RM 2016-10 Diċembru

Page 1

Maħruġ mill‐Ġiżwiti Maltin • Diċembru 2016 • Sena 68 • Numru 10 • 78, Triq il-Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067

ZewG Trabi F' Maxtura

N E W S PA P E R P O S T


2 • Diċembru 2016 • RM2000


ŻEWĠ TRABI F’MAXTURA Fl-1994, żewġ Amerikani ġew mistiedna r-Russja sabiex jgħallmu l-Morali u l-Etika (bbażati fuq il-principji bibliċi) fl-iskejjel talGvern. Kienu mistiedna wkoll jgħallmu fil-ħabsijiet, fil-postijiet tax-xogħol, fid-Dipartimenti talProtezzjoni Ċivili u tal-Pulizija, u kif ukoll ġewwa orfanatrofju kbir. F’dan l-orfanatrofju kien hemm madwar 100 tifel u tifla li kienu ġew abbandunati, abbużati, jew imħollija fil-kura tal-istituzzjonijiet tal-Gvern. Huma stess jirrakkontaw din l-istorja. Kien qed joqrob iż-żmien tal-Milied. Kien iż-żmien tajjeb biex lil dawn it-tfal nirrakkontawlhom l-istorja talMilied. Għidnielhom dwar kif Marija u Ġuzeppi waslu ġewwa Betlem, dwar li ma sabu l-ebda post fejn joqogħdu u allura kellhom jilqgħu lil binhom Ġesù ġewwa stalla u li hekk kif twieled kellhom ipoġġuh ġewwa maxtura tal-annimali. Waqt li qed nirrakkontaw l-istorja, it-tfal u l-ħaddiema ta’ dan l-orfanatrofju qagħdu jisimgħuna attenti u affaxxinati. Uħud minnhom kienu verament attenti li ma jitilfux xi dettal mill-istorja. Hekk kif lestejna nirrakkontaw il-ġrajja, tajna lit-tfal biċċiet tal-kartun sabiex bihom joħolqu mudell ta’ maxtura. Tajnihom

ukoll sarvetta tal-karti safra. Wara li semgħu l-istruzzjonijiet tagħna, it-tfal poġġew strixxi mis-sarvetta tal-karti fil-maxtura tagħhom sabiex iservu bħala tiben. Tajniehom ukoll biċċa flanella żgħira sabiex jużawha bħala kutra għat-tarbija fil-maxtura. Il-forma ta’ tarbija qatgħuha minn materjal taddrapp kulur il-ġilda li tajniehom aħna. Bdejna nduru mat-tfal hekk kif kienu mitlufa jaħdmu dan il-mudell ta’ maxtura sabiex naraw jekk kellhomx bżonn xi daqqa t’id. Tifel minnhom ta’ madwar sitt snin, b’sorpriża għalina, mhux tarbija waħda poġġa fil-maxtura iżda… tnejn! Malajr sejjaħna lillinterpretu sabiex nistaqsuh għaliex kien poġġa zewġt itrabi. It-tifel li kien jismu Misha beda jirrakkonta l-istorja li konna għadna kif għidnielhom aħna b’serjetà kbira. Għal tifel tal-eta’ tiegħu u li kien sema’ l-istorja tal-Milied għall-ewwel darba, issaħħarna nisimgħu lil Misha beda jirrakkonta l-istess storja b’ħafna dettall sakemm wasal fil-parti meta Marija poġġiet lil Ġesù tarbija ġewwa l-maxtura. Hawnhekk ħareġ bilverżjoni tiegħu. Qalilna li meta Marija poġġiet lil Ġesù fil-maxtura, huwa ħares lejh u staqsieh jekk kellux post fejn joqgħod. Misha wieġbu li ma kellux u li lanqas biss kellu mamà u papà. Ġesù qallu

li jekk ried seta’ joqgħod miegħu. Misha qallu li ma jistax joqgħod miegħu ghax lanqas biss kellu rigal għalih. Imma Misha xtaq joqgħod ma’ Ġesù u għalhekk staqsieh jekk setax joqgħod ħdejh u jżommu sħun bħala rigal. Ġesù wieġbu li dak kien l-isbaħ rigal li qatt seta’ jaqla’. Għalhekk it-tifel daħal ħdejh filmaxtura u Ġesù ħares lejh u qallu li seta’ jibqa’ ħdejh għal dejjem. Waqt li ċ-ċkejken Misha spiċċa jirrakkonta l-istorja tiegħu, għajnejh imtlew bid-dmugħ. Baxxa rasu lejn il-mejda u beda jibki bil-mod. Dak it-tifel orfni kien sab lil xi ħadd li qatt ma kien ser jabbandunah jew jabbużah, imma xi ħadd li kien ser jibqa’ miegħu għal dejjem. U dawk l-għalliema Amerikani? Kienu tgħallmu l-lezzjoni li kienu marru jgħallmu huma stess. Dak li jgħodd mhux x’għandek iżda lil Min għandek f’ħajtek. Għandna dejjem inkunu grati ta’ dawk in-nies li għandna f’ħajjitna u li permezz tagħhom Alla jitfa’ l-barka tiegħu fuqna. Iberikna bil-ħajja tagħhom, bl-imħabba tagħhom, bil-fatt li nkunu flimkien u bl-imħabba dejjiema ta’ Ġesù - dak li jżommna fis-sħana u flgħożża għal dejjem. RM2000 • Diċembru 2016 • 3


GĦAD HAWN NIES

4 • Diċembru 2016 • RM2000


TWAJBA… Meta kont l-Indja kkonfondejt ftit għaliex kienet l-ewwel darba li kont se mmur minn belt għal oħra jisimha Noida, li qiegħda aktar minn tletin kilometru ’l bogħod mill-belt kapitali New Dehli. Biex nagħmel dan il-vjaġġ kelli naqbad tren li twassalni sa stazzjon prinċipali li minnu jgħaddu għadd kbir ta ferroviji biex inbiddel it-tren u minn hemm inkompli l-vjaġġ

Billi ma kont naf xejn fejn għandi mmur biex insib il-ferrovija li twassalni Noida bdejt infittex fuq mappa flistazzjon. Mument minnhom bħal smajt xi ħadd jgħidli “Għandek bżonn l-għajnuna?” Għall-ewwel ma tajtx kas imma wara ftit reġa’ staqsieni: “Fejn trid tmur?” “Noida” għidtlu. U baqa’ miegħi biex jurini fejn naqbad it-tren li teħodni fejn xtaqt immur. Għalkemm naqra mfixkel irringrazzjajtu u fl-istess ħin bdejt nipprova nifhem x’kien qed jagħmel ħdejn il-mappa tar-rotot tal-ferroviji jgħin lil kull min jieqaf ifittex xi tren. Bhal iċċassajt u bqajt nosservah – jgħid kelma u jgħin lil kull persuna li tersaq lejn il-mappa. Il-kurżità

għelbitni, mort fuqu u staqsejtu x’fettillu joqgħod jagħti dak is-servizz bi tbissima u bla interess ta’xejn. Stħajjiltu se jgħidli “X’reġa’ għandek bżonn?” Minflok beda biex qalli li hu għandu kanċer u li skont it-tobba suppost li miet tliet snin qabel. “Għall-grazzja t’Alla għadni haj. Irċevejt ‘bonus’ biex ngħix ftit ieħor. U għalhekk iddeċidejt li ngħin lill-oħrajn mill-aħjar li nista’. Xi darba se mmut, imma qabel immut irrid li nkun qsamt mal-oħrajn ftit mill-grazzji li rċevejt f’ħajti”. Bqajt imsaħħar bit-tweġiba. Ma kellix kliem xi ngħid quddiem din it-tjubija. Imbagħad indunajt li ħdejn saqajh kien hemm basket mimli

bic-chips, wafers u gallettini. “Mela inti tbigħ xi ħaġa żgħira wkoll, eh!” għedtlu b’ton ta’ stagħġib. Bi tbissima fuq wiċċu, qalli: “Le, le - dawk lesti għal dawk li matul il-jum ikunu qed jikinsu u jiġbru l-imbarazz li jħallu n-nies li jgħaddu minn dan l-istazzjon. Meta jkunu sejrin lura d-dar inqassmilhom ftit minn dak li għandi għalihom u għal uliedhom.” Bqajt skantat u mbellaħ quddiem dan il-bniedem wieħed, fuq l-għatba tal-mewt, b’qalb tajba u ġeneruza bħal dik f’nofs geġwiġija ta’nies mgħaġġlin u mħabbtin, jgħin lin-nies bil-ħlewwa u bi tbissima. Hawn nies twajba, mela le! Min jaf kieku aħna wkoll inkunu bħalhom?

RM2000 • Diċembru 2016 • 5


6 • Diċembru 2016 • RM2000


A J I G N I I T-TP A C U L ’ A T

Kien wasal il-milied u Ms Claire xtaqet tħejji lit-tfal ta’ l-ewwel sena, li kienet tgħallem, għal din il-festa hekk kbira. Għalhekk ħasbet li titlobhom ipinġu xi ħaġa li xtaqu jgħidu grazzi għaliha. Hi kienet tħossha konvinta li ħafna minnhom kienu se jpinġu stampa ta’ mejda blikla tal-Milied mimlija b’ħafna ikel tajjeb jew inkella xi siġra tal-Milied b’ħafna rigali taħtha. Fil-fond ta’ qalbha kienet taf li dawn it-tfal ma kellhomx wisq għal xiex ikunu grati għax ħafna minnhom kienu jgħixu f’ambjent ta’ faqar kbir. Biss kienet taf ukoll li żgur kienu se jpinġu dak li huma jaħsbu li ‘suppost’ kellhom ipinġu, jiġifieri l-affarijiet li soltu nassoċjaw mal-Milied: ħafna ikel u rigali sbieħ!! Imma meta rat it-tpinġija ta’ Luca baqgħet skantata. Dan kien tifel mistħi u mgerrex, dejjem imkaħħal magħha meta joħorġu fil-bitħa biex jilagħbu. Luca kien pinġa id ta’ xi ħadd! Kienet ċara - id weħidha weħidha fuq karta bajda. Imma dik l-id ta’ min kienet? Iddeċidiet li tistaqsi lill-klassi.

Wieħed mit-tfal kien pront u wieġeb, “Jien naħseb li dik l-id ta’ Alla li jagħtina x’nieklu”. Ieħor qal, “Le. Dik l-id tal-bidwi għax hu jagħtina d-dundjan fil-Milied!” Tifla ċkejkna qabżet u qalet, “Jien naħseb dik l-id tal-pulizija għax hu jipproteġina. Naħseb li Luca ried ipinġi dawk l-idejn kollha li jieħdu ħsiebna imma peress li hemm ħafna minnhom hu pinġa waħda biss!” Tant ħadet gost tara lit-tfal jieħdu sehem f’din l-attività li, għal mument, Ms Claire insiet lil Luca li kien qiegħed kwiet hemm f’postu, jisma’ lill-oħrajn. Iżda malli kellha ċ-ċans u rat li t-tfal kienu aljenati fuq xogħol ieħor, Miss Claire resqet lejn Luca u staqsietu ta’

min kienet dik l-id. Minn taħt l-ilsien, Luca weġibha, “Dik l-id tiegħek, Ms Claire! Għax int, meta nkunu ħerġin mill-klassi taqbadli idi u żżommhieli f’tiegħek.” Fil-fatt kienet spiss tagħmel hekk mat-tfal l-oħrajn ukoll. Qisha biex twassalhom sal-għatba tal-iskola. Imma qatt ma basret x’kien ifisser dak il-ġest sempliċi għal Luca! Kien tifel mistħi ħafna u ommu kienet marradija. Spiss kienet tkun mixħuta u ma kinitx tista’ twasslu l-iskola, bħalma kienu jagħmlu ommijiet oħra. Kien ikollu jiġi u jmur mill-iskola waħdu, avolja kien għadu ċkejken. Kemm kienet tfisser għalih dik l-id tal-għalliema! RM2000 • Diċembru 2016 • 7


