Maħruġ mill‐Ġiżwiti Maltin • Ottubru 2016 • Sena 68 • Numru 8 • 78, Triq il-Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067
DAWK L-IMBERKIN
TFAL
N E W S PA P E R P O S T
DAWK L-IMBERKIN TFAL 2 • OTTUBRU 2016 • RM2000
Rigal prezzjuż, imma… Min jixtieqhom akkost ta’ kollox, min ma jridhomx, min jiggustahom, min iħobbhom, min jissaportihom, min ikissruh, min ikissirhom, min jgħallimhom, min jitgħallem minhom… Imma t-tfal jibqgħu tfal. Kien hemm żmien meta t-tfal konna narawhom barka. Aktar ma jkollok, aktar tkun imbierek. Illum inħarsu lejhom b’mod differenti. Illum aktar konxji minn dawk li jixtiquhom, kemm irridu nirrispettawhom, nibżgħu għalihom, ngħallmuhom, nikkurawhom, nipproteġuhom millabbuż ta’ kull xorta, nedukawhom, nagħtuhom attenzjoni speċjali u personali fl-iskejjel, speċjalment dawk li jkollhom l-hekk imsejħa ‘bżonnijiet speċjali’. Imma din hi l-biċċa s-sabiħa talistampa. Illum ukoll, sfortunatament issib min jabbużahom, jinqeda bihom, jagħtihom l-aħħar post, jinġiebu fiddinja wara li jkun qeda l-bżonnijiet l-oħra. Issib min jibża’ minnhom u mix-xogħol, is-sagrifiċċju u l-inkwiet li jġibu magħhom. Issib min dal-biża’ jwasslu biex joqtolhom qabel jitwieldu. Min iġibhom fid-dinja u mbagħad jara kif iwikkihom lil xi ħadd meta l-piż tagħhom ikun kbir wisq. Min ifarrakhom miċ-ċokon bit-tifrik li jkun hemm fil-familji. Min m’għandux żmien għalihom u jipprova jixtrihom b’dak li
jixtrilhom, ‘biex iħalluh kwiet’. F’dan iż-żmien, meta se t-tfal jerġgħu jaqbdu triqthom lura lejn l-iskola, tajjeb li nieqfu naħsbu x’qed nagħmlu b’uliedna, kif qed inħobbuhom, inrabbuhom u nedukawhom. Żgur li qed isir ħafna fuq livell ta’ bżonnijiet materjali. Kumditajiet, toys ta’ kull xorta, ilbies u ikel mill-aħjar, ngħallmuhom jieklu u jgħixu ‘healthy’. Hekk u b’elf mod nixtiequ nuru kemm ngħożżuhom. Imma, minkejja r-rieda u x-xewqat tajba kollha li għandna, wisq drabi nonqsuhom, inweġġgħuhom u nagħmlulhom il-ħsara wkoll. Biċċa għaliex ħadd minna l-kbar mhu perfett, biċċa għax mhux dejjem faċli mhux dejjem faċli ġġib ruħek kif l-aħjar magħhom u biċċa għax inkunu wisq medhijin bil-problemi, l-bżonnijiet jew il-kapriċċi tagħna u ninsew kemm jiddependu minna. Fl-iskola, wisq drabi moħħna biex ngħallmuhom is-suġġetti u nippreparawhom għall-jobs u l-ħajja tax-xogħol. Ftit jibqgħalna ħin biex nippreparawhom għall-ħajja. Fiddar tant aħna mħabbtin u għandna problem ta’ flus, relazzjonijiet, mard u elf ħaġa oħra, li ftit li xejn jibqgħalna ħin ta’ kwalità vera biex sempliċiment nilagħbu, nidħku, nkunu preżenti f’ħajjithom. Bħala pajjiż tant moħħna
kif se naqilgħu aktar flus u nonfqu aktar f’kumditajiet u pjaċiri, li il-ġenituri jaħdmu, it-tfal mal-impjegati u malcarers jew man-nanniet biex jieħdu ħsiebhom. F’din il-ħarġa tal-RM2000, xtaqna niffukaw xi ftit fuq it-tfal, il-bżonnijiet, is-sbuħija u l-isfidi li jġibu magħhom. L-ewwel sfida mhix x’se ngħallmuhom, imma kif se nifhmuhom. L-akbar sfida mhux kif se nedukawhom għaċċertifikati, imma kif se nedukawhom għall-ħajja. It-tfal mhumhiex qegħdin hemm biex jaqdu l-bżonnijiet jew jimlew il-vojt tal-ġenituri. Huma l-ġenituri li qegħdin hemm biex jagħtu l-ħajja lil uliedhom u jwassluhom għaliha b’mod li fiha jsibu l-veru ferħ u paċi li jagħtu sens lill-ħajja. Dan hu l-veru sillabu li rridu ngħallmuhom. Din hi l-vera skola li tħejjihom għall-ħajja. U, la qegħdin nitkellmu fuq l-iskola tajjeb ngħiduha kif inhi: għat-tfal l-ebda skola ma tista’ tieħu post il-familja. L-iskola tajba biss jekk tgħinhom jikbru flimkien malfamilja. Inutli nagħtu l-homework lit-tfal, jekk aħna l-kbar, ġenituri, familji u għalliema ma nagħmlux sewwa ilhomework tagħna. Hekk uliedna jkunu tassew ‘imberkin’. L-Editur RM2000 • OTTUBRU 2016 • 3
4 • OTTUBRU 2016 • RM2000
Kif tista’ tlaħħaq magħhom? NITBISSMU FTIT MA’ TFAL INTELLIĠENTI Staqsih int. Tifla żgħira kienet qed titkellem mal-għalliema tagħha dwar il-baleni. L-għalliema qalet li kien impossibli għal balena li tibla’ bniedem għaliex għalkemm hija mammiferu kbir ħafna, għandha gerżuma żgħira wisq. It-tifla saħqet li Ġona kien imbela’ minn balena. Urtata, l-għalliema reġgħet tenniet li balena ma setgħet qatt tibla’ bniedem; dan kien impossibbli. It-tifla qalet: “Meta mmur il-ġenna nistaqsi lil Ġona.” L-għalliema staqsietha: “U jekk Ġona mar l-infern?” It-tifla wieġbet: “Filkaż staqsih int!” Kif inhu Alla? Għalliema tat-tfal żgħar kienet qed tosserva l-istudenti tagħha huma u jpingu. Kultant kienet ddur mal-klassi biex tara t-tpinġija ta’ kull tifel u tifla. Hekk kif resqet lejn tifla li kienet attenta tpinġi, staqsietha x’kienet qed tpinġi. It-tifla wieġbet: “Qed inpinġi lil Alla.” Wara ftit l-għalliema qaltilha: “Imma ħadd qatt ma ra lil Alla, ħadd ma jaf kif inhu!” Bla ma ħasbitha darbtejn it-tifla wieġbet: “Tibżax, dalwaqt ikunu jafu. Ħalli nispiċċa!”
Il-Kmandamenti Katekista kienet qed tiddiskuti l-Għaxar Kmandamenti ma’ klassi ta’ tfal żgħar. Wara li spjegatilhom ir-raba’ kmandament, li għandek tagħti ġieh lil missierek u lil ommok, staqsiet lit-tfal: “Hemm xi kmandament li jgħallimna kif għandna niġibu ruħna ma’ ħutna?” Minn fuq wara tal-klassi tifel (li kien il-kbir fost ħutu) wieġeb: “La toqtolx.” Xagħar abjad Darba waħda tifla ċkejkna kienet qed tosserva lil ommha taħsel il-platti, meta innutat li ommha kellha diversi xagħriet bojod li kienu qed jispikkaw maxxagħar iswed ileqq li kellha. Kollha kurżità, it-tifla staqsietha: “Mamà għaliex għandek xi xagħriet bojod?” L-omm weġbitha: “Kull darba li inti ma tobdinix jew tinkwetani, waħda minn xagħri tibjad.” It-tifla ħasbet ftit dwar dan u reġgħet staqsiet: “Allura mamà kif innanna għandha xagħarha kollu abjad?” Nostalġija tat-tfulija Wara li t-tfal kollha kienu ħadulhom ritratt, l-għalliema kienet qed tipprova tipperswadihom jixtru kopja tar-ritratt tal-grupp.
“Immaġinaw kemm tkun ħaġa sabiħa meta tikbru u tħarsu lejn irritratt u tgħidu, “Ara Emma, din laħqet avukat,” jew “Dan Ralf, illum huwa tabib.” Vuċi rqiqa minn wara tal-klassi nstemgħet tgħid: “Ara t-teacher, miskina mietet!” Ras vojta Għalliem kien qed jagħti lezzjoni dwar iċ-ċirkolazzjoni tad-demm. Biex jifhmuh aħjar, beda jispjega: “Jekk noqgħod rasi l-isfel, kif tafu, demmi jinżel kollu għal rasi u wiċċi jsir aħmar nar.” “Hekk hu,” wieġbu l-istudenti. “Allura għaliex meta nkun wieqaf dritt f’pożizzjoni normali d-demm ma jinżilx kollu f’saqajja?” Tifel kien pront għajjat: “Għax saqajk mhumiex vojta bħal rasek.” Alla qed iħares L-istudenti kollha kienu fil-kju filkafetterija tal-iskola jistennew l-ikel. F’ras il-mejda kien hemm għadd ta’ tuffieħ fuq gabarrè kbir. Maġenb ittuffieħ kien hemm nota li kienet tgħid: “Ħu waħda BISS. Alla qed iħares.” Fittarf l-ieħor tal-mejda kien hemm għadd ta’ gallettini taċ-ċikkulata ppustjati fuq RM2000 • OTTUBRU 2016 • 5
xulxin. Tifel imqarqaċ poġġa nota biswit il-gallettini li kienet tgħid: “Ħu kemm trid. Alla qed iħares lejn it-tuffieħ.” Triq sal-Ġenna F’parroċċa kien għadu kemm wasal qassis ġdid. Dan kellu qadja sal-posta, għalhekk staqsa lil tifel li ltaqa’ miegħu fit-triq biex jurih kif jasal sal-posta. Wara li t-tifel spjegalu mnejn kellu jgħaddi, il-qassis irringrazzjah u qallu: “Issa, jekk illejla tiġi għall-quddiesa tiegħi tismagħni ngħid lil kulħadd kif jaslu l-ġenna.” Bla ma ħasibha darbtejn it-tifel wieġbu: “Ma nafx, imma inti lanqas it-triq sal-posta ma taf aħseb u ara salġenna!” Minn fejn ġejjin in-nies? Tifel: Papà, kif bdew jitwieldu n-nies? Missier: Adam u Eva kellhom it-tfal, dawn kibru u kellhom it-tfal li kibru u kellhom it-tfal ... Tifel: Mamà, kif bdew jitwieldu n-nies? Omm: Aħna konna xadini, mażżmien evolvejna u ġejna kif aħna llum il-ġurnata. Tifel: Papà, għaliex gdibtli? Missier: Le ibni, ma gdibtlekx. Ommok kienet qed titkellem fuq ilfamilja tagħha! Ix-xitan Żewġ subien kien mexjin lura d-dar mill-knisja wara li kienu semgħu prietka 6 • OTTUBRU 2016 • RM2000
dwar ix-xitan. Ma setax jonqos li d-diskors waqa’ fuq hekk. Omar: Ru, int x’taħseb dwar dan id-diskors tqil dwar ix-xitan? Ruben: Ħeq. Int taf kif spiċċaw l-affarijiet dwar ‘Father Christmas’! Meta kbira ndunajna li ma jeżistix. Probabbli ma ddumx ma tintebaħ li x-xitan mhu ħadd ħlief missierek!
