħobb!”
RM2000 • Awwissu/Settembru 2014 • 29
30 • awwissu/Settembru 2014 • RM2000
Alla u x-xjenza Trabbejt f’belt ċkejkna fil-kampanja. Illum, li kbirt, nara kemm konna ngħixu f’dinja żgħira u ftit jew wisq magħluqa. Imma fl-iskola, fl-istess belt, kellna għalliem tax-xjenza li kien tassew bniedem kbir. Veru kien persuna speċjali, b’moħħ u qalb kbar li ma tantx issib bħalhom. Il-klassi tax-xjenza kienet mimlija b’affarijiet li lilna t-tfal kienu jsaħħruna – akwarji u kaxxi tal-ħġieġ mimlijin b’kull xorta ta’ annimal jew insett: żrinġijiet, fekruni, gremxul, friefet, ħut u anke xi serp imlewwen. Kien famuż għall-ħarġiet ta’ field-work, fejn kien jeħodna fin-natura biex nosservaw, infittxu, inħaffru u ninnutaw il-varjetà ta’ ħlejjaq u pjanti madwarna. Imbagħad, x’ingħidu għall-esperimenti tax-xjenza li kien jagħmlilna? Għalina kien is-saħħar li kapaċi joħloq kollox u jbiddel kollox f’kollox. Għallimna ngħallu l-ilma f’tazzi tal-karti, ngħaddu l-elettriċità meta mmissu lil xulxin u, s’intendi, mhux l-ewwel darba li ħares lejna bl-ikrah meta konna nagħmlu xi splużjoni jew noħolqu xi daħna u tixgħel is-sistema tal-alarm mal-iskola kollha. Kien xjenzat ta’ veru, kapaċi u ffissat!
Darba minnhom qasamna fi gruppi biex nagħrblu u niddiskutu kif ġiet iffurmata s-sistema tax-xemx bil-pjaneti jduru magħha. Grupp kellu jiddefendi t-teorija tal-Big Bang, grupp jitkellem favur it-teorija li splodiet stilla, ieħor li kienet ħabta bejn blatiet kbar max-xemx li ħolqu l-pjaneti. Ħafna teoriji biex jispjegaw kif tfaċċat id-dinja f’dan l-univers. Fis-saħna tad-diskussjoni, tifla żgħira fil-klassi qamet bilwieqfa, sikktet lil kulħadd biex tisfida dak kollu li kien qed jintqal. Kienet emozzjonata ħafna u d-dmugħ beda jġelben ma’ ħaddejha. “Għalfejn dawn id-diskussjonijiet kollha?” staqsiet b’vuċi mqanqla, qisha qed tesprimi weġgħa kbira f’qalbha. “Huwa Alla li ħalaq l-univers, iddinja u kulma jeżisti! Mhux biżżejjed dan biex nifhmu kif inħalaq? Għalfejn dal-mistoqsijiet u d-dubji kollha?” Qatt ma ninsa dak li ġara dak ilħin. L-għalliem tax-xjenza, bniedem loġiku, razzjonali u xempju ta’ raġunar perfett, mar ħdejn it-tifla mbikkija u b’ħafna ġentilezza u b’ton mimli ħlewwa, ipprova jikkalmaha u
jserrħilha moħħha. “Hawn, ċkejkna tiegħi. Dażgur. Ilkoll nafu li l-univers ħalqu Alla. Kull ma qed nagħmlu bixxjenza huwa li qed nippruvaw nifhmu kif għamel biex ħalqu!” Le, ix-xjenza u l-fidi mhumiex u ma jistgħux ikunu għedewwa. Ix-xjenza u l-istudji kollha dwar il-ħolqien huma tassew meravilja li jwettaq moħħ il-bniedem, imma jwieġbu biss għall-mistoqsija ‘Kif?’ jeżisti dak li jeżisti. Il-fidi, għax hi frott tal-meravilja li hi l-imħabba li kull bniedem kapaċi jħoss f’qalbu u f’ruħu, twieġeb biss għall-mistoqsija ‘X’jagħti sens lil dalħolqien meraviljuż?’ Ix-xjenza tispjega kif tinbet warda, ibejjet żrinġ u titwieled tarbija. Il-fidi tiskopri u tħaddan is-sens li fiha warda, li żrinġ ibejjet u li titwieled tarbija. L-imħabba biss tagħti sens lil kull ħolqien. Hija biss hi l-vera raġuni għaliex jeżisti l-univers. U l-imħabba hija Alla. Kemm jagħmel sens li tħobbu u temmen fih! U kemm hu sabiħ li nistudjaw kif l-imħabba taħdem f’warda, fi żring u f’tarbija li tikber u ssir kreatura li taf tħobb!