8 • Diċembru 2016 • RM2000


IL-QATTUS TA' BETLEM

Kien qattus sabiħ u sufi Joqgħod f’dar ta' wieħed fqir. Dejjem kiel u raqad sewwa; Kien kuntent, ferħan se jtir. Għamel snin joqgħod ma’ sidu. Qatt ma għamel xejn ħażin. Iżda darba seraq ħuta U mid-dar tkeċċa, miskin! Ħafna drabi pprova jidħol. Iżda sidu ma ridux. U għalhekk kien jerġa’ jitlaq U jmur f’post fejn ma jsibux. Ma damx sejjer wisq b'dil-ħajja. Beda jagħmel bih il-ġuħ. U għalhekk ħalla lil sidu: Mar band'oħra jsib xi ruħ. Għalxejn tħabat fuq li tħabat. Ħadd ma riedu ġewwa d-dar. Ħalla d-djar u mar band'oħra. Fl-aħħar sab daru ġo għar. Ġewwa l-għar kien jiekol, jixrob

Ma' xi nagħġa, ma' xi ħmar. U billejl kien jieħu nagħsa U xi dawra wkoll binhar. Għamel żmien jgħix f dik il-ħajja. Iżda 'l sidu qatt ma nsieh. Xtaq li kieku jmur iżuru Biex il-kenn mill-ġdid jagħtih. Darba, waqt li kien fl-għar rieqed, Qajmuh il-ħsejjes ta' xi ħadd. Baqa' hemm, sieket u ħiemed; Dak il-ħoss ma semgħu qatt! Il-qattus qagħad hemm jistenna B'par għajnejn lejn bieb il-għar. Fl-aħħar lemaħ dieħla ħmara B'mara riekba fuq id-dahar. Wara daħal raġel sbejjaħ B'bastun twil, b'fanal f’idejh. Il-qattus trekken wisq aktar; Ħaseb li se jersaq lejh! Il-qattus qagħad jara u jisma' Minn ffejn kien mistoħbi sew. F'dak il-lejl dak qatt ma basar Li se jidħlu nies hemm ġew,

Xħin ra li kien kollox sewwa, Serraħ moħħu u raqad hemm. F'nofs ta' lejl sema ’l min jibki U qam b'ħasda u r-raqda temm. B'għajnejn kbar, xtaq jara x'jara F'dik il-lejla,f’dak il-ħin. Ra li l-mara welldet tifel. Ismar kien b'għajnejn ħelwin. U dik l-omm kienet Marija. U l-wild kien Ġesù Bambin. Żewġha kien Ġużeppi t-twajjeb B’dat-twelid wisq ferħanin. Il-qattus qam, ra lit-tifel Li d-dawl tal-fanal urieh. Ra lill-omm tisqi lit-tifel Żewġha jsib fejn ipoġġih. Kulma sab kien biss maxtura. Poġġew fiha lill-Bambin. U poġġewh hemm fuq ftit tiben U ħdejh qagħdu għal ħafna ħin. Wara sama' l-kant u l-għana;

RM2000 • Diċembru 2016 • 9


L-għana ħelu tas-smewwiet. Kienu l-anġli jħabbru l-paċi Lil min din tassew kien ried. Wara sama' l-ħoss tar-rgħajja Bil-merħliet resqin lejn l-għar. Rahom deħlin ikantaw magħhom Paċi u sliem ukoll lill-fqar.

Il-qattus baqa' mistagħġeb B'dak il-ġest sabih li urieh U ried jgħid li sama' talbu. U ferħan ħa ftit mistrieħ. U xħin sebaħ, tar lejn sidu. Baqa' barra jistennieh. Iżda għalxejn; ma rahx lill-fqajjar. Kien fis-sodda qiegħed jistrieħ.

U Ġesù, wara li xorob, Raqad fuq is-sodda tiegħu. U Marija u Ġużeppi Raqdu wkoll għal ħin twil miegħu. U l-qattus bħal qabad jogħnos Iżda qam għax ħass il-ksieħ. Qam u mar biex jara t-tifel; Kien tassew wieħed sabiħ.

Għax il-fqajjar marad sewwa; Ma felaħx iqum miskin. U l-qattus ittawwal ġewwa. Rah b'ghajnejh wisq miksurin. U x'ħin raħ, marid fis-sodda, Newwaħ waħda lis-sid tiegħu Biex jiġbidlu l-attenzjoni. Dak kif raħ, aċċeħ miegħu.

Kif kien hemm, ġietu l-idea Li jissaħħan mal-Bambin. B'qabża waħda daħal f soddtu U t-tnejn tgezzu ma' xulxin.

Il-qattus l-anqas ried jemmen. Daħal ġewwa ħdein is-sid. Ma keċċieħx, tellgħu fis-sodda Beda jmellsu dak mill-ġdid.

U kemm dam hemm fil-maxtura, Dan li talbu lill-Bambin; Biex iġiegħel lill-fqajjar sidu Biex ikun ftit miegħu ħanin. Ħalef li ma jisraqx aktar Kemm idum hemm fid-dar tiegħu. Stqarr li kien offenda ’l sidu. U xtaq wisq jerġa' jmur miegħu. U Ġesù, Bniedem u Alla, Sama' t-talba tal-qattus U tbissimlu u dar lejn wiċċu Biex lil dak ta' ħdejh ibus.

10 • Diċembru 2016 • RM2000

Il-qattus qagħad hemm ma' ġenbu. Beda isaħħnu bil-pil tiegħu. U ma ġenbu raqad waħda Ferħan issa li kien miegħu. U x'ħin stenbaħ, ra li sidu Kien ġa qam għax ħass li fieq. Għax Gesu kien ġie u fejqu; Ħass is-saħħa fuq kull sieq. Il-qattus niżel mis-sodda U mar jara lis-sid tiegħu. Dak ħejjielu ikla tajba U mill-ġdid dak żammu miegħu. Ġanni Camilleri


L-Eku Kienu ilhom telgħin ħafna mal-muntanja. Xenarju millisbaħ. Il-missier kien moħħu f’ibnu li, b’kuraġġ, kien ikaxkar ftit warajh, għax it-tlajja’ kienu ibsin wisq għalih. Ħin minnhom it-tifel jiżloq fuq ġebla, jaqa’ u jaħbat irkopptu mal-art. Mal-weġgħa, ħarġet weħidha l-għajta, “Ajmaaaa!” U min-naħa l-oħra tal-wied li kien hemm taħthom waslet lura għajta oħra, anqas qawwija, imma daqstant ieħor ċara, “Ajmaaa! Ajmaa”

It-tifel nesa l-weġgħa u għajjat lura, “Min int?”. U l-vuċi wieġbet, “Min int? Min int?” Imsaħħar mill-eku, t-tifel kompla jgħajjat, “X’jismek …” u l-vuċi ġiet lura, “X’jismek…? X’jismek?” It-tifel donnu tilef is-sabar. “Ja beżżiegħ” reġa’ għajjat. U l-vuċi weġbitu, “Ja beżżiegħ… ja beżżiegħ!” Il-missier qagħad hemm jara u jisma’ din ix-xena. It-tifel, li qatt ma kien sema’ eku qabel, staqsih, “Pa, min hu dan il-kiesaħ li qed jirrepeti kulma ngħid jien?” U l-missier, bi tbissima fuq fommu qallu, “Ara, ibni,

isma’ din.” Għamel idejh ma’ ħalqu u għajjat kemm kellu saħħa, “Int l-aħjar wieħed minna!” U l-vuċi wieġbet, “Int l-aħjar wieħed minna!” It-tifel ma setax jifhem. Imbagħad il-missier spjegalu, “Ibni dak li qed tisma’ jgħidulu Eku. Imma dan mhux sempliċi fenomenu li ssibu fil-muntanji. Din realtà tal-ħajja. Għax il-ħajja tagħmel l-istess ħaġa, terġa’ twaddablek lura kulma tgħid u kulma tagħmel. Ħajjitna tirrifletti dak li ngħidu u nagħmlu aħna. Jekk trid tara aktar imħabba fiddinja, poġġi fiha aktar imħabba. Jekk trid ħbieb li jirrispettawk, ibda billi tirrispetta lil ħbiebek int. Il-ħajja ma ttik xejn minn tagħha. Tagħtik lura dak li tkun tajtha int!”

TISTAQSIX: • Tistaqsix x’se jagħmlu l-oħrajn għalik. Staqsi x’tista’ tagħmel int għall-oħrajn. • Tistaqsix għaliex il-familja tiegħek mhijiex aħjar milli hi. Ibda billi int tkun bniedem aħjar fil-familja tiegħek. • Tistaqsix għaliex m’hemmx imħabba fid-dinja. Ibda billi tiżra’ int ftit imħabba fid-dinja. RM2000 • Diċembru 2016 • 11


12 • Diċembru 2016 • RM2000


ANĠLU ANZJAN Lejla waħda, f’xita qliel, Tawny, omm ‘single’ ta’ erbat ibniet żgħar ħafna, waqfitilha l-karozza. B’uliedha jibku fuq wara talkarozza, l-omm ma kenitx taf x’ser taqbad tagħmel. Mijiet ta’ nies għaddew minn ħdejha bla ma waqfu jaraw kellhiex bżonn xi ħaġa, għalkemm kien ovvju li kellha bżonn l-għajnuna, hemm wieqfa f’nofs ta’ triq bil-‘hazard lights’ iteptpu. Fil-paniku kienet se tinfaqa’ tibki hi wkoll, raġel anzjan, izappap, ħabbtilha malħġieġa tal-karozza. l-karozza ta’ Tawny kellha bżonn kbir ta’ ‘service’, imma flus ma kellhiex, għalhekk ma kenitx tużaha jekk mhux għall-veru bżonn. Dakinhar kellha ta’ bilfors toħroġ tixtri mis-supermarket, ftit toroq bogħod minn darha. Wara li xtraw li kellhom bżonn, kien dalam u kienet qabdet nieżla x-xita. Rikkbet lit-tfal u għabbiet ix-xirja u startjat biex titlaq lura lejn id-dar. Iżda lanqas laħqet ħarġet fit-triq li l-karozza ma waqfitx ħesrem. Kien kollu ta’ xejn li ppruvat terġa’ tqabbad il-karozza. Il-batterija kienet bla ħajja. Biex tgħaxxaq il-batterija tal-mobile ukoll kienet spiċċatilha. Għamlet sinjal li

aktar minn għoxrin ruħ biex jgħinuha, imma kollha injorawha, bħal donnu ma kenitx teżisti. It-tarbija ta’ seba’ xhur kienet qed tħanxar u ż-żewġt ibniet l-oħra kienu qed jibku bil-ġuħ. Il-kbira ta’ disa’ snin, ippruvat tgħin mill-aħjar li setgħet. Issa kienu għaddew aktar minn sagħtejn. Ħassitha l-agħar omm li qatt setgħet teżisti. Sakemm semgħet dik it-taħbita malħġieġa. Kien anzjan ta’ madwar 74 sena u bil-bastun. Fetħitlu u newlilha platt ‘chicken nuggets’, ftit gallettini u xi fliexken tal-ilma. “Itma’ lit-tfal u kul inti wkoll,” qalilha, “it-trakk tat-towing qiegħed fit-triq, u marti daqt tasal biex twassalkom ilkoll id-dar.” U hekk ġara. Mart l-anzjan wasslithom id-dar bil-karozza tagħha, filwaqt li t-trakk tat-towing u l-anzjan wasslu l-karozza tagħha quddiem darha. L-għada l-anzjan mar għandha flimkien ma’ mekkanik li bidlilha l-batterija u rranġalha l-kumplament tal-karozza. L-anzjan telaq u ma ratu qatt aktar. U meta talbet il-kont lillmekkanik, u staqsietu setgħetx tħallsu ftit ftit, dan bi tbissima infurmaha li l-anzjan kien ħa ħsieb iħallas l-ispejjeż

kollha hu. Kulma ried l-anzjan kien li dik l-omm żagħżugħa ma taqta’ qalbha qatt u tkompli tkun l-omm brillanti li kienet. Tawny qatt ma bkiet daqshekk bil-qalb daqs dakinhar. Kienet għaddejja minn żmien diffiċli ħafna. Iżda dak l-anzjan b’qalb tajba, minkejja li ma kienx jafhom u ma kienx jaf min xiex kienet għaddejja, kien għenhom bl-aħjar mod li seta’. Bla ma kien jaf, kien irnexxielu jerġa’ jagħti l-kuraġġ u jqajjem lura fuq saqajha lil dik l-omm li kienet qatgħet qalbha mill-ħajja. L-unika dispjaċir ta’ Tawny kien li qatt mhi ser ikollha ċ-ċans li tgħannqu u tirringrazzjah ta’ dak li għamel magħhom. Tittama biss li xi darba hi stess tkun tista’ tagħmel ma’ ħaddieħor dak li dak l-anzjan għamel magħhom dik il-lejl. Tawny tittama li l-istorja tagħha tagħmel kuraġġ lil dawk li bħalha qed jitħabtu biex jgħixu, ħalli jemmnu li l-anġli jiġu jżuruk meta lanqas tkun qed tistennihom, u... huma wkoll jagħrfu jsiru anġli għal min qed ibati! Qatt ħsibt kif tista’ tkun int l-anġlu għal ta’ madwarek dan il-Milied? Claudia Cini RM2000 • Diċembru 2016 • 13


