Maħruġ mill‐Ġiżwiti Maltin • Frar 2014 • Sena 65 • Numru 2 • 78, Triq il-Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067
N E W S P A P E R P O S T
It-tfal, l-aqwa mhux li jkollhom min ihobbhom?
L-adozzjoni minn koppji gay
It-tfal, l-aqwa mhux li jkollhom
min ihobbhom? Qed nisimgħu ħafna diskors u argumenti dwar l-adozzjoni tat-tfal minn koppji omosesswali. Diskussjoni taħraq u kruċjali għall-ġejjieni tal-poplu tagħna u ta’ pajjiżna. Ara dawn il-ftit ħsibijiet jgħinukx tifhem xi ħaġa u forsi kif tista’ twieġeb għal ħafna mistoqsijiet li tħoss jew li tisma’. It-tfal l-aqwa mhux li tħobbhom u tieħu ħsiebhom? Biex tħobbhom mhux bilfors tkun koppja ta’ raġel u mara. Veru li t-tfal għandhom bzonn l-imħabba u l-kura. Imma dan mhux biżżejjed. Hu ferm aktar essenzjali li t-tfal isibu din l-imħabba u l-kura f’dawk li ġabuhom fid-dinja. Ebda kura u mħabba ma tieħu post dik li tiġi millġenituri li nissluhom. Għalhekk it-tfal mhux biss imħabba u kura għandhom bżonn, imma għandhom bżonn jibqgħu 2 • Frar 2014 • RM2000
magħqudin ma’ dawk li ġabuhom fiddinja. L-għeruq huma parti mill-identità ta’ min aħna u x’aħna bħala persuni umani. Ħadd ma waqa’ mis-sema. Kulħadd jitwieled minn ġuf ta’ omm u żerriegħa ta’ missier. Dawn l-għeruq jibqgħu l-għajn ta’ dak li aħna u, jiġri jiġri f’ħajjitna, dejjem tarana nduru lura lejn għeruqna biex nistgħu niffaċċjaw l-isfidi tal-ħajja. Biżżejjed tara x’jiġri fit-tfal adottati, anke minn koppja ta’ mara u raġel miżżewġin. Meta jikbru biżżejjed, kollha jkunu jridu jsibu lill-ommijiethom
u missirijiethom naturali. Għalihom dan hu essenzjal biex jiskopru min huma u x’inhi l-identità vera tagħhom. Mingħajr għeruq l-ebda siġra ma tikber u tagħti l-frott. Bniedem maħsud minn għeruqu jgħix ħajja bla ħajja. Ara x’jiġri fit-tfal li l-ġenituri tagħhom jabbandunawhom jew jisseparaw. It-tfal għandhom bżonn ikunu jafu minn fejn ġew. U għandhom bżonn li dawk li ġabuhom fid-dinja jibqgħu jakkumpanjawhom l-ewwel u qabel kollox bil-preżenza tagħhom u, s’intendi, bl-imħabba u l-kura tagħhom.
Inkella nistgħu ngħidu li ma tagħmilx differenza jekk it-tfal jitrabbew minn ommhom u missierhom jew inkella f’xi orfanatrofju, isibu kemm isibu mħabba u kura fih. Naħseb li kulħadd jaqbel li mhux xorta! Imma jekk tifel jew tifla jisfaw mingħajr ġenituri, allura l-adozzjoni mhix soluzzjoni tajba? L-aqwa mhux li jsibu min irabbihom? L-adozzjoni mhix soluzzjoni għattelfa tal-ġenituri. Hija biss għajnuna, prezzjuża ħafna, imma ma ssolvix is-sitwazzjoni tat-telfa li t-tfal ikunu ġarrbu. L-adozzjoni ftit tista’ tagħmel biex timla dan il-vojt. Ġenituri adottivi jagħtu mħabbithom b’ġenerożità kbira, imma ma jistgħux jagħtu għeruq li huma magħġuna fil-ġisem, mhux fil-moħħ jew fil-qalb biss tattifel jew tifla. Is-sbuħija tal-adozzjoni hi li minkejja n-nuqqas ta’ rabta fiżika bejn adult u tarbija, l-adulti jagħtu ħajjithom biex joffru mħabba u kura kontinwa, fidila u dejjiema biex itaffu dak il-vojt li jibqa’ għal dejjem fittarbija. Tkun illużjoni jekk il-ġenituri adottivi jaħsbu li jistgħu jieħdu l-post tal-ġenituri naturali. Mhux ta’ b’xejn li ssir insistenza biex lit-tfal jgħarrfuhom, minn kemm jista’ jkun kmieni, li huma mhumiex il-ġenituri naturali tagħhom.