RM2000 • Awwissu/Settembru 2014 • 31
GHAT-TFAL U GHALL-KBAR
Paġna maħsuba minn Claudia Cini
U qal Alla: “Ħa tnissel l-art ħlejjaq ħajja skont ġenshom: bhejjem tad-dar, annimali li jitkaxkru u bhejjem selvaġġi. U hekk sar. (Ġen. 1:24)
NIFHMU AĦJAR IL-KOBOR T’ALLA In-numru ta’ tipi differenti ta’ annimali huwa kbir ħafna u żgur li ħadd ma jaf kemm-il speċi jeżistu, iżda Alla jaf. Kull ħlejqa ħalaqha bil-ħsieb u żejjinha b’dak kollu li teħtieġ biex tgħix komda fl-ambjent li għoġbu jpoġġiha fih. Dan jissejjaħ ‘l-istint’, li jgħinha kif għandha taġixxi f’kull sitwazzjoni li tiltaqa’ magħha. Id-Dubbiena: • teżisti f’aktar minn 120,000 speċi differenti • tinsab kullimkien anke f’pajjiżi kesħin ħafna • iġġorr ħafna mikrobi li wħud iwasslu għallmewt speċjalment fost l-annimali • iġġorr madwar 1,940,000 mikrobu differenti • tgħix biss 30 ġurnata li matulhom tbid 3,000 bajda • hija l-uniku insett li għandha par wieħed ta’ ġwenħajn u li f’sekonda tferfirhom 200 darba • kapaċi ttir b’veloċità ta 4.5 mil fis-siegħa • għandha par għajnejn, imma ma tarax wisq minkejja li f’kull għajn għandha 4,000 lenti • kapaċi tħoss l-iċken moviment • tuża’ l-antenni biex ixxomm • għandha speċi ta’ kolla mal-qiegħ ta’ saqajha biex teħel ma’ fejn tieqaf • l-aktar komuni tħobb tgħix fil-kumpanija talbnedmin • torqod matul il-lejl u tkun attiva ħafna matul il-jum • hija ta’ lewn iswed u tkun kbira mhux aktar minn kwart ta’ pulzier • tgħaddi mill-erba’ stadji tal-ħajja f’għaxart ijiem biss • appena tmiss saqajha ma’ x’imkien tieqaf tferfer ġwenħajha • qabel tibda ittir, taqbeż ‘il fuq u lura • saħansitra intbagħtet fl-ispazju
• hija l-ikel ta’ ħafna annimali żgħar fosthom il-brimb u l-għasafar • dubbiena mara għandha għajnejha aktar imbegħdin minn xulxin minn dawk ta’ raġel Kurżità: Veru li d-dubbiena ilha teżist aktar minn 65 miljun sena? Huwa maħsub li d-dubbien ilu jeżisti minn dejjem. Ilu jippersegwita l-bniedem sa minn meta dan
Logħba: Għin lid-dubbiena issib it-triq minn ġol-katusi minn isfel għal fuq.
kien għadu jgħix fl-għerien. Id-dubbien huwa msemmi fl-eqdem kitbiet antiki ta’ żmien l-Eġizzjani. Fil-Bibbja d-dubbien huwa msemmi bħala wieħed mill-għaxar kastigi mibgħuta fl-art tal-Fargħuni.