Gwen: Sitta. Għalliema: Tajjeb. Mela, jekk nagħtik 2 qtates u 2 qtates u 2 qtates oħra, kemm ikollok b’kollox? Gwen: Sebgħa. Għalliema: Gwen tista’ tgħid minn fejn qed iġġib sebgħa? Gwen: Għax, Miss, jien diġà għandi qattus id-dar!
Kemm jaqla’ flus Tlett itfal kienu qed jiftaħru dwar kemm zijuhom kien jaqla’ flus. Kevin: Iz-ziju tiegħi jħarbex erba’ kelmiet fuq karta, jgħid li hi poeżija u jaqla’ €25. Melvin: Dak mhu xejn. Zijuwi jikteb erba’ kelmiet fuq karta, jgħid li hi kanzunetta u jaqla’ aktar minn €200. Kris: Iz-ziju tiegħi jħażżeż erba’ kelmiet fuq karta, jgħid li hi prietka u hemm bżonn joħorġu erbgħa min-nies biex jiġbru l-flus kollha.
Għaliex iswed? Wara li marret tieġ għall-ewwel darba, tifla żgħira staqsiet ’il ommha għaliex l-għarusa kienet liebsa l-abjad. Omm: Għax illum hi l-aktar ġurnata sabiħa u ta’ ferħ f’ħajjitha! Tifla: Allura għalfejn l-għarus liebes l-iswed?
Mhux kemm taf tgħodd kollox Għalliema: Jekk nagħtik 2 qtates u 2 qtates u 2 qtates oħra, kemm ikollok b’kollox? Gwen: Sebgħa. Għalliema: Le, isma’ sew. Jekk nagħtik 2 qtates u 2 qtates u 2 qtates oħra, kemm ikollok b’kollox? Gwen: Sebgħa. Għalliema: Ara ħa npoġġihielek mod ieħor. Jekk nagħtik 2 tuffiħat u 2 tuffiħat u 2 tuffiħat oħra, kemm ikollok b’kollox?
Taħt is-sodda Wara li daħal f’kamartu, tifel żgħir mar staqsa lil ommu: Tifel: Ma, veru li meta mmutu nsiru trab? Omm: Iva ibni. Tifel: Mela taħt is-sodda għandi xi 3 persuni mejtin!! Għajn waħda jew tnejn? Missier: Taf li ma rnexxilix norqod? Lanqas għajn waħda m’għalaqt, blistorbju li għamilt. Iben: Pa, mela ma tafx li biex torqod trid tagħlaq iż-żewġ għajnejn? Miġbura minn Claudia Cini
DABRA SEWDA Darba waħda wieħed professur daħal fil-klassi u qal lill-istudenti biex iħejju ruħhom għal test sorpriża. L-istudenti stennew b’ħerqa u ansjetà biex jibda l-eżami. Il-professur, bħalma jiġri dejjem, qassam il-karta tal-eżami u poġġieha wiċċha l-isfel fuq kull bank. Meta qassamhom kollha qal lillistudenti li jistgħu jibdew. Baqgħu mistgħaġbin għaliex ma kien hemm l-ebda mistoqsija fuq ilkarta – ħlief dabra sewda fin-nofs talpaġna. Meta ra li l-istudenti baqgħu iċċassati b’dak li raw, qalilhom li sempliċiment jixtieqhom jiktbu fuq dak li qed jaraw quddiemhom fuq il-karta. Għalkemm xi daqsxejn imħawdin, l-istudenti bdew jaraw x’ser jiktbu. Meta sar il-hin, il-professur ġabar il-karti tal-eżami u beda jaqrahom waħda waħda quddiem il-klassi kollha. Kollha kemm huma l-istudenti ippruvaw jispjegaw jew jiddeskrivu il-pożizzjoni tad-dot sewda eżatt fin-nofs tal-karta. Wara li qara l-karti kollha, waqa’ ċertu kwiet fil-klassi u, hawnhekk, il-professur beda biex jispjega. “M’iniex ser nagħtikom xi marka fuq dak li ktibtu. Jien ridt biss
intikhom xi ħaġa biex taħsbu fuqha. Kull wieħed minnkom ħares biss lejn id-dot is-sewda f’nofs il-karta, u ħadd minnkom ma kiteb fuq il-parti l-bajda tal-karta. Daqsxejn ta’ dabra sewda f’nofs il-karta serqet l-attenzjoni, il-ħsieb, l-intelliġenza u l-ħin kollu tagħkom. Imma dik il-bjuda kollha madwar id-dabra sewda, dik qisha ma teżistix. Anqas ħadd ma kellu l-ħila jinnutaha. L-istess jiġrilna fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Moħħna biss fuq dik il-ħaġa sewda – xi uġigħ, kemm jonqsuna l-flus, xi problema ta’ relazzjoni fil-
familja jew xi kwistjoni ma’ xi ħabib jew ħabiba. L-attenzjoni u l-enerġija kollha tagħna tinsterqilna mill-affarijiet negattivi jew li jdejquna. Ftit naħsbu li dawn l-affarijiet ta’ dwejjaq huma żgħar meta nqabbluhom massabiħ kollu li għandna f’ħajjitna. Sfortunatament in-negattiv jieħu l-importanza kollha u jaħbilna l-pożittiv. Warrbu għajnejkom minn fuq l-ikrah f’ħajjietkom u ibdew agħtu aktar importanza lis-sabiħ u t-tajjeb li għandkom, kull mument ta’ ħajjitkom. Din hi r-riċetta tal-ferħ u l-paċi fil-qalb.
RM2000 • OTTUBRU 2016 • 7
SILLABU ĠDID GĦAL SKOLA ĠDIDA
8 • OTTUBRU 2016 • RM2000
Miskin hu min ma jmurx skola... Imma aktar miskin min imur f’dik l-iskola fejn jitgħallem biss is-somom, l-ingliż u s-sillabu li jiddeċiedu dawk ta’ fuq. Imbierek dak li fis-sillabu tal-iskola, isib min jgħallmu kif jgħix il-ħajja u jikber bil-lezzjonijiet li ġġib magħha. Kemm ikollna pajjiż isbaħ, aħjar u aktar hieni, kieku t-tfal kellhom jieħdu dawn il-lezzjonijiet tal-ħajja! Kieku s-somom, l-Ingliż u ix-xjenza li jitgħallmu jsibu l-veru skop! •
Tgħallimt... li l-aqwa klassi hi f’riġlejn persuna anzjana
•
Tgħallimt... li meta tħobb, tkun tidher
•
Tgħallimt... li anke jekk persuna waħda tgħidli “imnalla ltqajt miegħek”, il-ġurnata nkun għextha verament.
•
Tgħallimt... li meta tarbija torqod f’dirgħajk, qalbek idduq biċċa millġenna.
•
Tgħallimt... li l-ħajja bħal roll tattoilet paper! Aktar ma tersaq lejn it-tmiem, aktar tispiċċa malajr.
•
Tgħallimt... li jekk fil-ħajja titlef opportunità, dejjem se jkun hemm xi ħaddieħor li jeħodha.
•
Tgħallimt... li mnalla Alla ma jagħtiniex kulma nitolbuh.
•
•
Tgħallimt... li l-flus ma jixtrux il-ferħ.
Tgħallimt... li jekk torbot qalbek mar-rabja li għandek, se tegħreq fiha.
•
Tgħallimt... li l-affarijiet ordinarji tal-ħajja ta’ kuljum jagħmlu l-ħajja meravilja straordinarja.
•
Tgħallimt... li m’hemmx għalfejn nistenna li xi ħadd imut qabel ma ngħidlu kemm nirrispettah.
•
Tgħallimt... li taħt il-qoxra ta’ barra dejjem hemm xi ħadd bil-għatx għal ftit attenzjoni u mħabba.
•
Tgħallimt... li aħjar inżomm kliemi ħelu u tajjeb, għax xi darba żgur se jkollu nibilgħu lura.
•
Tgħallimt... li tbissima hi l-aqwa lipstick.
•
Tgħallimt... li meta tarbija taqbadlek sebgħek iż-żgħir bis-swaba ċkejknin tagħha, tibqa’ ankrata f’qalbek.
•
Tgħallimt... li kulħadd jixtieq jasal sal-quċċata, imma l-ferħ u s-sabiħ issibu waqt li tkun tiela’.
•
Tgħallimt... li anqas m’għandi ħin, aktar nilħaq nagħmel dak li nixtieq!
•
Tgħallimt... li jekk tkun twajjeb hu ferm aqwa milli jkollok raġun.
•
Tgħallimt... li qatt m’għandek tirrifjuta rigal ta’ tifel ċkejken.
•
Tgħallimt... li jekk tiċħad il-verità ma tbiddilx il-verità.
•
Tgħallimt... li dejjem nista’ nitlob, anke meta ma nista’ nagħmel xejn biex ngħin lil dak li jkun.
•
•
Tgħallimt... li importanti kemm hi importanti s-serjetà fil-ħajja, ftit bluha tagħmel il-mirakli.
Tgħallimt... li dak li għenni nsir bniedem aħjar kien li dejjem ippruvajt inkun qrib ta’ min hu aħjar minni.
•
Tgħallimt... li kull min jiltaqa’ miegħi jistħoqqlu mqar tbissima mingħandi.
•
Tgħallimt... li wisq drabi kulma jeħtieġ bniedem hu li xi ħadd iżommlu idu u jiftaħ qalbu biex jisimgħu.