Problema ma ssolvihiex billi taħbiha jew tgħattiha. L-ewwel trid tirrikonoxxiha. Dan l-akbar servizz u għajnuna li ġenituri adottivi jistgħu u għandhom jagħtu lill-ulied adottati. Imma, fl-aħħar mill-aħhar, tfal iltiema, mhux imħabba u kura għandhom bżonn? Tarbija tkun iltima għax tkun tilfet il-ġenituri, mhux għax tkun tilfet l-imħabba u l-kura. Dawn jistgħu jiġu minn persuni oħra, imma l-ġenituri ma jistgħux jiġu minn xi mkien ieħor. L-istejjer tat-tbatijiet tal-orfni li minkejja l-ħafna mħabba li jkunu rċevew permezz tal-adozzjoni, u li xorta jispiċċaw imfarrka minħabba t-telfa talġenituri, nafuhom biżżejjed. Fil-każ ta’ tarbija nieqsa millimħabba, kull imħabba sinċiera u ġenwina, ġejja minn fejn ġejja, hija prezzjuża u kruċjali għall-iżvilupp tiegħu. Imma qatt mhi se tħassar il-fatt li t-tifel jew tifla jkunu tilfu l-ġenituri naturali tagħhom.
it-tarbija tnisslet u twieldet minn raġel u mara, għandha dritt li titrabba minn raġel u mara li jintrabtu magħha b’mod li jixbah lil dawk li tilfet. L-adozzjoni mhix sempliċiment att ta’ mħabba kwalunkwe. Hija missjoni li trabbi tarbija u timxi magħha b’mod li tista’ tikber f’persuna sħiħa u b’saħħitha fl-identità personali, psikoloġika u sesswali tagħha. Għalhekk huwa essenzjali li l-ġenituri li jadottaw ikunu raġel u mara magħqudin flimkien f’rabta ta’ mħabba dejjiema.
Għaliex bilfors raġel u mara? Li tkun raġel jew mara mhix xi libsa li wieħed jilbes, jew xi manjiera ta’ ħajja li wieħed jadotta. Li tkun raġel jew mara huwa mod fundamentali u uniku kif persuna tgħix l-eżistenza tagħha umana. Min jadotta tarbija mhux biss qed iwegħedha li se jħobbha, imma qed jidħol għall-akbar att ta’ mħabba li jsawwar il-persuna tat-tarbija b’dak li hu. Tarbija għandha dritt li Allura x’differenza hemm bejn tesperjenza xi jfisser li tkun mara u xi adozzjoni minn koppja ta’ mara u jfisser li tkun raġel. Għandha bżonn li raġel miżżewġin u adozzjoni minn tissawwar fil-preżenza kollha mħabba koppja omosesswali? ta’ raġel u ta’ mara flimkien. Kull bniedem jista’ u għandu joffri Jekk it-tarbija tnisslet permezz mħabbtu lil tfal iltiema. Imma koppja tal-għaqda bejn raġel u mara, li tadotta trid hija msejħa biex trabbi għandha bżonn li titrabba minn t-tarbija u mhux sempliċiment tħobbha. raġel u mara. It-trobbija mhix xi Din it-trobbija għandha tkun, kemm ħaġa indipendenti mit-tnissil imma hu possibbli, tixbah lil dik li t-tarbija kontinwazzjoni tat-tnissil tagħha tilfet meta tilfet il-ġenituri tagħha. Jekk barra mill-ġuf. RM2000 • Frar 2014 • 3
Din mhix ħaġa li nispjegawha sempliċiment b’xi programm ta’ sex education. Din hi esperjenza ta’ kuljum li t-tarbija tikber fiha. Fiċ-ċokon nett tal-eżistenza tagħha it-tarbija tibda tiskopri l-eżistenza tagħha u tibni l-personalità tagħha b’esperjenzi bħal ma huma: it-tip ta’ ħarsa t’ommha waqt li tisqiha l-ħalib tagħha, is-sensazzjoni ta’ rtubija u tenerezza u sħana meta tkun f’dirgħajn ommha, eċċ. Minnaħa l-oħra il-leħen, il-ħarsa, il-mixja differenti ta’ missierha, id-dirgħajn sodi ta’ missierha meta jerfagħha, eċċ. Dawn huma esperjenzi li jibnu l-identità, l-persuna u l-personalità tat-tarbija. Irridu nżidu ma’ dawn l-esperjenzi fundamentali tat-tfal meta jilgħabu. Meta