RM 2016-07 Awwissu-Settembru

Page 1

Maħruġ mill‐Ġiżwiti Maltin • Awwissu/Settembru 2016 • Sena 68 • Numru 7 • 78, Triq il-Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067

MERAVILJUŻ

N E W S PA P E R P O S T


Fl-aħħar kont sibt il-job li dejjem ħlomt – ġurnalista fotografu ma’ gazzetta importanti ħafma. Id-dipartiment li bdejt immexxi kien idawwar miljun lira sterlina kull sena u kelli taħti tlieta u tletin impjegat. Kuljum kont nixtarr bejn sbatax u tlieta u għoxrin elf ritratt. Minn għaxar siegħat xogħol kuljum malajr wasalt għal sittax-il siegħa. Ma bqajtx niekol, norqod – xogħol, xogħol, xogħol. Iż-żwieġ tiegħi tfarrak u spiċċajt bi break-down qawwi. U xorta ma ddispjaċinix. Darba donni ħadt xokk, meta waqt tieġ, xi ħadd introduċieni bħala “l-editur tar-ritratti tar-ritratti tat-tali gażżetta”. Intbaħt li jien kont sirt il-job tiegħi. La bqajt missier, la ħabib, la nisrani. Ixxogħol kien ħadli ħajti. U dan kollu għax kont nibża’ li jekk nitlef il-job, se nitlef is-salarju tajjeb li kelli, id-dar u l-familja. U, jaħasra, xorta tliftha l-familja, għax marti ma felħitx aktar u nfridna. Għall-ewwel erba’ snin ta’ ibni, jien ma kontx missier. Kont biss raġel li jkun

2 • Awwissu/Settembru 2016 • RM2000

id-dar kultant u li kultant ukoll jiekol mal-familja. Dejjem imħabbat – il-ħin kollu fuq it-telefon, inwieġeb l-emails, nara l-aħbarijiet, il-ħin kollu mgħaġġel qisni maħrub. Lil ibni ma kontx nafu. Illum sar l-aktar persuna importanti f’ħajti. Meta kont bdejt nieħu r-ritratti kont nikkopja l-fotografi kbar li kont nammira. Dejjem moħħi kif se nsir bħalhom. Ritratti ftit kont nieħu għax ridthom ikun eċċezzjonali. U d-dipressjoni baqgħet dejjem tiggrava sakemm wasslitni li ridt inneħħi ħajti. Darba mort fuq irdumijiet ta’ fuq il-kosta biex nieħu xi ritratti. L-apparat li kelli kien goff u kbir. Fosthom kelli light-meter biex inkejjel l-intensità taddawl. Ħin minnhom poġġejt dal-light meter fl-art, taħt it-tripied tal-camera. Ilqattu b’sieqi u dan baqa’ nieżel minn fuq tarf il-blat fejn kont għal irdum bla qiegħ. Tajt is-salt biex nilħqu u xi ħadd żammni fix-xifer nett. “Miġnun!” għedt lili nnifsi, “M’intix tinduna kif qed taħli


MERAVILJUŻ ħajtek wara d-duħħan? Qbadt triq li se ddaħħlek ġol-ħajt!” Kont nisrani tal-isem f’dawk iżżminijiet. Id-dinja tal-media ma tantx tingwalaha mar-reliġjon. Għalhekk, kont nemmen f’Alla, imma biss kif u meta jaqbilli. Immur nitolbu meta jkolli bżonn xi ħaġa, jew xi promotion. Imma dak il-ħin, f’tarf l-irdum, propju fid-dlam tas-solitudni u d-dwejjaq li kont għaddej minnhom, qatt ma stennejt li se nħossu daqshekk qrib tiegħi. Qisni smajtu jgħidli, “Għandek ħafna aktar x’tagħti. It-teżor ta’ qalbek qed tfittxu fil-post il-ħażin!” Erġajt bdejt nersaq lejn il-knisja. Lill-qassis kont ngħidlu li ma nistax niġi spiss għax kien imissni nżomm lit-tifel miegħi f’ċerti Ħdud. Qalli li Alla mhux bilfors insibu biss fil-knisja. Nista’ nsibu wkoll meta nkun qed nieħu r-ritratti. Dik il-kelma kienet il-bidu ta’ mod ġdid kif nieħu r-ritratti – mhux mit-teknika, mhux mill-camera sofistikata li kelli, imma mill-qalb! Issa

sirt li fejn immur nistenna li qalbi u ruħi titqanqal minn dak li nara quddiemi u nħoss il-bżonn li fir-ritratti tiegħi nesprimi l-emozzjoni u l-esperjenza spiritwali ta’ dak il-mument. Kultant anke nispiċċa nitlob biex ikun hemm dawl isbaħ fuq ix-xena li nkun irrid nieħu r-ritratt tagħha. Irrealizzajt li anke biex tieħu daqsxejn ta’ ritratt irid ikollok il-fidi, għax hija l-fidi li tgħaqqad u tiġbor kollox fil-ħajja. Tista’ tkun il-kisra li tieħu xmara, jew raġġ dawl minn siġra, jew daqsxejn ta’ dell… Il-meravilja tas-sbuħija li nkun qed nara tmexxini hi u nikkonċentra fuqha. Meta tlaqt mix-xogħol, ħajti nqalbet ta’ taħt fuq. Għax kelli l-kuraġġ narmi dak kollu li qabel tant kont naħseb li hu importanti, sirt kapaċi nagħraf liema affarijiet huma tassew prezzjużi fil-ħajja. Għaliex niġġennu daqshekk fuq il-flus? Il-ħajja hija tant akbar minn hekk. Bir-ritratti ta’ ħwejjeġ sempliċi – daqsxejn ta’

zokk ħiereġ mill-ilma, ftit siġar imperrċin fuq għolja baxxa – nixtieq nuri lin-nies kemm hawn sbuħija madwarna. Qabel kont insuq lejn ix-xogħol bittmenin jew disgħin mil fis-siegħa. Issa bdejt insuq bil-ħamsin – għax nixtieq ikolli ċans napprezza l-kampanja u l-ambjent li nkun għaddej fihom. Ġieli anke waqaft biex nammira oġġett jew xena, għalqa, siġra twarrad jew sempliċiment id-dawl li jinfed il-friegħi ta’ siġra. Meta nieħu ritratt dejjem nispiċċa bi tbissima fuq fommi. Xi wħud jaħsbuni iblah, imma ma nkunx nista’ nżomm lura l-ferħ u l-paċi li nħoss f’qalbi meta nara l-mewġ jilgħab mal-plajja, jew il-forma tas-sħaba jirkbu r-riħ li jmexxihom, jew il-kuluri li jinbidlu malli joqrob inżul ix-xemx. Iva, sirt bniedem fil-paċi, sirt bniedem li nemmen, sirt bniedem li skoprejt li Alla tassew jeżisti, fl-ikħal meraviljuż ta’ sema, ta’ baħar fi sbuħija bla qies u bla tmiem.

RM2000 • Awwissu/Settembru 2016 • 3


ommi Dan l-aħħar ma tiftaħx gazzetta jew magażin li ma jissemmiex il-virus ZIKA. Dan virus tal-biża’ li xtered mal-Amerika t’isfel kollha u issa qed jinfirex mad-dinja kollha. Meta jattakka t-trabi, speċjalment li jkunu għadhom fil-ġuf, dawn jitwieldu b’kundizzjoni difettuża – rashom tkun aktar żgħira min-normal u, jista’ jkun, li moħħhom jiżviluppa aktar tard mis-soltu. Ana Carolina Caceres, ġurnalista Brażiljana ta’ 24 sena, twieldet b’kundizzjoni konġenitali tissejjaħ Microcephaly. X’aktarx li, din ilkundizzjoni, għandha x’taqsam ma’ Zika Virus. It-tarbija kibret u llum hija mara matura, mimlija ħajja u għandha karriera. Iddeċidiet li tirrakkonta l-istorja tagħha għax iddejqet tisma’ kummenti ta’ qtigħ il-qalb fuq din il-kundizzjoni.

4 • Awwissu/Settembru 2016 • RM2000


tatni ċans ngħix Hekk kif twelidt, it-tabib qal li żgur ma kontx se ngħix. ‘Din la se timxi u lanqas se titkellem u tispiċċa fi stat veġetattiv sakemm tmut.’ Iżda, kien żbaljat għall-aħħar għax jien mort l-iskola, mort l-Università, indoqq il-vjolin u llum ġurnalista bil-blog tiegħi ukoll. Jien għażilt il-ġurnaliżmu biex inkun nista’ nagħti vuċi lil nies bħali li jħossu li m’għandhom lil ħadd li jirrappreżentahom. Ridt nitkellem dwar il-kundizzjoni ta’ Microcephaly u wasalt biex anki ktibt ktieb fuq ħajti u fuq il-ħajja ta’ dawk kollha li huma bħali. Illum nista’ ngħid li jien mara kuntenta u sodisfatta. Minħabba li qed jidhru aktar każi fil-Brażil, hemm bżonn li n-nies ikunu infurmati sew biex ikunu jistgħu jwarrbu l-preġudiżżji u jitgħallmu aktar fuqha. Sa l-Ministru tas-saħħa tal-Brażil qal li, dan il-pajjiż, se jkollu ġenerazzjoni mħassra minħabba l-Microcephaly. Li kieku stajt inkellmu, kont ngħidlu li kienet l-istqarrija li għamel hu li kienet ‘imħassra’. Il-Microcephaly fiha ħafna sorpriżi – biha jista’ kollok problemi u jista’ ma jkollokx ukoll. Għalhekk, l-ommijiet li jagħmlu abort mhumiex qed jagħtu ċans lil uliedhom jirnexxu. Ħudu lili – jien għixt, bħal ħafna oħrajn bħali, għax ommi m’għamlitx

abort! Naturalment, din ma kenitx ħaġa ħafifa u, sew għalija u sew għall-familja tiegħi, il-ħajja kienet iebsa. Meta twelidt jien, ommi kienet assistenta infermiera u missieri, li kien tekniku f’laboratorju, ma kellux xogħol. Il-kumpanija tal-Insurance għenet ftit, imma kien hemm xi testijiet li ma kenitx tħallashom u dawn kienu għaljin ħafna. Kienet il-familja li daħlet għalina – iz-zijiet u l-membri l-oħra ngħaqdu flimkien u taw dak li setgħu. B’kollox għamilt ħames operazzjonijiet – l-ewwel waħda meta kelli biss disat ijiem, għax ma stajtx nieħu nifs sew. Kont inbati wkoll minn attakki ta’ puplesija – xi ħaġa li, milli jidher, kull persuna li tbati minn din il-kundizzjoni jkollha. Dawn, imma, tista’ tikkontrollahom bil-mediċini. Jien bqajt nieħu l-mediċini sakemm kelli tnax-il sena u mbagħad ma kellix bżonnhom aktar. Meta qrajt li xi nies, fil-Brażil, qed iħajru lill-Qorti biex tippermetti l-abort fil-każ ta’ trabi bil-Microcephaly, ħassejtni insultata. Jien nemmen li l-abort mhuwiex soluzzjoni għallproblema. Importanti li jkollok aċċess għat-trattament, pariri lill-ġenituri u linnies li jbatu biha, kif ukoll fiżjoterapija u trattament newroloġiku għal dawk li jitwieldu biha. Naf fiċ-ċert li din

l-kundizzjoni jista’ jkollha konsegwenzi aktar serji minn tiegħi u li mhux kulħadd se jkun daqshekk ixxurtjat li jgħix ħajja bħal tiegħi. Iżda, li nirrakkomanda lil nisa tqal u ommijiet hu li jżommu l-kalma. Microcephaly hu isem ikrah imma mhuwiex mostru. Hemm ħafna x’tagħmel biex din il-kundizzjoni ma tkunx daqshekk terribbli daqskemm ipinġuha – testijiet tat-tqala kmieni kemm jista’ jkun, parir ta’ newroloġisti minn qabel ma titwieled it-tarbija, laqgħat ma’ ommijiet oħra li għandhom uliedhom b’din il-kundizzjoni. Fuq Facebook issib gruppi ta’ nisa li għandhom tnejn jew tlieta tfal hekk u dawn jistgħu jgħidulkom fuq ħajjithom. Nagħmel biss appell lill-ġenituri li jsiru jafu li t-tarbija li ġejja tista’ tkun milquta minn din il-kundizzjoni. Bla ma niġġudika lil ħadd, nappella biex qabel ma nħallu l-biża’ u l-paniku iwassalna għal deċiżjonijiet traġiċi għalina u għal uliedna, hemm bżonn qabel xejn li niksbu l-informazzjonijiet kollha u nagħmlu att ta’ fiduċja filħajja, fit-tarbija li tkun se titwieled u fina nfusna. Ma nixbax nirringrazzja lil ommi li flok qatgħet qalbha minni u minnha nfisha, tatni ċans u llum qed ngħix! RM2000 • Awwissu/Settembru 2016 • 5


IL-KONĊEPIMENT ARTIFIĊJALI MHUX

kura wkoll?