•
Tgħallimt... li ħadd ma jsir tassew sabiħ f’għajnejk qabel ma tibda tħobbu.
•
Tgħallimt... li l-ftit ħin li qattajt ma’ missieri nilgħab jew narah jaħdem meta kont tifel, bidluli ħajti.
•
Tgħallimt... li l-ħajja iebsa, imma r-rieda taf tkun aktar iebsa minnha.
Ispirati mill-kitba ta’ Andrew Rooney RM2000 • OTTUBRU 2016 • 9
10 • OTTUBRU 2016 • RM2000
Għalkemm in-nisa jagħmlu parti essenzjali mis-soċjetà tal-Burundi, pajjiż fl-Afrika, imma xorta waħda għadhom imċaħħda mill-edukazzjoni u minn opportunitajiet li jiżviluppaw il-personalità tagħhom. F’dan il-pajjiż 31% biss tal-bniet ikomplu l-iskola wara l-primarja. L-edukazzjoni tgħinhom jiksbu fiduċja fihom infushom filwaqt li jkunu jistgħu jgħinu l-pajjiż jiżviluppa aktar bil-potenzjal tagħhom. Li jiġri wisq drabi hu li l-bniet iżewġuhom ta’ età żgħira. Ikollhom jieqfu mill-iskola minħabba li żwieġhom ikunu jriduhom jieħdu ħsieb id-dar u jaħdmu fl-għelieqi. Għalhekk il-Jesuit Refugee Service (JRS) qed jaħdmu ħafna fi proġetti ta’ edukazzjoni immirati lejn in-nisa. Barra minn hekk jippruvaw ifiehmu lill-irġiel biex jibgħatu lil uliedhom bniet jew lin-nisa tagħhom l-iskola, biex tgawdi l-familja kollha. Swavis Nzeyimana għandha 22 sena u hija omm ta’ żewġt itfal: wieħed ta’ 5 snin u l-ieħor ta’ 7 xhur. Ilha minn Jannar tattendi klassijiet biex titgħallem taqra, tikteb u xi ftit matematika. Sa ftit snin ilu hija kienet tgħix f’kamp tar-refuġjati fit-Tanżanija u qatt ma marret skola. Missierha, li ma kellux biżżejjed flus biex jeduka lit-tmien uliedu, ipprefera li l-bniet jibqgħu d-dar jagħmlu l-faċendi filwaqt li lis-subien imorru jistudjaw.
“Issa li tgħallimt nikteb u naqra nħossni aktar indipendenti u żewġi jirrispettani aktar,” qalet Swavis. “Pereżempju, jekk ma nkunx id-dar u żewġi jkollu bżonn jgħidli xi ħaġa importanti qabel joħroġ, hu jista’ jħallili nota bil-miktub għax jaf li jiena nista’ naqraha. U jiena nista’ nagħmel l-istess ħaġa. Tgħallimt nikkontja u meta mmur nixtri nista’ niċċekkja li talħanut tani bqija sew, fejn qabel ħafna drabi kont niġi mqarrqa.” Fidel Nahayo huwa r-raġel ta’ Swavis u jħossu kburi bl-edukazzjoni u bil-kapaċità ta’ martu li tieħu ħsieb tagħha nnifisha u tal-familja ħafna aħjar bl-iskola li tgħallmet. Huwa qal, “Minħabba li marti tgħallmet tikteb u taqra, saret il-president ta’ għaqda tan-nisa, għax kapaċi tmexxi. Meta tispiċċa l-iskola u tikseb iċ-ċertifikat li jagħtu fl-aħħar, tkun tista’ aktar faċilment issib xogħol xieraq li jtejjeb il-ħajja tagħna. Ma stajtx ma nħallix lil marti tmur għal dawn il-klassijiet. Jien, għax kont tifel, kelli l-opportunità li mmur l-iskola u nħossni veru xxurtjat. L-iskola mhux biss bidlitli ħajti imma tathieli. Jekk l-edukazzjoni kienet possibbli u miftuħa għalija, li jien raġel, għaliex m’għandux ikun possibbli għal marti, kif ukoll għan-nisa kollha? Claudia Cini RM2000 • OTTUBRU 2016 • 11
s u r a ħ g li t n i ta’ b 12 • OTTUBRU 2016 • RM2000
“Illum kollox inbidel!” Kemm tismagħha dil-espressjoni. U veru, speċjalment fil-mod kif iġibu ruħhom in-namrati u l-għarajjes. Ftit jagħmlu differenza qabel u wara ż-żwieġ. Bosta ġenituri li trabbew mod ieħor, wisq drabi, ma jkunux jafu kif iġibu ruħhom quddiem imġiba ta’ wliedhom u n-namrati tagħhom li tixxukkjahom. Din l-esperjenza ta’ missier f’ċirkustanza bħal din, turi forsi mod pożittiv u sabiħ kif wieħed jittratta sitwazzjoni xejn komda. Għodwa waħda inżilt fil-kċina biex nipprepara l-kafè bħas-soltu imma dak li rajt quddiem għajnejja żgur li ma kontx qed nistennieh. Fuq is-sufan li hemm ħdejn il-kċina kien hemm binti l-kbira mal-għarus tagħha u milli stajt nifhem kienu qattgħu l-lejl flimkien. Komplejt inlesti l-kafè u erġajt tlajt ħdejn marti u ż-żewġ uliedi l-oħra u wissejthom biex iżommu l-kwiet. Meta nżilna biex nieħdu l-kolazzjon poġġejna mal-mejda bħas-soltu u blleħen għoli sejjaħt lil binti u lill-għarus tagħha biex jiġu fuq il-mejda magħna. Indunajt li ż-żagħżugh kien qed jibża’ u jħossu skomdu. Kienet l-ewwel darba li ltqajna miegħu. Kien ġuvni gustuż u dħuli ħafna. Binti kienet ilha tafu madwar xahar u assiguratni li kien ġuvni bilgħaqal ħafna għalkemm mhux ta’ ħafna skola. Minn dakinhar baqa’ jiġi għandna kuljum. Kien jgħaddi għal binti biex
jeħodha l-iskola u jerġa’ jġibha lura d-dar. Kien jieħu ħsiebha meta tkun marida u kien jħeġġiġha biex tagħmel ix-xogħol tal-iskola. L-iktar li konna nammiraw fih kien il-mod kif kien jieqaf u jimxi magħha anke meta kien ikollha waħda mill-burdati diffiċli – xi ħaġa li ħadd fil-familja ma kien jirnexxilu jagħmel. Bil-mod il-mod bdejna nsiru nafuh aktar u kont nieħu gost nitkellem miegħu. Kien qalli li qatt ma kellu l-opportunità li jirċievi edukazzjoni f’ħajtu minħabba l-problemi tal-familja. La kellu ġenituri u lanqas xogħol. Ħajtu kienet diffiċli ħafna imma meta ltaqa’ ma’ binti mill-ewwel ħassew ġibda għal xulxin. Minn naħa tagħha binti kienet tadurah u hu l-istess. U jien kont ngħid bejni u bejn ruħi, “Jien min jien biex nindaħal fl-għażliet ta’ binti?” Wara xi tmien xhur, ibni l-kbir qalli li kien irnexxielu jsir jaf aktar dwar il-ġuvni ta’ oħtu. Sab li l-ġuvni ma kellux dar fejn joqgħod. Missieru kien qatel ruħu b’idejh u ommu ddeċidiet li titlaq u tħallihom weħidhom. Hu kien għad għandu biss ħmistax-il sena meta telqet ommu u ma sab lil ħadd biex jieħu ħsiebu. Spiċċa għadda tliet snin jorqod barra jew ma’ xi ħbieb. Kien isib xi xogħol ’l hawn u ’l hemm imma qatt ma kien ikun biżżejjed biex ikampa. Dan iż-żagħżugħ qatt ma irnexxielu jgħix it-tfulija tiegħu bħal tfal oħra. Kien dejjem jiġġerra barra u ma
setax isib skop f’ħajtu sakemm iltaqa’ ma’ binti. Hawnhekk induna li kien hemm min kien lest li jħobbu mingħajr kundizzjoni. Kien irnexxielu jagħmel lil binti kuntenta. Kien ġuvni edukat u dejjem bi tbissima fuq wiċċu. Id-dar kulħadd kien sar iħobbu u meta ġieli ma kienx jiġi minħabba xi xogħol, konna nimmissjawh ħafna. Jien kont ninkwieta meta filgħaxija kien isirlu l-ħin biex jitlaq għax kont naf li ma kellux fejn imur. Ma stajtx nibqa’ indifferenti quddiem din is-sitwazzjoni u għalhekk flimkien mal-familja ddeċidejna li nagħtu ċ-ċavetta tad-dar lil dan iż-żagħżugħ u insistejt miegħu li jiġi jorqod “id-dar” kuljum. Tajnih kamra fis-sular ta’ fuq u kien hu stess li ħadem l-għamara għaliha. Ħeġġiġnieh ukoll biex jibda jistudja u llum għaddew ħmistax-il sena u flimkien ma’ binti irnexxielhom jibdew kumpanija li għamlet suċċess kbir. Iż-żwieġ tagħhom irnexxa u jinsabu kuntenti ħafna. Tawna tliet neputijiet li huma l-għaxqa tagħna. Meta nħares lura nara li l-għażla li konna ħadna kienet għażla tajba ħafna għax tat opportunità lil dan iż-żagħżugħ jibni ħajtu mill-ġdid. Fil-ħajja m’għandniex inħarsu biss lejn dak li jidher minn barra imma għandna nagħtu ċans lil kulħadd anke meta f’għajnejn id-dinja ftit jidher li jkun hemm tama! M’hemm xejn li ma nistgħux nirbħu bi ftit imħabba! RM2000 • OTTUBRU 2016 • 13
Rebecca fl-aqwa tat-tellieqa tagħha 14 • OTTUBRU 2016 • RM2000