ommhom tilgħab magħhom hi ħaġa differenti minn meta jkun missierhom li jilgħab magħhom. Id-differenzi talattitudnijiet, l-imġiba, l-istil, l-għażliet u l-ħiliet, kif ukoll tas-sentimenti, l-emozzjonijiet tar-raġel u tal-mara huma kollha realtajiet li jqartsu l-imħabba tal-missier u tal-omm b’mod għani u profond u jeffettwaw lit-tarbija fl-iżvilupp tagħha. It-tarbija għandha dritt għal din id-diversità, biex biha tagħmel it-taħlita personali tagħha u tagħti lilha nfisha dak it-timbru uniku u personalizzat li jagħmilha ‘tifla jew 4 • Frar 2014 • RM2000
‘tifel’ bil-mod uniku u irrepetibbli tagħha. Bir-rieda tajba u l-ġenerożità kollha tagħhom, koppja omosesswali jew gay, dan ma jistgħux jagħtuh littarbija. Jibqgħu dejjem żewġt irġiel jew żewġ nisa li jħobbu lit-tarbija bħala rġiel jew nisa. Tarbija mrobbija minn koppji bħal dawn tkun imċaħħda mid-diversità essenzjali ta’ mara u raġel li jrabbuha flimkien. Dan hu dritt ta’ kull tarbija li titwieled. X’inhu l-akbar periklu u tentazzjoni għall-koppji li jadottaw? Tant hu kbir l-uġigħ ta’ min ma jistax ikollu tfal li hemm periklu serju (u li bosta jaqgħu fih) li konxjament jew inkonxjament l-adozzjoni jkunu jriduha biex itaffu l-uġigħ tagħhom stess. Biex adozzjoni ssir b’mod sabiħ u umanament b’saħħtu, jeħtieġ li kull tarbija tkun milqugħa u għażiża għaliha nnifisha u mhux għal xi benefiċċju ta’ min jadottaha. Biex inkunu għedna kollox, irridu nżidu li dan jgħodd ukoll għallġenituri naturali tat-tarbija. Meta
dawn ipoġġu l-bżonnijiet tagħhom qabel dawk tat-tarbija, ikunu qed jużaw u jisfruttaw it-tarbija u mhux iħobbuha. Irid, għalhekk, ikun hemm maturità tassew kbira f’min jieħu risponsabbiltà li jrabbi tarbija. Jeħtieġ li ma jkunx qed ifittex lilu nnifsu u jinħeba wara dak li, minn barra, jista’ faċilment jidher bħala ġenerożità u mħabba.
X’jgħidu l-istudjużi u r-riċerkaturi xjentifiċi dwar it-tfal li jitrabbew minn koppji omosesswali? Numru kbir ta’ studji u riċerki xjentifiċi jgħidu li t-tfal imrobbija minn koppji omosesswali (żewġ irgiel) jew lesbjani (żewġ nisa) ma jbatux b’effetti negattivi aktar minn dawk it-tfal imrobbija minn koppji eterosesswali (raġel u mara).
Dan jista’ jkun minnu, għalkemm hemm xi studji li juru l-kuntrarju wkoll. L-aktar punt qawwi li wieħed għandu jikkunsidra hu li, anke jekk it-trobbija minn koppja gay verament ma’ tħallix effetti ħżiena fuq it-tarbija u ma tikkawżax disturbi gravi fl-imġiba jew fil-ħajja, ma nistgħux ninjoraw il-fatt li r-realtà u l-iżvilupp sħiħ talumanità jinbnew fuq ir-relazzjoni bejn persuni ta’ sess differenti. Kemm nistgħu nserrħu rasna għallġejjieni tas-soċjetà u tal-umanità nfisha jekk naċċettaw iż-żwieġ tal-omosesswali u l-adozzjoni tat-tfal minn koppji bħal dawn? Aħna l-kbar, kemm għandna d-dritt li t-tfal, fil-vulnerabbiltà tagħhom, inċaħħduhom b’mod hekk kiesaħ u biered milli jitrabbew minn ġenituri ta’ sess differenti, sa mill-bidu tal-eżistenza tagħhom? X’effett se jkollha soċjetà fejn jiżdiedu l-koppji omosesswali fuq kif jiġu t-tfal fid-dinja? It-tfal se jibqgħu frott dirett tal-imħabba bejn raġel u mara f’rabta ta’ żwieġ dejjiemi? X’se jiġri jekk l-omosesswalità ssir mod mifrux ta’ kif il-familji jiffurmaw irwieħhom?