6 • Awwissu/Settembru 2016 • RM2000


Ix-xjenza hija parti mill-ħajja tagħna. Il pinnoli, il chemo, u kull tip ta’ kura oħra huma mezzi biex itaffulna l-uġigħ. Naħseb li kulħadd jarahom bħala l-frott tal-għarfien u l-kapaċità mogħtija minn Alla lill-bniedem biex jgħinna ngħixu aħjar. Iżda kull ħaġa nistgħu nużawha ħażin. U hekk naħseb dwar l-IVF u ħwejjeġ bħal dawn. Ħabiba tiegħi kellha tarbija l-ġmiel tagħha bl-IVF u din it tifla tatha dawl ġdid f’ħajjitha. Leħqet addottat żewgt itfal aħwa mill-Bulgarija. Mhux qed ngħidlek li ma naċċettawx ir-rieda t’Alla. Imma nistgħu nirraġunaw bl-istess mod dwar il-mard u ma niħdux kura għalih għax huwa xi ħaġa artifiċjali. Nemmen ukoll li kull ħaġa li tiġrilna f’ħajjitna ħa joħroġ xi ħaġa ta’ ġid minnha.Allura għaliex il-konċepiment artifiċjali ma tistax issejjaħlu kura ukoll? Pereżempju jaħsbu li tarbija tiġi autistic wara li jtuha injection tal-babies li jgħidula three in one. X’ngħidu dwar dik? Anna

Iva, ix-xjenza hi don kbir li għandu l-bniedem, frott tal-intelliġenza li tah Alla stess. Huwa jifraħ wisq meta jara lill-bnedmin itejbu l-ħajja tagħhom bl-iskoperti u l-kapaċitajiet li jikseb bl-intelliġenza tiegħu. Mhux hu stess afda l-ħolqien kollu f’idejn il-bniedem u qallu biex jaħkem fuqu? Iżda, kif għedt tajjeb int, ‘kull ħaġa nistħu nużawha ħażin’. Li nużaw il-mediċini biex infejqu l-mard, ikun xi jkun, hi ħaġa tajba ħafna. Li nfejqu t-trabi sa mill-ġuf stess, qabel ma jitwieldu, hi ħaġa tajba. Li koppja li jixtiequ jkollhom

it-tfal ngħinuhom bil-mezzi tax-xjenza biex iwelldu hi ħaġa tajba. Imma hemm differenza kbira bejn tfejjaq mard ta’ persuna li diġà bdiet teżisti, kemm qabel kif ukoll wara li tkun twieldet, milli tnissel tarbija. L-IVF mhix mediċina għal xi marda, imma hija mod biex jitnisslu t-tfal meta u kif jiddeċiedi l-bniedem. Tidher xi ħaġa meraviljuża. Imma jibqa’ l-fatt li jekk innisslu jew inwelldu t-trabi bl-iskop li nissodisfaw xi bżonn ta’ xi ħadd, inkunu nsejna l-aktar realtà essenzjali: il-qdusija u d-dinjità ta’ kull persuna umana, sa mill-ewwel RM2000 • Awwissu/Settembru 2016 • 7


mument li tinbet fil-ġuf – iġifieri sa mill-konċepiment. Meta l-bniedem jibda jaħseb li għandu dritt jiddeċiedi waħdu meta u kif jitwieled bniedem ieħor biex jissodisfa xewqa tiegħu, malajr jasal għall-konklużjoni li għandu dritt ukoll joqtol bniedem meta dan se jkun ta’ inkonvenjenza għalih. Il-prova kemm hu minnu dan huwa li kull fejn ġie aċċettat il-konċepiment artifiċjali, ġie aċċettat ukoll l-abort u saħansitra l-ewtanasja. Dawn huma kollha effetti tal-istess għerq: l-arroganza ta’ bniedem li jaħseb li jista’ jiddeċiedi fuq il-ħajja jew il-mewt ta’ bniedem ieħor. Ħadd ma għandu jedd fuq ħadd u ħadd ma jista’ jittratta lil xi ħadd ieħor, anke lil uliedu stess, qishom xi oġġett li nħoloq biex jissodisfa l-bżonnijiet tiegħu, ikunu kemm ikun kbar dawn ilbżonnijiet. Anke min qed imut bil-ġuħ, ma jistax joqtol lil bniedem ieħor biex ikun jista’ jibqa’ jgħix hu. Alla ħalaqna biex ngħixu flimkien u mhux biex ngħixu minn fuq dahar xulxin. Tana l-kapaċità li nwelldu biex nagħtu ħajjitna lil xi ħaddieħor għalih innifsu u mhux biex xi ħaddieħor jibda jgħix għalina. Dan ifisser li kull tarbija

8 • Awwissu/Settembru 2016 • RM2000

hi rigal li jingħata lilna minn Alla. Li jkollok tarbija mhix bħal meta tagħmel operazzjoni biex tneħħi kanċer jew xi tbatija oħra. Ma nistgħux ninsew id-dinjità u l-qdusija ta’ kull ħajja umana, anqas f’isem il-ħniena lejn min qed ibati. Din triq perikoluża wisq. Bosta kliniċi fl-Amerka bħalissa huma akkużati li qed jagħmlu aborti biex ibigħu partijiet mit-trabi li jabortixxu biex jintużaw fi trabi jew persuni morda. Hemm embrijuni li jiġu kkultivati biex jeħdulhom l-istem cells ħalli jużawhom biex ifejqu mard kiefer. Dan hu sfruttament ta’ persuni umani li jiġu ssagrifikati biex oħrajn ikollhom ħajja aħjar. Taħseb li din ħaġa tajba? Kull skjavitù, kull traffikar ta’ persuni umani, kull sfruttament ta’ embrijuni, tfal, sefturi, ħaddiema, nisa huwa frott ta’ din il-mentalità: biex innaqqas it-tbatija tiegħi nuża lil ħaddieħor. Ħadd m’għandu ‘dritt’ ikollu tarbija. Kull tarbija trid tibqa’ rigal ta’ mħabba li nilqgħuh minn idejn Alla biex inħobbuha, nieħdu ħsiebha u nissagrifikaw lilna nfusna għaliha.

Ix-xjenza hi sabiħa meta tgħinna nnaqqsu t-tbatija u mhux meta nużawha biex inħossuha qisna sirna allat, niddeċiedu aħna meta u kif noħolqu jew neqirdu lil ħutna l-bnedmin. L-IVF mhix kura ta’ marda. Hija mezz kif inġibu fid-dinja persuni ġodda. Mhux sewwa li nieħdu l-liġi f’idejna għax għandna x-xjenza u t-teknoloġija. Jekk nagħmlu hekk insiru robots u ma nibqgħux bnedmin xbiha t’Alla. Alla ma ħalaqniex biex jinqeda bina jew biex jissodisfa xi bżonn li kellu. Ħalaqna għax ħabbna għalina nfusna, għal xejn b’xejn. U xtaq li nkunu bħalu u lil kull tarbija, anke dik li nixtiequ jkollna, qatt u qatt ma narawha bħal mezz biex nissodisfaw xi bżonn li nħossu. Kull tarbija hija l-ewwel u qabel kollox rigal minn Alla. Rigal la tista’ tordnah, la toħolqu u anqas tixtrih. Tista’ biss tilqgħu bl-imħabba u tgħid ‘Grazzi’. Dwar l-injection hekk imsejħa ‘three in one’, din hija injection Ii jagħtu t-trabi kontra tliet mardiet: Mumps, Measles u Rubella (MMR). Illum nafu li mhux veru li din it-titqiba tista’ tikkawża l-awtiżmu fit-tfal.


sirt ħbieb mal-mera “L-ewwel darba li ħarist lejn il-mera ħassejtni sa mmut. M’għaraftx lili nnifsi. Kont monstru.” Hekk ħassitha Natalia, mara Kolombjana ta’ 35 sena, wara li għaddiet minn martirju ta’sfreġju f’wiċċha għat-tieni darba f’ħajjitha: l-ewwel meta kellha biss tliet snin, ittajret minn karozza u wiċċha nħaraq meta weħlet mal-pajp tal-‘exhaust’, u t-tieni darba – tletin sena wara meta raġel ġirien, għamilha tabirruħu li kien habib antik tagħha, mar id-dar u kif fetħet il-bieb tefgħalha litru aċidu u ħarqilha wiċċha, idejha, żaqqha u waħda minn riġlejha. Qatt ma setgħet tifhem għaliex għamlilha hekk. Dan kien wieħed mill-aktar attakki feroċi li ħasad il-Kolombja. Natalia qattgħet ġimgħat twal l-isptar u tirrakkonta li tiftakar kif meta ġara dan l-inċident ħasset ħwejjiġha jinxtorbu u hi qed tinħaraq. Ma tiftakarx li xammet xi riħa. Tiftakar biss li daħlet tiġri d-dar twerżaq kemm tiflah bil-biża’ u bl-uġigħ. Naturalment kellha biża’ li mhux ser tibqa’ tara, ma setgħetx tagħlaq għajnejha għaliex il-ħbub kienu nħarqu wkoll. Wara numru ta’ operazzjonijiet u wara ħafna qtigħ il-qalb, Natalia

ħassitha sejra għall-aħjar u ma baqgħetx tiddejjaq tħares lejn ilmera. “Sirna ħbieb issa. M’għadnix nibża’ mill-mera.” Issa saret ukoll mara eleganti, tagħmel ftit ‘makeup’ u toħroġ aktar spiss. Ferħana li rnexxilha toħroġ minn dal-gwaj għaliex għad għandha għajnejha, imneħirha u ħalqha. Għonqha ma nħaraqx, ma tilfitx idejha, subgħajha u widnejha. Ċerta li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar ser tkun tajba u mhux ser tistħi turi wiċċha għalkemm xi kultant ikollha tilbes speċi ta’maskra bħala parti millkura fit-tul għall-ħruq li ġarrbet.

Natalia temmen li rnexxielha, fi żmien sentejn, tirpilja u tistejqer, grazzi għat-tobba, għar-rieda soda u għat-twemmin tagħha li t-tpattija u l-vendetta ma jwasslux għallfejqan. Matul il-ġranet twal ta’tbatija li għaddiet minnhom Natalia ftakret f’dak li kienet qrat dwar Ameneh Bahrami, mara Iranjana, li għaddiet mill-istess martirju li għaddiet minnu hi. Għalkemm fl-Iran hemm min jemmen li wieħed jista’ jpatti “għajn għal għajn”, Ameneh ħafret lil dak ir-raġel li b’għemilu tellfilha d-dawl t’għajnejha.

RM2000 • Awwissu/Settembru 2016 • 9


10 • Awwissu/Settembru 2016 • RM2000


In-Nanna Gerit F’daqsxejn ta’ terran ġewwa l-Gżira, in-nanna Gerit kienet tgħix waħedha wara li żewġha miet u uliedha ħadu l-istat tagħhom. Kienet mara rqiqa u pjuttost qsajra. Żewġha, li kien negozjant bil-birra, ħallielha xi sold li baqgħet tiekol minnu sakemm mietet. Imma d-dawl prezzjuż ta’ għajnejha beda jħalliha bil-mod. Darba fost l-oħrajn, kif kienet imdorrija tagħmel, ommi qabdet littliet itfal iż-żgħar li konna, u rħitilha lejn il-Gżira biex tagħti lin-nanna Gerit daqqa t’id fil-faċendi. Wisq inħasdet meta sabet kullimkien imġemmed għax in-nanna ma kinitx indunat li kienet telgħatilha l-ispiritiera. Sewdet qalbha ommi u għamlet f’rasha li tiġborha magħha biex tindukraha. In-nanna ta’ qalbi issa kienet lejl u nhar magħna. Xi ħlew din-nanna! Kellha fuq is-sebgħin imma kienet għadha mobbli sew. Aħna n-neputijiet tagħha, kellna taqbila dwarha: ‘innanna Margerit – mara xwejħa li tara ftit’. Kienet tiġborna madwarna u tgħidilna: “Ejja ħa ngħallimkom ftit everbji” biex tfisser li riedet tgħallimna l-proverbji. Kienet mara ta’ mħabba li kienet togħxa meta mmorru ħdejha

f’kamritha u nagħtuha ftit mill-ħin tagħna. “U le, tmurx għalissa”, kienet tgħidli meta nkun għidtilha li rrid immur lura f’kamarti għax għandi x-xogħol tal-iskola xi nlesti. Ġieli kont neħodilha xi perlina fil-kamra tagħha. Peress li ma tantx kienet tara, kienet tħossha bi jdejha u ddur madwar il-ġewża ftit ftit. Imma l-ġewża ma kinitx tkun tista’ tikolha minħabba li ma tantx kien fadlilha snien. Allura kienet titfagħha bis-serqa taħt is-sodda. U ommi erħilha twissiha biex ma tibqax titfa’ l-ġewż taħt issodda għax inkella jiġi n-nemel. Din in-nanna Gerit, kont issibha tqaxxar il-ħaxix għall-borma u żżebbeġ ir-rużarju, tosserva lil ommi trabbi s-sitt ulied tagħha, mingħajr ma tindaħlilha fit-trobbija, u tgħanni xi għanja fuq Karlu tagħha: Ħanini skrivan il-Qorti Tajtu qalbi jirgħanieli Għidtlu: “Qiegħdha ġo post tajjeb, Ħalli ħadd ma jeħodhieli” Kienet tħobbna u ħelu ħelu taqbeż għalina, sforz il-ħniena u l-mogħdrija tagħha. Kollha konna nħobbuha bil-bosta. Kienet tagħti għajnuna finanzjarja lill-familja għall-ġid li kienet

qed tirċievi. ‘Allaħares ma kinitx din ommi’ kont tisma’ lil ommi tgħid. Għax wieħed irid jgħid li bil-ftit tal-flus li kienet tagħtiha n-nanna, ommi, bil-għaqal tagħha, kienet twarrabhom għall-bżonn. U kbirna u hi xjaħet ħafna u konna ngħinu biex intaffu l-piż lil ommi. Meta kelli 21 sena, in-nanna Gerit mititli. X’vojt ħalliet f’darna! Imma dak li għexet, ma spiċċax ma’ mewtha. Illum li għandi l-familja għażiża tiegħi, il-ħsieb tal-imħabba li tatna, jagħtini saħħa speċjali biex b’mod ġeneruż dejjem nibqa’ ningħata. U ommi... kemm kienet qalbiena u ġeneruża li minkejja l-familja kbira tagħha, daħlet għal din irresponsabbiltà. X’eżempju ta’ mħabba! Fiż-żmien li għamlet tgħix magħna n-nanna, ommi kienet indifnet ġewwa biex żgur ma tħalliha qatt waħedha. Qatt ma ninsiek nanna u dak iż-żmien tant ħelu ta’ meta ġejt tgħix u tmut magħna. Prosit tal-imħabba kbira li kellek, imħabba eżemplari li tnaqqxet fil-karattru tiegħi biex bħalek nibqa’ ningħata b’mod sħiħ u nħobb bla qies.

RM2000 • Awwissu/Settembru 2016 • 11


12 • Awwissu/Settembru 2016 • RM2000


ADOTTAJT IT-TIFEL TAL-PAZJENTA TIEGĦI Kont ili naħdem ta’ nurse fil-qasam tal-kura tal-kanċer madwar seba’ snin u dejjem ħassejtni qrib ħafna tal-pazjenti tiegħi. Kont sikwit nara kif nagħmel biex intaffi ftit milluġigħ li jkunu għaddejjin minnu – daqqa b’xi kelma ta’ faraġ jew kultant b’xi talba żgħira li ngħidu flimkien. Skont xi jkunu jixitiequ huma; jien kont dejjem lesta li nieqaf magħhom. Iżda Patty kienet differenti. Hi qatt m’aċċettat li ngħinha. Kienet single mother ta’ 44 sena u kellha kanċer aggressiv f’rasha u f’għonqha. Kienet qed tieħu kura qawwija ħafna kontra dan il-kanċer u għalkemm normalment il-pazjenti kienu jkunu akkompanjati minn xi familjari waqt il-kimoterapija, Patty dejjem kienet tkun weħidha. Kont nipprova nersaq biex inkun ħdejha waqt il-kura, iżda hi kienet iddaħħal rasha ġo xi ktieb jew titgħatta bil-kutra biex ma jkellimha ħadd. Ma kontx niflaħ naraha tbati weħidha. Fl-aħħar irnexxieli nsib mod kif noħroġ tbissima minn fommha. Darba kellimtha fuq binha Stephen u wiċċha xegħel. Indunajt li Stephen kien kollox għaliha. Bdiet tirrakkontali kemm kien bravu fl-iskola. Spjegatli li kien għalhekk li rranġat biex taqsam il-kura f’jumejn minflok f’jum wieħed, biex hekk tista’ tkun id-dar meta jasal

Stephen lura bil-vann mill-iskola. Qaltli wkoll li għażlet din il-kura daqshekk aggressiva biex tiġġieled kontra l-marda tagħha għax riedet tagħmel minn kollox biex tibqa’ tgħix għal Stephen. Minn hawn ’l quddiem bdiet tiftaħ qalbha miegħi u kienet sikwit titkellem fuq kemm kellha problemi fil-ħajja. Kienet tiddependi fuq l-għajnuna soċjali u kienet toqgħod f’appartament issussidjat mill-gvern. L-għarus tagħha, li kien ukoll missier Stephen, kien involut f’inċident tat-traffiku u sofra feriti gravi f’moħħu. Iżda Patty qatt ma gergret. Kienet iġġorr kollox f’qalbha kif warakollox kienet imdorrija tagħmel minn mindu kienet għadha żgħira. Wara sena u nofs ta’ terapija skoprew li l-kanċer ta’ Patty kien infirex u qalulha li ma kienx hemm wisq aktar tama. Meta sirt naf, l-ewwel ħsieb tiegħi mar fuq Stephen. X’kien se jsir minnu? Min se jieħu ħsiebu?