WASALT S’HAWN Rebecca Fitz, żagħżugħa li għamlet mill-atletika il-passjoni ta’ ħajjitha, tirrakkonta xi jfisser għaliha dan l-isport. Irrappreżentat lil Malta f’pajjiżi barranin u kkompetiet ma atletiċi b’aktar esperjenza u riżorsi, imma sabet is-sodisfazzjon fil-fatt li għamlet il-ħila kollha tagħha. L-akbar kompetitur f’kull sport ġenwin mhux dawk li tkun qed ittellaq magħhom, imma miegħek innifsek, biex tasal għall-aħjar li hemm fil-potenzjal tiegħek innifsek. Tista’ tgħid li l-isport minn dejjem kien għal qalbi ħafna, b’mod partikolari l-atletika. Għalhekk fraħt ħafna meta f’Ġunju ta’ din is-sena ġejt magħżula biex nirrapreżenta lil Malta fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa li saru proprju hawn Malta. L-avveniment tiegħi kien il-100m hurdles. Kont ili nitħarreġ għal dan l-avveniment għal madwar ħames snin u fil-fatt ġieli rrappreżentajt lil pajjiżi drabi oħra f’dan l-istess avveniment. Fost l-aktar esperjenzi memorabbli għalija kien hemm il-logħob Ewropej ġewwa Baku fl-Ażerbajġan s-sena li għaddiet. Il-100m hurdles mhuwiex wieħed mill-avvenimenti l-iktar faċli. Anzi huwa sfida kemm fiżika kif ukoll mentali imma xorta jibqa’ l-avveniment favorit tiegħi. Matul din l-aħħar sena kont ili nipprattika u nitħarreġ ħafna biex nipprepara għal dawn il-logħob,
kif ukoll biex nikkompeti f’dan l-avveniment biex nilħaq ħin dejjem aħjar. Matul l-istaġun kont sejra tajjeb ħafna u kont qed intejjeb il-ħin tiegħi ma’ kull tellieqa. Fil-fatt fl-aħħar tellieqa li ġrejt kważi lħaqt ir-rekord personali tiegħi. Kien proprju wara din it-tellieqa li sirt naf li kont intgħażilt biex nirrapreżenta lill-pajjiżi f’dawn il-logħob. Veru kont ferħana meta sirt naf għax, warakollox, huma opportunitajiet bħal dawn li jagħtu skop lit-taħriġ u d-dedikazzjoni kollha tiegħi. Kien hemm xi problemi li nqalgħu waqt il-preparazzjoni tiegħi għal dawn il-logħob kif ukoll xi injuries żgħar. Madankollu jien ippruvajt ma nħallihomx jaqtgħuli qalbi u jtellfuni. L-akbar inkwiet għalija kien li kelli nitlef xi ftit mit-training minħabba l-eżamijiet tal-Università li ħabtuli eżatt fil-gimgħa ta’ qabel il-kompetizzjoni. RM2000 • OTTUBRU 2016 • 15
Kont inkwetata li ma kontx ipprattikajt biżżejjed qabel ilkompetizzjoni. Biss il-coach tiegħi baqa’ jemmen fija u kien konvint li xorta kont se mmur tajjeb għax kont ili nitħarreġ sew għal sena sħiħa. Il-kliem tiegħu għenni nemmen aktar fija nnifsi. Jien dejjem inkun daqsxejn nervuża qabel il-kompetizzjoni talhurdles għax xi ftit jew wisq ikun hemm dak l-element ta’ periklu u qatt ma tista’ tgħid x’jista’ jiġri. Però, ikolli nammetti li dakinhar tal-kompetizzjoni kont pjuttost aktar nervuża mis-soltu, peress li din kienet kompetizzjoni internazzjonali. Kif bdejt il-warm up tiegħi bdejt inħossni tajba u bil-mod il-mod sirt iktar iffukata fuq it-tellieqa tiegħi. Ma ridtx niffoka fuq l-atleti li kienu se jiġru miegħi, iżda fuq il-ġirja tiegħi biex intejjeb il-ħin personali tiegħi. Kif ħriġt fuq it-trakka, ħassejtni kunfidenti ħafna, aktar u aktar meta rajt il-familja tiegħi, ħbieb u sħabi li kienu kollha 16 • OTTUBRU 2016 • RM2000
hemm jgħajtu ismi biex jagħmluli kuraġġ. Wasalt fuq il-linja tal-bidu u ħarist biss lejn il-hurdles li kien hemm quddiemi u bdejt niftakar għaliex kont qiegħda hemm – mhux biex nirbaħ xi ħaġa jew nimpressjona lil xi ħadd, iżda biss għall-imħabba pura li għandi għall-isport. Dak il-ħin kulma bdejt naħseb kien biex niġri minn fuq l-għaxar hurdles li kien hemm quddiemi kemm jista’ jkun malajr u nasal sal-finish line. Peress li kont fit-tieni heat, kien hemm biss atleta waħda tiġri miegħi, għax l-aħjar tmienja kienu fl-ewwel tellieqa. Filkompetizzjonijiet nazzjonali, is-soltu niġri waħdi, jiġifieri kont qed nispera li mmur aħjar f’din it-tellieqa peress li kien se jkolli lil xi ħadd ma’ min nista’ nimbotta ’l quddiem. Xħin smajt l-isparatura ħriġt malajr kemm stajt. Fil-fatt kelli l-aħjar bidu li qatt kelli matul dan l-istaġun. Kont qed nirbaħ it-tellieqa sal-ewwel erba’
hurdles, imma imbagħad ħassejt lillatleta l-oħra toqrob aktar viċin tiegħi, sakemm fl-aħħar għaddietni. Ġrejt kemm flaħt imma sfortunatament ma lħaqtx l-aħjar ħin personali tiegħi għal ftit millisekondi. Ovvjament, xtaqt li mort aħjar. Però dak kien l-aħjar li stajt nagħmel f’dawk iċ-ċirkostanzi. Mhuwiex faċli tlaħħaq mat-training ta’ kuljum filwaqt li tistudja, speċjalment waqt l-eżamijiet u għalhekk ma nistax inkun diżappuntata bija nnifsi. Diġa ferħana li wasalt s’hawn, avolja nemmen li nista’ nasal ħafna aktar ’il quddiem. Fl-aħħar mill-aħħar, kont kburija ħafna li kkontribwixxejt xi ħaġa għat-tim tiegħi għax kien bl-isforz ta’ kulħadd li rnexxielna niksbu r-raba’ post għal Malta mill-pajjiżi kollha. Jiena grata ħafna għal din l-esperjenza għax nemmen li kull tellieqa tgħinni mmur dejjem aħjar u nistenna bil-ħerqa li jkolli aktar opportunitajiet fil-futur. Rebecca Fitz
ITWI MINN HAWN
L-Editur RM2000 P.0. BOX 23 - Mosta
BUSINESS REPLY SERVICE LICENCE NO 730
No postage stamp necessary if posted from Malta or Gozo
MagaΩin ma˙ru© mill-ÌiΩwiti Maltin
Biex t˙obb u tg˙ix... ÌEDDED L-ABBONAMENT TIEGÓEK GÓAS-SENA LI ÌEJJA Meta ©©edded l-abbonament tieg˙ek • tiΩgura li f’darek ikollok ˙abib g˙aqli g˙al sena s˙i˙a… • tiΩra f’uliedek u fil-familja tieg˙ek kelma ta’ kura©© u parir tajjeb…
Postage will be paid by addressee
• tid˙ol f’familja ta’ eluf ta’ qarrejja li jsostnu lil xulxin fil-mixja tal-˙ajja… • bi flusek tg˙in biex il-magaΩin jista’ jkompli jwettaq il-missjoni sabi˙a tieg˙u
GRAZZI
✂
Jekk di©à ˙allast g˙as-sena l-©dida jew jekk soltu t˙allas lill-A©enta tag˙na
• Biex IÌÌEDDED l-ABBONAMENT tieg˙ek
• Jekk tixtieq TABBONA GÓALL-EWWEL DARBA
• Jekk tixtieq TAGÓTI ABBONAMENT RIGAL Biex tabbona jew i©©edded imla’ din il-formola
Biex tag˙ti abbonament rigal imla’ din il-formola
IVA NIXTIEQ
IVA NIXTIEQ
(immarka fejn jg˙odd g˙alik)
(immarka fejn jg˙odd g˙alik)
INÌEDDED L-ABBONAMENT tieg˙i. NIBDA NIRÇIEVI l-magazine id-dar bil-posta
NAGÓTI ABBONAMENT RIGAL lil:
Isem
Isem
Indirizz
Indirizz
Data tat-Twelid
Data tat-Twelid
Post Code
Post Code
Tel
Tel
Qed nibg˙at çekk/Postal order ta’ G˙al kull tag˙rif jew diffikulta: Tel:2142 0610 • Email: rmlh@jesuit.org.mt
AQTA’ MINN HAWN
INJORA DAN L-AVVIÛ
Għażiż/a Qarrej/ja Ippermettili niktiblek dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tal-RM2000. Qabel xejn ngħidu GRAZZI KBIRA lill-Mulej. Il-magażin tagħna qed jagħmel ħafna u ħafna ġid fost il-familja ta’ qarrejja. Imma r-realtà hi li M’AĦNIEX INLAĦĦQU malispejjeż, li dejjem jiżdiedu. Il-ħlas ta’ €5 fis-sena huwa baxx wisq. B’kollox kull kopja tiġi tiswielna ftit anqas minn €10 fis-sena, spejjeż biss. Barra minn hekk, hemm diversi qarrejja li jdumu biex jibagħtu l-ħlas jew ma jibagħtu xejn, jew għax ma jistgħux jew b’nuqqas ta’ ħsieb. Għandna bżonn aktar minn €4,000 fix-xahar biex nistampawh, inħallsu l-posta, spejjeż taluffiċċju, eċċ. Bqajna mexjin s’issa bil-għajnuna ġeneruża ta’ voluntieri u bl-offerti li diversi qarrejja jagħtuna mal-abbonament. Imma, XORTA WAĦDA NINSABU MINN TAĦT U M’AĦNIEX INLAĦĦQU MAL-ISPEJJEŻ. Għandna bżonn l-għajnuna tagħkom. Ma rridux ngħollu l-abbonament, għax ma rridux
li xi ħadd ma jirċevix il-magażin minħabba l-flus. Irridu li niddependu fuq il-Providenza li taħdem permezz tal-ġenerożità tal-qarrejja u l-benefatturi. Għalhekk filwaqt li nfakkru li l-magażin jiswielna, mill-anqas, €10 fis-sena, l-abbonament se jibda jkun OFFERTA LIBERA (jekk jista’ jkun mhux anqas minn €5 fis-sena). Inħallu fil-ġenerożità tal-qarrejja u filProvidenza biex kulħadd joffri kemm jista’ biex il-magażin ikun jista’ ikompli joħroġ. Napprezzaw kull donazzjoni biex l-RM mhux biss jibqa’ joħroġ, imma jibqa’ jixtered u jagħmel il-ġid li ilu jagħmel għal dawn l-aħħar 67 sena. GRAZZI mill-qalb li int ukoll tagħmel parti minn dil-familja kbira ta’ qarrejja. Int ukoll, blofferta tiegħek, ikollok sehem mill-ġid kollu li jsir f’dawk li bħalek isibu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja, permezz tal-magażin ċkejken tagħna.