Kif se jiġu t-tfal? Nibdew inħallsu n-nisa biex intaqqluhom u mbagħad neħdulhom it-trabi biex irabbuhom koppji li ma jistgħux ikollhom tfal? Nibdew inkattru t-tfal li jitnisslu fillaboratorji tal-kumpaniji kummerċjali, u nixtruhom bi flejjes kbar? Nibdew nordnaw u nixtru t-tfal minn xi supermarket modern? Tarbija li titrabba minn żewġ nisa biss jew żewġt irġiel biss, kif se jkunu jafu xi tfisser tkun omm jew missier? Imma għaliex u fejn tidħol irreliġjon? Dawn mhux affarijiet u deċiżjonijiet tal-gvern? Ir-reliġjon mhix biss xi ħaġa tat-talb u ċ-ċerimonji fil-knejjes. Ir-reliġjon hi mibnija fuq dik il-verità li komunità, poplu jew soċjetà tixtieq jimxu fuqha biex il-ħajja ta’ kulħadd tkun waħda tassew umana, ġusta u sabiħa. Ir-reliġjon hi għażla ta’ ħajja mibnija fuq prinċipji u valuri li bihom il-bnedmin jgħixu ħajja bis-sens u b’direzzjoni. Dan is-sens u din iddirezzjoni, ir-reliġjon tgħid u temmen li għandna niksbuhom minn idejn il-Ħallieq u mhux nivvintawhom kif u meta jaqbel lilna. Il-bniedem mhux is-sid tal-ħajja u anqas huwa s-sid tal-ħolqien. Huwa biss kreatura maħluqa, għalhekk fid-deċiżjonijiet tiegħu irid jirrispetta u jobdi x-xewqa u l-pjan ta’ Dak li ħalqu – Alla. RM2000 • Frar 2014 • 5
Meta l-bniedem jinsa li hu ħlejqa t’Alla faċli jagħmel lilu nnifsu alla. U lkoll nafu x’jiġri meta bniedem jibda jaħseb li hu alla. Imsieken dawk li jkollhom jgħixu miegħu, għax il-bniedem supperv u egoist dejjem jispiċċa tirann li jgħaffeġ lil dawk ta’ madwaru, speċjalment lil min hu dgħajjef u ċkejken – bħalma huma t-tfal. U l-Knisja? Għandha dritt titkellem jew, kif jaħsbu xi wħud, trid biss timponi l-ideat tagħha? Il-Knisja għandha missjoni waħda – li xxerred u tkabbar l-imħabba u l-għaqda bejn il-bnedmin. L-imħabba qatt ma tista’ timponi ruħha. Alla qatt ma jimponi ruħu. Mela l-Knisja qatt ma tista’ u ma għandha timponi ruħha. Meta titkellem, il-Knisja, tkun qed taqdi d-dover li twassal u tagħti xhieda tal-verità li rċeviet mingħand Alla. Imbagħad kulħadd jagħżel hu jekk jimxix fuq din il-verità jew le. Spiċċa ż-żmien li l-Knisja thedded bl-infern jew bl-interdetti. Issa hu ż-żmien li, bħal Kristu nilqgħu u nħobbu lil kulħadd. Imma bħal Kristu wkoll irridu ma nibżgħux inqiegħdu quddiemna u quddiem is-soċjetà l-isfidi tal-Vanġelu li jagħti l-ħajja vera. Min iħobb ma jfittixx l-ewwel li jinqeda hu. Min iħobb ikun lest li jmut hu biex jgħixu dawk li huma aktar dgħajfin minnu. Kieku s-soċjetà timxi hekk, kieku ma jkollniex tfal abbandunati, mitluqa, abbużati u sfruttati. Kieku l-persuni omosesswali jkunu ferm aktar aċċettati u rispettati fid-differenza tagħhom. Kieku huma wkoll ikollhom aktar kuraġġ jaċċettaw lilhom infushom kif inhuma, u jagħrfu li huma msejħa li jħobbu b’imħabba differenti. 6 • Frar 2014 • RM2000
Għal KOPPJI miżżewġin jew qorbu għaż-żwieġ (mingħajr tfal) Kemm hu sabiħ il-kwiet!
Mt St Joseph Retreat Hse, Mosta Mill-ġimgħa 28 ta’ Marzu sal-Ħadd 30 ta’ Marzu 2014 Dan l-irtir jgħinek biex tiskopri l-kwiet tal-qalb u tar-ruħ, flimkien ma’ żewġek jew martek, l-għarus jew l-għarusa tiegħek. ikollok ċans tiltaqa’ m’Alla, miegħek innifsek u mal-verità taż-żwieġ tiegħek, preżenti jew futur. Riflessjoni personali, talb, qsim ta’ esperjenzi, eżerċizzji fl-koppja, talb fin-natura u tiġdid tal-grazzja taż-żwieġ. Imexxu: Fr Paul Chetcuti sj u koppja miżżewġa Aktar informazzjoni u biex tibbukkja ikteb jew ċempel: Fr Twanny Cilia | T: 2155 6635 E: manresagozo@gmail.com Fr Paul Chetcuti | M: 7982 6899 E: pchetcuti@gmail.com
IMPORTANTI: bi żball id-dati tħabbru ħażin. DAN IL-WEEKEND SE JSIR MT ST JOSEPH, MIT-28 sat-30 Ta' MARZU u mhux mis-7 sad-9 ta' marzu.