Is-sieħeb ta’ Patty mill-ewwel stqarr li hu ma setax jieħu ħsiebu u anqas ħutha ma xtaqu jidħlu għal dan il-piż. Ix-xewqa ta’ Patty kienet li Stephen ma jiġix mogħti għallfostering imma fl-aħħar jiem ta’ ħajjitha tant kienet muġugħa li ma kienx baqagħlha saħħa taħseb fuq x’kien se jiġri minn Stephen wara mewtha. Minħabba li l-marda ta’ Patty kienet terminali ma setgħetx tibqa’ tieħu l-kura fis-sezzjoni fejn kont naħdem jien u għalhekk bagħtuha f’sala oħra ta’ l-isptar fejn kienu jieħdu ħsieb pazjenti li kienu waslu fl-aħħar mumenti ta’ ħajjithom. Żewġi Michael li inzerta jaħdem f’din is-sezzjoni ta’ l-isptar sema’ bl-istorja ta’ Patty u binha għax l-infermiera li jaħdmu miegħu kienu sikwit jitkellmu fuqhom. Iżda ħadd ma kien jaf x’se jiġri minn dan it-tifel meta tiġi nieqsa ommu. Iktar ma beda jgħaddi ż-żmien RM2000 • Awwissu/Settembru 2016 • 13


iktar bdejt inħoss f’qalbi li stajna nieħdu ħsieb lil Stephen jien u żewġi Michael. Tnejn minn uliedna kienu ġa sabu posthom fis-soċjetàu ż-żgħir kien baqagħlu biss sentejn biex jibda l-università. Għalhekk tista’ tgħid li konna se nerġghu niġu weħidna. Michael kellu tlieta u sittin sena u jien kont għaxar snin iżgħar minnu. Jum fost l-oħrajn, waqt li konna qed nieklu, Michael stqarr miegħi li hu wkoll kien qed iħoss li stajna nieħdu ħsiebu aħna lil Stephen. Għalhekk iddeċidejna li nidħlu għal din il-missjoni ġdida f’ħajjitna. Iż-żmien kien għaddej ġmielu u Patty kienet riesqa lejn it-tmiem ta’ ħajjitha. Kien wasal il waqt li nitkellmu magħha biex nagħmlu l-aranġamenti kollha meħtieġa. Konna nafu li din kienet sitwazzjoni diffiċli ħafna għal Stephen u ma kinitx se tkun faċli għalih li jsir parti mill-familja tagħna. Biex insiru nafu ftit iżjed lil xulxin bdejna nistiednu lil Stephen u lil Patty għall-ikel. B’hekk Patty tkun tista’ tara fejn se jgħix Stephen meta hi ma tkunx iktar miegħu u Stephen isir jaf ftit aħjar lill-familja tagħna. Ma domniex ma ndunajna li Stephen verament kien bravu ħafna. Kien jaqra

14 • Awwissu/Settembru 2016 • RM2000

ħafna u kien kapaċi jitkellem fuq politika u storja daqs wieħed adult. Mhux hekk biss imma kien kapaċi wkoll jagħmel xi praspura bħal kull tifel ieħor ta’ għaxar snin. Kellu jikber malajr wisq minħabba s-sitwazzjoni tal-familja tiegħu – il-marda t’ommu, l-inċident ta’ missieru u l-faqar li sabu ruħhom fih kienu sfida kbira ħafna għal tifel ta’ età hekk żgħira. Bil-mod il-mod saħħet Patty bdiet sejra lura u jien u Michael konna nieħdu ħsieb li naraw li ma jonqosha xejn. Billi hi ma kinitx tista’ toħroġ iktar, konna mmorru nimlewlha l-friġġ bl-ikel u konna saħansitra ġibnielha sodda speċjali mill-isptar biex tkun aktar komda. Jum fost l-oħrajn, f’Ottubru, wara li Stephen kien ġa telaq għalliskola, Patty ħalliet din id-dinja. Jien u Michael iddeċidejna li mmorru aħna għal Stephen wara l-iskola biex inkunu miegħu meta jieħu l-aħbar. Malli sar jaf bil-mewt ta’ ommu beka bikja kbira u ma setax jieqaf. Kellu bżonn joħroġ id-dwejjaq kbar li kien qed iħoss u aħna qgħadna ħdejh u għannaqnieh magħna. Minn hawn ’il quddiem Stephen sar parti mill-familja tagħna. Il-bidu

kien iebes u sikwit kien iqum billejl jibki għal ommu. Kien sikwit jistaqsi għaliex kellu jiġri hekk. B’ħafna mħabba u paċenzja konna nuruh li aħna nħobbuh ħafna u bdejna ngħinuh jibni ħajja millġdid. Bil-mod il-mod beda jħossu dejjem aktar komdu fil-familja tagħna. Beda jaċċetta r-realtà ta’ ħajtu u jitgħallem jerġa’ jitbissem. Beda jinduna li aħna konna hemm għalih. Dan l-aħħar l-iskola talbu littfal jiktbu poeżija li tibda, “Id-dar għalija tfisser…….”. Ħafna tfal kitbu hekk: “Id-dar għalija tfisser il-mama’ tlesti ……..” Stephen sewwed qalbu meta ra x’kitbu sħabu u beda jaħseb filkwiet. Fl-aħħar kiteb hekk: “Id-dar għalija tfisser Karen tieħu ħsieb il-familja; Id-dar għalija tfisser Michael jipprepara xi ikla; Id-dar għalija tfisser post fejn tħossok safe għax hemm xi ħadd jgħożżok, jħobbok u jħarsek minn kull gwaj”. Dan kien l-isbaħ mument għalija u għal Michael għax indunajna li Stephen kien aċċettana f’ħajtu!


4 ijiem sœaœ PELLEGRINAĠĠ għal

Lourdes

Tema Pastorali 2016 - Œniena bœall-Missier

INŸURU Lourdes fid-dettal, Gavarnie, Pau, Pont d’Espagne, Parc Animalier des Pyrenees u l-istabbiliment kummerçjali Quartier Libre

4 ijiem sœaœ

4 t'ijiem sħaħ

¢529 minn

¢529

Inkluÿ Full Board

DATI TAT-TOUR Inkluÿ Board Grp 1 Full 11-16 ta’ Lulju Grp 2 TAT-TOUR 25-30 ta’ Lulju DATI 22-27 Grp t’Awwissu Grp3 1 8-13 11-16 ta’ Lulju minn Grp4Awwissu 2 22-27 25-30t’Awwissu ta’ Lulju Grp

2016 ¢529

Grp 3 8-13 t’Awwissu Grp 4 22-27 t’Awwissu

mens kemm mill-kbar kif ukoll mit-tfal. Pranzu

Inkluÿ Full uBoard fil-lukanda, wara nofsinhar ikollna œin liberu

gœall-mistrieœ min irid f’Cite’ mens kemmiÿda mill-kbar kifjista’ ukoll jmur mit-tfal. Pranzu DATI TAT-TOUR St.fil-lukanda, Pierre bit-trasport mill-Caritas li titlob u wara offrut nofsinhar ikollna œin liberu Grp 1 11-16 ta’min Lulju gœall-mistrieœ irid f’Cite’ donazzjoni ÿgœiraiÿda gœal min juÿajista’ danjmur is-servizz. St. Pierre bit-trasport offrut mill-Caritas li titlob Cite’ St. Pierre huwa post ta’ trankwillita’, paçi Grp 2 25-30 ta’ Lulju donazzjoni ÿgœira gœal min juÿa dan is-servizz. u tama li jinsab fuq gœolja viçin Lourdes, fejn Grp 3 8-13 t’Awwissu Cite’ St.foqra Pierrejingœataw huwa post ta’fejn trankwillita’, pellegrini post jistkennu paçi u4 tamaDan li jinsab gœoljabl-inizzjattiva viçin Lourdes,ta’fejn Grp 22-27 t’Awwissu u jieklu. il-postfuq inbena