KIEN U JIBQA’

IMĦABBA

14 • Diċembru 2016 • RM2000


Kull sena inwiegħed li ngħix il-Milied bil-kalma, l-kwiet u l-paċi. Ridt innaqqas it-taħbit u l-kumplikazzjonijiet bla bżonn – ħafna kartolini x’nikteb, tisjir ta’ kejkijiet u ħelu, ħafna tiżjin ma’ kullimkien u anke l-ħafna spejjeż li jġib dan kollu. Imma xorta sibt ruħi mifnija bit-taħbit u bla mument kwiet biex ingawdi l-familja u, fuqkollox, il-vera tifsira tal-Milied. Kull sena inwiegħed li ngħix il-Milied bil-kalma, l-kwiet u l-paċi. Ridt innaqqas it-taħbit u l-kumplikazzjonijiet bla bżonn – ħafna kartolini x’nikteb, tisjir ta’ kejkijiet u ħelu, ħafna tiżjin ma’ kullimkien u anke l-ħafna spejjeż li jġib dan kollu. Imma xorta sibt ruħi mifnija bit-taħbit u bla mument kwiet biex ingawdi l-familja u, fuqkollox, il-vera tifsira tal-Milied. It-tifel, Nicholas, kien filkindergarten. Għalih il-Milied kien l-aktar żmien eċitanti tas-sena. Għal ġimgħat sħaħ minn qabel kien tgħallem il-kant li kellhom ikantaw filpageant tal-iskola. Ma sibtx il-kuraġġ ngħidlu li dakinhar tal-pageant kont se nkun xogħol. Kif nagħmel? Kellimt lit-teacher u qaltli li kien se jkun hemm dress rehearsal dakinhar stess filgħodu. Il-ġenituri li ma setgħux jiġu filgħaxija setgħu jattendu filgħodu. Meta għedt lil Nicholas li se mmur filgħodu, mhux filgħaxija għax-show propja, inżu ħajr ’l Alla ħadha tajjeb u bla problema. Wasal il-jum tal-pageant, mort ftit kmieni apposta u dħalt fis-sala. Bosta ġenituri oħrajn kienu hemm bħali. Waslu t-tfal, immexxijin mit-teacher tagħhom, u qagħdu bilqiegħda fl-art

nofs ċirku. Imbagħad, bdew iqumu, grupp grupp, u jkantaw u jiżfnu l-kanzunetta tagħhom. L-iskola, billi kienet skola tal-Istat, kienet ilha li neħħiet kull referenza għall-Christmas. Stennejt li se nisma’ xi kant dwar iċ-ċriev, Santa Klaws, snowflakes u mitt ħaġa oħra li nassoċjaw mal-Milied pagan. Għalhekk skantajt mhux ftit meta s-song tal-grupp ta’ Nicholas kien jisimha “Christmas Love”. Kif kellhom il-kuraġġ iżommu dik il-kelma Christmas?, bdejt ngħid bejni u bejn ruħi. Nicholas kien jixgħel bil-ferħ u l-entużjażmu. Bħat-tfal l-oħra kien stupend kif kienu libbsuhom, bilmittens, flokkijiet ħomor jgħajtu, brieret bojod silġ f’rashom. Dawk fil-filliera ta’ quddiem bdew jgħollu kartonċin b’ittri kbar, waħda waħda, biex jispellu it-titlu tal-għanja li kien qed ikantaw. Kif ikantaw “C is for Christmas”, tifel kien jgħolli l-ittra C. Imbagħad “H is for Happy” u l-bqija tal-ittri sakemm iffurmaw ilmessaġġ sħiħ, “Christmas Love”. Kollox kien miexi ħarir sakemm, f’ħin minnhom, l-attenzjoni ta’ kulħadd marret fuq tifla żgħira, kwieta

kwieta u ftit mistħija, li meta għolliet il-kartonċina tagħha bl-ittra M, kienet qalbitha rasha ’l isfel, bla ma ntebħet li l-ittra maqluba ġiet tinqara W. It-tfal l-oħrajn, li kienu fl-udjenza, malajr bdew jgħaddu l-botti u r-rimarki għal dan l-iżball. Imma t-tifla ċkejkna, fl-innoċenza tagħha, baqgħet ferħana tgħolli u xxejjer l-ittra W. L-għalliema ppruvaw isikktu t-tfal, imma d-daħk u l-kummenti baqgħu għaddejin sa ma ġew iffurmati il-kliem kollu. Imma meta l-ittri kollha kienu jidhru f’daqqa, waqa skiet perfett fis-sala u kulħadd, inklużi t-tfal fl-udjenza, intebhu blistess ħaġa. Ilkoll stajna nifhmu għaliex konna nġbarna hemm dakinhar, għaliex konna qed niċċelebraw dik il-festa. Ilkoll indunajna kif, minkejja il-ġenn ta’ dawk il-ġranet, x’kienet ir-raġuni vera għaliex konna qed nagħmlu festa daqshekk kbira. Malli dehru ż-żewġ kelmiet, spelluti ħażin, ħareġ il-veru messaġġ: “CHRISTWAS LOVE”. Iva, il-Milied hu tassew festa kbira, mhux għar-rigali, l-ikel, iddwal u l-ġenn tal-infieq, imma għax Kristu KIEN U JIBQA’ MĦABBA – “CHRISTWAS LOVE”! RM2000 • Diċembru 2016 • 15


16 • Diċembru 2016 • RM2000


TGHID X’SE JIBQA? Esperjenza vera ta’ omm ordinarja, ma’ tfal ordinarji, f’Milied ordinarju Dakinhar tal Milied waqt il quddiesa il-Father staqsa, “X’jistgħu jagħtu l ġenituri lit tfal tagħhom żgħar biex ikunu jifilħu jikkumbattu l irwiefen li jsibu ruħhom fihom meta jsiru teenagers?” Ir risposta għalina, fil-familja, kienet li nagħtuhom lil Ġesù permezz tal eżempju u billi nuruhom is sens veru tal Milied u l festi l oħra. Issa li t tliet ulied kibru u ż-żgħira għad fadlilha sentejn bħala teenager, nixtieq naqsam x’għamilna jien u żewġi meta t tfal kienu taħt l għaxar snin. L ewwel ridna li nuru lit tfal l imħabba ta' Alla bil mod li jistgħu jifhmu huma. L akbar konflitt li kelli kien miegħi innifsi u malistint li għandha kull omm li tpoġġi

l-edukazzjoni akkademika tal iskola fl ewwel post. Bħal kull ġenitur ieħor ma ridtx li wliedi jibqgħu lura f’dawn iż żminijiet meta bla ċertifikati m’inti xejn u ma tasal imkien. Kelli wkoll il biża’ li wliedi li jekk ma jitilgħux fi skola tajba ser jiltaqgħu ma’ ħafna bullying li jagħmlilhom ħajjithom miżerja. Kont nibża’ wkoll li l għalliema tant jikkonċentraw fuq tfal batuti li uliedi jibqgħu lura huma wkoll. Kelli niġġieled kontra l-pressjoni tal-qraba u ħbieb li jiffissaw fuq kemm it-tfal imorru tajjeb fl-iskola. Jien kont qed nieħu prijorità oħra – li nwassal l-imħabba lil uliedi kif jistgħu jifhmuha huma. It tieni prinċipju li mxejt fuqu kien li ngħix mal familja tiegħi il liturġija

li toffrilna l knisja. Għalhekk jien u żewġi ppruvajna ndaħħlu ’l Ġesù fil ħajja ta' kuljum tal familja tagħna b’mod li wliedna żgħar kemm huma żgħar setgħu jipparteċipaw. Peress li konna fi żmien il Milied ġew quddiem għajnejja bħal vidjo x’konna nagħmlu f'dan iż żmien. L aħbar li se nżejnu, konna nagħtuhielhom aħna u sejrin il quddiesa. Waqt il ħin tal prietka kont noħroġ bit-tfal fuq it taraġ ta' barra l knisja minn fejn kont nisma’ l prietka u fl istess ħin nfiehem il messaġġ fi kliem u f’eżempji li jifhmu t tfal. Meta kont noħroġ iż-żgħar miegħi barra l knisja dejjem kien ikun hemm xi ħadd mit-tfal li jkun irid jibqa’ ġewwa ma’ missierhom. Imbagħad xi wieħed RM2000 • Diċembru 2016 • 17


jitħajjar jerġa’ jidħol. Dak ta’ ġewwa jakkużah li daħal biex jagħmel bħalu, u malajr tinqala’ gwerra dinjija bejniethom. Sadanittant dak li jibqa’ miegħi moħħu kien ikun aktar f’dak li jkun qed jiġri barra l-knisja. X’jimpurtah minn dak li ridt nispjega jien! U meta nerġa’ lura ħdejn dawk ta’ ġewwa insib gwerra siekta għaddejja li tisplodi kif noħorġu mill-knisja. Ir raġel jitlagħlu u minflok iħabbrilhom b’ferħ kbir li se nibdew inżejnu, nispiċċaw nhedduhom li se nħassru kollox. Naturalment dan kien ifisser ħafna biki, argumenti u protesti u addijo l ferħ tal Milied. It tiżjin kien isir fl ewwel Ħadd tal Avvent. L ewwel li konna noħorġu kien il Bambin u konna npoġġuh fuq it tavolina fis salott. B’hekk kien ikun f'livell komdu għat-tfal biex jarawh. Mill ewwel ġurnata filgħaxija konna ninġabru għat-talba ta' filgħaxija fis salott u mhux fil kamra tal ikel tassoltu. Konna nitfu fid dlam u xi ħadd mit tfal, kulħadd meta imissu, jixgħel ix-xemgħa. It talb kien ikun iqsar mis soltu imma mbagħad konna nitfu x xema, nixegħlu d dawl u nagħmlu purċissjoni madwar it tavolina, inkantaw u ndoqqu l għanja tal Milied il favorita nett, in-Ninni la Tibkix Iżjed, nimbuttaw u nittantaw lil xulxin. Il presepju konna nħalluh vojt għalkollox. Il pasturi u t tiżjin ieħor 18 • Diċembru 2016 • RM2000

tal presepju konna ngeżwruhom separatament fil karti tal Milied u ndendluhom mas-siġra. Kien ikolli għal tlett itfal sakemm jibdew ilvaganzi tal-Milied. Fl-aħħar ġurnata, hekk kif jaslu mill iskola, kienu jieħdu pakkett, jiftħuh u jpoġġu li sabu f'post fil presepju f’post li jagħżlu huma. Hawn kienu jqumu ħafna argumenti sħan, u ġieli ġlied ukoll. Kont nagħmel ħilti biex inżomm kalma u nberred l argumenti bejniethom. Waqt li nsaħħnu l ikel konna nikkoreġu l ideat żbaljati dwar l istorja tal Milied u fejn nista’, indaħħal xi ftit x’tista’ tfisser fil ħajja tagħna din l istorja tat-twelid ta' Ġesù Bambin. Fl ewwel jiem tal vaganzi kont noħroġ il kejk tal Milied biex inżejnuh. Flok il ġelu abjad li jirrappreżenta s silġ, konna nużaw ġelu deheb safrani u nifformawh bħala maxtura tat tiben. Fin nofs konna npoġġu lil Ġesù Bambin, u mbagħad fil Milied, wara l quddiesa, kont inpoġġi xemgħa fuq il kejk u nkantawlu Happy Birthday. L għada, nhar il Milied filgħodu, t tfal kienu jiġu jaqbżu ferħanin bir rigal ta' Father Christmas. Kont ngħidilhom li Father Christmas kien idaħħal fil qlub tal ġenituri x xewqa li jixtru xi ħaġa li biha jferrħu lit tfal tagħhom. Ridnihom ikunu jafu li r-rigali konna nixtruhomlhom aħna. Filgħaxija, mbagħad, kien imiss lihom stess li jwasslu l ferħ tal Milied lil xi ħaddieħor.