“N
ista’ nara t-tarbija?” staqsiet il-mara li kienet għadha kif saret omm għall-ewwel darba. Hekk kif ġabulha t-tarbija u kixfitlu wiċċu, Samantha nħasdet. It-tabib dar iħares in-naħa l-oħra biex bħallikieku ma tħosshiex imbarazzata wisq. It-tarbija twieldet bla widnejn. Iż-żmien wera li s-smigħ tat-tarbija kien perfett. Id-difett kien biss fl-apparenza. Darba ġie lura mill-iskola u mar jiġri jintefa’ f’dirgħajn ommu. L-omm mill-ewwel indunat li ġara xi ħaġa. Mindu twieled kienet tibża’ li jasal il-mument meta se jsib min isawtu bid-difett tiegħu. Fl-aħħar it-tifel qabad u qal: “Kien hemm tifel li qalli li jien… stramb!” Ommu, għafsitu magħha, tfittex x’tista’ tgħidlu. “Int ipprova evita lil dawn li jgħajruk u ibda agħmilha ma’ tfal oħrajn” qaltlu ommu waqt li xorta ħasset qalbha magħfusa għal binha. It-tifel kiber f’ġuvni gustuż. Kien maħbub minn sħabu tal-klassi u kieku ma kellux il-problema ta’ widnejh kieku kien jirnexxi u jimxi ’l quddiem ferm aktar. Kellu talent fil-mużika u l-letteratura. Kien tajjeb fl-isports u kellu karattru sabiħ. Missier it-tifel kien idur minn tabib għal ieħor, dejjem ifittex, dejjem jistaqsi: “Tista’ ssir xi ħaġa?” Wieħed tabib, jum
minnhom, qallu bla ħafna tidwir: “M’hemm xejn x’tagħmel. Li nista’ hu li nħit par widnejn, jekk xi ħadd jipprovdihomlu!”. U hawn bdiet it-tfittxija għal persuna li kienet lesta tissagrifika widnejha għal dan il-ġuvnott ħelu. Għaddew sentejn, u jum minnhom missier il-ġuvnott qallu: ”Sejrin l-isptar ibni. Sibna lil xi ħadd biex jagħtik widnejh. Imma ma nistgħux ngħidulek min.” L-operazzjoni kienet suċċess u t-tifel donnu kiseb identità ġdida. It-talenti tiegħu żviluppaw tant li n-nies bdew jirreferu għalih bħala ‘il-ġenju’, anke peress li dejjem kien ikaxkar il-premji kemm fl-iskola sekondarja u kemm fil-kulleġġ. Sar popolari u ħajtu nbidlet f’suċċess wara ieħor. Wasal ukoll biex iżżewweg u fforma familja. Imma f’moħħu u f’qalbu dejjem tberren ħaġa waħda: “Imma rrid inkun naf min kien lest li jagħti daqshekk għalija? Lil din il-persuna qatt ma nista’ npattilha biżżejjed”. Missieru kien dejjem jgħidlu l-istess ħaġa: “Veru, tagħmel x’tagħmel, ma naħsibx li tista’ tħallas lura lil min tak dar-rigal tant prezzjuż. Imma l-ftehim kien li int mhux ħa tkun taf min hu l-benefattur tiegħek… sa ma jasal iż-żmien!” Is-snin għaddew u din l-informazzjoni baqgħet sigrieta. Waslet ġurnata ta’ niket kbir għall-missier u l-iben. It-tnejn kienu wieqfa ħdejn it-tebut miftuħ tal-omm, ftit mumenti qabel id-difna. Missieru għadda jdejh bil-mod minn ħdejn wiċċ l-omm. Ressqilha xagħrha twil li, minkejja ż-żmien, kien baqa’ sabiħ u dehbi. Taħt dak ix-xagħar kien hemm il-marka ta’ ġrieħi antiki fil-post fejn qabel kien hemm il-widnejn. “Ommok qalet li kienet lesta li tħalli xagħrha dejjem twil” qal il-missier minn taħt l-ilsien “u ħadd ma qal li tidher inqas sabiħa jew stramba, hux hekk? Is-sbuħija vera mhix fl-apparenza, imma fil-qalb. It-teżor mhuwiex f’dak li jidher imma f’dak li ma tistax tarah. L-imħabba mhix qiegħda fl-affarijiet li kulħadd jaf bihom… imma fl-affarijiet li jsiru fissatra…” Alla ma jħarisx lejn dak li jidher, imma lejn il-qalb! RM2000 • Frar 2014 • 7
META ALLA ĦALAQ LILL-
MARA
8 • Frar 2014 • RM2000
A
lla kien qed joħloq lill-mara, meta ġie anġlu ħdejh u staqsieh: “Taf kemm ilek għaddej b’din il-biċċa xogħol? Għalfejn qed iddum daqshekk?” U l-Mulej wieġeb: “Mela ma rajtx iddettall li rrid nidħol fih biex noħloqha? Il-mara jrid ikollha elf kapaċità. Trid tkun taf issajjar, taf tagħti tgħanniqa li ddewwi kollox – minn sieq imbenġla sa qalb maqsuma – u għandha tagħmel dan kollu b’żewġ idejn biss” L-anġlu baqa’ mbellah. “Par idejn biss biex tagħmel dan kollu? Impossibbli! Jien naħseb li qed taħdem wisq f’ġurnata waħda… Stenna s’għada biex tlestiha.” “Le,” wieġeb Alla b’ton deċiż, “daqt inlesti din il-kreatura li qiegħda u tibqa’ għal qalbi ħafna. Il-mara tfejjaq lilha nfisha meta timrad u kapaċi tfejjaq lil ta’ madwarha bilġentilezza tagħha. Kapaċi taħdem għal madwar tmintax-il siegħa kuljum u, anke meta għajjiena mejta, tibqa’ titbissem u taqdi.” “Kif tista’ tagħmel dan meta int ħlaqtha tidher tant delikata u fraġli?” “Vera fraġli, imma fl-istess ħin, minn ġewwa, għandha qawwa ta’ barra minn hawn. Ma tistax timmaġina kemm hi kapaċi tissaporti u tippersevera.”