FLIMKIEN MAL-BORD TAL-MAGAŻIN
Tista’ tħallas l-abbonament jew tibgħat l-offerta tiegħek b’xi wieħed minn dawn il-modi:
1. BIL-MOBILE. Ibgħat SMS bl-isem u l-indirizz tiegħek fuq dan in-numru: 50619210 biex tagħti offerta ta’ €11.66 (li minnhom €1.66 imorru għall-operatur tal-mobile). Jekk int abbonat mal-Melita tibgħatx flus bl-SMS għax ma jaslulniex. 2. BL-INTERNET. Tista’ tħallas bil-PayPal jekk tmur fuq is-sit: http://www.rm2000.org/RMLH/Abbonament.html 3. BIL-POSTA. Imla’ l-formola f’dan il-fuljett u ibgħatha bil-posta flimkien ma’ ċekk jew postal order lil: Editur, RM2000, P.0. Box 23, Mosta
EJJA NIBŻGĦU GĦALL-AMBJENT: Jekk tixtieq, tista’ tuża’ din il-karta stess bħala envelop. Aqta’ il-parti fejn hemm il-formola, twiha min-nofs, qiegħed l-offerta tiegħek fiha u waħħal il-ġnub b’xi tape tajjeb. Impustah MINGĦAJR MA TWAĦĦAL BOLLA. (Il-posta hija diġà mħallsa).
HAWN
Ibnek Is-suldat żagħżugħ kien jidher għajjien u anzjuż meta ġiet l-infermiera u ħaditu ħdejn is-sodda tal-marid. ‘Hawn ibnek,’ qalet lill-anzjan. Kellha tirrepeti l-kliem għal ħafna drabi qabel ma l-anzjan fetaħ għajnejh. Minħabba li kienu tawh ħafna kalmanti wara li kien l-attakk f’qalbu, bilkemm seta’ jagħraf lil dak iż-żagħżugħ li kien barra mit-tinda tal-ossiġnu. Ħareġ idu mitluqa u s-suldat ħadha ġo tiegħu. B’saħħa, għafasha biex jgħaddi messaġġ ta’ mħabba u nkoraġġiment. L-infermiera ġabitlu siġġu ħdejn is-sodda u ż-żagħżugħ ma ċċaqlaqx
minn hemm - il-lejl kollu jżomm id l-anzjan b’turija ta’ mħabba u solidarjetà. Minn ħin għall-ieħor kienet tiġi l-infermiera u tħajru jistrieħ ftit imma hu ma riedx. Fis-sala, seta’ jisma’ l-passi tal-infermiera, iċ-caqliq taċ-ċilindru tal-ossiġnu, iċ-ċajt talistaff ta’ billejl u l-krib tal-pazjenti l-oħra. Kultant kien ilissen xi kelma ta’ faraġ waqt li l-moribond ma kien jgħid xejn – baqa’ biss iżomm id ibnu. Mas-sebħ, ir-raġel miet. Iżżagħżugħ neħħa bil-mod l-id mejta minn ġo tiegħu u mar biex jinforma lill-infermiera li l-pazjent kien miet. Hu
qagħad jistennieha u, meta ġiet, bdiet tipprova tfarrġu u tikkonslah għat-telfa li ġarrab. Is-suldat semagħha u malli spiċċat staqsiha, “Min kien dak ir-raġel li miet?” Dik inħasdet u qaltu, “Mela dak mhux missierek?” “Le!” weġibha bil kalma kollha. “Jien qatt ma kont rajtu qabel lil dak ir-raġel!’ Kien ġie jara pazjent ieħor u spiċċa għadda lejl ma’ bniedem ma jafux. Ma felaħx jiddiżappunta bniedem qed imut. Kultant anke gidba tista’ tkun att ta’ mħabba kbira! RM2000 • OTTUBRU 2016 • 21
NIFHMU LIL ULIEDNA
22 • OTTUBRU 2016 • RM2000
Kemm-il darba tisma’ ġenituri jilmentaw li ma jistgħux jifhmu lil uliedhom, hi x’inhi l-età tagħhom. Aktarx waħda mir-raġunijiet tista’ tkun li xi ġenituri mhux dejjem ikunu jafu lil uliedhom. Dan it-test jista’ jgħin lill-ġenituri jaraw hux qed ikunu qrib biżżejjed ta’ uliedhom biex ikunu jafuhom tassew. Dat-test ta’ min jippruvah. Dak li jingħad għal tifla, s’intendi, jgħodd ukoll għal tifel. 1. Min hu l-akbar ħabib ta’ bintek? 2. X’inhu l-kulur favorit tagħha: a. għall-ħwejjeġ li tilbes?........................................ b. biex tiżbogħ kamritha?....................................... 3. Lil min tammira l-aktar (film star, rock star, rock group, sportiv, eċċ)?................................................ 4. X’inhi l-mużika (grupp) favorita tagħha?.................. 5. X’inhi l-aktar ħaġa li ġġiegħlha tistħi?...................... 6. Min xiex tibża’ l-aktar?............................................. 7. X’inhu l-isport favorit u l-ħolma tagħha dwaru? ................................................................................. 8. Min hi dik il-persuna barra mill-familja li l-aktar influwenzat jew għada tinfluwenza lil bintek? ................................................................................. 9. Liema hu s-suġġett favorit tagħha l-iskola? U l-iktar li tobgħod?..................................................... 10. B’liema suċċess tħossha l-aktar kburija? (għelbet xi diffikultà, għaddiet minn xi eżami iebes, eċċ) ................................................................................. 11. Liema persuna jew ħaġa l-iktar li ddejjaqha d-dar?. 12. Liema l-aktar li tħobb?............................................. 13. Kieku tgħidilha li għandek flus biżżejjed biex tixtrilha li trid, x’tagħżel?.......................................... 14. Fl-iskola min hu l-għalliem u s-suġġett favorit tagħha?.................................................................... 15. X’inhi l-aktar ħaġa li tagħmilha ferħana?.................. 16. X’iweġġagħha u tirrabjaha l-aktar?..........................
17. It-tifla fejn tħossha l-aktar maħbuba u aċċettaat (l-iskola? ma’ sħabha? club? team?)....................... 18. Taf ma’ min tkun qed tilgħab jew tiċċettja fuq ilkompjuter?............................................................... 19. Taf x’tixtieq tassew issir meta tikber?...................... 20. Liema rigal li qalgħet dawn l-aħħar snin l-iktar li tgħożż?.................................................................... 21. Liema hu l-aħħar ktieb (mhux tal-iskola) li ħadet gost jaqra?....................................................................... 22. Liema okkażjoni tal-familja tħobb l-aktar? ................................................................................. 23. Liema kwalità tammira fik u f’missierha (jew ommha)?.................................................................. 24. Xi tħoss li hu l-akbar teżor li għandha? ................................................................................. 25. X’taħseb bintek fuq Alla u r-Reliġjon? Kif tħossha f’qalbha fuq dawn l-affarijiet u għaliex taħseb li tħossha hekk?.......................................................... Għodd kemm mistoqsijiet kont kapaċi twieġeb għalihom: · 20-25 mistoqsija – ifisser li tisma’ ħafna l-uliedek u int qrib tagħhom sew. Prosit u Kompli hekk. · 15-20 mistoqsija – taf mhux ħażin dwar uliedek, imma trid tagħmel kemxejn aktar sforz. · 0 -15 mistoqsija – hemm problema ta’ komunikazzjoni ma’ wliedek. Sib aktar ħin magħhom biex titkellem u tismagħhom aktar.