Kont inlibbishom ta' Father Christmas jew ta' xi anġlu jew personaġġ ieħor tal presepju u konna mmorru għand l anzjani tal parroċċa li ma jistgħux joħorġu. Konna nkantawlhom u nagħtuhom xi rigali li jkun bagħatilhom il Kappillan. Dawn huma biss ftit mill affarijiet li konna norganizzaw għal uliedna. Nimmaġinak tgħid, “O xi ħlew ta' familja! Kważi kważi dil-familja aqwa mis Sagra Familja nnifisha!” Dak li ktibt hawn huwa biss xi pprovajna nagħmlu. Fir realtà din l esperjenza ma kinitx daqshekk sempliċi. Bħalma kien jiġri meta nirritornaw mill iskola. Kien iqum ġlied kbir fuq min laħaq mess il bieb ta' barra l ewwel u għalhekk ikollu d dritt li jagħżel l-ewwel wieħed il pakkett li fih hemm imgeżwer xi pastur tal presepju. U xi ngħidu jekk xi ħadd iċaqlaq xi pastur tal-ieħor. Darba saħansitra qabad it tiben tal Bambin waqt ġlieda dwar min kien imissu jitfi x xemgħa wara t talba ta' filgħaxija. Il-purċissjoni ta' ferħ spiċċat f’bikja sa ma raqdu. Diżastru wara l ieħor. U xi drabi kienet taqbiżli ċ ċinga u nistqarr li, f’mumenti bħal dawn, ma tantx kont inkun xempju tal imħabba t' Alla. Imbagħad kien hemm drabi meta l affarijiet irnexxew aħjar ukoll. Kont ngħid lili nnifsi, “Ippruvajt issa jagħmel Alla.” Però kienu f’dawn il fallimenti li stajt ngħin lil uliedi jiskopru coping


skills insara għall ħajja. Il ħajja hija tellieqa u t tendenza tagħna hi li nirbħuha billi ngħaffġu lill oħrajn waqt li nissugraw li l oħrajn jgħaffġu lilna. Però meta ngħixu bl-imħabba it tellieqa tal ħajja nirbħuha lkoll flimkien. Din it tagħlima kont nipprova ngħaddiha lil uliedi bil fatti. Meta kulħadd kien jikkalma kont nitkellem ma’ kull wieħed individwalment u flimkien nirriflettu dwar x’seta’ jmur aħjar. Kieku kelli nerġa’ nibda, kont noħloq ftit aktar spażju għalija nnifsi, imqar ftit ħin kuljum, biex insib lili nnifsi. Issa naf li l familja tiegħi aktar għandha bżonn li jien inkun ferħana, b’saħħti u friska mentalment milli għandha bżonn tal proġetti u x-xogħol tiegħi. Darba, wara li kibru, staqsejt lit-tfal liema tifkiriet huma l aktar għeżież għalihom ta’ żmien l Avvent u l Milied ta’ tfulithom. Tnejn minnhom semmewli l istreamers u konna nżejnu bihom mas-saqaf u xi ħadd, li kienet tinteressah ix-xjenza, speċifikali li, bis-saħħa tat-tiżjin tal-Milied, meta kien jara l karti fuq il heater jiċċaqalqu, kien fehem il prinċipju ta' convection... Ieħor semma’ n novena li kienet issir il Mużew u mhux id dar. Min jista’ jgħid ħlief il Mulej xi swew l-isforzi tiegħi? Warakollox jien sempliċiment il qaddejja tal Mulej. M’għamilt xejn ħlief dak li kelli nagħmel. RM2000 • Diċembru 2016 • 19


SULDATI TFAL Network Dinji ta’ Talb mal-Papa Intenzjonijiet gĦaL DICEMBRU

Ġenerali: Biex titneħħa minn kull rokna tad-dinja l-pjaga tat-tfal-suldati. Missjoni: Biex il-popli tal-Ewropa jerġgħu jiskopru s-sbuħija, it-tjubija u l-verità tal-Vanġelu li jagħti ferħ u tama lill-ħajja. Isqfijiet: Biex it-tfal żvantaġġati ma tonqoshomx il-kura meħtieġa għattrobbija tagħhom umana u reliġjuża. 20 • Diċembru 2016 • RM2000


NINGĦAQDU MAL-PAPA FIT-TALB Merħba! Il-Papa jistieden lil kulħadd, ikun xi jkun it-twemmin tiegħu, sabiex ningħaqdu flimkien u nitolbu: Biex titneħħa minn kull rokna tad-dinja l-pjaga tat-tfal suldati. Ninġabar: Insib post fejn nista’ nara t-tfal jilagħbu... nara t-tfal jiġru ’l hawn u ’l hinn, jifirħu bl-għajat tagħhom bla ħsieb ta’ xejn. Inqiegħed lili nnifsi filpreżenza ta’ Alla u nirringrazzjah talferħ li għandhom it-tfal; ferħ li jwassluh lilna l-kbar. Meta nkun lest, naqra din l-istorja. Naħseb ftit: Kif isiru suldati tfal bħal dawn? X’effett iħalli fuq it-tfal il-fatt li kienu suldati? Nitlob: Nitolbok Mulej għat-tfal suldati biex iduqu huma wkoll l-imħabba tiegħek u t-tama fik fost il-ħruxijiet li jġarrbu fil-gwerra. Kliem ta’ dawl: Meta kont żgħir missieri kien jgħid “sakemm għadek ħaj, dejjem ittama biex ikun hemm jum aħjar u biex tiġri xi ħaġa tajba”. Ishmael Beah (A Long Way Gone: Memoirs of a Boy Soldier) X’nista’ nagħmel: Nitgħallem aktar dwar it-tfal suldati. Nista’ nibda billi nżur dawn is-siti: http://www.child-soldiers.org/index.

php https://www.warchild.org.uk/ http://www.amnestyusa.org/our-work/ issues/children-s-rights/child-soldiers Nara l-film “Beasts of No Nation” (2015) tad-direttur Cary Joji Fukunaga. (għall-kbar) Nagħti s-sehem tiegħi f’opra ta’ karità li tħares u tgħin lit-tfal f’żoni ta’ gwerra skont il-mezzi li għandi. Ngħin lil xi ħadd fost il-ħafna refuġjati u immigranti li jgħixu magħna, Fatt ċkejken:

SULDATI TFAL

Yusuf qam iwerżaq, kollu għaraq. Qam bil-mod mis-sodda u bl-għajnuna talkrozzi qabeż b’sieq waħda fuq is-sufan. Xegħel il-laptop u beda jilgħab, waqt li ommu lestietlu tazza kukkudina sħuna. Il-ħin huwa t-tlieta u għaxra ta’ filgħodu, iżda Yusuf ma jmurx lura jorqod għax imbeżża’ ħafna li jerġa’ jkollu ħmar il-lejl. Din kienet ir-rutina ta’ kull lejl mindu wasal il-Ġermanja sitt xhur ilu. Hu ġie addottat minn koppja li ma wrewhx ħlief imħabba u wens. Yusuf għandu ħmistax-il sena. Ħajtu tqallbet ta’ taħt fuq mindu l-familja kollha tiegħu sfat maqtula fil-konflitt ta’ Aleppo fl-2012, meta daru ntlaqtet millbombardamenti. Kif sab ruħu waħdu,

fosthom tfal ukoll. Xi wħud ħarbu mill-gwerra. Naħseb fihom tul dan ix-xahar u nfittex kif ngħinhom biex iħossuhom milqugħin minna. Nista’ nagħmel ħbieb ma’ xi immigrant li jiġi l-iskola tiegħi, inkun qarib ta’ familja li toqgħod ħdejna jew nagħti gverta jew ħwejjeġ sħan tax-xitwa f’xi ċentru ta’ akkoljenza. Biex tgħin tista’ tikkuntattja lil Jesuit Refugee Service, Malta, tel: 21442751. Website: jrsmalta.org Yusuf ħassu bil-ġuħ għall-ewwel darba f’ħajtu. Ma kellux għand min imur. Sieħbu tal-iskola, Samir, ingħaqad ftit xhur qabel mal-Free Syrian Army. Yusuf qatagħha li jagħmel l-istess. Tal-anqas ikollu ikla sħuna kuljum. Hekk qalulu. Yusuf ma damx ma tgħallem kif juża l-armi, jispara u joqtol. Il-kapijiet ippruvaw iżommuh ’il bogħod mill-ġlied u xogħlu kien qabel xejn ta’ messaġġier. Iżda waslitlu dik ilġurnata meta qatel wieħed, u imbagħad qatel ieħor. U ftit ftit dara joqtol hu wkoll... sakemm biċċa makkinarju splussiv tajjarlu saqajh il-leminija. Issa l-Free Syrian Army ma kellhiex aktar bżonnu u għal darb’oħra sab ruħu jkollu jfendi għal rasu. Irnexxielu jaħrab lejn it-Turkija u wara sab il-kenn fil-Ġermanja. Iżda għad xi darba jinħeles mill-ħmar il-lejl? RM2000 • Diċembru 2016 • 21


IL-Holma

TA’ MISSIERHOM 22 • Diċembru 2016 • RM2000


Kulħadd jaf bil-konflitt kontinwu bejn il-Lhud u l-Palestinjani. Forsi ftit jafu li fost il-Palestinjani hemm ukoll insara u mhux biss musulmani. Familja nisranija mill-Palestina għażlet li tirrinunzja għall-vjolenza quddiem l-inġustizzja ta’ min irid jeħdilhom arthom u pajjiżhom. Iridu jiġġieldu l-vjolenza u l-mibegħda bil-paċi u l-imħabba. Mhux li konnna, dal-Milied, inħallu din ix-xhieda tmiss lil qalbna wkoll. Bishara Nassar twieled il-Palestina. Kien Nisrani u kien dejjem jgħallem lil uliedu kontra l-vjolenza, tkun xi tkun is-sitwazzjoni. Erbgħin sena wara mewtu, uliedu għadhom iħaddnu dan il-prinċipju, minkejja l-ħafna provokazzjoni li jiltaqgħu magħhom minn naħa tal-Iżraelin li qed jisirqulhom l-art u jagħmluha tagħhom. Daker huwa iben Bishara u jirrakkonta kif jum fost l-oħrajn, kmieni mas-sebħ, l-Iżraelin ġew bi trakkijiet kbar u għamlu ħerba mis-siġar li kellu fl-għelieqi tiegħu. Induna b’dan meta wasal fuq il-post tax-xogħol u sab li kollox kien inqered u ma kien baqa’ xejn ħlief munzell zkuk u ġebel. Il-frott kien kollu mgħaffeġ fl-art. B’qalbu maqsuma Daker beda jistaqsi għaliex kienu għamlulu hekk u t-tweġiba li ħa mingħand l-awtoritajiet kienet li s-siġar tiegħu kienu miżrugħa illegalment fuq art tal-gvern. Iżda oħtu Amal tgħid li dan mhux minnu. Hi ssostni li l-awtoritajiet qed jagħmlu minn kollox biex idejquhom u