"Imma, se tkun kapaċi taħseb?” staqsa l-anġlu. “Mhux biss kapaċi taħseb, imma taf tirraġuna u tinnegozja.” L-anġlu mess ħaddejn il-mara. “Mulej, donnu tfajt wisq piż fuq il-mara, għax ħaddejha donnhom imxarrbin.” “Le jaħasra,” wieġeb Alla “dak mhux ilma. Dik li ħassejt int hija demgħa ħierġa minn għajnejn miksurin” ikkoreġieh Alla.
ġenerożità u qalb kbira. Taraha bi tbisssima anke meta tkun għaddejja minn xi burraxka. Taraha tkanta meta tħossha trid tibki; tibki meta tkun ferħana u tibqa’ miexja anke meta tibża’. Tiġġieled għal dak li temmen fih, speċjalment meta tara xi inġustizzja. Mhux lakemm tgħidilha ‘le’; ma tikkuntentax bil-ftit, imma tfittex li ssib soluzzjoni aħjar. Tippreferi ma tikolx hi, milli tħalli lil uliedha bil-ġuħ biex titrejjaq hi. B’qalb kbira timxi ma’ Tippreferi ma tikolx hi, min hu beżgħan. Tħobb bla milli tħalli lil uliedha bil-ġuħ kundizzjoni. Tibki ma’ min jibki biex titrejjaq hi. u tifraħ ma’ min jifraħ. Kapaċi B’qalb kbira timxi ssir kollox għal kulħadd. ma’ min hu beżgħan. L-uniku difett, jekk tista’ ssejjaħlu hekk, huwa li fit-telfa Tħobb bla kundizzjoni. tagħha biex tħobb u taqdi Tibki ma’ min jibki u l-għeżież tagħha, tista’ tinsa tifraħ ma’ min jifraħ. kemm hi prezzjuża. Kapaċi ssir kollox għal kulħadd. Imbierka l-mara li, meta tmur quddiem mera, ma tarax “Għal xiex ikollha d-dmugħ?” biss is-sbuħija ta’ wiċċha u ta’ staqsa l-anġlu. suritha, imma tagħraf is-sbuħija ta’ U l-Mulej wieġeb, “Id-dmugħ huwa qalbha. l-mod tagħha kif tesprimi t-tbatija, Jaħasra kieku flok il-ħafna tlellix il-ferħ, l-imħabba u s-solitudni ta’ u fashion shows battala li jġennu qalbha.” n-nisa, jindunaw bis-sbuħija ta’ L-anġlu kien impressjonat b’din qalbhom, kieku jindunaw x’teżor il-ħlejqa hekk kumplessa: “Mulej, int afdajtilhom f’idejhom. ġenju, ħsibt għal kollox. Il-mara hi Lill-irġiel ħlaqthom biex jiżirgħu tassew ħlejqa meraviljuża!” il-ħajja u n-nisa ħlaqthom biex “Hekk hu! Il-mara għandha qawwa jagħtuha, ikabbruha u jsebbħuha. li tgħaġġeb lill-bniedem. Hija tiflaħ Il-ħajja tal-bniedem issir tixbah lillgħal piż kbir. Fil-figura fraġli tagħha, ħajja tiegħi meta t-tnejn jaħdmu id iġġorr kapaċità ta’ ferħ, imħabba, f’id u flimkien – raġel u mara!
L-EROJ SIEKTA Meta nsemmu il-kelma ‘eroj’, probabbli jiġu f’moħħna nies bħal Madre Tereża jew xi ħadd li wettaq ħwejjeġ straordinarji. Ftit niftakru iżda, li hemm eroj siekta li huma nies bħali u bħalek.