Satanist Aktar Kapa
24 • OTTUBRU 2016 • RM2000
aċi Minn Saċerdot? Għażiż Fr. Paul, Ilbieraħ jien u żewġi konna qed nitkellmu dwar il-fatt li qed tinsteraq l-Ewkaristija mill-knejjes u anke waqt it-tqarbin. Semmejna s-satanisti u rrakkontajtlu storja li kont smajt minn waħda soru. Kien hemm raġel li kien stqarr li seraq xi ostji u mar ibigħhom lil wieħed satanist. Dawn l-ostji ma kinux kollha kkonsagrati u dan is-satanist, b’xi mod, induna u ħallsu biss ta’ dawk l-ostji kkonsagrati. Ma stajtx ma nistaqsix: Jekk Satanist kapaċi jagħraf bejn ostja konsagrata u le, għaliex Alla ma jagħtix din l-istess qawwa lis-saċerdoti? Ma naf tistax tgħinni? Omm ta’ familja Grazzi li qsamt magħna din l-esperjenza. Qabel xejn, ejja ngħidu kelma dwar is-sataniżmu. Iva, sfortunatament, hawn bosta li donnhom qed iduru lejn is-sataniżmu biex forsi jakkwistaw mingħandu dak li ma akkwistawx mingħand Alla. L-akbar żball hu meta naħsbu li Alla jaħdem b’xi forza tal-maġija. Altru li dan mhux minnu! Alla huwa Mħabba u jaħdem biss bil-qawwa tal-imħabba. Ħafna satanisti u nies reliġjuzi jinsew dil-ħaġa u allura jaħsbu li dak li jagħmel Alla jsir b’xi qawwa ta’ seħer jew magic. Issa l-maġija hija xi ħaġa li ġejja mill-bniedem u la minn Alla u anqas
mix-xitan. Hemm ċerti qawwiet fil-bniedem li aħna stess ma nafux nispjegawhom. Il-bniedem, meta jsib ruħu quddiem realtajiet li ma jistax jispjega jew jifhem, malajr isejħilhom seħer jew maġija. Hekk, pereżempju, meta l-qalb teħber, jew meta xi ħadd ikun tant sensittiv li jħoss xi jkun qed jaħseb ħaddiehor, jew jagħraf minn il-passat jew il-futur ta’ ħajtu, malajr ngħidu li dan xi saħħar jew fortune teller. Dawn huma kollha kapaċitajiet li jeżistu fil-bniedem, imma, fiċ-ċokon ta’ moħħna, tant għadna ma nafux nispjegawhom li nsejħulhom magic, RM2000 • OTTUBRU 2016 • 25
mirakli, profeziji jew, saħansitra, sataniżmu. Allura, min jemmen f’Alla jgħid li dawn l-affarijiet jsiru bil-qawwa t’Alla – insjeħulhom mirakli. Min jemmen fix-xitan jgħid li jsiru permezz tas-sataniżmu – insejħulhom saħtiet. L-ewkaristija mhix xi ħaġa talmagic. Hija il-miraklu tal-imħabba, meta Alla jagħti lilu nnifsu lilna biex aħna jkollna l-vera ħajja - mhix il-ħajja tal-ġisem biss imma, fuqkollox, dik tar-ruħ. Għalhekk salvana Ġesù, għax ħa fuqu l-miżerja tagħna l-bnedmin, ħa l-ġisem tagħna, biex aħna nistgħu nduqu x’ħajja tagħti l-imħabba. L-ostja ma tistax issir il-gisem ta’ Kristu jekk ma tkunx imqaddsa mill-imhabba ta’ bejn il-bnedmin li nesprimuha u nghixuha filquddiesa. Il-gisem ta’ Kristu mhux xi bicca laham go freezer, imma huwa l-ghaqda ta’ dawk kollha li jridu jinghaqdu f’gisem wiehed u f’imhabba wahda f’komunita’ li nsejhulha l-Knisja. X’ghamel dak is-Satanist biex seta’ jgħid li dik l-ostja hija konsagrata u l-ohra mhix, ma nafx. Naf biss li min jimxi wara x-xitan kapaci jigdeb u jhawwad u jbazwar biex jidhak blohrajn u jisolhilhom kemm jista’ flus u jissodisfa l-nteressi tiegħu. Kemm dak is-satanist kif ukoll min seraq l-ostji
26 • OTTUBRU 2016 • RM2000
kellhom interess wiehed: li jakkwistaw ftit flus. It-tnejn ippruvaw iqarrqu u jidhku b’xulxin. Min kien l-aktar makakk rebah! Dan zgur mhux xoghol t’Alla imm xoghol ta’ min cahad lil Alla ghax cahad l-imhabba, l-onesta’, it-tajjeb u r-rispett lejn hutu l-bnedmin. Dan hu d-dnub. Ghalhekk, kieku flokok, ma tantx noqghod ninkwieta kif sab liema ostji kienu konsagrati u liema le... Ahjar nikoncentraw fuq kif se nsiru tajbin billi nifhmu ahjar x’inhi l-Ewkaristija u kif nistghu nghixu f’aktar ghaqda, imhabba u sincerità bejnietna biex Kristu jkun jista’ tassew jghix fostna l-bnedmin, bir-ruh u l-gisem b’kollox. Lis-sacerdoti Alla ma jagħtihomx xi qawwiet magici specjali. Mhumiex xi sahhara li jibdlu l-hobz u l-imbid f’dak b’xi setgha maġika. Huma biss qaddejja tal-imhabba ta’ Kristu u huma msejhin biex jissagrifikaw ruhhom ma’ Kristu fuq is-salib, biex is-sagrificcju tal-Quddiesa iwassal is-salvazzjoni li Gesu’ rebah ghalina permezz tas-sagrificcju tal-Kalvarju. Hija l-qawwa t’Alla li tibdel il-hobz u l-inbid u lil dawk kollha li jaqsmu flimkien dan l-ikel u x-xorb qaddis f’ghaqda ta’ mhabba vera. Il-miraklu veru mhux li bicca hobz issir il-Gisem
ta’ Kristu, imma li min jiekol minnha u jaqsamha ma’ hutu isir tassew haga wahda ma’ Kristu u haga wahda ma’ hutu fl-imhabba. Hekk kull wiehed u wahda minna nsiru tassew il-Gisem ta’ Kristu u hekk tissahhah il-prezenza tieghu fid-dinja. L-aghar haga li wiehed jista’ jaghmel hija li jemmen fil-genn tassuperstizzjonijiet u s-shahar. Dawn izarmaw lill-bniedem mid-dinjita’ u mill-liberta’ ta’ wlied Alla. Min jaghzel ix-xitan jaghmel hekk biex minghalih ikun jista’ jgawdi aktar il-pjaciri u s-sodisfazzonijiet tal-passjonijiet tieghu. Il-hlas ta’ din l-ghazla hija dejjem il-mewt u d-disperazzjoni. Min jaghzel l-imhabba, ikun qed jaghzel lil Alla. U jekk ikun lest li jhallas il-prezz tassagrificcju li titlob l-imhabba, jikseb hajja li ma tispiccax. Meta nahseb f’kemm nies bħalek, li huma dedikati għall-familja tagħhom, ma nistax ma narax kemm tgħixu hekk intom ma’ xulxin u ma wliedkom bis-sagrificcji kollha li taghmlu kontinwament. Dan li jghodd ghal Alla. II-bqija kollox tahwid, aljenazzjoni u illuzjoni. Nitolbu ghal xulxin. Fr Paul
Daqsxejn nuċċali aħdar RAĠEL SINJUR KBIR KIEN QIEGĦED ISOFRI MINN UĠIGĦ KBIR F’GĦAJNEJH. MAR GĦAND KEMM SAB TOBBA SPEĊJALISTI U DAWN TAWH ĦAFNA MEDIĊINI U INJEZZJONIJIET IŻDA L-UĠIGĦ MHUX TALLI MA MARLUX IMMA ŻDIEDLU.
Ir-raħeb, meta ra d-dar tas-sinjur b’dak kollu li hemm fiha kollox aħdar, beda jidħaq u qalilhom, “Jaħasra, kieku xtrajtulu par nuċċali aħdar, li ma jiswiex flus, kontu tiffrankaw li tħarbtu fortuna sħiħa biex tiżbgħu kollox aħdar. Ma tafux li mhux possibbli tbiddlu d-dinja kollha u tagħmluha ħadra!
Jekk aħna wkoll inbiddlu l-mod kif inħarsu lejn il-ħajja, id-dinja kollha tidher mibdula hija wkoll. Jekk nixtiequ nbiddlu d-dinja f’waħda aħjar, l-ewwel ejja ninbidlu aħna u nibdew naraw dak li hemm tajjeb u aħjar fina nfusna biex nistgħu nibdew narawh fl-oħrajn ukoll.
Fl-aħħar iddeċidew li jsejħu raħeb li kien magħruf għall-fejqan ta’ morda bħalu. Ir-raħeb qallu li kien jaf x’inhi l-problema tiegħu u tah parir li jikkonċentra fuq il-kulur aħdar u ma jħares lejn l-ebda kulur ieħor. Kienet riċetta stramba imma, minħabba li ma kellux triq oħra, ħaseb biex jagħmel kif qallu. Il-miljunarju qabbad grupp ta’ nies biex jixtru ħafna bramel ta’ żebgħa ħadra u jiżbgħu kollox biha – ħitan, bibien, għamara, passaġġi, fajjenza, ħwejjeġ, platti – kollox aħdar. Darba ġie jarah ir-raħeb li kien liebes libsa ħamra tgħajjat. Is-sefturi, kif rawh, marru dritt għal fuqu u tefgħulu bramel sħaħ ta’ żebgħa ħadra. Beżgħu li s-sinjur jarah liebes l-aħmar u jerġa’ jibdielu l-uġigħ ta’ għajnejh. RM2000 • OTTUBRU 2016 • 27
Network Dinji ta’ Talb mal-Papa
IMSIKKTA 28 • OTTUBRU 2016 • RM2000
INTENZJONIJIET GĦAL OTTUBRU Ġenerali: Biex fil-ħidma tagħhom, il-ġurnalisti jirrispettaw il-verità u jimxu dejjem fuq dak li hu sewwa.
Missjoni: Biex il-Ġurnata Missjunarja ġġedded fil-komunitajiet Insara l-ferħ talVanġelu u r-responsabbiltà li jħabbruh. Isqfijiet: Għal dawk li kienu l-ħabs sabiex jingħataw l-għajnuna meħtieġa biex jintegraw ruħhom fis-soċjetà.
NINGĦAQDU MAL-PAPA FIT-TALB Merħba! Il-Papa jistieden lilna lkoll, hu x’inhu t-twemmin tagħna, biex ningħaqdu flimkien u nitolbu: Biex fil-ħidma tagħhom, il-ġurnalisti jirrispettaw il-verità u jimxu dejjem fuq dak li hu sewwa. Ninġabar: Insib pożizzjoni komda u nikkalma. Nieħu ftit tal-ħin niffoka fuqi, li qed nieħu n-nifs ’il ġewwa u mbagħad ’il barra… Issa nirrepeti bil-mod għal ħames darbiet il-kliem ta’ Ġesù: «Imberkin dawk li għandhom il-ġuħ u l-għatx għall-ġustizzja»… u nirringrazzja ’l Alla għal dawk il-ġurnalisti li jissagrifikaw ruħhom biex jgħixu dan il-kliem… Naħseb ftit: Ħajti kienet tkun l-istess kieku ma kienx hemm nies bħall-ġurnalisti li jwasslu l-aħbarijiet dwar dak li qed jiġri ’l bogħod minni? Kemm naf bir-riskju li jieħdu ħafna ġurnalisti biex iwasslu dak li jkun qed jiġri mingħajr ma jgħawġu l-verità? Nitlob: Missier Alla, għinni napprezza l-ħidma ta’ dawk li jwasslu l-aħbarijiet fi djarna. Agħmel Missier ħanin li l-ħidma tagħhom twassal lill-bnedmin biex jakkwistaw iddinjità li tixirqilhom.
Kliem ta’ dawl “Ma nagħżlux il-ġurnaliżmu biex inkunu popolari. Huwa xogħolna li nfittxu l verità u nagħmlu pressjoni kostanti fuq il-mexxejja biex jieħdu azzjoni.” Helen Thomas
Fatt ċkejken:
Imsikkta
Kemm Mahad Ahmed ELMI kif ukoll Ali Imam Sharmarke kienu ġurnalisti magħrufa sew fisSomalja. U t-tnejn li huma sfaw maqtula f’Mogadishu f’żewġ attakki separati fis-16 t’Awwissu, 2007. Lil Elmi sparawlu f’rasu filgħodu waqt li kien sejjer għaxxogħol; lil Sharmarke qatluh b’remote-controlled landmine hekk kif kien ġej lura mill-funeral ta’ Elmi. Sharmarke (50 sena) – li l-mara u t-tfal tiegħu jgħixu Ottawa – ħalla l-impjieg tajjeb li kellu l-Kanada biex imur lura f’Mogadishu, il-Belt fejn twieled. Elmi (30 sena) mis-
X’nista’ nagħmel Noffri t-tbatija tiegħi għal dawk ilġurnalisti li ta’ kuljum jipperikolaw il-ħajja tagħhom.