Ibgħat is-soluzzjoni tiegħek f’dan l-indirzz: RM 2000, Kompetizzjoni tat-Tfal, 78, Triq il-Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067
Riċetta 14 Addattatament MINN
Claudia Cini
SOPPA TAT-TADAM Għandek bżonn: • Kilo tadam imqaxxar u mingħajr żerriegħa • 2 basliet imdaqqsa, imqattgħa • 2 karrottiet imqattgħa • Dada tat-tiġieġ • 2 mgħaref kunserva (jekk tiggosta) • Mgħarfa żejt taż-żebbuġa • Karfusa • Kuċċarina paprika • Madwar litru ilma • 250ml ħalib jew krema friska • 2 mgħaref tursin imqatta’ fin
Metodu: • Saħħan iż-żejt f’borma fonda u qalli l-basal u l-bejken/perżut (jekk ser tużhom). • Żid il-karrotti, it-tadam, il-karfusa, id-dada tat-tiġieġ, il-kunserva u l-ilma. • Ħalli kollox itektek fuq nar baxx sa ma jirtabu l-karrotti. • Għasar is-soppa fi blender u erġa’ ixħet fil-borma. • Saħħan kemm kemm is-soppa u żid il-paprika u l-ħalib/krema friska. • Servi bi ftit tursin imqatta’ fil-wiċċ. Għal togħma aktar tajba tista’ iżżid 4 dawriet bejken jew perżut u elimina d-dada tat-tiġieġ.
Kont taf li: it-tadama hija frotta u mhux ħaxixa? Dan għaliex il-frott hu dak il-prodott biż-żerriegħa li jittiekel minn xitla jew siġra bħal-larinġ u d-dulliegħ filwaqt li l-ħaxix hu l-parti tal-weraq, zkuk jew għeruq li jittieklu minn xitla bħall-patata u l-ħass. It-tadam oriġina fin-Nofsinhar tal-Amerika, imma kienu l-Messikani li bdew jiekluh u sejħulu ‘ħaġa ħoxna’. L-isem botaniku jfisser ‘ħawħa tal-lupu’ filwaqt li t-Taljani jsejħulha ‘tuffieħa tad-deheb’, il-Ġermaniżi ‘tuffieħa tal-ġenna’ u l-Franċiżi ‘tuffieħa tal-imħabba’. Fiċ-Ċina l-aktar li jipproduċu tadam, warajha jiġu mill-Indja u l-Istati Uniti. La Tomatina huwa festival li jsir kull sena f’Awwissu fi Spanja. Għal siegħa sħiħa dawk li jieħdu sehem joqogħdu jissuttaw it-tadam lil xulxin. Kontra għal li jaħsbu bosta, dan it-tadam ma jkunx ta’ kwalita’ tajba u jekk ma jintużax f’dal-festival xorta waħda jintrema. RM2000 • Awwissu/Settembru 2014 • 33
ĠEDDED L-ABBONAMENT TIEGĦEK Mingħajr l-abbonament u l-offerta tiegħek il-magażin ma jistax ikompli. Għandna bżonn l-għajnuna tiegħek. Għalhekk IMPORTANTI li ġġedded l-abbonament
Ibgħat ismek, l-indirizz u n-numru tat-telefon flimkien mal-ħlas għall-abbonament tiegħek fl-indirizz ta’ hawn taħt. Napprezzaw kull offerta flimkien mal-05.00 tal-abbonament regolari. Jekk għandek ħlas b’lura ibgħatilna l-ħlas tas-snin mgħoddija.