jġegħeluhom jirritaljaw bil-vjolenza biex b’hekk ikunu jistgħu jeħilsu minnhom darba għal dejjem. Amal tgħid li dan qatt mhu se jkun għax huma se jibqgħu sodi u ma jċedux għat-theddid. L-art hija tagħhom bi dritt u se jibqgħu jagħmlu ħilithom biex tibqa’ tagħhom. Għandhom id-dokumenti kollha meħtieġa li juru li nannuhom kien xtara l-art u hija rreġistrata fuq isimhom. Wara l-ewwel gwerra dinjija l-imperu Ottoman beda jiddgħajjef u l-insara bdew jitilqu minn pajjiżhom. Bishara Nassar kien ħadem bla heda biex jipprova jħajjarhom jibqgħu u kien dejjem isostni li biex jaslu jeħtieġ li jibnu fuq id-djalogu, ir-rikonċiljazzjoni u t-tama. B’hekk biss setgħet issaltan il-paċi. Il-familja Nassar kienet waħda mill-ftit li baqgħu jirreżistu li jibqgħu jaħdmu l-art tagħhom. Biss il-familja Nassar għadha tiltaqa’ ma’ diffikultajiet kbar u għadhom sal-lum ibatu biex jaħdmu għall-paċi. L-awtoritajiet qed jagħmlu minn kollox biex ibeżżgħuhom. Fl-2002 qerdulhom 250 siġra tażżebbuġ, għalqulhom it-triq li tagħti

għar-razzett tagħhom, waħħlu twissijiet li se jwaqqgħulhom djarhom u l-bjar tagħhom. Saħansitra fl-2009 is-suldati sfurzaw lil ommhom ta’ 72 sena barra minn darha u ħallewha barra fil-ksieħ tistenna sakemm għamlu tfittxija fid-dar tagħha. Dawn u ħafna intimidazzjonijiet oħra ma qatgħux qalb il-famila Nassar. Huma lesti li jibqgħu sodi sa l-aħħar. Quddiem dawn l-inġustizzj kollha huma anqas biss jaħsbuha li jduru għall-vjolenza għax jemmnu li biddjalogu u l-kelma t-tajba jistgħu jaslu xorta waħda. Tant għadhom jemmnu fil-ħolma ta’ missierhom, li Amal, flimkien ma’ ħutha u ommha, ikkonvertew ir-razzett tagħhom u għamluh ċentru ta’ paċi u semmewh “Tinda tan-Nazzjonijiet”. Għal dawn l-aħħar għoxrin sena ħadmu bla waqfien u organizzaw ħafna workshops bil-għan li jġibu l-paċi. Jilqgħu studenti u gruppi mill-Iżrael, mill-Ewropa u mill-Amerika li jkunu jixtiequ jaħdmu għal dan ilgħan. Omm Amal tgħid li żewġha min jaf kemm kien jifraħ kieku kellu jara x-xogħol siewi li qed iwettqu uliedu. RM2000 • Diċembru 2016 • 23


L-G˙arus TA' Binti

Wara li qrajt l artiklu ‘L-għarus ta’ binti’ xtaqt naqsam miegħek dak li laqatni. Fil-bidu, kif bdejt naqra, ħsibt li ser insib f’dan il-missier xi ħadd li jifhem id-diffikultà li jien u ħafna ommijiet illum qed insibu quddiemna. Jien ukoll għandi tifla li għandha boyfriend. Jien ukoll kont f’dari, inżilt isfel u insib it-tifla u l-boyfriend reqdin fuq is sufan. Jien inħsadt, stennejthom iqumu u sibt il-mument biex ngħidilhom kif ħassejtni. Għidtilhom li jien ma nħossnix komda għax għalija torqod mal-għarus meta dan isir tiegħek u jien tiegħu, igifieri meta niżżewgu. Ma tagħtix kollox meta ma hemmx commitment u mħabba dejjiema. Huma qagħdu jisimgħuni u b’rispett qaluli li f’dari ser jirrispettaw il-valuri tiegħi. Jien naf li dawn huma l- istess valuri tagħhom ukoll. Għalhekk inħsadt meta komplejt naqra dan l-artiklu għaliex nifhem li ċ-ċirkostanzi huma differenti minn tiegħi imma nibża li din l istorja tista’ tiftiehem ħażin. Filwaqt li nirringrazzjak tat-tagħlim siewi ta’ din ir-rivista, nitolbok li l-messaġġ ikun iċċarat. Grazzi, Qarrejja Omm 24 • Diċembru Diċembru 2016 2016 •• RM2000 RM2000

Għażiża qarrejja, Grazzi li qsamt ħsibijietek. Nista’ naħseb ix-xokk li tieħdu intom il-ġenituri kull darba li uliedkom jidhru li qed jidħlu f’xi sitwazzjoni jew jagħmlu xi azzjoni li tista’ tkunilhom ta’ ħsara, kemm għar-ruħ kif ukoll għall-ġisem. Fl-imġiba bejn namrati u għarajjes, ilkonsegwenzi ta’ nuqqas ta’ għaqal u kontroll fl-imġiba nafu biżżejjed fejn jistgħu iwasslu, mhux biss għar-riskji sesswali imma wkoll għaliex aħna nafu tajjeb li relazzjoni tajba, sħiħa u b’saħħitha fiż-żwieġ ma tistax tinbena fuq imġiba laxka jew faċli, speċjalment sesswali. Relazzjoni soda tinbena fuq valuri ferm aktar profondi u diffiċli – is-sagrifiċċju, il-fedeltà, l-intimità, l-isfida tad-differenzi


fil-karattri u l-bqija. Kif għedt tajjeb int, “Ma tagħtix kollox meta ma hemmx commitment u mhabba dejjiema.” L-istorja ġibnieha biex nagħtu messaġġ dwar żewġ realtajiet. L-ewwel waħda hi li ż-żgħażagħ tal-lum qed jgħixu f’kultura u soċjetà kompletament u totalment differenti minn dik li trabbejna fiha il-ġenerazzjoni tagħna. Ir-realtà hi li dak li għalina kien sagrosant, qaddis u assolut, bħala valuri, illum anqas biss jiftiehem miżżgħażagħ tagħna. Kemm għamilt sewwa li ppruvajt tispjegalhom xi ħaġa li huma kienu ħaduha for granted u anqas għadditilhom minn moħħhom. Hemm baħar jaqsam bejnhom u bejnna u din id-differenza aħna ftit nifhmuha, imma rridu naċċettaw li teżisti. It-tieni ħaġa hi li minkejja dawn id-differenzi li jixxukkjawna, irridu niskopru, nagħrfu u napprezzaw li fil-fond nett, taħt dak li jidher imġiba bla valuri, hemm tjubija u rieda tajba li tinsab midfuna u moħbija f’qalbhom. L-isfida tagħna l-kbar huwa li ngħinuhom jiskopru din ittjubija, jagħrfuha u jibdew jgħixuha b’aktar kuraġġ u moħħ imdawwal minn valuri tajbin. L-istorja turi kif il-missier, għalkemm kien ixxukkjat bl-imġiba ta’ bintu u l-boyfriend, ir-reazzjoni tiegħu ma

kinitx waħda ta’ ħafna rabja, kundanni u ġudizzji. Għażel it-triq tal-ħbiberija u t-tjubija. Xi ftit kif għamilt int. Hija din l-attitudni ta’ mħabba u aċċettazzjoni sħiħa tal-persuni ta’ wliedna, bil-mentalità u l-ideat kollha tagħhom, li ssalva r-relazzjoni bejnna l-kbar u bejn iż-żgħażagħ. Hekk biss jistgħu jibqgħu miftuħin għall-valuri tagħna. It-tjubija tagħna magħhom hija l-garanzija ta’ kemm huma tajbin il-prinċipji u l-valuri li nħaddnu aħna. Meta jduqu ittjubija tagħna imbagħad tarahom jisimgħu dak li għandna x’ngħidulhom bir-rispett li semmejt int. S’hemm nistgħu naslu magħhom. Issa ħajjithom tibqa’ tagħhom u d-deċiżjoniet dwar ħajjithom jeħtieġ li jaslu għalihom u jeħduhom huma u mhux aħna għalihom. Imma jekk nibqgħu nimxu magħhom bil-pass tagħhom, jiġi żmien meta dik it-tjubija li hemm fihom toħroġ ukoll u tagħti l-frott. L-istorja tkompli u turi kif hekk ġara u, minkejja l-valuri dgħajfa tal-koppja tal-istorja, l-imħabba u l-kura tal-missier tat frott f’rabta ta’ mħabba sabiħa ta’ bintu mal-għarus tagħha. Fr Paul

Din biex taħseb fuqha: KAROZZA ĠDIDA

Ir-raġel mar iżur lil ommu. Kienu qed jitkellmu u qalilha li kien xtara karozza ġdida. Ommu kienet pronta u, biex mingħaliha tagħtih parir tajjeb, qaltlu “Issa ibni il-karozza l-qadima agħtiha lill-mara u l-ġdida żommha ghalik”. Dar fuqha u, b’ton ħelu imma ta’ daqsxejn sfida, weġibha: “Ma lill-mara tiegħi ġdida hadtha. Għalhekk xieraq li l-karozza l-gdida nagħtiha!” RM2000 • Diċembru 2016 • 25


GhAT-TFAL U GHALL-KBAR

Paġna maħsuba minn Claudia Cini

I N V E N ZJ O N I J I E T L I Q AT T M A Ħ S I B N A D W A R H O M

ll-GIRLANDA TAL- AVENT Oriġinarjament il-girlanda tal-Avvent kienet tradizzjoni Luterana, imma maż-żmien xterdet fost il-Kristjani. Il-girlanda tal-Avventi hi maqsuma f’żewġ partijiet – il-girlanda nfisha u erba’ xemgħat. Il-girlanda tkun magħmula minn weraq ta’ siġar li jħaddar is-sena kollha. Dan huwa simbolu tal-ħajja ta’ dejjem. Il-girlanda tkun forma ta’ ċirku li jirrapreżenta l-eternità għax la għandha bidu u lanqas tmiem. Tissimbolizza wkoll lir-ruħ li ma tmut qatt. L-erba’ xemgħat jirrapreżentaw l-erba’ ġimgħat tal-Avvent. Kull ġimgħa tfisser elf sena; b’kollox erbat elef sena minn żmien Adam u Eva sat-twelid ta’ Ġesù. L-ewwel xemgħa vjola tirrapreżenta t-tama. Ittieni xemgħa vjola turi l-imħabba. It-tielet xemgħa roża tirrapreżenta l-ferħ. Ir-raba’ xemgħa vjola tissimbolizza l-paċi. Id-dawl tax-xemgħat mhux biss jissimbolizzaw il-miġja ta’ Ġesù fid-dinja, imma wkoll it-tieni miġja tiegħu li għad trid isseħħ. Xi drabi l-girlanda tkun tikkonsisti f’xemgħa oħra bajda li titpoġġa fin-nofs. Din tkun tirrapreżenta lil Kristu u tinxtegħel f’lejlet il-Milied. Din iddrawwa tiġi osservata kemm fil-knejjes kif ukoll fil-familji. Kurżità: L-Avvent jibda fl-ewwel Ħadd li jinzerta l-eqreb tat-30 ta’ Novembru, festa ta’ Sant’Andrija Appostlu. Il-kelma ‘advent’ ġejja mil-Latin li tfisser ‘dak li ġej’. L-Avvent huwa żmien ta’ riflessjoni u stennija għall-miġja ta’ Ġesù.