10 • Frar 2014 • RM2000
Niltaqgħu magħhom fuq ix-xogħol, għand tal-grocer, fi triq mimlija nies u l-bqija. Dawn l-eroj huma ta’ kull xorta: dak ir-raġel miksi tpinġija jista’ jkun missier ta’ familja li qed ibati biex jaqla’ l-ħobża ta’ kuljum; it-tfajla b’xagħarha mqaxxar tista’ tkun waħda li tmur il-knisja, titlob li ommha u missierha ma jiddivorzjawx; ix-xwejħa bil-bastun tista’ tkun nanna li għadha titħabat biex iżżomm lit-tfal tattfal tagħha biex uliedha jkunu jistgħu jagħmlu l-qadi tagħhom… Il-lista tista’ tkompli. Huma għajnejna u qalbna li jridu jinfetħu u jegħlbu kull preġudizzju biex naraw il-qalb tal-bniedem. Dawn l-eroj siekta għandhom kuraġġ jagħmlu dak li forsi oħrajn jibżgħu jagħmlu: xi stranġier li jsalva lil żagħżugħ milli ttajru karozza huwa u jaqsam, il-ġara li qed tiġġieled kontra l-kanċer, jew xi mara li fil-kwiet ta’ darha qed terġa’ titgħallem tgħix wara li sofriet brain damage. Nies bħal dawn, dejjem tarahom bi tbissima fuq fommhom minkejja l-uġigħ li jkunu qed isofru. Flok igergru, jaħsbu dejjem fil-pożittiv. Nies determinati li jwettqu l-ħolma tagħhom minkejja kull ostaklu. Ma jaqtgħux qalbhom, anzi jinkoraġixxu lil min ikun qed jaqta’ qalbu. Jgħożżu l-ħbieb li għandhom u qatt ma jeħduhom for granted. Jippreferu jagħmlu ġesti żgħar ta’ mħabba mingħajr ma jkun jaf ħadd, milli jagħmlu xi att ta’ barra minn hawn li jagħmel ħoss. Jagħtu dejjem mill-aħjar li għandhom, mhux minn dak li ma jridux. Jispirawna biex nibqgħu sejrin meta niltaqgħu mal-ostakli u jgħallmuna biex ngħixu bit-tama anke meta s-sema jkun griż. Jgħallmuna wkoll ħafna affarijiet dwar il-ħajja: kif napprezzaw il-preżent, kif ma nħallux il-kritika ta’ ħaddieħor titfagħna ’l isfel, kif nafdaw f’Alla wara li nkunu għamilna ħilitna. U f’kull tmiem, jaraw bidu ġdid. Dawn l-eroj siekta li niltaqgħu magħhom fit-triq, imissulna ħajjitna u jispirawna. Minn barra jidhru li ma bidlu xejn kbir f’ħajjithom. Imma fir-realtà, ikunu għamlu l-akbar opra – immarkawna u bidlulna qalbna għal dejjem. RM2000 • Frar 2014 • 11
IL-BOZZA S--SA H
ekk kif kont sejra lura d-dar bil-karozza, innutajt dawl isfar li xegħel fuq id-dashboard. Is-sinjal kien ifisser li kelli bżonn niċċekkja l-magna. Malajr malajr, iċċekkjajt it-temperatura tal-ilma, il-livell taż-żejt, jekk saħnitx il-magna jew kienx hemm xi ħaġa oħra li mhix qed tiffunzjona kif suppost. Kif rajt li kollox kien tajjeb, iddeċidejt li ninjora s-sinjal. Meta wasalt id-dar, qrajt ilmanwal u sibt li dik il-bozza safra tixgħel mhux biex turi li hemm problema imma li l-karozza kienet waslet għas-service. Qrajt li l-bozza tixgħel ftit qabel ma jkun hemm il-problema. Tixgħel biex tevita li jinqalgħu il-problemi li jfissru ħsara serja fil-karozza. Din is-sistema qiegħda magħmula apoosta biex tassisti kemm lis-sewwieq kif ukoll lill-mekkanik ħalli jkun jista’ jagħraf x’jista’ jkun hemm ħażin qabel ma ssir ħsara gravi. Jien u naqra l-manwal ftakart li aħna wkoll, f’ħajjitna għandna bżonn lil xi ħadd jew xi ħaġa li jkunu bħal dik il-bozza safra. Għandna bżonn inkunu nafu meta
12 • frar 2014 • RM2000
għandna problema xi nsolvu, u mhux nitfgħuha taħt it-tapit. Għandna naffaċċjaw il-problema qabel ma din tibda tikkawża ħsara serja. Għandna bżonn bozza biex tgħinna waqt xi kunflitt, waqt l-uġigħ jew xi diżastru. Għandna bżonnha wkoll biex tfakkarna biex ma naqgħux għat-tentazzjoni, biex ma ninjorawx it-tajjeb ta’ ħajjitna u biex nagħmlu d-dinja post isbaħ milli sibniha. Alla huwa din il-bozza per eċċellenza. Tana kuxjenza biex inkunu nafu meta mexjin fit-triq it-tajba u meta nkunu qbadna rotta ħażina. Jagħtina nies li jimpurtahom minna biex jiggwidawna fil-mixja ta’ ħajjitna. Tana l-kelma tiegħu fil-Vanġelu, l-eżempju ta’ ħafna nies twajbin madwarna, l-esperjenzi qarsa ta’ persuni li, msieken, ħadu deċiżjonijiet żbaljati u batew ilkosegwenzi. Grazzi Mulej talli int il-bozza s-safra li turini fejn tista’ tinbet problema. Int għedtilna: “Jien iddawl tad-dinja. Min jimxi warajja ma jimxix fid-dlamijiet, iżda jkollu d-dawl tal-ħajja.”