jitla’ bis-seggiovia (œlas extra) u jmur jara Lac IT-TNEJN/IT-TLIETA Niltaqgœu mat-tour leader L-ERBGŒA Kolazzjon imbagœad nattendu de Gaube, li hija gœadira gœolja 3,298 metru ‘l fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fid-8.50pm gœall-Quddiesa Internazzjonali fil-Baÿilika pellegrini jingœataw fejn jistkennu bis-seggiovia (œlas extra) jmur jara Lac Mgr. IT-TNEJN/IT-TLIETA Niltaqgœu mat-tour leader L-ERBGŒA Kolazzjon imbagœad nattendu Rodhainfoqra minflok tinda lipost Bernardette fuqjitla’ mill-baœar u l-aktar post gœoliutal-Pyrenees. biex nagœmlu ç-check in. Fil-10.50pm nitilqu San Piu X, flimkien ma’ eluf ta’ pellegrini u jieklu. il-post inbena bl-inizzjattiva de Gaube, li hija gœadira gœolja 3,298œin metru ‘l kienet fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fid-8.50pm gœall-Quddiesa Internazzjonali fil-Baÿilika bnietDan gœall-pellegrini foqra u li kienet ta’ Filgœaxija niççenaw fil-lukanda u wara fuq it-titjira tal-Air Malta KM7446 li twassalna oœra. Wara l-quddiesa nieœdu ritratt tal-grupp Mgr. Rodhain minflok tinda li Bernardette fuq mill-baœar u l-aktar post gœoli tal-Pyrenees. biex nagœmlu ç-check in. Fil-10.50pm nitilqu San Piu X, flimkien ma’ eluf ta’ pellegrini inœarqet darbtejn, fejn illum hemm l-istatwa liberu. f’Lourdes fis-1.15am (sbiœ it-Tlieta). Immorru œdejn l-istatwa tal-Madonna Inkurunata bœala kienet bniet gœall-pellegrini foqra u li kienet Filgœaxija niççenaw fil-lukanda u wara œin fuq it-titjira tal-Air Malta KM7446 li twassalna oœra. Wara l-quddiesa nieœdu ritratt tal-grupp Inkurunata. S’issahemm dan il-post fil-Hotel Christina 3***(sbiœ f’Lourdes, nieœdu Pranzu fil-lukanda menstal-Madonna kemm mill-kbar kif ukoll mit-tfal. Pranzu inœarqet darbtejn, fejn illum l-istatwa liberu. f’Lourdes fis-1.15am it-Tlieta). Immorru tifkira œdejntal-pellegrinaææ. l-istatwa tal-Madonna Inkurunata bœala laqa’ aktar minn 900,000 pellegrin. Fil-5.00pm, Il-ÆIMGŒA/IS-SIBT Kolazzjon u quddiesa. fil-lukanda, l-kmamar nistrieœu3*** gœal-lejl. Filgœodu, imbagœad ikollna eskursjoni optional gœal Pau u wara nofsinhar ikollna œin liberu tal-Madonna Inkurunata. S’issa dan il-post fil-Hotel uChristina f’Lourdes, nieœdu tifkira tal-pellegrinaææ. Pranzu fil-lukanda minlaqa’ irid,aktar jista’ jingœaqad mat-tour leader u jkollna l-aœœar eskursjoni wara l-kolazzjon, nibdewgœal-lejl. dan il-pellegrinaææ u l-istabbiliment Quartier Libre.optional F’Pau nagœmlu iÿda minn min irid jista’ jmur f’Cite’ 900,000 pellegrin. Fil-5.00pm, Il-ÆIMGŒA/IS-SIBT Kolazzjonoptional u quddiesa. gœall-mistrieœ l-kmamar u nistrieœu Filgœodu, imbagœad ikollna eskursjoni gœal Pau Wara d-direttur biex nieœdu sehem fil- u mill-isbaœ gœal l-aœœar Parc Animalier desoptional Pyrenees, St. Pierre b’quddiesa imbagœad inÿurudan l-Grotta u t-tliet mixja f’Boulevard des Pyrenees li tieœdok minn bit-trasport mill-Caritas li titlob min irid,spiritwali jista’ offrut jingœaqad mat-tour leader Wara jkollna eskursjoni wara l-kolazzjon, nibdew il-pellegrinaææ u l-istabbiliment Quartier Libre. F’Pau nagœmlu Purçissjoni unieœdu t-tberik tal-morda. f’ambjent œelugœal u rilassanti, li joffrides danPyrenees, il-park donazzjoni Baÿiliki tas-Santwarju. nkomplu naœa gœal oœra ta’ Pau hemm liil-Kastell li ÿgœiratal-Ewkaristija gœal min juÿa is-servizz. d-direttur spiritwali biexdan sehem filmill-isbaœ Parc Animalier b’quddiesa imbagœadWara inÿuru l-Grottanÿuru u t-tliet mixja f’Boulevard desfejn Pyrenees tieœdok minn Fis-7.00pm nagœmlu mill-kmamar naturali fejn œelu wieœed jista’ jgawdi u josserva Pierre huwa post ta’ç-check trankwillita’, paçital-morda. postijiet ta’ nteress f’Lourdes, fosthom kien jintuÿa bœala vileææjatura. Purçissjoni tal-Ewkaristija uout t-tberik f’ambjent u rilassanti, li joffri dan il-parkCite’ St. Baÿilikioœra tas-Santwarju. Wara nkomplu nÿuru naœa gœalminn oœra Napuljun ta’ Pau fejn hemm il-Kastell li li jinsab fuq gœolja viçinç-check Lourdes, Fis-7.00pm nagœmlu outfejn mill-kmamar naturali fejn wieœed jista’u jgawdi u josserva u nippranzaw. F’nofsillejl nitilqu lejn l-ajruport postijietBoly oœrafejn, ta’ nteress fosthom jintuÿa minn Napuljunmill-isbaœ bœala vileææjatura. œafna annimali fl-ambjent l-imæieba naturali u tama il-mitœna fis-7 ta’f’Lourdes, Jannar 1844, Makien jonqosx ukoll ix-xenarju talnippranzaw. F’nofsillejl lejn fuq l-ajruport œafna annimali fl-ambjent u l-imæieba naturali il-mitœna Boly fejn,Niltaqgœu ta’ mat-tour Jannar 1844, Ma jonqosx ukolldan ix-xenarju mill-isbaœ tal- jitla’tagœhom, pellegrini foqra jingœataw post fejnnitilqu jistkennu bis-seggiovia (œlas extra) uvolpi, jmur jara Lac IT-TNEJN/IT-TLIETA leader L-ERBGŒA imbagœad ta’uLourdes minfejn fis-2.15am nitilqu fosthom orsijiet, çriev u squirtwieldet Bernardette ufis-7 fejn gœexet sakemm muntanji liKolazzjon jdawru il-post.nattendu Wara mmorru ta’ Lourdes minfejn fis-2.15am nitilqu tagœhom, fosthom orsijiet, volpi, çriev u squirtwieldet Bernardette u fejn gœexet sakemm muntanji li jdawru dan il-post. Wara mmorru Dan il-post bl-inizzjattiva ta’ fuqlura de Gaube, li hijaukoll gœadira gœolja 3,298 metru ‘lfniek u jieklu. fl-Ajruport ta’ Malta fid-8.50pm Internazzjonali fil-Baÿilika it-titjira tal-Air inbena Malta KM7447 li twassalna rels. Naraw diversi tjur, hamsters, kellha 10 Internazzjonali snin. Inÿuru wkoll il-Knisja Parrokkjali gœall-Quddiesa fl-istabbiliment Quartier Libre li jiæbor fih it-titjiraminflok tal-Airtinda Maltali(sbiœ KM7447 li twassalna lura rels. Naraw ukoll diversi tjur,tal-Pyrenees. kellha 10lill-Qalb snin. Inÿuru wkollu il-Knisja ParrokkjaliSandiversi fl-istabbiliment Quartier Bernardette uDin l-aktar post gœoli biex nagœmlu ç-check Fil-10.50pm Piu X,œwienet flimkienta’ ma’ elufrinomati ta’Libre pellegrini f’pajjiÿna fil-04.40am is-Sibt). beavers. hija eskursjoni li hamsters, tintogœæobfniek im- Mgr. Rodhain ddedikata ta’in.Æesu’ narawnitilqu il-fonti ditti uli jiæbor hawn fih ikollna fuq umill-baœar f’pajjiÿna fil-04.40am (sbiœ u beavers. Dinfil-lukanda hija eskursjoni imddedikata lill-Qalb ta’KM7446 Æesu’fid-9 u linaraw il-fonti oœra. œwienet ditti rinomati ufil-lukanda hawn ikollnaFilgœaxija kienet bniet gœall-pellegrini foqra u liis-Sibt). kienet niççenaw u warali tintogœæob œin fuq it-titjira tal-Air Malta twassalna Wara nieœdu ritratt li fih tgœammdet Bernardette ta’ Jannar œindiversi liberul-quddiesa gœax-xiri.ta’Filgœaxija çenatal-grupp li fihutgœammdet Bernardette fid-9Immorru ta’ Jannar œin liberu gœax-xiri. Filgœaxija çena fil-lukanda liberu. inœarqet darbtejn, fejn illum hemm l-istatwa f’Lourdes fis-1.15amœabs (sbiœabbandunat it-Tlieta). l-istatwa tal-Madonna Inkurunata bœala 1844, l-Cachot, fejn kienet œdejn u nieœdu sehem fil-purçissjoni Aux Flambeaux. 1844, u l-Cachot, œabs abbandunat nieœdu sehem fil-purçissjoni Aux Flambeaux. tal-Madonna Inkurunata. S’issa dan il-post fil-Hotel Christina f’Lourdes, nieœdufejn kienet tifkirau tal-pellegrinaææ. Pranzu fil-lukanda tgœix fiÿ-ÿmien li 3*** kienet tidrilha l-Madonna. tgœix fiÿ-ÿmien li kienet tidrilha l-Madonna. laqa’ aktar minn 900,000 pellegrin. Fil-5.00pm, l-kmamar u nistrieœu Filgœodu, imbagœad ikollna eskursjoni optionalu min gœal irid Paujista’ Il-ÆIMGŒA/IS-SIBT Kolazzjon u quddiesa. Pranzu fil-lukanda ugœal-lejl. wara jkollna eskursjoni IL-ŒAMIS Kolazzjon, quddiesa Pranzu fil-lukanda u wara jkollna eskursjoni u l-istabbiliment IL-ŒAMIS Kolazzjon, quddiesa min irid jista’Wara jkollna l-aœœar eskursjoni optional min irid, jista’ jingœaqad mat-tour leader u wara l-kolazzjon, nibdew dan il-pellegrinaææ Quartier Libre. F’Pauunagœmlu Aktar tagħrif jew booking optional gœal Gavarnie, villaææ qalb il-muntanji jinÿel fil-banjijiet bl-ilma mirakoluÿ inkella optional imbagœad gœal Gavarnie, villaææ qalb il-muntanji mixjajinÿel fil-banjijiet bl-ilma mirakoluÿ d-direttur spiritwali biex nieœdu sehem filb’quddiesa inÿuru l-Grotta u t-tliet f’Boulevard desjara Pyrenees liinteressanti tieœdokinkella minn li jinsab 3232 milmil ‘l bogœod minn Lourdes u 1,360 wieœed jista’ imur video fuqfuq il- il-mill-isbaœ gœal Parc Animalier des Pyrenees, li jinsab ‘l bogœod minn Lourdes u 1,360 wieœed jista’ imur jara video interessanti Purçissjoni tal-Ewkaristija u t-tberik tal-morda. Baÿiliki tas-Santwarju. Wara nkomplu naœa gœal oœra ta’ Pau fejn hemm il-Kastell liForte. f’ambjent œelu u rilassanti, li joffri dan il-park Tour Leader: metru gœola mill-baœar, fir-reæjun ta’nÿuru Hautesœajja ta’ta’ Bernardette, jewjew iÿuriÿur ix-Chateau metru gœola mill-baœar, fir-reæjun ta’ Hautesœajja Bernardette, ix-Chateau Forte. Fis-7.00pm nagœmlu ç-check out mill-kmamar naturali fejn wieœed jista’ jgawdi u josserva postijiet oœraQabel ta’ nteress f’Lourdes, fosthom jintuÿa minn Napuljun bœala Crucis. vileææjatura. Pyrenees. mama naslu, nieqfu fuqfuq Pont dudu kien Wara nagœmlu l-mixja tal-Via Pyrenees. Qabel naslu, nieqfu Pont Wara nagœmlu l-mixja tal-Via Crucis. u nippranzaw. F’nofsillejl3264) nitilqu lejn l-ajruport œafna annimali fl-ambjent u l-imæieba naturali il-mitœna Boly fejn, fis-7mill-aqwa. ta’ Jannar 1844, MaPranzu jonqosxfil-lukanda ukoll ix-xenarju mill-isbaœ talMichael Caruana (7923 Napoleon gœal veduta Gavarnie imbagœad ikollna eskursjoni Napoleon gœal veduta mill-aqwa. Gavarnie Pranzu fil-lukanda imbagœad ikollna eskursjoni ta’ Lourdes minfejn fis-2.15am nitilqu fuq twieldet Bernardette u 180 fejn gœexetbiss. sakemm li gœal jdawru dand’Espagne il-post. Wara jgœixu fih madwar 180 persuna Œaæa li li muntanji optional Pont li qiegœed ftitftit tagœhom, fosthom orsijiet, volpi, çriev u squirjgœixu fih madwar persuna biss. Œaæa optional gœal Pont d’Espagne li mmorru qiegœed it-titjira tal-Air Malta KM7447 li twassalna lura fniek kellha 10 ferm snin. Inÿuru wkoll il-Knisja Parrokkjali Quartier Libre li jiæbor Direttur Spiritwali: tispikka ferm hi l-kaskada gœolja 422 metru fl-istabbiliment ‘il-barra mill-belt Cauterets ufih jifforma partirels. Naraw ukoll diversi tjur, hamsters, tispikka hi l-kaskada gœolja 422 metru ‘il-barra mill-belt ta’ta’ Cauterets u jifforma parti f’pajjiÿna fil-04.40am (sbiœ is-Sibt). u beavers. Din hija eskursjoni li tintogœæob imddedikata lill-Qalb ta’ Æesu’ uGave naraw il-fonti œwienet ta’ ditti rinomati u hawn ikollna li minnha tibda x-xmara li tgœaddi minn diversi mill-Park Nazzjonali tal-Pyrenees. Naraw li minnha tibda x-xmara Gave li tgœaddi minn mill-Park Nazzjonali tal-Pyrenees. Naraw li fihquddiem tgœammdet Bernardette fid-9 ta’ Jannar œin liberu gœax-xiri. Filgœaxija çenanieÿel fil-lukanda Fr Paul Chetcuti sj (7982 6899) il-Grotta Massabielle. œafna kaskati sbieœ bl-ilma b’veloçita’ quddiem il-Grotta ta’ta’ Massabielle. œafna kaskati sbieœ bl-ilma nieÿel b’veloçita’ 1844, u l-Cachot, œabs abbandunat u nieœdu sehemMin fil-purçissjoni Aux Flambeaux. Filgœaxija niççenaw fil-lukanda. fejn kienet qawwija. (jekk jippermetti l-œin) jista’ Filgœaxija niççenaw fil-lukanda. qawwija. Min iridirid (jekk jippermetti l-œin) jista’ tgœix fiÿ-ÿmien li kienet tidrilha l-Madonna. Pranzu fil-lukanda u wara jkollna eskursjoni IL-ŒAMIS Kolazzjon, quddiesa u min irid jista’ optional gœal Gavarnie, villaææ qalb il-muntanji jinÿel fil-banjijiet bl-ilma mirakoluÿ inkella li jinsab 32 mil ‘l bogœod minn Lourdes u 1,360 wieœed jista’ imur jara video interessanti fuq ilPrezz kullpersuna persuna Prezz jinkludi Eskursjonijiet (għal min irid) Prezz kull Prezz jinkludi Eskursjonijiet metru Adult gœolaf’kamra mill-baœar, œajja ta’ Bernardette, jewTitjira iÿur ix-Chateau Forte. tripplafir-reæjun ta’ Hautes¢529 mal-Air Malta gœal Lourdes u lura ADULTI **TFAL Adult f’kamra trippla ¢529 Titjira mal-Air gœal Lourdes u lura ADULTI **TFAL Pyrenees. ma naslu, nieqfu fuq Pont du Wara nagœmlu Crucis.Malta AdultQabel f’kamra doppja ¢549 l-mixja tal-Via Trasferimenti mill-ajruport sal-lukanda u lura Nofs ta’ nhar – Gavarnie ¢27 ¢14 Napoleon gœal veduta mill-aqwa. Gavarnie Pranzu¢549 fil-lukanda imbagœad ikollna mill-ajruport eskursjoni sal-lukanda u lura Adult f’kamra doppja Trasferimenti Nofs ta’ta’ nhar – Gavarnie ¢27¢24 ¢14¢12 Adult f’kamra singola ¢629 Akkomodazzjoni gœal 4 iljieli fil-Hotel Christina 3*** f’Lourdes Nofs nhar – Pau u Quartier Libre jgœixu fih f’kamra madwarsingola 180 persuna biss. Œaæa li optional¢629 gœal Pont d’Espagne li qiegœedgœal ftit 4 iljieli fil-Hotel Christina 3*** f’Lourdes Adult Akkomodazzjoni Nofs ta’ nhar – Pau u Quartier Libre ¢24 ¢12 Tfal (minn 2 sa 5 snin) ¢455 L-ikel kollu (full board) Nofs ta’ nhar – Pont d’Espagne ¢27 ¢14 tispikka ferm hi2 sa l-kaskada gœolja 422 metru ‘il-barra mill-belt ta’ Cauterets u jifforma parti TfalTfal (minn 5 snin) ¢455 L-ikel (full board) Nofs ta’ta’ nhar – Pont d’Espagne ¢27 ¢14 (minnx-xmara 6 sa 10 snin) Taxxikollu tal-ajruport Nofs nhar – Parc Animalier des li minnha tibda Gave li tgœaddi minn mill-Park¢485 Nazzjonali tal-Pyrenees. Naraw u service charge TfalInsurance (minn 6 sa 10 snin)adulti inkluÿ excess waiver ¢485 Taxxi tal-ajruport service charge Nofs ta’ nhar(ent. – Parc Animalier des ¢26 sbieœ bl-ilma Servizz tour uleader Pyrenees inkluÿa) ¢29 ¢19 quddiem il-Grottastandard ta’ Massabielle. œafna kaskati nieÿelta’b’veloçita’ Insurance standard adulti excess ¢26Min irid (jekk Servizz ta’ta’ tour leader Pyrenees ¢29 ¢19 Insurance standard tfal inkluÿ taœt 16-il senawaiver qawwija. Servizz direttur spiritwali ** Tfal sa(ent. œdax-ilinkluÿa) sena Filgœaxija niççenaw fil-lukanda. jippermetti l-œin) jista’ Insurance standard tfal taœt 16-il sena Servizz ta’ direttur spiritwali inkluÿ excess waiver ¢16 ** Tfal sa œdax-il sena

inkluÿ waiver ¢16 Nota:excess City tax ta’ ¢1.10 kull persuna kull lejl trid titœallas minn kull klijent direttament Nota: City tax ta’fil-lukanda ¢1.10 kull persuna kull lejl trid titœallas minn kull klijent

Prezz kull persuna direttament fil-lukanda Adult f’kamra trippla

¢529

Prezz jinkludi Titjira mal-Air Malta gœal Lourdes u lura

Eskursjonijiet ADULTI **TFAL


16 • Awwissu/Settembru 2016 • RM2000


batejt imma tgħallimt u kbirt Ta’ 21 sena. Moħħ ir-riħ. Kuntenta b’ħajti. F’relazzjoni stabbli. Imħabba mingħand familti. Xogħol għal qalbi. Studenta universitarja. Kunfidenti. Mimlija enerġija biex naffaċja l-ħajja. Kelli dak kollu li ridt. Sakemm… Reġa’ faqqas. It-tieni attakk ta’ psikożi. Ta’ 17–il sena kelli l-ewwel attakk fejn moħħi għejja minħabba nuqqas ta’ rqad u thewdin kontinwu fuq il-futur. Bdejt nimmaġina li missieri jrid jabbużani, li jien ipposseduta mix-xitan… u affarijiet oħra. Issa ta’ 21 sena kelli relapse. Ma ridtx nemmen li ħa nerġa’ ngħaddi mill-istess kalvarju. Imma bil-qawwa t’Alla erġajt irnexxieli naffaċjah. Tlift ix-xogħol. Ma flaħtx inkompli l-aħħar sena Università. Ir-relazzjoni li kelli sfaxxat fix-xejn. Ma bqajtx kuntenta. Xejn ma kien iferraħni. Tlift il-fiduċja kollha fija nnifsi. Bdejt nieħu trattament ta’ pilloli li seraqli dik l-enerġija li kelli. Il-metaboliżmu iddgħajef u bdejt ninfexx fl-ikel biex minn 58 kilo tlajt għal 104 kili. Ħadd ma baqa’ jħares darbtejn lejja. Kollox kien jidher mudlam. Ma bqajtx immur quddies il-Ħadd. Bdejt niddejjaq meta nsib

ruħi waħdi għax ma kontx ħabiba miegħi nnifsi. Illum għandi kważi 23 sena. Għaddiet sena u nofs minn dan l-episodju. Għadni nieħu l-pilloli u l-enerġija u l-motivazzjoni għadhom mhumiex hemm kompletament. Imma kuljum nagħmel sforzi żgħar biex inkun persuna aħjar minn qabel. Erġajt bdejt immur quddies il-Ħadd. Bdejt dieta u nqast 12 -il kilo. Fejn qabel kont nitħassar lili nnifsi għax kelli relazzjoni li sfaxxat fix-xejn, illum napprezza l-fatt li għandi familja magħquda u mimlija mħabba lejja, kif ukoll ħbieb talqalb li nista’ naqsam ħsibijieti u l-emozzjonijiet tiegħi magħhom. Sibt xogħol ieħor li bih nista’ nħaddem dak li studjajt l-Università. Bdejt kors ġdid l-Università. Erġajt bdejt nieħu gost bil-kumpanija tiegħi nnifsi. Din l-esperjenza biddlitni mmens. Ħareġ ħafna pożittiv minnha. Il-pożittiv ma narahx fil-fatt li bdejt kors ġdid l-Università jew fil-fatt li sibt xogħol ġdid. Narah filpersuna li sirt jien. Fejn qabel kont moħħ ir-riħ, issa, għax għaddejt mit-tbatija jien, sirt iktar sensittiva għat-tbatija ta ħaddieħor.