Biex iġġedded
PERMEZZ TAL-MOBILE
Biex iġġedded
PERMEZZ TAt-telefon
ATTARD BALZAN BAĦRIJA jekk tixtieq tagħti offerta ta’ e6.99 (li minnhom e0.70 jmorru għall-operaturi tal-mobile) BIRÛEBBUGIA BORMLA jekk tixtieq tagħti offerta ta’ e11.66 BURMARRAD (li minnhom e1.16 jmorru għall-operaturi tal-mobile. FGURA IMPORTANTI: Fuq l-SMS ikteb: ismek, kunjomok, l-inidirizz FLORIANA u l-kodiċi postali. Jekk se ġġedded l-abbonament ikteb ir-Reference Number li ssib miktub fuq it-tikketta mwaħħla marGĦARGĦUR rivista li soltu tirċievi bil-posta. GUDJA kirkop NOTA GĦAL DAWK LUQA LI GĦANDHOM ĦLAS B’LURA: MANIKATA Biex ma ntellfux il-ġid li tagħmel ir-rivista, MGARR s’issa bqajna nibgħatuha wkoll lil dawk MOSTA li jittardjaw biex iħallsu l-abbonament tagħhom. Jiddispjaċina li, minħabba l-ispejjeż MQABBA li għandna, dan mhux se jkun possibbli MSIDA nagħmluh aktar. Għalhekk, kontra qalbna QORMI jkollna nwaqqfu li nibagħtu ir-rivista lil min RABAT idum iżżejjed ma jġedded l-abbonament SAFI SENGLEA SIGGIEWI SAN PAWL IL-BAHAR SAN GILJAN
Ibgħat SMS fuq dawn in-numri:
5061 8916 5061 9210
2141 8031 2149 2288 2145 9135 2165 4518 2720 6840 2158 1122 2180 2021 2124 2230 2143 1177 2169 6336 2164 7040 2164 2043 2189 5174 2157 6769 2157 4658 2143 3769 2141 4336 2168 3165 2123 8804 2149 4097 2145 6824 2168 3890 2169 0019 2146 8132 2157 1854 21336914
GRAZZI MILL-QALB LIL DAWK KOLLHA LI QED JIBGĦATU OFFERTI U GĦAJNUNA RM2000-LilĦbiebna c/o 78, Triq il‐Markiż Scicluna In‐Naxxar NXR 2067 Tel: 2142 0610 • Mobile: 7982 6899 • Email: rmlh@jesuit.org.mt
STA LUCIJA TARXIEN XGHAJRA ZABBAR ZEBBIEGH ZEBBUG ZEJTUN ZURRIEQ
2189 6093 2169 5571 2169 0769 2166 6267 2157 5652 21467453 21460651 2167 5009 2164 7337
GHAWDEX GHASRI GHAJNSIELEM KERCEM MUNXAR NADUR SAN LAWRENZ SANNAT VICTORIA XAGHRA XEWKIJA ZEBBUG
2155 2613 2155 5518 2156 4253 21554621 2155 2206 2155 6355 2155 4088 2155 6487 2155 3477 2155 1329 2155 4493
Biex iġġedded
PERMEZZ TAL-Internet
mur fuq il-website www.rm2000.org Tista' tħallas permezz tal-PayPal
Disinn • Outlook Coop
Carpet Zone ġentilment joffri Dirt Controller bħala rigal għar-rebbieħ/a tal-Crossword Puzzle
Tisliba AWISSU/SETTEMBRU Mimdudin: 1. Filliera, kju (6) 4. Pajjiż ġar tal-Portugall (6) 1. Għajta li tismagħha f’4 Mimdudin (3) 2. Wessa’. tawwal (6) 9. Ħolqa li tissikka meta jinġibed il-ħabel (6) 10. u 11 Mimdudin: Żmien li ma jispiċċa qatt (8) 11. Ara 10 Mimdudin 14. Frott iswed li jtabba’ ħafna – jikber ħafna Ħaż-Żabbar (3) 15. u 21 Mimdudin: Din aktarx issibha ż-Żurrieq jew iż-Żejtun (7) 16. Snin li għandu kull bnieden (3) 18. Isem Għarbi komuni, issibu wkoll quddiem Baba (3) 20. Tnejn jixxiebħu ngħidulhom “...... maqsuma” (4) 21. Ara 15 Mimdudin 24. Dawn ivvutawlhom ħafna (6) 25. Jagħmluha s-suldati, forsi biex ibiddlu l-gwardji (6)