Somalja kien jaħdem miegħu fil-kumpanija Horn Afrik, stazzjon tar-radju li kien jikkritika kemm lillgvern kif ukoll lill-militanti Islamiċi f’pajjiżhom. Ta’ kull filgħodu, Elmi kien jippreżenta talkshow popolari fejn ir-residenti ta’ Mogadishu kienu jċemplu biex jirrapurtaw x’kien qed jiġri madwarhom f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kriminalità u kif il-gvern kien qed iwieġeb għaliha. Sharmarke minnaħa tiegħu kien ukoll membru ħabrieki fil-kumitat favur il-libertà tal-espressjoni tan-National Civil Society tas-Somalja. Dawn iż-żewġ ġurnalisti mietu għax kienu ilħna prominenti favur id-demokrazija u r-rikonċiljazzjoni fis-Somalja. RM2000 • OTTUBRU 2016 • 29
30 • OTTUBRU 2016 • RM2000
Fjura Mkittfa Problemi u problemi! Waħda wara l-oħra… ma jispiċċaw qatt! Mary kienet xebgħet tipprova tlaħħaq mal-problemi tal-ħajja. Kienet qed taqta’ qalbha u riedet taħrab għal ftit mumenti fil-kwiet. Fit-tarf tar-raħal kien hemm ġnien sabiħ mimli fjuri ta’ kull lewn. Sabet bank għall-kwiet taħt siġra għolja u ntefgħet hemm mitlufa fil-ħsieb, tirrifletti fuq ħajjitha. Il-bixra ta’ wiċċha kienet turi t-taħwid intern li kienet għaddejja minnu. Kienet ilha hemm fil-kwiet madwar xi siegħa meta f’daqqa waħda leħen ta’ tfajjel żgħir ħasadha. “Ara x’sibt!” qalilha kollu eċitat it-tfajjel. Kellu madwar tlettax-il sena u mid-dehra ta’ ħwejġu kien jidher li kien ilu jiġri u jilgħab fil-ġnien. Poġġa bilqiegħda ħdejha. Imma Mary ma kellhiex aptitu u ma tatx kasu. Kompliet taħseb fuq il-problemi tagħha. Kienet mitlufa fiddinja tagħha. Ħin minnhom it-tfajjel resaq lejha inkiss inkiss. “Din qtajtha għalik. Ara kemm hi sabiħa! Trid inkunu ħbieb?” staqsieha t-tfajjel bi tbissima fuq wiċċu. Mary ma setgħetx tifhem kif tfajjel gustuż bħal dan xtaq li jkun
ħabib ma’ mara anzjana bħalha. Baqgħet skantata tħares lejh. F’idu kellu fjura ċkejkna, nofsha niexfa fuq zokk mgħawweġ li bilkemm felaħha. Għollieha ’l fuq lejn wiċċu u għamilha ma’ mnifsejh biex ixommha. “Kemm tfuħ! Din il-fjura żgur se tferrħek, daqs kemm tfuħ!” tenna t-tfajjel. Mary tħawdet u ma kinitx taf kif se twieġeb. Bejnha u bejn ruħha bdiet taħseb li dan it-tfajjel bilfors ma kienx f’sensih għax kieku ma kienx jinsisti li jagħti fjura niexfa lil mara anzjana bħalha. Hi kienet diġa imdejqa ħafna u l-fjura niexfa ta’ dan it-tfajjel aktar ġibitilha dwejjaq. Iżda t-tfajjel ma qatax qalbu, “Jekk jogħġbok, nitolbok taċċetta din il-fjura għax jien qtajtha għalik”. L-uniku mod kif kienet se teħles minnu kien li tieħu l-fjura. Forsi fl-aħħar imur u jħalliha fil-kwiet, tberren fuq il-problemi kiefra tal-ħajja. Għalhekk ħarġet idha biex teħodlu l-fjura, imma t-tfajjel beda jżomm il-fjura fil-għoli u mhux fiddirezzjoni ta’ idha. Kien hawn li ndunat li l-ġuvni kien agħma. Inħasdet u damet ftit ma sabet il-kuraġġ li tkellem lit-tfajjel. Fl-aħħar misset il-fjura u
b’leħen kollu ħlewwa irnexxielha tlissen kelma waħda: “Grazzi!” qaltlu. Wiċċ it-tfajjel bħal donnu xegħel, tbissem u telaq jiġri. Mary baqgħet taħseb fuq din l-esperjenza li kien għadu kif kellha u ma setgħetx tifhem kif dan it-tfajjel kien irnexxielu jinduna bil-problemi li kienet għaddejja minnhom f’ħajjitha. Kif kien jaf li b’dik il-fjura kien se jirnexxilu jbiddel il-ġurnata f’waħda sabiħa għaliha? Kien irnexxielu jagħmilha tassew ferħana. Fehmet li l-problemi kbar li kienet mgħobbija bihom ma kinux taloħrajn imma tagħha. Kienet hi li trid tinbidel u tibda tħares lejn il-ħajja b’lenti differenti. Dan il-ħabib ġdid, li kien agħma, irnexxielu juriha li l-ferħ tista’ ssibu anke fi fjura niexfa basta li l-qalb ta’ min iħares lejha tkun dejjem tħaddar! Mary għafset il-fjura f’idha u ddeċċidiet li tibda tħares lejn il-ħajja b’lenti ġdida. Qamet minn fuq il-bank b’enerġija ġdida. Hi u ħierġa mill-ġnien rat lit-tfajjel bilqiegħda ħdejn raġel xiħ mgħawweġ ganġ. Kien qed joffrilu fjura niexfa bħal tagħha. RM2000 • OTTUBRU 2016 • 31
GHAT-TFAL U GHALL-KBAR
Paġna maħsuba minn Claudia Cini
I N V E N Z J O N I J I E T L I Q AT T M A Ħ S I B N A D W A R H O M
IS-SIĠĠU L-eqdem siġġu li nafu bih hu minn żmien l-Eġittu tal-Qedem, madwar 5,000 sena ilu. Dan kien it-tron tal-Fargħuni. L-eqdem siġġu li nstab filMediterran imur lura għassena 2 Q.K. Is-siġġijiet kienu jintużaw min-nies ta’ klassi għolja, filwaqt li n-nies komuni kienu jużaw il-banketti jew sempliċiment ipoġġu fl-art. Is-siġġu sar komuni fis-Seklu 16; sa dak iż-żmien kienu jpoġġu bilqiegħda fuq il-bankijiet u l-ġebel. Peress li l-materjal tas-siġġu kien ikun iebes, tista’ tgħid li kulħadd kien juża kuxin għal fuq is-siġġu biex iħossu aktar komdu. Fl-era Vittorjana s-siġġijiet bdew jiġu magħmula bid-disinji u jinżebgħu b’żebgħa tleqq. Il-kelma ‘chair’ ġejja mill-kelma Latina ‘cathedra’ li tfisser poġġi bilqiegħda. Fil-bibbja m’hemm imkien imsemmi s-siġġu. Thomas Edison ivvinta s-siġġu tal-elettriku fis-sena 1889. Il-logħba tal-‘musical chairs’ ilha tintlagħab sa mill1877. Is-siġġu tar-roti li jintuża f’uffiċċju ġie vvintat minn Charles Darwin, iżda kien Otto von Bismarck li kabbarlu l-popolarità meta użahom fil-parlament Ġermaniż. Kurżità: Dennis Easterling minn Atlanta waqqaf rekord tal-aktar persuna li dam jitbandal fuq ‘rocking chair’. Huwa dam 480 siegħa (20 ġurnata) jitbandal! L-akbar siġġu manifatturat jinsab f’Kuba u hu għoli 42 pied. Fl-2009 fil-Ġermanja saret l-ewwel tellieqa bis-siġġijiet tal-uffiċini. Din kienet twila 170 metru u fiha ħadu sehem 70 parteċipant. 32 • OTTUBRU 2016 • RM2000
IT-TAKKUNA Għall-bidu t-takkuna kienet tintlibes mill-irġiel biss. L-irġiel Griegi kienu jilbsuha biex juru l-istatut tagħhom. L-atturi li kienu jieħdu sehem fit-traġedji kienu jilbsu t-takkuna biex jagħmlu distinzjoni bejnhom u bejn atturi oħra komiċi. Il-‘cowboys’ bdew jilbsu l-bwiez bit-takkuna għaliex kien aktar faċli li timxi bihom fuq it-tajn, imma wkoll għax it-takkuna kienet taqbad tajjeb mall-istrippi waqt li jirkbu ż-żiemel. It-takkuna bdiet tintlibes min-nisa wara li Catherine de Medici, li kienet qasira fl-istatura, riedet tidher twila meta waslet Franza biex tiżżewweġ lir-Re Neriku II. Il‘wedges’ ġew ivvintati mit-Taljan Salvatore Ferragamo. Huwa ma kellux flus biżżejjed biex jixtri l-metall għat-takkuna tażżraben tiegħu u pprova jesperimenta b’biċċa sufra mal-qiegħ taż-żarbun. Il-kelma ‘stiletto’ ġejja mill-kelma Latina ‘stylus’ li tirreferi għal biċċa metall twila u bil-ponta qisha lapes li r-Rumani kienu jiktbu biha. L-istiletto oriġina fil-ħamsinijiet fi Franza mid-disinjatur tal-moda Roger Vivier li kien jaħdem ma’ Christian Dior. Illum il-ġurnata t-takkuna tintuża biex tagħti ftit aktar tul lill-persuna u għax biha tidher aktar eleganti. Kurżità: Skont studju li sar fl-Amerika nstab li dawk in-nisa li jaqilgħu $40,000 dollaru fis-sena qatt ma jmorru x-xogħol bit-takkuna, filwaqt li dawk li f’sena jaqilgħu $150,000 jew aktar jilbsu t-takkuna għax-xogħol. Ir-rekord dinji tal-aktar nies jiġru b’żarbun bit-takkuna hu ta’ 155 ruħ. Luwiġi XIV kellu żraben magħmulin apposta għalih bit-takkuna, saħansitra sa 10 pulzieri għolja.
ADDATTATAMENT MINN
CLAUDIA CINI
SMOOTHIES
RIĊETTA 35
A) TAT-TUFFIEĦ U L-KREMA Għandek bżonn: • 200 millilitru tuffieħ mgħolli biered • 200 millilitru krema tat-trab lesta • Trab tal-kannella
Ċ) TAL-KIWI Għandek bżonn: • 2 kiwi mqaxxrin • 2 jogarts naturali • Mgħarfa għasel
Metodu: • Itħan sewwa t-tuffieħ mgħolli fi blender flimkien mal-krema. • Ferra’ fit-tazzi u qabel isservi ferrex ftit kannella fil-wiċċ.