Fuqkollox, sirt napprezza affarijiet li qabel kont neħodhom for granted; affarijiet bħal: il-platt sħun li tlestili ommi fuq il-mejda, taptipa fuq l-ispalla mingħand xi ħadd li jridli l-ġid u jurini li jemmen fija, messaġġ ta’ kuraġġ mingħand xi ħabiba, saħħti u l-kwalitajiet sbieħ fil-karattru tiegħi, in-nies li jaqduni ta’ kuljum bħall-pustier, tal-ħobż, tal-ħanut, is-sbuħija ta’ veduta taxxemx nieżla, il-freskezza tal-baħar f’ġurnata sħuna, it-tbissima tanneputija li tfakkarni fl-innoċenza li jkollu kull bniedem hekk kif jibda ħajtu, l-assigurazzjoni li Alla dejjem jipprovdi hekk kif nara xi għasfur jiekol mill-biċċiet li jħallu n-nies, l-imħadda komda wara ġurnata xogħol, kif jilqagħni l-kelb hekk kif nasal id-dar… Il-lista ma tispiċċa qatt. Fuqkollox tgħallimt ngħix ġurnata b’ġurnata u nafda dejjem fil-Mulej għax hu biss jaf x’inhu l-aħjar għalija. Huwa jwittili t-triq meta jkun jidher li m’hemmx triq minn fejn ngħaddi. Huwa jħobbni, jaf kollox fuqi u jaċċettani kif jien. SB

RM2000 • Awwissu/Settembru 2016 • 17


Skont kif tħares lejha… • Il-povru raġel kien imnikket u muġugħ. Poġġa bilqegħda fuq l-iskrivanija u beda jikteb lista twila ta’ miżerji: • Is-sena l-oħra kienet l-agħar sena ta’ ħajti… • • Kelli nagħmel l-operazzjoni biex neħħewli l-marrara. Domt ġimgħat fissodda muġugħ u ma nistax niċċaqlaq. • Għalaqt sittin sena u kelli nirtira u nitlaq il-job li kelli fejn kont tant għal qalbi. Kont ili tletin sena naħdem • hemm u l-uffiċċju kien sar it-tieni dar tiegħi.

18 • Awwissu/Settembru 2016 • RM2000

Dik is-sena wkoll tlift lill-għażiż missieri. Jaħasra kien għadu tajjeb ta’ 95 sena, ma kellu xejn u mbagħad daqsxejn ta’ nfezzjoni barmitu. Kemm hi kiefra l-ħajja. Ibni ma għaddiex mill-aħħar eżami tal-mediċina għax kien weġġa’ eżatt dik il-ġimgħa stess u kellhom iżommuh l-istar għall-kura. Ilkarozza wkoll kienet total loss. Spiża enormi oħra. Biex tgħaqqad kollox, id-dar ukoll kellna problemi kbar. Tfaċċat


konsentura enormi meta ta’ ħdejna beda jwaqqa’ xi kamra min-naħa tiegħu. Periti, ġlied, kwistjonijiet. Kellna mmorru noqogħdu fiddar tal-vileġġatura sakemm saru t-tiswijiet. Ma nafx x’seta’ jinqala’ aktar. Kienet sena tassew ħażina! Meta l-mara tiegħu daħlet filkamra, ratu mnikket, qalbu sewda u mitluf fi ħsibijietu. Resqet lejh inkiss inkiss u qrat il-karta li kien kiteb. Bla kliem u bla sliem ħarġet mill-kamra u ftit ħin wara reġgħet ġiet lura b’karta oħra. Fuqha kienet kitbet lista oħra talġrajjiet ta’ dik is-sena bil-mod tagħha. Qiegħdet il-karta tagħha ħdejn dik ta’ żewġha bla ma lissnet kelma waħda. Żewġha ċċaqlaq ftit biex jara x’kitbet martu fuq il-karta tagħha. Kienet kitbet hekk: • Is-sena l-oħra fl-aħħar ħlist mill-marrara li kienet ilha snin tagħmilli ħajti miżerja. • Ta’ sittin sena rtirajt mix-xogħol sabiħ li kelli. Immissjajtu, imma ssa għandi ħafna aktar żmien biex ingawdi dawk l-affarijiet li dejjem xtaqt nagħmel u qatt ma kelli ħin nagħmilhom minħabba x-xogħol. • Is-sena l-oħra missieri ħalliena ta’ 95 sena. Kienu għadu tajjeb u gawda ħajtu sal-aħħar għax baqa’

indipendenti, f’saħħtu u bata biss l-aħħar ġimgħa qabel ma miet minħabba l-infezzjoni li qabditu. Kellu ħajja mimlija, familja tajba u kien rispettat minn kulħadd. Issa mar lura għand il-Ħallieq jieħu l-mistrieħ li ħaqqu. Ibni ħelisha ħafif u reġa’ twieled mill-ġdid. Il-ħabta li kellu bilkarozza setgħet ħallietu tal-post. Veru li tilef l-eżami u l-karozza kienet total loss. Imma kemm tiswa aktar il-ħajja ta’ ibni minn karozza jew kull ħaġa oħra fiddinja? Kemm aħna xxurtjati li kellna dar tal-vileġġatura fejn immorru meta nqalgħat il-problema tad-dar. Ara kemm nies fid-dinja anqas saqaf m’għandhom fejn imiddu rashom u aħna, allajbierek, għandna żewġt idjar.

Veru kellna sena mimlija b’ħafna barkiet. Dak li batejna mhu xejn ħdejn dak li gawdejna. Mhux li kien kulħadd bħalna! Żewġ persuni, żewġ attitudnijiet quddiem l-istess realtà u l-istess tbatijiet. X’inhu l-aktar importanti: dak li jiġrilna fil-ħajja jew kif ngħixu u nħarsu lejn dak li jiġrilna? Il-ħajja tkun sabiħa mhux għax kollox jiġina tajjeb, imma għax inkunu kapaċi naraw u ngħixu is-sabiħ li hemm f’kulma jiġrilna. Li jgħodd mhux x’jiġrilek imma kif tħares lejn dak li jiġrilek. RM2000 • Awwissu/Settembru 2016 • 19


minn fomm madre teresa Nhar l-4 ta’ Settembru il-Knisja tiddikjara lil M. Teresa qaddisa. Kulħadd sema’ b’din il-mara ċkejkna u umli li tat ħajjitha għall-foqra. Il-kobor tagħha ma jidhirx l-aktar fil-ħwejjeġ kbar li għamlet, imma, fi kliemha stess, għax għamlet “ħwejjeġ żgħar bi mħabba kbira”. Il-qdusija mhix xi privileġġ għal nies speċjali imma “sempliċi dover għalik u għalija”, kienet tgħid ukoll. Filwaqt li nifirħu għal din l-okkażjoni sabiħa, ejjew naraw dawn il-ftit fatti mill-ħajja tagħha li juruna li aħna wkoll, fiċ-ċokon tagħna, nistgħu naslu għal qdusija kbira billi nwasslu ħafna mħabba fil-ħajja tagħna ta’ kuljum lil dawk li ngħixu magħhom u qrib tagħhom. Għalfejn dawn in-nies li għandhom kollox mhumiex jitbissmu? Qatt ma ninsa l-esperjenza li kelli f’dar tal- anzjani fejn l-ulied kienu jitfgħu lillġenituri tagħhom hemm u jinsewhom. Stajt nara b’għajnejja li għalkemm dawn l-anzjani kellhom kollox – ikel tajjeb, post komdu, televixin, kollox, 20 • Awwissu/Settembru 2016 • RM2000

imma kollha kienu qed iħarsu lejn ilbieb ta’ barra. Ħadd, lanqas persuna waħda, ma kellu tbissima fuq wiċċu. Dort lejn is-soru u staqsejtha: “Għalfejn kollha qed iħarsu lejn il-bieb ta’ barra, hawn għandhom kull kumdità, mela għalfejn mhux qed jitbissmu?”

U s-soru wieġbet: “Hawn kuljum hekk. Huma qegħdin jistennew bit-tama li jiġi jżurhom xi ħadd minn uliedhom. Iħossuhom minsijin u din il-ħaġa tweġġagħhom. Fejn hemm in-nuqqas ta’ mħabba, issib faqar spiritwali. Jekk inħarsu madwarna, fil-familji tagħna stess jista’ jkun hemm xi ħadd


li qed iħossu waħdu, ma jiflaħx, jew għaddej minn xi nkwiet. Kemm aħna konxji ta’ dan? Qegħdin naqsmu magħhom dan il-mument jew nagħżlu li nħalluhom f’idejn ħaddieħor? Lesti li nagħmlu sagrifiċċji sabiex inkunu malfamilji tagħna, jew inpoġġu l-interessi tagħna l-ewwel u qabel kollox? Dawn huma l-mistoqsijiet li għandna nistaqsu. Irridu niftakru li l-imħabba tibda mid-dar u li “fil-familja hemm il-futur tal-umanità.” L-imħabba vera titlob minna sagrifiċċju, l-imħabba vera tgħinek tħobb lil ħaddieħor sakemm tweġġa’.” Ejjew inġibu lura lil uliedna Kont sorpriża kemm ġuvintur u tfajliet fil-Punent huma maħkuma mid-drogi. Ippruvajt nara għalfejn. Staqsejt għalfejn hawn din is-sitwazzjoni meta n-nies tal-Punent għandhom ferm aktar affarijiet materjali minn dawk tal-Lvant. U r-risposta li sibt kienet: “Għax fil-familja ma jsibu lil ħadd biex jilqagħhom.” L-ulied jiddependu fuqna għal kollox – saħħithom, l-ikel, is-sigurtà, u li jsiru jafu u jħobbu lil Alla. Uliedna għandhom fiduċja fina u jistennew dan kollu mingħandna. Imma ta’ spiss jiġri li l-ġenituri għandhom ħafna x’jagħmlu jew ma jkollhomx ħin għal uliedhom, jew lanqas ikunu miżżewġin jew inkella ż-żwieġ tagħhom ikun spiċċa. Għalhekk iż-żgħażagħ isibu refuġju fit-toroq u jaqbdu l-vizzju tad-drogi u

vizzji oħrajn. Hawn aħna qed nitkellmu fuq l-imħabba lejn it-tfal – f’din il-ħaġa jiltaqgħu l-imħabba u l-paċi. Dawn innuqqasijiet li semmejna jfarrku l-paċi. Nagħmel appell lil kulħadd: “Ejjew inġibu lura lil uliedna.” L-ulied huma r-rigal ta’ Alla lill-familji. Kull tifel/tifla li jitwieldu huwa/hija maħluqa fuq xbiha speċjali ta’ Alla għal ħwejjeġ akbar – biex tħobb u tkun maħbuba. Jeħtieġ nerġgħu nagħmlu lil uliedna ċ-ċentru tal-attenzjoni u tal-kura tagħna. Jeħtieġ niftakru li l-imħabba tibda mid-dar u li l-imħabba vera titlob minna sagrifiċċju. Intom ukoll jeħtiġilkom iddaħħlu l-preżenza ta’ Alla fil-familji tagħkom, għax il-familja li titlob flimkien tibqa’ flimkien. L-imħabba tibda mid-dar, mhux kemm nagħmlu li jgħodd imma kemm inpoġġu mħabba f’dak li nagħmlu. Il-fqar huma nies kbar ħafna. Il-fqar huma nies kbar. Dawk li materjalment huma fqar jistgħu jkunu nies tal-għaġeb. Lejla waħda ġbarna erba’ persuni mit-triq. Waħda minnhom kienet f’kundizzjoni terribbli. Lis-sorijiet għedtilhom: “Intom ħudu ħsieb it-tlieta l-oħra; l-agħar waħda ħalluha għalija.” Għalhekk bi mħabba dort biha kif kont nagħmel is-soltu. Malli poġġejtha fis-sodda, fuq wiċċha dehret tbissima tant sabiħa. Qabditli idi filwaqt li lissnet kelma waħda: - “Grazzi” - u mietet. Dak il-ħin dħalt f’qoxorti u għamilt eżami tal-kuxjenza. Staqsejt lili nnifsi:

”Jiena x’kont ngħid kieku kont minflokha?” U r-risposta kienet waħda sempliċi. Kieku kont nipprova niġbed ftit attenzjoni fuqi nnifsi. Kieku kont ngħid: “Jien bil-ġuħ, qed immut, kiesħa silġ, u muġugħa,” jew xi ħaġa simili. Imma din il-mara tatni xi ħaġa prezzjuża – tatni mħabbitha mimlija gratitudni. U mietet bi tbissima fuq wiċċha. Il-fqar huma nies kbar. Għext fit-triq bħal annimal, imma issa ħa mmut bħall-anġli, maħbub u kkurat.” Kien hemm r-raġel li ġbarna mid-dranaġġ, nofsu mikul mid-dud. Wara li ħadnieh magħna d-dar, qalilna biss dan il-kliem: “Għext fit-triq bħal annimal, imma issa ħa mmut bħallanġli, maħbub u kkurat.” Wara li neħħejnielu d-dud kollu minn ġismu, huwa tana tbissima kbira u qal :” Sor, se mmur id-dar għand Alla” - u miet. Kienet ħaġa tant sabiħa tara l-kobor ta’ dak ir-raġel li seta’ jitkellem hekk mingħajr ma jagħti tort lil ħadd . Bħal anġlu - dan huwa l-kobor tan-nies li huma spiritwalment sinjuri anke meta huma fqar materjalment. Iva, il-fqar huma nies kbar ħafna. Mhux se nieħu zokkor Ftit snin ilu f’Kalkutta sibna diffikultà kbira biex nsibu iz-zokkor. B’xi mod it-tfal tal-Belt semgħu b’din issitwazzjoni. Kien hemm tifel Hindu ta’ erba’ snin li mar id-dar u qal lill-ġenituri RM2000 • Awwissu/Settembru 2016 • 21


tiegħu: M’iniex se nieħu zokkor dawn it-tlett ijiem li ġejjin, irrid nagħti sehmi lil Madre Tereza għat-tfal tagħha. Wara tlett ijiem ommu u missieru ġabuh fid-dar tagħna. Ma kontx iltqajt magħhom qabel. Dak it-tifel żgħir bilkemm kien jaf ilissen ismi, imma kien jaf eżatt għal xiex kien ġie. Kien ġie biex jaqsam imħabbtu mal-fqar tagħna. Kontemplattivi fil-qalba tad-dinja Aħna m’aħniex social workers. F’għajnejn xi nies aħna qisna qed nagħmlu xogħol soċjali, imma aħna għandna nkunu kontemplattivi fil-qalba tad-dinja. Għax aħna qed immissu l-ġisem ta’ Kristu u aħna dejjem filpreżenza tiegħu. Hawn wisq mibegħda, wisq miżerja. Imma jekk aħna kontemplattivi fil-qalba tad-dinja bil-problemi kollha tagħha, dawn il-problemi ma jistgħu qatt jaqtgħulna qalbna. Għandna dejjem niftakru dak li jgħidilna Alla fl-Iskrittura: “Anke jekk omm tinsa t-tarbija fil-ġuf tagħha - xi ħaġa li hija impossibbli, imma anke jekk hi tista’ tinsa - Jien ma ninsiekom qatt.” Mhux kemm nagħmlu li jgħodd, imma kemm inpoġġu imħabba f’dak li nagħmlu. Sibu l-fqar ħdejkom, sewwasew fiddar tagħkom l-ewwel Fuqkollox, irridkom issibu l-fqar ħdejkom, sewwasew fid-dar tagħkom. U ibdew ħobbu hemm. Qabel kollox, għixu l-bxara t-tajba ma’ dawk ta’ 22 • Awwissu/Settembru 2016 • RM2000

ġewwa. U siru midħla tal-ġirien tagħkom. Tafuhom, tafu min huma il-ġirien? Kelli esperjenza straordinarja ta’ mħabba lejn il-ġirien - ma’ familja Hindu. Ġie raġel id-dar tagħna u qalli: “Madre Tereza, hemm familja li ilhom ħafna ma jieklu. Agħmel xi ħaġa.” U għalhekk jien ħadt ftit ross u mort malewwel sa ħdejhom. Meta dħalt għand din il-famija Ħindu, rajt lit-tfal ta’ din il-familja – f’għajnejhom ilmaht il-ġuħ. Ma nafx jekk qatx rajtu l-ġuħ. Jien rajtu kemm-il darba. Kif tajthom il-ftit ross li kont ġibt miegħi, l-omm tal-familja qabdet ir-ross li tajtha u ħarġet ’il barra. Meta ġiet lura, staqsejtha, “Fejn mort? X’għamilt?” Hi tatni tweġiba sempliċi: “Huma bil-ġuħ ukoll.” Kienet qed titkellem dwar familja Musulmana li kienu il-ġirien tagħhom. Li laqatni kien il-fatt li din l-omm Ħindu kienet taf bil-ġuħ li kienu qed iġarrbu il-familja Musulmana, ġirien tagħhom. Dik il-lejla ma ġibtilhomx aktar ross, għax ridt li l-Ħindu u l-Musulmani jaqsmu dak li għandhom flimkien u jgawdu l-ferħ li dan jġib. U rajt lit-tfal ta’ din il-familja, b’wiċċhom jiddi bil-ferħ, jaqsmu l-ferħ u l-paċi ma’ ommhom għax ommhom kellha tant imħabba li kienet lesta li tagħti sakemm tweġġa’. Qed taraw, hawnhekk tibda l-imħabba – id-dar, fil-familja. L-imħabba ta’ din il-familja turina, li Alla qatt mHu se jinsiena. U hemm xi ħaġa li int u jien nistgħu nagħmlu dejjem. Ejjew ngħożżu l-ferħ li iġib

miegħu Ġesù, u ejjew naqsmu dak il-ferħ ma’ dawk kollha li niltaqgħu magħhom. Qed taraw, hawnhekk tibda l-imħabba – id-dar. Il-faqar tal-Punent huwa aktar diffiċli biex teħles minnu Sibt il-faqar madwar id-dinja kollha, mhux fil-pajjizi l-fqar biss. Imma sibt li l-faqar tal-Punent huwa bil-wisq aktar diffiċli biex teħles minnu. Meta niġbor persuna bil-ġuħ mittriq, nagħtih platt ross jew biċċa ħobż. Nissodisfah u neħħejtlu l-ġuħ. Imma meta persuna hija mwarrba u tħoss li ħadd ma jridha, ħadd ma jħobbha, imbeżżgħa, meta persuna hija mitfugħa ’l barra mis-soċjetà, dak il-faqar huwa kbir u jweġġa’ ħafna. U dan jien insibu bħala faqar diffiċli ħafna biex intaffi. Importanti li nfittxu u nsiru nafu l-fqar. Naħseb li jekk kollha kemm aħna nfittxu fid-djar tagħna, insibu li xi kultant huwa diffiċli biex nitbissmu lil xulxin. Dik it-tbissima hija l-bidu tal-imħabba. Għalhekk, ejja dejjem niltaqgħu ma’ xulxin bi tbissima, għax tbissima hija l-bidu tal-imħabba, u ladarba nibdew inħobbu lil xulxin, inkunu rridu nagħmlu xi ħaġa għall-oħrajn. Ejja nitolbu biex inkunu din il-bxara t-tajba. Il-ferħ li taqsam Darba minnhom qlajt ħmistax-il dollaru mingħand raġel li kien ilu fis-sodda, mimdud fuq dahru għal għoxrin sena. L-unika parti ta’ ġismu li seta’ jċaqlaq


kienet idu l-leminja. L-uniku kumpanija li kellu dan ir-raġel kienu s-sigaretti. U qalli: “Ma pejjiptx għal ġimgħa sħiħa u se nagħtik dawn il-flus għall-fqar”. Bla dubju dan kien sagrifiċċju kbir għalih. Imma araw kemm kienet xi ħaġa sabiħa, kif qasam dak li kellu. B’dawk il-flus jien xtrajt il-ħobż u tajtu lil dawk li kienu bil-ġuħ. Kien hemm ferħ miż-żewġ naħat, hu li kien ta l-flus u l-fqar li kienu qalgħu. Xi żmien ilu, ġew fid-dar tas-sorijiet f’Kalkutta, erbatax-il professur minn diversi universitajiet fl-Amerika. U bdew jitkellmu dwar iż-żjara li għamlu fid-dar tagħna – id-dar tal-moribondi – id-dar fejn nilqgħu lil dawk li jkunu qed imutu. Kemm ilha miftuħa din id-dar ilqajna aktar minn 36,000 persuna mit-toroq ta’ Kalkutta biss. Minn dawn, aktar minn 18,ooo mietu mewta sabiħa: nies li għexu qishom annimali, imma li mietu mewta qishom anġli, maħbuba u fl-għożża. Dawn il-professuri mill-Amerika ġew fid-dar tagħna u tkellimna flimkien dwar l-imħabba u l-kompassjoni. Wieħed minnhom staqsieni: “Madre, jekk jogħġbok, għidilna xi ħaġa biex nibqgħu niftakruha”. U għidtilhom: “Tbissmu lil xulxin, qattgħu ħin flimkien fil-familja, tbissmu lil xulxin.” Professur ieħor staqsieni: “Inti miżżewġa?” U jien irrispondejtu: “Iva, miżżewġa lil Ġesu’. Anke jien xi kultant insibha diffiċli ħafna biex nitbissem lil Ġesù għax xi kultant jistenna wisq mingħandi.”

Kemm tkun ħaġa tajba jekk niftakar li Ġesu jħobbni, u għandi l-opportunità li nħobb lill-oħrajn kif iħobbni hu, mhux f’affarijiet kbar, imma f’affarijiet żgħar iżda bi mħabba kbira. Il-familja, għajn ta’ mħabba, ferħ u paċi Għeżież, minflok il-mewt u d-dwejjaq, ejja nġibu l-paċi u l-ferħ fid-dinja. Imma, biex nagħmlu hekk, irridu nitolbu lil Ġesù biex jagħtina r-rigal talpaċi. Irridu nitolbuh jgħinna nitgħallmu kif inħobbu u naċċettaw lil xulxin bħal aħwa, ulied Alla l-Missier. Aħna nafu li l-aħjar post għat-tfal biex jitgħallmu kif iħobbu u jitolbu huwa fil-familja. Hu fil-familja li jaraw l-imħabba u t-talb ta’ ommhom u missierhom. Meta l-familji huma mkissrin jew m’hemmx l-għaqda bejn il-ġenituri, it-tfal jikbru bla ma jkunu jafu kif iħobbu u jitolbu. Pajjiż li għandu ħafna familji li huma mkissra se jkollu ħafna problemi. Kemm-il darba rajt, speċjalment f’pajjiżi sinjuri, kif it-tfal iduru lejn iddrogi jew affarijiet oħra biex jaħarbu mill-fatt li jħossuhom imwarrba u mhux maħbuba. Imma meta l-familji huma b’saħħithom u magħqudin, it-tfal jistgħu jaraw l-imħabba speċjali ta’ Alla fl-imħabba tal-ġenituri tagħhom. Dawn jikbru u jgħinu biex pajjiżhom ikun post ta’ mħabba u talb. L-ulied huma l-aqwa rigal ta’ Alla lill-familja. L-ulied għandhom bżonn

kemm lill-missier u kemm lill-omm għax kull wieħed minnhom juri l-imħabba ta’ Alla b’mod speċjali. Il-familja li titlob flimkien, tibqa’ flimkien. U jekk il-familja tibqa flimkien, kull membru tagħha se jħobbu lil xulxin kif Alla ħabb lil kull wieħed minnhom. Kull xogħol ta’ mħabba huwa xogħol ta’ paċi. Il-maternità Il-maternita’ – li tkun omm, hija rigal ta’ Alla lin-nisa. Kemm għandna għax inkunu grati lejn Alla għal dan ir-rigal daqshekk kbir li jġib daqshekk ferħ lid-dinja kollha, kemm lin-nisa u lill-irġiel. Madanakollu, nistgħu neqirdu dan ir-rigal tal-maternità, speċjalment bil-ħruxija tal-abort. Nistgħu ukoll neqirdu dan ir-rigal tal-maternità billi naħsbu li ħwejjeġ oħra, bħaxxogħol u l-karriera huma aktar importanti mill-imħabba, huma aktar importanti milli nagħtu lilna nfusna lill-oħrajn. L-ebda xogħol, l-ebda pjanijiet, l-ebda akkwisti, l-ebda idea ta’ libertà ma jistgħu jieħdu post l-imħabba ta’ omm jew missier. Kull ħaġa li teqred ir-rigal ta’ Alla tal-maternità, teqred l-iktar rigal prezzjuż ta’ Alla lin-nisa – il-ħila li nħobbu bil-mod li jħobbu n-nisa. (Miġbura mit-tabib Andrew Baldacchino) RM2000 • Awwissu/Settembru 2016 • 23


24 • Awwissu/Settembru 2016 • RM2000


inqum qabel ma jisbaħ

Ftit meditazzjoni

Inqum qabel ma jisbaħ, immur filkċina u nagħmel mug bit-te. Nixgħel xemgħa u noqgħod bilqiegħda fuq daqsxejn ta’ cushion… Naħseb u mimmedita. Nieħu l-mug sħun bit-te bejn idejja t-tnejn, nerfgħu ftit ’il fuq u nrodd ħajr mill-qalb lis-Sid u l-Mulej. It-te sħun f’idejja jfakkarni filfuħħari li sawwar dak il-mug u noffri ħajr għall-barka fil-ħila ta’ jdejh. Ngħid grazzi għall-fuħħar u t-tafal, il-qoxra tleqq li ksiet it-tfal u l-forn li saħħu, webbsu u tah is-saħħa jiflaħ dak in-nar. Ngħid grazzi għal dawk li wassluli d-dawl elettriku fid-dar tiegħi, li ħaffru

t-trinek biex jgħaddu l-linji, l-wires,li ħadmu l-kitla u wassluli l-ilma biex nimlieha minn vit komdu fuq is-sink. Nieħu l-ewwel belgħa u ngħid grazzi għall-Indja u ċ-Ċina fejn kiber dan it-te, in-nies li ħadmu, żergħu, kabbru, ġabru dawk il-weraq iqattru l-benna, ġarrew, innegozjaw, għabbew u ħattew biex jaslu għandi, hemm filkċina tiegħi. Ngħid grazzi għax-xemx li ssaħħan, ix-xita li saqqiet dawk ixxitliet tat-te... Grazzi għall-idejn imbierka, ħorox u mtebbgħa ta’ min ġabar dak ilfrott u wasslu fuq il-mejda, hemm quddiemi. Nieħu belgħa oħra u ngħid grazzi għall-idejn li pprovdewli z-zokkor,

biex it-te u miegħu ħajti kollha ntiegħma ħelwa, bnina u tajba. U belgħa wara belgħa, waqt li t-tjubija tan-natura maħduma u misjura min-nar ħelu tal-imħabba ta’ elf ruħ li ma nafhomx, inħoss li dak il-mug, sħun sħun u mimli benna, huwa kalċi li jgħaqqadni fil-ġisem u fir-ruħ ma’ dawn ħuti li wiċċhom qatt ma rajt, nintebaħ li demmi huwa demmhom, għadmi hu għadamhom, u qalbi tgħanni mħabbti għallħolqien. Grazzi

RM2000 • Awwissu/Settembru 2016 • 25


26 • Awwissu/Settembru 2016 • RM2000


Ningħaqdu mal-papa fit-talb Il-Papa jistieden lil kulħadd, hu x’inhu t-twemmin tiegħu, biex ningħaqdu flimkien u nitolbu: Biex kulħadd jagħti s-sehem tiegħu għall-ġid komuni u għall-bini ta’ soċjetà li tqiegħed il-persuna umana fiċ-ċentru tagħha. Ninġabar Insib post kwiet u nieħu ftit tal-ħin biex nieqaf u nirrifletti. Naħseb dwari nnifsi, dwar il-familja u l-ħbieb tiegħi. Niftakar f’min insibha faċli ngħix magħhom jew f’min hu speċjali għalija. Imbagħad naħseb f’dawk li nsibha iebsa magħhom, li nqishom diffiċli u forsi anke inferjuri. Wara naħseb kif kien iġib ruħu Ġesù ma’ nies hekk kieku kien minfloki. Kien jagħmel distinzjoni bejn in-nies jew kien jagħti l-istess importanza lil kulħadd? Nirrifletti • Biċċa opra kbira din ta’ Rose u Evan bil-mod ta’ kif jieħdu ħsieb lil binthom minkejja l-ħafna sfidi li jkollhom jaffaċċjaw. Naf lil xi ħaddieħor bħalhom? Talba Mulej għinni nifhem li soċjetà tinbena mhux tant għax jiżdied il-qligħ iżda aktar għax jiżdiedu l-għajnuna u l-attenzjoni għal xulxin. Kliem ta’ dawl “Kull persuna hija sabiħa u prezzjuża; jixirqilha kull dinjità u rispett, u jistħoqqilha s-sliem, l-hena u l-imħabba”. (Bryant McGill) X’nista’ nagħmel: Inġib quddiem għajnejja n-nies li spiss niltaqa’ magħhom u kif naħsibha dwarhom. Hemm xi ħadd li ma nirrispettahx? Xi ħadd li nqisu anqas milloħrajn? Waqt li niftakar li dik il-persuna tagħmel parti mill-ulied ta’ Alla u li għal Alla kulħadd indaqs, x’nista’ nagħmel biex intejjeb l-imġiba tiegħi?