26. Dan joqgħod jirrepeti warajk (3) 27. Mhux distratt (6) 28. Bihom nista’ nimxi (6) Weqfin: 1. Waqqaf l-istorbju (6) 2. Dawwret bl-ispag jew bil-ħabel (6) 3. Dan għandu mnejn joqgħod Ankara (6) 4. Aktarx 365 jum (4) 5. Nagħtik tixrob (6) 6. Muntanja fejn jaħsbu li straħet l-arka ta’ Noe’ wara d-dulluvju (6) 11. Żiemel għat-tfal żgħar (5) 13. Ittajjar il-flus bl-addoċċ (5) 16. Ġesu’ qal lill-għama: “.....................”, i.e. infetaħ (6) 17. Għasafar tal-passa li ssibu f’basal wettieq (6) 18. Grupp ta’ suldati (6) 19. Qerq (6) 22. Hu ħaddem b’labra w ħajta (4) 23. Kelma bil-Latin li tfisser xogħol mużikali (4)
IMPORTANTI: Ibagħtu t-tweġibiet tagħkom f’dan l-indirizz: RM2000, 78 Marquis Scicluna Str, Naxxar NXR 2067 It-tweġibiet iridu jaslulna sal-aħħar tax-xahar. Meta ġġedded l-abbonament tiegħek u tibgħat ċekk, agħmlu fuq isem RM2000. REBBIEĦA Ir-rebbieħa tat-tisliba ta’ Gunju/Lulju hija T. Cutajar mill-Mellieħa
TWEĠIBA TAT-TISLIBA ĠUNJU/LULJU
MIMDUDIN: 1. Paguni 4. Anzjan 8. Nindaf 9. Pendlu 10. Unur 12. Naħa 14. Ras 15. QAT 16. Rat 18 Tar 20. Elba 21 Beta 24. Intemm 25. Temmnu 26. Mut 27. Arabja 28. Ininni WEQFIN: 1. Pinnur 2. Gendus 3. Itfi 4. Arpa 5. Jidħaq 6. Ntunat 11. Naħal 13. Ħabat 16. Reġina 17. Tbatta 18. Tewmin 19. Raġun 22. Imma 23. Atti
Carpet Zone, Valley Road, B’Kara (opposite Post Office)
Segwi l-esperjenzi u l-avventuri ta’ ħutna l-Maltin u l-Għawdxin fl-artijiet tal-missjoni; esperjenzi li jħalluk bla nifs u bla kliem iżda li jimlewk b’ammirazzjoni għall-kuraġġ ta’ dawn l-eroj tas-skiet! Kun af bil-proġetti ta’ fejda li huma qed iwettqu għall-miljuni ta’ nies filbżonn imxerrda fl-erba’ naħat tad-dinja. Issir taf dan kollu u aktar fil-programm VUĊI MISSJUNARJA li jixxandar kull nhar ta’ ġimgħa fid-9:00p.m. fuq RADJU MARIJA (102.3 FM għal Malta u 107.8 FM għal Għawdex) b’ripetizzjoni kull nhar ta’ Tlieta f' 6:00am, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Dr. Frank Cassar u Helena Sammut.
Mulej, ilqa’ f’Saltnatek il-benefatturi u ħbieb tagħna mejtin Naxxar
Costantino Zarb
“ISSA NGĦID KOLLOX
LIL ALLA!"
Dawn kienu l-aħħar kelmiet ta’ tifel Sirjan qabel ma miet, midrub mill-bumbardamenti f’Aleppo.
Vittma oħra tal-kefrijiet u l-gwerer qerrieda ma’ kullimkien – Syria, Palestina, Eġittu, Libja, Sudan, Ukraina…
Mulej, Għaliex dil-kefrija, dil-moħqrija? Għaliex dil-mibegħda, dil-firda? Meta se jifaħ għajnejh u qalbu Il-bniedem tal-lum u ta’ għada? Meta se nagħrfu li aħna lkoll uliedek, Ilkoll b’demm aħmar jiġri f’ġisimna Ilkoll aħwa, ulied ta’ Missier wieħed? X’tista’ tagħmel int? Itlob, ilqa’, aħfer. Kun bniedem ta’ paċi. f’darek, fuq ix-xogħol, mal-ġirien, fi ħsibijietek, fi kliemek, f’għemilek. Tweġġa’ lil ħadd, Dewwi l-ġrieħi, taffi d-dwejjaq. Tpatti qatt, Tobgħod lil ħadd. Mulej għamilni strument tal-paċi tiegħek!