Metodu: • Itħan sewwa fi blender l-ingredjenti kollha flimkien. • Ferra’ fit-tazzi u servi immedjatament.
B) TAL-LARINĠ U L-ĦAWĦ Għandek bżonn: • 400 gramma ħawħ • Jogart tal-ħawħ • 200 millilitru meraq tal-larinġ • Mgħarfa għasel
D) TAL-BANANA U Ċ-ĊIKKULATA Għandek bżonn: • 375 millitru ħalib • Banana kbira mqattgħa • Mgħarfa mburġata butir tal-karawett • Mgħarfa xiropp taċ-ċikkulata • Jogart taċ-ċikkulata
Metodu: • Itħan sewwa fi blender l-ingredjenti kollha flimkien. • Ferra’ fit-tazzi u qabel isservi żejjen bi slajsis tal-ħawħ.
Metodu: • Itħan sewwa fi blender l-ingredjenti kollha flimkien. • Ferra’ fit-tazzi u servi fil-pront.
Kont taf li: fl-Amerika l-ismoothies ilhom jinbiegħu sa mis-snin 30, fuq riċetti li oriġinaw fil-Brażil? Dan grazzi għallinvenzjoni tal-blender tal-elettriku. Lejn l-aħħar tas-snin 60, l-ismoothies kienu qed jinbiegħu minn ħwienet tas-saħħa u tal-ġelati. L-ingredjenti ewlenieni kienu l-frott u s-silġ. Fil-bidu tas-snin 70 beda wkoll jintuża l-ħalib tal-baqar. Maddinja kollha l-ismoothies saru popolari fis-snin 90 l-aktar minħabba li xi fabbriki bdew jibbotiljawhom. Illum il-ġurnata ssib ħafna tipi differenti ta’ smoothies. Dan jiddependi mil-liema pajjiż ikun ġejjin. Ingredjenti oħra li saru jintużaw huma l-ħaxix, il-frott tropikali, il-jogart, l-għasel, iz-zokkor, il-luminata u l-alkoħol. Minn meta beda jintuża l-alkoħol fl-ismoothies inħolqot xarba ġdida u popolari – il-cocktail.
ĠEDDED L-ABBONAMENT TIEGĦEK Mingħajr l-abbonament u l-offerta tiegħek il-magażin ma jistax ikompli. Għandna bżonn l-għajnuna tiegħek. Għalhekk IMPORTANTI li ġġedded l-abbonament
Ibgħat ismek, l-indirizz u n-numru tat-telefon flimkien mal-ħlas għall-abbonament tiegħek fl-indirizz ta’ hawn taħt. Billi l-magażin jiġi jiswielna €10 ewro fis-sena, qed noħorġu bit-telf. Għalhekk biex tabbona jew iġġedded nitolbuk tibgħat offerta ta' €10 jew aktar (€5 għal min ma jistax iħallas), biex inlaħħqu mal-ispejjeż. Grazzi tal-ġenerożità u l-għajnuna.
Biex iġġedded
PERMEZZ TAL-MOBILE għal min juża GO jew VODAFONE biss Ibgħat SMS fuq dawn in-numri:
5061 9210 jekk tixtieq tagħti offerta ta’ e11.66 (li minnhom e1.16 jmorru għall-operaturi tal-mobile.
IMPORTANTI: Fuq l-SMS ikteb: ismek, kunjomok, l-inidirizz u l-kodiċi postali. Jekk se ġġedded l-abbonament ikteb ir-Reference Number li ssib miktub fuq it-tikketta mwaħħla marrivista li soltu tirċievi bil-posta.
IMPORTANTI min hu abbonat mal-MELITA ma jibgħatx ħlas bl-sms għax ma jgħaddulniex il-flus
NOTA GĦAL DAWK LI GĦANDHOM ĦLAS B’LURA: Biex ma ntellfux il-ġid li tagħmel ir-rivista, s’issa bqajna nibgħatuha wkoll lil dawk li jittardjaw biex iħallsu l-abbonament tagħhom. Jiddispjaċina li, minħabba l-ispejjeż li għandna, dan mhux se jkun possibbli nagħmluh aktar. Għalhekk, kontra qalbna jkollna nwaqqfu li nibagħtu ir-rivista lil min idum iżżejjed ma jġedded l-abbonament
Biex iġġedded
PERMEZZ TAT-TELEFON BALZAN BAĦRIJA BIRŻEBBUGIA BORMLA BURMARRAD FGURA FLORIANA GĦARGĦUR GUDJA KIRKOP LUQA MANIKATA MĠARR MOSTA MQABBA MSIDA RABAT SAFI SENGLEA SIĠĠIEWI SAN PAWL IL-BAĦAR SAN ĠILJAN STA LUCIJA
TARXIEN 2189 7312 2149 2288 XGĦAJRA 2169 0769 21456 7605 ŻABBAR 2166 6267 2165 4518 ŻEBBIEGĦ 2157 5652 2720 6840 ŻEJTUN 2167 7207 2158 1122 ŻURRIEQ 2164 7337 2180 2021 2124 2230 GĦAWDEX 2143 1177 GĦASRI 2155 2613 2169 6336 GĦAJNSIELEM 2155 5518 2164 7040 KERĊEM 2156 4253 2164 2043 MUNXAR 21554621 2189 5174 NADUR 2155 2206 2157 6769 SAN LAWRENZ 2155 6355 2157 4658 SANNAT 2155 4088 2143 3769 VICTORIA 2155 6487 2141 4336 XAGĦRA 2155 3477 2168 3165 XEWKIJA 2155 1329 2123 8804 ŻEBBUĠ 2155 4493 2145 6824 2168 3890 2169 0019 2146 8132 2157 1854 mur fuq il-website www.rm2000.org 2138 6914 2189 6093 Tista' tħallas permezz tal-PayPal
Biex iġġedded
PERMEZZ TAL-INTERNET
Ċekkijiet agħmluhom f'isem RM2000
GRAZZI MILL-QALB LI L LI QED JIBGĦATU OFF DAWK KOLLHA ERTI U GĦAJNUNA
RM2000 c/o 78, Triq il‐Markiż Scicluna In‐Naxxar NXR 2067 Tel: 2142 0610 • Mobile: 7982 6899 • Email: rmlh@jesuit.org.mt
Carpet ZONE ġentilment joffri Dirt Controller bħala rigal għar-rebbieħ/a tal-Crossword Puzzle
TISLIBA OTTUBRU Mimdudin: 1. Irxiex (6) 4. Annimal favorit fid-dar (6) 7. Iftaħ għajnejk (3) 8. Gara (6) 9. Ġiet l-ewwel (6) 10. Biex insejħu ‘l xulxin (4) 12 Kull ........ għandu t-tmiem (4) 14 Għadu ma sarx (3) 15. Ilwi mal-kantuniera (3) 16. Hawn min jgħid hekk minn flok “Iva”. (3) 18. Also known as (1,1,1) 20. Meta tnejn jiġġieldu ngħidu qishom dan u 4 Mimdudin (4) 21. Ħu Ġakobb, bin Iżakk, (4) 24. Virtu’ kontra s-suppervja (6) 25. Dan ħasel idejh mill-kundanna għallmewt ta’ Ġesu’(6) 26. Aħna bit-Taljan (3) 27. Ġild iswed ileqq għal xi żarbun, per eżempju (6)
28. Fuqha nserraħ rasi biex norqod (6) Weqfin: 1. Aħwa jixxiebħu ħafna (6) 2. Seftur (6) 3. Għelieqi (4) 4. Fetaħ ktieb jew gazzetta (4) 5. Taħbil, konfużjoni (4) 6. Taqsima, bħal dik pubblika jew privata (6) 11. Storja, per eżempju, fuq ir-radju, tkompli minn ġimgħa għall-oħra (5) 13 Isem id-djoċesi li l-Ġiżwiti Maltin waqqfu fl-Indja, issibha f’irdum kattiv (5) 16. Immedika, fejjaq (6) 17. Għandha x’taqsam ma’ muntanja Taljana (6) 18. Sogru, bħal logħob tal-karti għall-flejjes kbar (6) 19. Xtaq ir-risq jew is-suċċess ta’ xi intrapriża (6) 22.Għodda biex tillixxa l-injam (4) 23. Ditta Taljana issibha f’ilpup imġewwħin (4)
IMPORTANTI: Ibagħtu t-tweġibiet tagħkom f’dan l-indirizz: RM2000, 78 Marquis Scicluna Str, Naxxar NXR 2067 It-tweġibiet iridu jaslulna sal-aħħar tax-xahar.
REBBIEĦA: Ir-rebbieħ/a tat-tisliba ta’ Awwissu/Settembru A. Galea mill-Mosta SOLUZZJONI TAT-TISLIBA AWWISSU/SETTEMBRU
Disinn • Outlook Coop
MIMDUDIN: 1. Ċaflas 4. Mitraħ 7. Iva 8. Rulett 9. Marsus 10. Skur 12. Tjur 14 AĊS 15. Uża 16. Int 18.Era 20. Dari 21. Bżar 24. Rejjaħ 25. Vjolin 26. TIŻ 27. Inutli 28. Allura WEQFIN: 1. Ċirasa 2. Fellus 3. Siti 4. Mama 5. Riskju 6. Ħasira 11. Kċina 13. Użura16. Iderri 17. Trajbu 18. Eżilju 19. Aringa 22. Oħti 23. Avża
Carpet Zone, Valley Road, B’Kara (opposite Post Office)
Segwi l-esperjenzi u l-avventuri ta’ ħutna l-Maltin u l-Għawdxin fl-artijiet tal-missjoni; esperjenzi li jħalluk bla nifs u bla kliem iżda li jimlewk b’ammirazzjoni għall-kuraġġ ta’ dawn l-eroj tas-skiet! Kun af bil-proġetti ta’ fejda li huma qed iwettqu għall-miljuni ta’ nies filbżonn imxerrda fl-erba’ naħat tad-dinja. Issir taf dan kollu u aktar fil-programm VUĊI MISSJUNARJA li jixxandar kull nhar ta’ ġimgħa fid-9:00p.m. fuq RADJU MARIJA (102.3 FM għal Malta u 107.8 FM għal Għawdex) b’ripetizzjoni kull nhar ta’ Tlieta f' 6:00am, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Dr. Frank Cassar u Helena Sammut.
Mulej, ilqa’ f’Saltnatek il-benefatturi u ħbieb tagħna mejtin: Mosta Mosta
John Bonanno Philomena Chetcuti