Fatt ċkejken biex taħseb fuqu

IL-PERSUNA FIĊ-ĊENTRU Kull min jaf lil Rose u lil Evan jgħidlek li mhuma xejn mingħajr binthom Maria. Maria hija l-iżgħar fost it-tlitt itfal tagħhom u għandha 20 sena. Twieldet b’diżabiltà severa u tiddependi għal kollox mill-ġenituri tagħha; għandha bżonn min jieħu ħsiebha kontinwament.

Network Dinji ta’ Talb mal-Papa Intenzjonijiet gĦal ĠUNJU

Ġenerali: Biex l-isport ikun okkażjoni ta’ fraternità u jagħti s-sehem tiegħu għallpaċi fid-dinja. Missjoni: Biex l-Insara jgħixu l-Vanġelu billi jagħtu xhieda ta’ fidi, ta’ onestà u ta’ mħabba għall-proxxmu. Isqfijiet: Biex iż-żmien ta’ mistrieħ iservi biex insiru nafu iżjed lil Alla permezz tal-qari tal-Kotba Mqaddsa u permezz tas-sbuħija tal-ħolqien.

Rose u Evan qabżu l-50 u ma jsibuhiex faċli jrabbu persuna għamja, ma tikkomunikax, fuq wheelchair, inkontinenti u tiekol bittubu. Konxji li minħabba l-kundizzjoni tagħha faċli jkollha l-infezzjonijiet u kumplikazzjonijiet oħra. Sintendi l-kura ta’ din it-tifla tagħhom tgħejjihom, anke għax ftit tħallilhom ħin għal affarijiet oħra. Madankollu kemm Rose u kemm Evan ma jgħixux mingħajr Maria tagħhom u ma jmorru mkien mingħajrha. Għalkemm mhux possibbli l-komunikazzjoni verbali, Rose u Evan tgħallmu jagħrfu x’għandha bżonn mill-ġesti partikolari tagħha. Jieħdu ħsiebha b’rispett u dinjità kbira u jagħmlu minn kollox biex iżommu l-maħbuba tagħhom komda u ferħana. Il-ġirien tagħhom ġieli kkummentaw li din il-familja għandha sservi ta’ eżempju għal kulħadd. “Kemm ikun hawn aktar serħan il-moħħ”, jgħidulek, “kieku l-ewwel ħsieb tas-soċjetà kollha jkun kif ħa twennes lil kull individwu u tqajmu fuq saqajh ħalli jħossu maħbub u importanti”. RM2000 • Awwissu/Settembru 2016 • 27


28 • Awwissu/Settembru 2016 • RM2000


Il-Bambin Ilaqqa' Ommi kienet mara twajba ħafna u nista’ ngħid li kienet dejjem preżenti f’ħajti. Kellna relazzjoni sabiħa u kienet dejjem timlieli ħajti b’ħafna ferħ. Kienet titlob għalina kuljum. Meta ħadna l-aħbar li kienet marida serjament, ridna naraw kif konna se nagħmlu biex noffrulha l-appoġġ li kien jixirqilha. Oħti l-kbira kienet għadha kif kellha tarbija waqt li ħija ż-żgħir kien għadu kif iżżewweġ. Jien ma kelli rbit ta’ xejn u għalhekk ħassejt li kelli nkun jien li noffri li nieħu ħsieb ta’ ommi f’dawn il-mumenti ibsin ta’ ħajjitha. Kien unur għalija li b’xi mod kont nista’ nkun ta’ għajnuna għal ommi li kienet offriet ħajjitha biex trabbi lili u lil ħuti. Kont inqatta’ ħin twil magħha u ħajti kienet mimlija tant li ftit li xejn kien jibqagħli ħin għalija nnifsi. Meta ommi ħallietna, ħassejt vojt kbir f’ħajti. F’daqqa waħda sibt ruħi waħdi u ndunajt li ma kelli ’l ħadd ma’ min niftaħ qalbi. Waqt il-funeral ħarist lejn ħuti – oħti kienet ħdejn żewġha bit-tarbija f’idejha waqt li ħija kien id f’id ma’ martu. U jien kont waħdi! Ħadd ma kien konxju ta’ kemm kont qed inħoss in-nuqqas ta’ ommi.

Il-ħajja tagħhom kienet mimlija u ma setgħux jifhmu dak li kont għaddejja minnu jien. Ommi kienet saret l-ikbar ħabiba li kelli – konna nagħmlu kollox flimkien. Kemm tlabna, kilna u tkellimna flimkien. Kont inlestilha l-ikel kuljum, kont noħroġha miegħi u noħodha għal-viżti l-isptar. F’kelma waħda kelli ħajti mimlija jien ukoll. Imma issa vojt kbir – xogħli kont wettaqtu u ma kien baqagħli xejn f’ħajti! Kif se nkampa? Waqt li kont mitlufa naħseb fuq dan kollu, indunajt li kien daħal ħdejja raġel li kien imbikkem bħali. Għajnejh kienu mimlijin dmugħ ukoll u minn taħt l-ilsien staqsieni, “Għaliex qed isejħulha Margaret u mhux Mary?” “Għax Margaret kien jisimha,” weġibtu. Iżda hu insista, “Le kien jisimha Mary Brown. Jien ċert minn dan.” Meta ra li jien ma stajtx nifhem, staqsieni, “Din hija l-knisja Luterana hux hekk?” “Le,” weġibtu, “dik tinsab faċċata ta’ din il-knisja.” Kien hawn li ndunajna li l-funeral li ried hu kien fil-knisja tal-faċċata.

Kien qiegħed fil-post il-ħażin. Minkejja s-serjetà tal-okkażjoni ma stajtx ma nitbissimx quddiem din is-sitwazzjoni. Anke hu nduna bl-iżball li kien għamel u f’daqqa waħda nfexxejna t-tnejn nidħku għax veru kienet sitwazzjoni tad-daħk. In-nies li kienu fil-knisja ma tantx ħadu gost bina għax deherilhom li ma kienx xieraq li wieħed jidħak waqt funeral. Imma jien ninsab ċerta li jekk ommi kienet qed tarana, żgur li hu wkoll kienet qed titbissem magħna. Meta spiċċat il-quddiesa morna t-tnejn lejn il-karrozzi tagħna u qabel telaq dar fuqi u qalli, “Issa li tlift il-funeral ta’ ziti, xi tgħid kieku mmorru nieħdu kafè flimkien?” Jien aċċettajt u sena wara żżewwiġna fi knisja żgħira fil-kampanja u din id-darba ma kienx hemm żball fil-post għax it-tnejn wasalna fil-knisja t-tajba fil-ħin! Alla għoġbu jagħtini ferħ ġdid f’ħajti fi żmien meta l-aktar li kelli bżonnu. Illum ilna miżżewġin tnejn u għoxrin sena u ninsabu kuntenti ħafna. Meta jistaqsuna kif iltqajna, żewġi jgħidilhom li ommi u zitu laqqgħuna flimkien. Skont hu l-laqgħa tagħna żgur kienet ġejja mis-sema!! RM2000 • Awwissu/Settembru 2016 • 29


Karba u Talba Meta ħadd donnu mhu lest jismagħni… ħadd ma jimpurtah… Kemm hu kbir, Mulej, l-uġigħ li nħoss. Meta ħadd ma jintebah kif inħossni minn ġewwa; ħadd ma jista’ jifhem dak li naħseb, dak li nħoss…

Meta nħossni waħdi, waħdi u s-solitudni donnha tagħfas fuqi bħal morsa kiesħa… Meta dawk li tant inħobb jittraduni jew jiċħduni… Meta l-falliment u d-diżappunt donnhom joħonquni u l-ħajja tidher nieżla biss ’l isfel…

Meta ħadd ma jindenja ruħu jgħid il-kelma ‘Grazzi’ u l-gratitudni tidher li sparixxiet mid-dinja ta’ ħajti… Meta l-mard u l-uġigħ ikeċċi kull ħjiel ta’ paċi fil-qalb u fil-moħħ… Meta l-mewt tisraqli l-għeżież u nisfa f’dinja battala, waħdi, waħdi… Imma naf, Mulej, li fil-qalba ta’ l-agħar uġigħ int tinsab qribi u fija, u meta niggranfa miegħek l-uġigħ tiegħi tagħmlu tiegħek. Iva, l-uġigħ stess ikun qarribni lejk u bħal jinbidel f’fejqan ġdid u ħelsien tar-ruħ. Id-dlam jinbidel f’dawl tas-Sema u nħossni nintrefa’ ’l fuq, merfugħ mill-ħlewwa tfewwaħ tat-tgħanniqa tiegħek, tgħidli li tħobbni, bi mħabba tal-ġenn… Int, Ġesù, int Alla, Missier, Iben, Ruħ il-Qdusija. Ronnie Gauci

30 • Awwissu/Settembru 2016 • RM2000


ikrah il-preġudizzju

Kulħadd sema’ b’Mahatma Gandhi, il-mexxej spiritwali u politiku Indjan, appostlu tan-non-vjolenza. Dawn il-ftit fatti mill-ħajja tiegħu juruna kemm kien bniedem kbir u fl-istess ħin b’saħħtu quddiem min kien jipprova jbaxxih jew jisfruttah. Meta Gandhi kien student talliġi fl-Università ta’ Londra, wieħed professur ta’ ġilda bajda jismu Peters ma kienx jaħmlu. Ma’ kull okkażjoni kien juri d-disprezz u l-preġudizzju tiegħu kontra Gandhi għax kien Indjan. Kien jinħaraq bil-kbir meta Gandhi ma kien ibaxxi rasu meta jkellmu, kif kien jippretendi dan il-professur. Għalhekk dejjem kienu jinqalgħu l-argumenti u l-konfronti bejniethom. Darba minnhom, il-professur Peters kien qed jiekol fil-canteen taluniversità. Gandhi ġie bil-gabarrè talikel tiegħu u poġġa proprju maġenb dan il-professur li ma kienx jaħmlu.

Peters dar lejh u qallu, “Sur Gandhi, kif għadek ma tifhimx? Ħanżir u ajkla ma jistgħux joqogħdu ħdejn xulxin jieklu flimkien.” Gandhi tah ħarsa, bħal ta’ ġenitur lejn tifel pastaż u bil-kalma kollha qallu, “Tinkwetax, Profs. Arani se ntir minn ħdejk!” u mar joqgħod fuq mejda oħra. Is-Sur Peters, sar vjola bir-rabja u ddeċieda li jivvendika ruħu fleżami li kien imiss. Gandhi wieġeb il-mistoqsijiet kollha b’mod brillanti. Aktar infiska l-professur, għalhekk għamillu dil-mistoqsija: “Sur Gandhi, kieku kellek issib pakket fl-art int u miexi fit-triq u f’dan il-pakkett kellek issib żewġ boroż, waħda mimlija għerf u l-oħra mimlija flus. Liema borża kont tagħżel li tieħu?” Bla ma dam jaħsibha, Gandhi wieġeb fil-pront, “Il-borża bil-flus, s’intendi!”

Peters daħak rebbieħ u b’mod sarkastiku qallu, “Kieku kont flokok, jien kont nagħżel il-borża tal-għerf, mhux hekk?” Gandhi refa’ spallejh u wieġbu, “Profs, mhux kulħadd jagħżel dak li m’għandux!” Peters kien issa beda jitbaqbaq sew minn ġewwa. Tant irrabja li fuq il-karta tal-eżami kitiblu l-kelma “Stupidu” u taha lil Gandhi. Dan ħa l-karta tal-eżami u poġġa bilqegħda jipprova kemm jiflaħ biex jikkontrolla lilu nnifsu biex jara x’għandu jgħid jew jagħmel issa. Wara ftit minuti qam minn postu, mar ħdejn il-professur u qallu blaktar ton meqjus, rispettuż imma sarkastiku, “Sur Peters, grazzi li ffirmajtli l-karta tal-eżami, imma ma niżżiltlix il-marka li tajtni, jekk jogħġbok.”