26 • Diċembru 2016 • RM2000

Il-KALZETTA L-aktar leġġenda popolari dwar il-kalzetta tal-Milied hi dik marbuta ma’ San Nikola, li aktar tard beda jissejjaħ Santa Klaws. Għall-bidu t-tfal kienu jdendlu mas-sodda jew mal‘fireplace’ kalzetta minn tagħhom, imma maż-żmien ġew ivvintati l-kalzetti tal-Milied apposta għalhekk. L-ewwel tfal li kienu jdendlu l-kalzetta kienu l-Ġermaniżi. Warajhom kien hemm il-Belġjani u l-Olandiżi. Normalment il-kalzetta tkun mimlija b’ġugarelli żgħar, bil-ħelu, bil-frott jew b’xi muniti tal-flus. F’xi pajjiżi dawn ikunu l-uniċi rigali li t-tfal jaqilgħu fil-Milied. F’pajjiżi oħra r-rigali li jitpoġġew fil-kalzetta jkunu jistimulaw il-ħames sensi. Skont it-tradizzjoni, dawk it-tfal li ma jkunux ġabu rwieħhom sew matul is-sena jirċievu biss faħam. Iżda din id-drawwa tista’ tgħid li nqatgħet għalkollox għax hi meqjusa bħala krudeltà. Illum il-ġurnata ssib tixtri diversi daqsijiet ta’ kalzetti f’disinji u kuluri differenti. Il-kalzetta tal-Milied hija popolari wkoll li tkun magħmula bħala kraft personalizzata bl-isem ta’ min tkun. Din it-tradizzjoni tista’ tgħid li llum il-ġurnata jagħmluha t-tfal tad-dinja kollha. Kurżità: Waħda mill-akbar kalzetti tal-Milied kienet twila 51.35 metri u wiesgħa 21.63 metri. Din saret mill-għaqda volontarja Taljana ‘Pubblica Assistenza Carrara e Sezioni’ fit-Toskana fil-5 ta’ Jannar 2011. Din saret biex jinġabru fondi għall-karità fost l-anzjani. Iżda r-rekord dinji huwa dak ta’ kalzetta magħmula bil-ganċ fl-Amerika. Din kienet tiżen 1,600 libra u twila 139 pied, u tlestiet wara 13-il xahar, nhar it-8 ta’ Diċembru 2015.


Addattatament MINN

Claudia Cini

PASTI TAL-IRKOTTA U L-LUM I AĦDAR Għandek bżonn: • 200 gramma ‘cashew nuts’ bla qoxra u mhux melħin • 200 gramma tamal bla għadma mqattgħin • 100 gramma ‘desiccated coconut’ • 100 gramma lewż imqatta’ • 150 gramma butir bla melħ • Avokado misjura mqaxxra u bla għadma • 100 gramma ‘cashew nuts’ bla qoxra u mhux melħin • 125 millilitru meraq ta’ lumi aħdar (lime) • 2 qoxriet maħkuka ta’ lumi aħdar (lime) • 250 gramma rkotta • 150 millilitru krema friska mħabbta sew • 3 jew 4 mgħaref għasel • Kuċċarina essenza tal-vanilja

Riċetta 37

Metodu: • Xarrab għal madwar 3 sigħat 200 gramma ‘cashew nuts’ f’ilma kiesaħ. • Qattarhom, poġġihom ġo blender u itħan sew. • Żid il-‘coconut’, it-tamal u l-lewż u itħan sew. • Ħoll il-butir f’kazzola fuq nar baxx u ħawdu mat-taħlita. • Poġġi t-taħlita ġo kontenituri żgħar tal-fojl u ċċattja sew fil-qiegħ. • Poġġi l-avokado, il-‘cashew nuts’, il-meraq u l-qxur tal-lumi aħdar, l-irkotta, l-għasel u l-essenza tal-vanilja fil-blender u ħawwad sew. • B’mgħarfa ħawwad mat-taħlita l-krema friska. • Poġġi t-taħlita fil-kontenituri tal-fojl fuq it-taħlita l-oħra. • Agħtihom u kessaħhom minn tal-anqas 4 sigħat qabel isservihom.

Kont taf li: fl-1767, Dott. Macbride ħallat il-meraq ta’ lumija ħadra mal-‘bicarbonate of soda’ u nħolqot l-ewwel xarba tal-luminata fid-dinja? Il-lumi aħdar aktarx li oriġina mill-Orjent. Ħafna snin ilu l-baħħara kienu jixorbu l-meraq tal-lumi aħdar biex jipprevedihom mill-marda tal-i’scurvy’ li taqbad lil dawk b’nuqqas ta’ Vitamina Ċ. Il-lumi aħdar li jikber is-sena kollha, ibaxxi l-kolesterol fid-demm. F’xi pajjiżi fejn ma jikbirx il-lumi, il-lumi aħdar jeħodlu postu. L-Indja huwa l-aktar pajjiż li jipproduċi lumi aħdar. Din il-frotta tintuża l-aktar għal mal-‘cocktails’. RM2000 • Diċembru 2016 • 27


ĠEDDED L-ABBONAMENT TIEGĦEK Mingħajr l-abbonament u l-offerta tiegħek il-magażin ma jistax ikompli. Għandna bżonn l-għajnuna tiegħek. Għalhekk IMPORTANTI li ġġedded l-abbonament

Ibgħat ismek, l-indirizz u n-numru tat-telefon flimkien mal-ħlas għall-abbonament tiegħek fl-indirizz ta’ hawn taħt. Billi l-magażin jiġi jiswielna €10 ewro fis-sena, qed noħorġu bit-telf. Għalhekk biex tabbona jew iġġedded nitolbuk tibgħat offerta ta' €10 jew aktar (€5 għal min ma jistax iħallas), biex inlaħħqu mal-ispejjeż. Grazzi tal-ġenerożità u l-għajnuna.

Biex iġġedded

PERMEZZ TAL-MOBILE għal min juża GO jew VODAFONE biss Ibgħat SMS fuq dawn in-numri:

5061 9210 jekk tixtieq tagħti offerta ta’ e11.66 (li minnhom e1.16 jmorru għall-operaturi tal-mobile.

IMPORTANTI: Fuq l-SMS ikteb: ismek, kunjomok, l-inidirizz u l-kodiċi postali. Jekk se ġġedded l-abbonament ikteb ir-Reference Number li ssib miktub fuq it-tikketta mwaħħla marrivista li soltu tirċievi bil-posta.

IMPORTANTI min hu abbonat mal-MELITA ma jibgħatx ħlas bl-sms għax ma jgħaddulniex il-flus

NOTA GĦAL DAWK LI GĦANDHOM ĦLAS B’LURA: Biex ma ntellfux il-ġid li tagħmel ir-rivista, s’issa bqajna nibgħatuha wkoll lil dawk li jittardjaw biex iħallsu l-abbonament tagħhom. Jiddispjaċina li, minħabba l-ispejjeż li għandna, dan mhux se jkun possibbli nagħmluh aktar. Għalhekk, kontra qalbna jkollna nwaqqfu li nibagħtu ir-rivista lil min idum iżżejjed ma jġedded l-abbonament

Biex iġġedded

PERMEZZ TAt-telefon BALZAN BAĦRIJA BIRŻEBBUGIA BORMLA BURMARRAD FGURA FLORIANA GĦARGĦUR GUDJA kirkop LUQA MANIKATA MĠARR MOSTA MQABBA MSIDA RABAT SAFI SENGLEA SIĠĠIEWI SAN PAWL IL-BAĦAR SAN ĠILJAN STA LUCIJA

TARXIEN XGĦAJRA ŻABBAR ŻEBBIEGĦ ŻEJTUN ŻURRIEQ

2189 7312 2169 0769 2166 6267 2157 5652 2167 7207 2164 7337

GĦAWDEX GĦASRI GĦAJNSIELEM KERĊEM MUNXAR NADUR SAN LAWRENZ SANNAT VICTORIA XAGĦRA XEWKIJA

2155 2613 2155 5518 2156 4253 21554621 2155 2206 2155 6355 2155 4088 2155 6487 2155 3477 2155 1329

Biex iġġedded

PERMEZZ TAL-Internet

mur fuq il-website www.rm2000.org Tista' tħallas permezz tal-PayPal Ċekkijiet agħmluhom f'isem RM2000

GRAZZI MILL-QALB LI L LI QED JIBGĦATU OFF DAWK KOLLHA ERTI U GĦAJNUNA

RM2000 c/o 78, Triq il‐Markiż Scicluna In‐Naxxar NXR 2067 Tel: 2142 0610 • Mobile: 7982 6899 • Email: rmlh@jesuit.org.mt 28 • Diċembru 2016 • RM2000

2149 2288 2145 6760 2165 4518 2720 6840 2158 1122 2180 2021 2124 2230 2143 1177 2169 6336 2164 7040 2164 2043 2189 5174 2157 6769 2157 4658 2143 3769 2141 4336 2168 3165 2123 8804 2145 6824 2168 3890 2169 0019 2146 8132 2157 1854 2138 6914 2189 6093


Carpet Zone ġentilment joffri Dirt Controller bħala rigal għar-rebbieħ/a tal-Crossword Puzzle

Tisliba Diċembru Mimdudin: 1. Tajjeb bejn biċċtejn ħobż bil-butir (6) 4. Kejl antik għall-petrol (6) 7. La taħbix (3) 8. It-tifel ta’ Iżakk, li kellu tnax-il tifel (6) 9. Iddobba, forsi xi xebgħa; jew rasu? (6) 10. Għodda fil-Peru (4) 12. Trab bl-ilma (4) 14. Lewis Robert Urso (1,1,1) 15 Kanal televiżiv Taljan (3) 16 Fittex u ......, int! (3) 18 Biha jaħdem hu (3) 20 Tal-ewwel, bħal Ministru jew Imħallef (4) 21 Ħajt oħxon sod (4) 24 Dan imsemmi għal Kristu fl-art taħt is-salib (6) 25 Tispara din minn qaws (6)

26 Iftaħ għajnejk (3) 27 Wera d-dawl għall-ewwel darba lil tarbija (6) 28 Nikkura ferita (6) Weqfin: 1. Ħut issibu għand Ġanni Arpa Ġellel (6) 2. Ħjata ta’ disinn (6) 3. Tużah minn flok bozza (4) 4. Ferħ ta’ mogħża (4) 5. Jieħu ħsieb sala kbira mimlija kotba (6) 6. Dan bagħat ħafna Nsara f’ħalq l-iljuni (6) 11 Jumejn jew aktar għall-ġabra u talb Mount St Joseph (5) 13 Tliet piedi (5) 16 Taw tir (6) 17 Partat (6) 18 Tempju antik f’Ħal-Saflieni, Paola (6) 19 Indaqs (6) 22 Uża qasba w xlief (4) 23. Isem Russu issibu fl-Arriva Naxxar (4)

IMPORTANTI: Ibagħtu t-tweġibiet tagħkom f’dan l-indirizz: RM2000, 78 Marquis Scicluna Str, Naxxar NXR 2067 It-tweġibiet iridu jaslulna sal-aħħar tax-xahar.

REBBIEĦA: Ir-rebbieħ/a tat-tisliba ta’ Novembru D. Pace minn M’Skala SOLUZZJONI TAT-TISLIBA Novembru

Disinn • Outlook Coop

MIMDUDIN: 1. Nirbaħ 4. Ħanxar 7. Eku 8. Stalel 9. Taħrik 10. Liam 12. Mexa 14. Int 15 Dam 16. Tir 18. Dab 20 Idur 21. Ħema 24. Tletin 25. Tbajja 26. RAI 27. Ħrieqi 28. Tromba WEQFIN: 1. Naspli 2. Rqaqat 3. Ħelu 4. Ħuta 5. Xerred 6. Riklam 11. Inbid 13. Xaħam 16. Tiftaħ 17. Rumeni 18. Dejjem 19. Banana 22. INRI 23. Ftit

Carpet Zone, Valley Road, B’Kara (opposite Post Office)

Segwi l-esperjenzi u l-avventuri ta’ ħutna l-Maltin u l-Għawdxin fl-artijiet tal-missjoni; esperjenzi li jħalluk bla nifs u bla kliem iżda li jimlewk b’ammirazzjoni għall-kuraġġ ta’ dawn l-eroj tas-skiet! Kun af bil-proġetti ta’ fejda li huma qed iwettqu għall-miljuni ta’ nies filbżonn imxerrda fl-erba’ naħat tad-dinja. Issir taf dan kollu u aktar fil-programm VUĊI MISSJUNARJA li jixxandar kull nhar ta’ ġimgħa fid-9:00p.m. fuq RADJU MARIJA (102.3 FM għal Malta u 107.8 FM għal Għawdex) b’ripetizzjoni kull nhar ta’ Tlieta f' 6:00am, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Dr. Frank Cassar u Helena Sammut.

Mulej, ilqa’ f’Saltnatek il-benefatturi u ħbieb tagħna mejtin: MOSTA MOSTA NAXXAR RABAT

Teresa Muscat Margerita Falzon Mary Bonello Carmen Sant

RM2000 • Diċembru 2016 • 29


Werrej għas-sena 2016 Ċajta Kif tista’ tlaħħaq magħhom? Nitbissmu ftit ma’ tfal intelliġenti (Ottubru)

Esperjenzi Abbużata imma mhux se nibqa’ vittma Tfajla li ġiet abbużata imma qed taħdem biex tirbaħ l-esperjenza kerha (Frar) Batejt imma tgħallimt u kbirt Tfajla tikber permezz ta’ dak li sofriet (Aw-Sett) Bukkett fjuri bojod Tgħallem stenna, kollox isir sew f’waqtu (Frar) Dak l-ikħal meraviljuż Il-kilba għall-flus tfarrkek, il-paċi tinsab fis-sbuħija tan-natura (Aw-Sett) Għalfejn din l-għaġla kollha Il-paċenzja u l-imħabba jirbħu lil ħafna nies (April) Il-fwied rigal għal missieri L-għoti tal-organi (April) Il-pupazz Inkunu ta’ sinsla soda għal ħaddieħor (Jannar) 30 • Diċembru 2016 • RM2000

Jien tfajla adottata Tfajla tfittex u ssib lil ommha (Novembru) Milied mat-tfal Esperjenza vera ta’ omm ordinarja, ma’ tfal ordinarji, f’Milied ordinarju (Diċembru) Ommi tatni ċans ngħix Tfajla bil-Microcephaly tgħid lill-ommijiet li l-abort mhux soluzzjoni (Aw-Sett) Traffikar Shandra li spiċċat skjava talprostituzzjoni fl-Amerika (Mejju) Wasalt s’hawn Dejjem aħdem biex ittejjeb ilpotenzjal tiegħek (Ottubru) X’inhu l-eħfef: tibdel il-qoxra jew il-qalba? Diffiċli tammetti l-verità u tibdel qalbek u l-karattru (Mejju)

Esperjenzi Reliġjużi Ġismi t-tempju tiegħu Mike b’cerebral palsy jaf li Alla xorta jogħxa jħares lejh (April) Il-fidi tmur lil hinn mir-reliġjon Il-qawwa li d-djalogu interreliġjuż għandu (Frar)

L- ittri wara l-kwadru ta’ San Ġużepp Infittxu lil Alla u lill-qaddisin f’ħajjitna (Marzu) Tridu dduqu l-ferħ? B’Alla f’ħajtek, tħobb u ssib ilferħ (Jannar)

Ħsibijiet Għandi erba’ snin Kif se tkun id-dinja u l-familja ftit ta’ żmien ieħor? (Jannar) Għanja lin-nisa Ir-rwol kbir tal-omm/mara li tieħu ħsieb familja (Jannar) Il-ġugarelli Iż-żmien bidel il-ġugarelli filpajjiżi progressivi imma qata’ l-komunikazzjoni (Mejju) Ir-rivoluzzjoni tal-Grazzi Kun grat u fittex dak li hemm sabiħ f’ħajtek (Jannar) L-aħħar darba … l-unika darba Apprezza l-mument t’issa, għax qatt mhu se jerġa’ jiġi (Novembru) Ma nistgħux ngħixu mingħajr il-karibù L-egoiżmu ta’ xi wħud jeqred il-ħajja tal-oħrajn (Frar)

Qatt tħajjart tibda tpinġi? L-arti tat-tpinġija titfa’ riflessjoni fuq ħajjitna (Marzu) Raġġ ta’ tama Is-saħħa hi prezzjuża imma hi l-imħabba li tagħti l-ħajja (Novembru) Seba’ virtujiet Tifsira tal-virtujiet: fidi, fiduċja, tama, l-eternità, l-imħabba, ilpożittività (Frar) Sillabu ġdid għal skola ġdida Is-sabiħ li nitgħallem f’ħajti minn ġesti żgħar imma mill-qalb (Ottubru) Skont kif tħares lejha … Ara x’lenti tuża biex tħares lejn is-sitwazzjonijiet ta’ ħajtek (AwSett) Vażun prezzjuż Ir-relazzjonijiet tagħna huma prezzjużi u ta’ min jieħu ħsiebhom (Mejju) Waqt li se norqod Il-vjaġġi perikolużi ta’ dawk li jaħarbu minn pajjiżhom minħabba l-gwerer (Jannar) X’nixtieq ngħid lil uliedi . . . X’jixtiequ jgħidu l-ġenituri lil uliedhom (Jannar)


Il-Faqar

Ħsibijiet Spiritwali Alla barra l-kaxxa Alla ma jissakkar fl-ebda kaxxa imma dejjem lest b’xi sorpiża (Marzu) Alla ġie għandi għat-te Alla jridna niftħu qalbna miegħu (Ġunju-Lulju) F’infermerija tal-Ġiżwiti L-aħħar kamra tagħna hi filġenna (Marzu) Il-bieb tal-ħniena Ftuħ tal-Bieb Imqaddes tal-Ħniena fis-Santwarju talMadonna ta’ Pinu (Frar) Il-bniedem jibqa’ bniedem Alla jinteressah minna tul ħajjitna kollha (Frar) Ma nagħlqu l-ebda ktieb Diskors tal-Isqof M. Grech f’għeluq l-10 snin millkonsagrazzjoni bħala isqof (Marzu) Min se jiftaħ ... u liema bieb? Il-qalb t’Alla dejjem miftuħa, jeħtieġ li niftħu l-bieb ta’ qalbna (Frar) Titħajjar iżżomm Prayer journal? Bil-kitba tista’ wkoll titlob u tkellem lil Alla (Jannar)

Il-mejda tat-tama Pittura tal-Aħħar Ċena bi ħsieb fuq it-tfal foqra (Marzu) L-istorja ta’ Martina Tgħix fil-faqar imma xorta kuntenta (April)

Il-Ġiżwiti Tbissima mill-ħajja ta’ Ġiżwita Esperjenzi ħelwin ta’ Ġiżwiti (Ġunju-Lulju) Superjur Ġenerali ġdid talĠiżwiti Il-ħatra ta’ Fr. Arturo Sosa bħala Superjur Ġenerali (Novembru)

Invenzjonijiet Il-‘ball pen’ Informazzjoni dwar il-‘biro’ (April) Il-buttuna Informazzjoni dwar il-buttuni (April) Il-furketta Informazzjoni dwar il-frieket (AwSett) Il-girlanda tal-Avvent Informazzjoni dwar il-girlanda u l-Avvent (Diċembru) Il-kalzetta tal-Milied Informazzjoni dwar il-kalzetta tal-Milied (Diċembru) Il-lapes Informazzjoni dwar il-lapes (Marzu)

Il-‘lipstick’ Informazzjoni dwar il-‘lipstick’ (Aw-Sett) Il-mera Informazzjoni dwar il-mirja (Ġunju-Lulju) Il-molla Informazzjoni dwar il-molla (Novembru) Ir-riga Informazzjoni dwar ir-riga (Frar) Is-siġġu Informazzjoni dwar is-siġġu (Ottubru) It-takkuna Informazzjoni dwar min jilbes it-tkaken (Ottubru) It-tejp Informazzjoni dwar it-tejp (Novembru) It-temprina Informazzjoni dwar it-temprini (Mejju) It-toilet paper Informazzjoni dwar it-toilet paper (Jannar) It-toothpick Informazzjoni dwar it-toothpicks (Ġunju-Lulju) Labra tas-sarwan Informazzjoni dwar il-labar tassarwan (Frar) L-imqass Informazzjoni dwar l-imqass (Jannar) L-imrewħa Informazzjoni dwar l-imriewaħ (Mejju) L-umbrella Informazzjoni dwar l-umbrella (Marzu)

Meditazzjoni Inqum qabel ma jisbaħ Ngħid grazzi ta’ kollox (Aw-Sett)

Mill-Qarrejja Il-futur Mistoqsija u tweġiba dwar l-artiklu l-Futur: ma nibżgħux naffaċċjaw il-ħażen (Marzu) Il-konċepiment artifiċjali mhux kura wkoll? Il-ħajja hi rigal t’Alla (Aw-Sett) It-tfal: min ma jridhomx u min iridhom Tweġibiet u mistoqsijiet dwar l-attitudni favur u kontra t-twelid ta’ tarbija (Novembru) L-għarus ta’ binti Mistoqsija u tweġiba dwar l-artiklu L-għarus ta’ binti: ilġenituri jgħaddu lSatanist aktar kapaċi minn saċerdot? Mistoqsija u tweġiba: Alla ma jaħdimx bil-maġija; Alla hu mħabba (Ottubru) Sigriet li qed iħawwadni Il-qarrejja jwieġbu għall-artiklu ‘Sigriet li qed iħawwadni’ (Mejju)

Parir Jien anzjan ngħix waħdi Anzjan iħeġġeġ oħrajn jibqgħu attivi u jgħożżu ħajjithom (April) RM2000 • Diċembru 2016 • 31


Poeżiji Għax maħbuba, neżisti Ngħixu bl-imħabba (April) Il-qattus ta’ Betlem Ġrajja ta’ qattus li saħħan lil Ġesù fil-maxtura u wara għen lil sidu (Diċembru) Mara tajba Is-sbuħija fil-karattru tal-mara (Mejju) Salib ċkejken fil-but tiegħi Biex jiftakar spiss fi Kristu (Novembru)

Reliġjon Ikun jisimkom Ħniena Is-saċerdot il-Missier tagħna lkoll li joffri l-ħniena (Ġunju-Lulju)

Riċetti Banana l-forn Riċetta u tagħrif dwar il-banana (Frar) Dips Riċetti ta’ żewġ dips u tagħrif dwar it-tursin (Novembru) Kejk bil-‘marshmallows’ Riċetta u tagħrif dwar il‘marshmallows’ (April) Kejk tal-friġġ Riċetta u tagħrif dwar il-butir (Ġunju-Lulju) Kustilji tal-majjal fuq il-BBQ Riċetta u tagħrif dwar il-majjal (Aw-Sett) 32 • Diċembru 2016 • RM2000

Lażanja tal-kaboċċi bilkapunata Riċetta u tagħrif dwar il-kaboċċi (Marzu) Pasti tal-ħaxix Riċetta u tagħrif dwar il-ħaxix (Mejju) Pasti tal-irkotta u l-lumi aħdar Riċetta u tagħrif dwar il-lumi (Diċembru) Smoothies Riċetti u tagħrif dwar issmoothies (Ottubru) Stuffat tat-tiġieġ u l-perżut Riċetta u tagħrif dwar il-perżut (Jannar)

Riflessjoni Dinja ta’ ħniena ġewwinija Pittura li tixhed ix-xewqa ta’ ħajja sabiħa (Marzu)

Stejjer Bi Ħsieb Dawk is-snieter Ħaddem moħħok biex tgħin lil ta’ madwarek (April) Għaliex tgħaġġel? Kollox jista’ jistenna ... Taħlix ħajtek fil-frugħa (April) Il-kaxxa tal-inkwiet Jekk temmen li Ġesù jgħinek, ittoqol tal-inkwiet jittaffa (Jannar) It-tpinġija ta’ Luca L-importanza u s-seħer li tista’ toffri dik in-naqra ta’ id (Diċembru) L-akbar żball Bl-iżball titgħallem (Ġunju-Lulju)