RM2000 • Awwissu/Settembru 2016 • 31


GhAT-TFAL U GHALL-KBAR

Paġna maħsuba minn Claudia Cini

I N V E N ZJ O N IJI E T L I Q AT T M A Ħ S IB N A D W A R H O M

IL-‘LIPSTICK’ L-ewwel tip ta’ ‘lipstick’ kien ivvintat min-nies talMesopotamja madwar 5,000 sena ilu. Kemm in-nisa kif ukoll l-irġiel fl-Eġittu tal-Qedem kienu jiżbgħu xofftejhom bħala turija tal-istatut tagħhom. Huma kienu jagħmluh kuljum permezz ta’ biċċiet taz-zkuk. Ilkuluri favoriti kienu l-iswed, il-blu, l-oranġjo u l-aħmar. Jingħad li Kleopatra kienet tgħaffeġ l-insetti u tiżbogħ xofftejha bl-aħmar. Fil-Greċja tal-Qedem, meta il-‘lipstick’ ħareġ mill-moda minn fost in-nies ta’ klassi għolja, beda jintuża biex jintgħarfu l-prostituti. Saħansitra din kienet liġi. Hazel Brown, speċjalista fil-kimika, irnexxielha toħloq ‘lipstick’ li jdum aktar ma jitlaq. Dan kien ftit żmien wara t-Tieni Ġwerra Dinjija. Fis-sena 1912, l-ewwel nisa li kienu jagħmlu marċi ta’ protesta favur li jkollhom dritt għall-vot, kienu jiżbgħu xofftejhom bħala simbolu ta’ femminità. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, il-prodotti kosmetiċi kollha waqfu jiġu manufatturati ħlief għal-‘lipstick’. Dan għaliex Winston Churchill kien jemmen li l-produzzjoni tiegħu tgħolli l-moral. Kurżità: Fis-seklu 16 l-Ingliżi kienu jemmnu li l-‘lipstick’ kellu s-seħer li jfejjaq. Ir-Reġina Eliżabetta kienet temmen dan, tant li fuq is-sodda tal-mewt talbet li jagħmlulha l-‘lipstick’ aħmar. L-attriċi Elizabeth Taylor ma kienet tkun trid li ħadd jagħmel ‘lipstick’ aħmar fuq is-set, ħliefha. Biex il-‘lipstick’ jiġi jleqq kienu jużaw l-iskwam tal-ħut, ingredjenti li għadu jintuża sal-lum il-ġurnata! 32 • Awwissu/Settembru 2016 • RM2000

IL-FURKETTA Il-furketta ġiet ivvintatha ferm wara l-imgħarfa u s-sikkina. L-ewwel furketta kienet magħmula minn żewġ ponot u kienet tintuża waqt it-tisjir u biex jisserva l-ikel. In-nies kienu jippreferu jużaw is-swaba’ ta’ jdejhom biex jieklu. Huwa maħsub li l-Eġizzjani tal-Qedem u ċ-Ċiniż li għexu madwar is-sena 2,400 Q.K. kellhom il-frieket. L-ewwel furketta li rifset fil-Kontinent Ewropew kien f’Venezja. Dan kien madwar is-seklu 11. Madanakollu, il-Venezjani kienu jqisu l-furketta bħala skandlu kontra Alla, li tagħna s-swaba’ biex nieklu bihom! Fl-Ewropa l-frieket bdew jintużaw biss għall-ikel li jdellek. Il-furketta kisbet ilpopolarità għall-ħabta tas-seklu 16 bis-saħħa ta’ Catherine de Medici wara li żżewġet lil Neriku II. Il-furketta kompliet tikseb il-popolarità tagħha meta bdew jidħlu l-ideat ta’ iġene u ndafa. Biss l-irġiel xorta qagħdu lura milli jużawha għax kienu jqisuha bħala xi ħaġa tan-nisa. Sas-Seklu 18 il-furketta kienet tintuża biss min-nies ta’ klassi għolja. Il-furketta simili ta’ kif inhi llum ġiet ivvintata fil-Ġermanja lejn nofs is-Seklu 18. Illum il-ġurnata l-furketta hija ferm aktar popolari millimgħarfa u s-sikkina. Kurżità: Jeżistu madwar 40 tip differenti ta’ furketta, kollha b’użu speċifiku. Fosthom hemm tal-barbikju, tal-laħam, tal-ħut, tal-ġobon, tad-deżerta, tal-għaġina, tal-ġelat u tal-ispagetti. Skont l-etikett meta tkun ser tuża s-sikkina, il-furketta trid titpoġġa n-naħa tax-xellug tal-platt. Il-ponot tal-furketta jridu dejjem jinżammu jħarsu l-isfel, filwaqt li l-manku jrid ikun moħbi bil-pala tal-id.


KUSTILJI TAL-MAJJAL FUQ IL-BBQ Għandek bżonn: • 2 kustilji sħaħ tal-majjal (full racks) • Basla żgħir imqattgħa • Mgħarfa żejt taż-żebbuġa • 2 mgħaref ketchup • 3 mgħaref trab tal-mustarda • Kuċċarina inbid morr aħmar • Kuċċarina trab tal-bżar aħmar (chilli) • Kuċċarina tewm mgħaffeġ • Kuċċarina għasel ta’ Malta • Meraq ta’ nofs lumija • Kikkra ilma • Ftit bżar u melħ

Addattatament MINN

Claudia Cini Riċetta 34

Metodu: • Ġo kazzola ħallat flimkien l-ingredjenti kollha, minbarra l-kustilji. • Xħin jiftaħ jagħli, baxxi l-fjamma u ħalli t-taħlita ttektek sa ma tagħqad. • Ħalli t-taħlita tibred. • Poġġi l-kustilji f’dixx u ifrex it-taħlita fuqhom. • Dawwar il-kustilji biex jinksew bit-taħlita. • Poġġi l-kustilji fil-friġġ għal xi sigħat. • Ixwi l-kustilji fuq il-bar-b-q u aqlibhom spiss biex tkun żgur li saru sew minn kullimkien. • Waqt li jsiru kompli ixħet fuqhom ftit ftit mit-taħlita. • Servi ma’ patata mixw ija u insalata.

Kont taf li: il-majjal ġie domestikat mill-ħanżir selvaġġ, fiċ-Ċina madwar is-sena 5,000 Q.K.? Aktarx li l-majjal kien l-ewwel annimal li l-bniedem iddomestika. Peress li l-majjal jiekol kollox, kien aktar faċli għall-bniedem ta’ dari biex irabbih. Il-laħam tal-majjal huwa l-aktar laħam ikkonsmat fid-dinja kollha. Il-majjal għandu aktar proteini mit-tiġieġ. Iċ-Ċina hija l-akbar produttur tal-majjal. Bejn wieħed u ieħor persuna adulta tiekol 28 majjal tul ħajjitha kollha. FidDanimarka hemm majjali d-doppju ta’ kemm hemm nies. Qabel is-seklu 20, fl-Ewropa kont issib tiekol majjal tul l-istaġun tal-ħarifa biss. Dan minħabba ż-żmien li fih jitwieled u jikber il-majjal sakemm ikun lest għall-qatla. It-18 ta’ Diċembru huwa Jum il-Majjal Mixwi. Ir-reliġjonijiet tal-Ġudaiżmu u l-Iżlam ma jippermettux li jittiekel il-majjal. Fil-fatt il-bejgħ tal-laħam tal-majjal huwa illegali f’ħafna pajjiżi Musulmani, partikolarment fl-Iżrael.

Infakkru li din il-ħarġa tal-RM2000 hija ta’ xahrejn, Awwissu u Settembru f’daqqa. Il-ħarġa ta’ wara din tkun dik ta’ Ottubru.


ĠEDDED L-ABBONAMENT TIEGĦEK Mingħajr l-abbonament u l-offerta tiegħek il-magażin ma jistax ikompli. Għandna bżonn l-għajnuna tiegħek. Għalhekk IMPORTANTI li ġġedded l-abbonament

Ibgħat ismek, l-indirizz u n-numru tat-telefon flimkien mal-ħlas għall-abbonament tiegħek fl-indirizz ta’ hawn taħt. Billi l-magażin jiġi jiswielna €10 ewro fis-sena, qed noħorġu bit-telf. Għalhekk biex tabbona jew iġġedded nitolbuk tibgħat offerta ta' €10 jew aktar (€5 għal min ma jistax iħallas), biex inlaħħqu mal-ispejjeż. Grazzi tal-ġenerożità u l-għajnuna.

Biex iġġedded

PERMEZZ TAL-MOBILE għal min juża GO jew VODAFONE biss

Biex iġġedded

PERMEZZ TAt-telefon

BALZAN BAĦRIJA BIRŻEBBUGIA jekk tixtieq tagħti offerta ta’ e6.99 (li minnhom e0.70 jmorru għall-operaturi tal-mobile) BORMLA BURMARRAD jekk tixtieq tagħti offerta ta’ e11.66 FGURA (li minnhom e1.16 jmorru għall-operaturi tal-mobile. FLORIANA IMPORTANTI: Fuq l-SMS ikteb: ismek, kunjomok, l-inidirizz GĦARGĦUR u l-kodiċi postali. Jekk se ġġedded l-abbonament ikteb GUDJA ir-Reference Number li ssib miktub fuq it-tikketta mwaħħla markirkop rivista li soltu tirċievi bil-posta. IMPORTANTI min hu abbonat LUQA mal-MELITA ma jibgħatx ħlas bl-sms MANIKATA għax ma jgħaddulniex il-flus MĠARR MOSTA NOTA GĦAL DAWK MQABBA LI GĦANDHOM ĦLAS B’LURA: MSIDA Biex ma ntellfux il-ġid li tagħmel RABAT ir-rivista, s’issa bqajna nibgħatuha SAFI SENGLEA wkoll lil dawk li jittardjaw biex SIĠĠIEWI iħallsu l-abbonament tagħhom. SAN PAWL IL-BAĦAR Jiddispjaċina li, minħabba l-ispejjeż SAN ĠILJAN li għandna, dan mhux se jkun STA LUCIJA

Ibgħat SMS fuq dawn in-numri:

5061 8916 5061 9210

possibbli nagħmluh aktar. Għalhekk, kontra qalbna jkollna nwaqqfu li nibagħtu ir-rivista lil min idum iżżejjed ma jġedded l-abbonament

TARXIEN 2189 7312 2149 2288 XGĦAJRA 2169 0769 21456 7605 ŻABBAR 2166 6267 2165 4518 ŻEBBIEGĦ 2157 5652 2720 6840 ŻEJTUN 2167 7207 2158 1122 ŻURRIEQ 2164 7337 2180 2021 2124 2230 GĦAWDEX 2143 1177 GĦASRI 2155 2613 2169 6336 GĦAJNSIELEM 2155 5518 2164 7040 KERĊEM 2156 4253 2164 2043 MUNXAR 21554621 2189 5174 NADUR 2155 2206 2157 6769 SAN LAWRENZ 2155 6355 2157 4658 SANNAT 2155 4088 2143 3769 VICTORIA 2155 6487 2141 4336 XAGĦRA 2155 3477 2168 3165 XEWKIJA 2155 1329 2123 8804 ŻEBBUĠ 2155 4493 2145 6824 2168 3890 2169 0019 2146 8132 2157 1854 mur fuq il-website www.rm2000.org 2138 6914 2189 6093 Tista' tħallas permezz tal-PayPal

Biex iġġedded

PERMEZZ TAL-Internet

Ċekkijiet agħmluhom f'isem RM2000

GRAZZI MILL-QALB LI L LI QED JIBGĦATU OFF DAWK KOLLHA ERTI U GĦAJNUNA

RM2000 c/o 78, Triq il‐Markiż Scicluna In‐Naxxar NXR 2067 Tel: 2142 0610 • Mobile: 7982 6899 • Email: rmlh@jesuit.org.mt


Carpet Zone ġentilment joffri Dirt Controller bħala rigal għar-rebbieħ/a tal-Crossword Puzzle

Tisliba AWWISSU/SETTEMBRU Mimdudin: 1. Għaffeġ fl-ilma, ċafċaf (6) 4. Saqqu (6) 7. Mhux le (3) 8. Rota b’ħafna numri f’każino’ (6) 9. Issikkat (6) 10 Mhux ċar (4) 12. Tiġieġ, papri. eċċ (4) 14. Assoċjazzjoni Ċajtiera Slimiżi (1,1,1) 15. Ħaddem, inqeda b’xi għodda (3) 16. Mhux jien, l-anqas hu (3) 18. Tul ta’ żmien, epoka (3) 20. Noqgħod fiha jien, fl-antik? (4) 21. Mhux melħ (4) 24. Qdiem, niten (6) 25. Strument b’erba’ kordi (6) 26. Tanya Ingrid Zahra (1,1,1) 27. Bla użu; għal xejn (6) 28. F’dak il-waqt; imħabba f’hekk (6)

Weqfin: 1. Ngħidu: “Kull tant il-kliem bħaċ................” (6) 2. Dan għadu kif faqqas (6) 3. Artijiet, postijiet għall-bini (4) 4. Xi wħud hekk jgħajtu lill-ommhom (4) 5. Sogru (6) 6. Purtiera tal-qasab (6) 11. Fiha nsajjar (5) 13. Self ta’ flus b’imgħax għoli (5) 16. Jaljena ruħu minn xi dwejjaq (6) 17. Pupu li fuqu tinħadem il-bizzilla (6) 18. Turufnament, tkeċċija minn pajjiż (6) 19. Aringa aktarx tittiekel niexfa u mmelħa (6) 22. It-tifla ta’ missieri (4) 23. Wissa minn qabel (4)

IMPORTANTI: Ibagħtu t-tweġibiet tagħkom f’dan l-indirizz: RM2000, 78 Marquis Scicluna Str, Naxxar NXR 2067 It-tweġibiet iridu jaslulna sal-aħħar tax-xahar. REBBIEĦA: Ir-rebbieħ/a tat-tisliba ta’ Ġunju/Lulju S. Caruana miż-Zurrieq SOLUZZJONI TAT-TISLIBA Ġunju/Lulju

Disinn • Outlook Coop

MIMDUDIN: 1. Mitħna 4. Bennen 7. NBA 8. Sittin 9. Ballun 10. Utli 12. Gwaj 14. Noi 15. A NU 16. Att 18. Eta 20. Kant 21. Adam 24. Umbrat 25. Divani 26. Uru 27. Arrest 28. Mħaddai WEQFIN: 1. Misħun 2. Totali 3. Anna 4. Baba 5. Ntlewa 6. Nunzju 11. Torta 13. Anita 16. Akkuża 7. Tnabar 18. Edward 19. Ammira 22. Xtut 23. Idum

Carpet Zone, Valley Road, B’Kara (opposite Post Office)

Segwi l-esperjenzi u l-avventuri ta’ ħutna l-Maltin u l-Għawdxin fl-artijiet tal-missjoni; esperjenzi li jħalluk bla nifs u bla kliem iżda li jimlewk b’ammirazzjoni għall-kuraġġ ta’ dawn l-eroj tas-skiet! Kun af bil-proġetti ta’ fejda li huma qed iwettqu għall-miljuni ta’ nies filbżonn imxerrda fl-erba’ naħat tad-dinja. Issir taf dan kollu u aktar fil-programm VUĊI MISSJUNARJA li jixxandar kull nhar ta’ ġimgħa fid-9:00p.m. fuq RADJU MARIJA (102.3 FM għal Malta u 107.8 FM għal Għawdex) b’ripetizzjoni kull nhar ta’ Tlieta f' 6:00am, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Dr. Frank Cassar u Helena Sammut.

Mulej, ilqa’ f’Saltnatek il-benefatturi u ħbieb tagħna mejtin: Mosta Joe Borg Xagħra, Għawdex Tereza Xerri Carmelo Sultana Ġiljan Bajada Victoria, Għawdex Ġorġ Merċieca Ġiġi Galea Naxxar Godwin Camilleri Naxxar Carmelo Attard


Ġesù hu l-Kelma li saret bniedem Ġesù hu l-ħobż tal-ħajja Ġesù hu l-Kelma – biex ngħiduha Ġesù hu l-verità – biex nistqarruha Ġesù hu t-Triq – biex nimxuha Ġesù hu l-Ħajja – biex inħobbuha Ġesù hu l-Ferħ – biex naqsmuh Ġesù hu l-Paċi – biex nagħtuha Ġesù hu l-imġewwaħ – biex nitimgħuh Ġesù hu l-għatxan – biex nisquh Ġesù hu l-imneżża’ – biex inlibbsuh Ġesù hu min hu bla dar – biex nilqgħuh f’darna Ġesù hu min hu waħdu – biex inħobbuh Ġesù hu l-imwarrab – biex ngħożżuh Ġesù hu t-tallab – biex nagħtuh tbissima Ġesù hu ċ-ċkejken – biex inħaddnuh Ġesù hu l-imbikkem – biex inkellmuh Ġesù hu l-magħtub – biex nimxu miegħu Ġesù hu l-anzjan – biex inżuruh Għalija... Ġesù hu Alla tiegħi Ġesù hu l-Għarus tiegħi Ġesù hu ħajti Ġesù hu kollox Amen

Min hu Ġesù ghalija? M.Teresa


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.