Karozza ġdida Napprezzaw lil xulxin u dejjem nagħtu l-aħjar (Diċembru) Kaxxi tat-toothpaste vojta Soluzzjoni ta’ problema kbira tista’ tkun vera xi ħaġa sempliċi (Ġunju-Lulju) Kikkra kafè L-importanti ta’ ġewwa u mhux dak li jidher (April) Nemmen ... biex inkun komda jew biex ninbidel? Fl-imħabba nsib il-forza li naċċetta li ninbidel hu possibbli (Mejju) Niżżel il-barmil Xi kultant dak li jkollna bżonn ikun fina u ma niskopruhx (Frar) Saret il-baby tiegħi Qatt m’għandna naqtgħu qalbna imma nagħrfu kemm hi għażiża ħajjitna (Mejju)

Stejjer B’tagħlima Anġlu anzjan Aħna nistgħu nkunu l-anġli għal ta’ madwarna (Diċembru) Dabra sewda Dejjem inħarsu lejn l-ikrah u ninjoraw is-sabiħ kollu li jkollna (Ottubru) Daqsxejn nuċċali aħdar Jekk irridu nibdlu d-dinja, ejja ninbidlu aħna (Ottubru) Fjura mkittfa Trid tinbidel u tibda tħares lejn il-ħajja b’lenti differenti (Ottubru) Frott tal-art u xogħol ilbniedem Il-ħaxix u l-frott li nieklu ġejjin minn ħidma iebsa (April)

Good luck Mr Gorsky Dak li kien impossibbli jista’ jsir possibbli (Mejju) Hawn ibnek Is-suldat li farraġ moribond allavolja ma kienx missieru (Ottubru) Insalvaw il-foresta, l-ambjent u l-abitanti Irridu nħallsu biex nerġgħu nġibu l-ambjent f’postu (ĠunjuLulju) Il-battalja tal-ħanfus Ma nħallux l-affarijiet żgħar ifarrkuna minn ġewwa (Novembru) Il-ħolma ta’ missierhom Bil-kelma t-tajba għad jaslu u mhux bil-vjolenza (Diċembru) Il-kuluri tal-qawsalla Kull wieħed minnkom ġie magħmul għal għan partikolari (Diċembru) In-nassa Il-problemi ta’ ħaddieħor jistgħu jaffettwaw lilna (Novembru) Is-sorpriża ta’ missieri Il-missier jgħaddi lil ibnu minn esperjenza qarsa biex iħeġġu jistudja (Frar)


Is-sur Mirillo L-għalliem issagrifika brejk biex ġabni fuq saqajja (Frar) L-eku Ħajjitna tirrifletti dak li ngħidu u nagħmlu aħna (Diċembru) Kien u jibqa’ mħabba Żball ta’ tifla f’kunċert tal-Milied, joħroġ il-veru messaġġ: Christ was Love (Diċembru) Kif se naqsmu ż-żwiemel Fittex is-soluzzjoni barra minnek innifsek (Jannar) Riħa ta’ saqajn Nilqgħu l-emigranti u r-refuġjati (Novembru)

Stejjer Veri Adottajt it-tifel tal-pazjenta tiegħi Infermiera taddotta t-tifel ta’ pazjenta li mietet (Aw-Sett) Għad hawn nies twajba . . . Mela le! Raġel jgħin lil kulħadd fi stazzjon ta’ ferrovija (Diċembru) Għaliex jien? Arthur Ashe sportiv famuż li ffaċċja marda kiefra (Novembru) Ġo vann tal-ħabs Ċertu għażliet jistgħu jkunu ibsin imma jgħinuna f’ħajjitna (Marzu) Ikrah il-fundamentaliżmu L-istorja ta’ Farkhunda (Jannar) Ikrah il-preġudizzju L-għerf ta’ Gandhi (Aw-Sett) Imsikkta Żewġ ġurnalisti maqtula għax wettqu xogħolhom (Ottubru)

Is-saħħa ta’ mara determinata Rawat issalva lir-raħal u tagħti vuċi lin-nisa (Mejju) Issa tard wisq Tħallix ix-xogħol jiġi qabel ilfamilja (Ġunju-Lulju) Jitilfu kollox minħabba l-fidi tagħhom L-Insara jaħarbu mill-Iraq għax ippersegwitati (Frar) Jitkellem bil-kompjuter L-istorja ta’ James Walker (Ġunju-Lulju) Jum il-Gradwazzjoni Biex tirrispetta l-libertà ta’ xi wħud, tiċħadx il-libertà taloħrajn (Jannar) Kelli nrabbi lil sitt ħuti Christine Noble rabbiet lil ħutha fl-Irlanda wara l-gwerra (April) Kissrulha saqajha biex ma tilgħabx football Il-kefrija li qed ibatu xi nies u aħna ma nagħtu kas (ĠunjuLulju) Missier jirbaħ il-maratona talimħabba Il-ġrajja ta’ Dick u Rick (ĠunjuLulju) Musulman imut biex isalva lill-Insara Salah Farah jiġi sparat u ma jkunx lest jikxef min hu Nisrani jew le (Marzu) Naf x’inhi tbatija Christine Noble kapaċi tgħin lit-tfal fit-triq għax hi għexet dik l-esperjenza (Ġunju-Lulju) Pjanista b’erbat iswaba’ Lee Hee Ah, tfajla li rnexxiet filpjanu allavolja b’diżabilità fiżika (Marzu)

Sirt ħbieb mal-mera Mara Kolombjana ssofri minħabba l-krudeltà ta’ ħaddieħor (Aw-Sett) Suldati tfal Il-konsegwenzi koroh ta’ dawk it-tfal li jispiċċaw joqtlu (Diċembru) Żewġ trabi f’maxtura Tifel ipoġġi lilu nnifsu fil-maxtura ta’ Ġesù bħala rigal biex isaħħnu (Diċembru)

Tagħlim Reliġjuż Il-wiċċ tal-ħniena L-opri tal-ħniena (Jannar)

Tagħrif Breakdown fl-iskejjel Il-problemi fost it-tfal u ż-żgħażagħ (Novembru) Karba u talba It-tbatija tqarrbek lejn Alla (AwSett) L-iskola għall-bniet ukoll Il-JRS jaħdmu biex lill-bniet fl-Afrika jħalluhom jitgħallmu l-iskola (Ottubru) L-Unjoni Ewropea u l-bandiera Il-bandiera ispirata mill-Midalja Mirakoluża tal-Madonna (April) Meta rajniek barrani? Il-Papa jiftaħ ċentru għal dawk bla dar (Jannar) RM2000 • Diċembru 2016 • 33


Tbissima fuq wiċċhom Esperjenza missjunarja minn grupp fil-Filippini (Frar)

Żwieġ u Familja Meta rajniek barrani? Il-Papa jgħin lil dawk bla dar f’Ruma (April) Xi tfisser indulġenza plenarja? X’jiġifieri indulġenza plenarja? (Mejju)

Talb Din biex tgħinek titlob ftit Punti biex titlob u timmedita (Frar) Min hu Ġesù għalija? Talba minn Madre Teresa (AwSett) Tlabt lil Alla X’nitolbu u kif iweġibna Alla (Frar)

Volontarjat Il-lebbrużi Volontarjat man-nies lebbrużi (Jannar) L-aħħar xewqat Is-soċjetà Ambulance Wish Foundation tgħin lill-pazjenti jaqtgħu l-aħħar xewqa (Jannar) 34 • Diċembru 2016 • RM2000

Dawk l-imberkin tfal Lit-tfal kif se nifhmuhom, kif se nedukawhom għall-ħajja (Ottubru) Fuq it-taraġ tal-artal Missier lill-għarus ta’ bintu dakinhar tat-tieġ (Ġunju-Lulju) Il-Bambin ilaqqa’ Alla għoġbu jagħti l-ferħ f’ħajjet persuna meta l-iktar li kellha bżonnu (Aw-Sett) Il-konċepiment artifiċjali mhux kura wkoll? Il-ħajja hi rigal t’Alla (Aw-Sett) Il-persuna fiċ-ċentru Ejja nwennsu lil kull individwi (Aw-Sett) In-nanna Gerit Nieħdu ħsieb l-anzjani tagħna (Aw-Sett) In-niket u l-qalb kbira ta’ familja fqira L-imħabba lejn il-familja oriġinali tibqa’ dejjem kbira (Marzu) Ittra ta’ missier lil uliedu L-imħabba u d-dedikazzjoni ta’ missier (Ġunju-Lulju) Ittra ta’ xitan anzjan lil xitan żagħżugħ L-armi tax-xitan biex ikisser żwieġ (Marzu)

Iżżewwiġha, taqqalha, telaqha ... Ir-raġel jitlaq għax twildilhom tifel b’diżabilità (Mejju) Iżżewwiġt Musulman Esperjenza pożittiva ta’ Maltija miżżewġa Musulman (Marzu) Iżżewwiġt Musulman L-Editur jikteb dwar relazzjonijiet bejn Insara u Musulmani (Marzu) L-għarus ta’ binti Kif nittrattaw lil uliedna u l-għarajjes tagħhom (Ottubru) L-iskultur Divin Il-ħajja ta’ żagħżugħ li wara ħafna esperjenzi daħal għal Ġiżwita (Novembru) Konna nafu li mhix se tgħix Il-mewt ta’ tarbija maħbuba (Mejju)

‘Ma rridx li jkolli tfal!’ Mistoqsija lill-qarrejja dwar ittfal: Holly u Nina ma jridux tfal (Mejju) Minn fomm Madre Teresa Tbissem dejjem u lil kulħadd (Aw-Sett) Missirijiet Stejjer veri dwar l-imħabba tal-missier lejn il-familja (ĠunjuLulju) Nifhmu lil uliedna Test biex naraw kemm nafu lil uliedna (Ottubru) Sigriet li qed iħawwadni Infedeltà fiż-żwieġ li qed jiddispja1ih li wettaq (Frar) Telaq Il-ferħ u d-dulur tal-ġenituri meta jitilqu uliedhom (Novembru)



kti e b

ġdid

ta '

Pawl u

C h e tc u ti

S J

Rigal sabiħ għall-Milied €27* a 638 paġn

Kull nhar ta’ Ħadd il-Knisja tiġborna biex nisimgħu ‘il-Kelma t’Alla’. Wisq drabi dak li nisimgħu ma nifhmuhx u jħallina fejn inkunu, jekk forsi ma jħawwadniex ukoll. Dan il-ktieb huwa ġabra ta’ ħsibijiet fuq il-Kelma t’Alla li nisimgħu filQuddiesa tal-Ħadd. Wara kull ħsieb hemm mistoqsija: x’sens fiha din il-Kelma għall-ħajja tagħna ta’ kuljum? Kif se tkun dawl li jmexxini biex nagħraf il-Verità fil-geġwiġija ta’ ilħna fejn kulħadd jippretendi li għandu raġun hu? Dan mhux ktieb li taqrah. Il-mistoqsijiet mhux se jweġibhomlok, imma se jistaqsihomlok hu. It-tweġiba hija Dak li hu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja. F’kull paġna se jistiednek biex miegħu u bħalu tkun int ukoll it-tweġiba għallmistoqsijiet tiegħek u ta’ ħutek. Ħallih imexxik, Ħadd wara Ħadd, pass wara pass, biex Kelmtu ssir fik għajn ta’ ilma ħaj.

*il-prezz ta’ wara l-promozzjoni €35

Il-ktieb jiġbor riflessjoni għal kull Ħadd taċ-ċiklu ABĊ tasSena Liturġika. Dawn dehru l-ewwel fil-Leħen is-Sewwa bejn l-2011 u l-2014. Joffri għajnuna għal kull min jixtieq jilqa’ u min jixtieq iwassal il-Kelma tal-Ħajja. Jekk tixtieq tixtri kopja bil-prezz speċjali ta’ €27* kull ktieb ċemplu lil Horizons Malta fuq 2144 1604

www.horizons.com.mt

Il-kittieb huwa Ġiżwita li ħadem għal ħafna snin maż-żgħażagħ u fl-iskejjel. Kelliem, konferenzier u mexxej ta’ rtiri, b’esperjenza twila fid-direzzjoni spiritwali.

Horizons Malta


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.