AFRA
RM2000 • Frar 2014 • 13
It-Tajra Kien hemm tifel li kien qed itajjar tajra ’l fuq fis-sema. F’kemm ilni ngĦidlek kien hemm ċpar fil-baxx li gĦatta t-tajra u Ħbieha. WieĦed raġel li kien gĦaddej staqsa lit-tifel x’kien qed jagĦmel bl-ispaga f’idu.
14 • Frar 2014 • RM2000
“Qed intajjar it-tajra,” wieġeb it-tifel. Ir-raġel ħares ’il fuq lejn is-sema u ra biss ċpar. “Jien mhux qed nara tajra hemm fuq. Kif tista’ tkun ċert li hemm tajra jekk ma jidher xejn?” It-tifel wieġeb, “Lanqas jien mhu qed naraha, imma ċert li qiegħda hemm fuq għax xi kultant inħoss xi ħaġa tiġbed l-ispaga.” Hekk ukoll jien naf li hemm xi ħadd iżommli jdejja jien u nimxi l-mixja tal-ħajja. Naf li hemm dawl li mhux tiegħi li dejjem jurini fejn għandi mmur, pass pass. Naf li l-Mulej jimxi miegħi. Kemm għandi għax nirringrazzjah f’qalbi li nista’ nimxi din il-mixja bih bħala kumpann tiegħi. Kemm-il darba nsib ruħi mdawwar biċ-ċpar, ma nista’ nara u nifhem xejn f’ħajti. Imma niggranfa ma’ dik id-daqsxejn spaga li hi l-fidi ċkejkna tiegħi. Kultant inħossni qisni iblah, bl-ispaga f’idi. Imma kultant inħoss xi ħaġa tiġbed l-ispaga. Donnu xi ħadd li jħobbni jrid jgħidli: “Tinkwetax… Jien hawn għadni!”
L-ARKA TA’ NOÈ Kulħadd jaf l-istorja ta’ Noè u l-Arka. Dik mhix storja tal-antik. Dik storja ta’ ħajtek u ta’ ħajjet il-bniedem. Ieqaf u aħseb. X’tista’ titgħallem minnha? 1. Tħallix il-bastiment jitlaq mingħajrek. 2. Ftakar li aħna lkoll ninsabu f’baħar wieħed. 3. Aħseb minn qabel. Meta Noè beda jibni l-Arka, s-sema kien għadu sabiħ u xemxi. 4. Ħu ħsieb saħħtek u tirtirax qabel il-waqt. Meta tagħlaq is-sittin jista’ jkun li xi ħadd jitolbok tagħmel xi ħaġa tassew kbira. 5. Tagħtix każ min imaqdrek jew jgħaddik biż-żmien. Ibqa’ għamel dak li għandek tagħmel. 6. Ibni l-ġejjieni ta’ ħajtek xi mkien fl-għoli.
7. Biex tkampa waqt il-għawġ, dejjem imxi id f’id ma’ xi ħadd. 8. Min jipprova jħaffef u jiġri, mhux bilfors jasal qabel min jimxi bil-mod. Fuq l-Arka kien hemm żwiemel tal-ġiri u bebbux bilkemm jiċċaqlaq. 9. Meta jinqala’ l-maltemp, l-ewwel ħaġa tħabat biex iżżomm fil-wiċċ, imbagħad aħseb f’xi soluzzjoni dejjiema. 10. Ftakar, l-Arka bnewha d-dilettanti. It-Titanic bnewh innies tas-sengħa. 11. Ikrah kemm hu ikrah il-maltemp, jekk Alla hu miegħek, dejjem hemm qawsalla tistennik. RM2000 • Frar 2014 • 15
It-tfittxija
Martine ta’
16 • frar 2014 • RM2000
Min ifittex, isib! Jien iż-żgħira minn erbat itfal. Kont magħrufa bħala l-fessuda u l-imqarba, dejjem nivvinta xi praspura ’l hemm u ’l hawn. Kelli tfulija ferrieħa u mimlija divertiment. Meta għalaqt it-12-il sena, ommi mardet u mietet. Hemmhekk il-ħajja nbidlet, kelli nieħu responsabbiltajiet oħra, kelli nfendi għal rasi u nara kif se nkampa. Il-familja nkisret u din għalija kienet daqqa ta’ ħarta kbira. Din kienet esperjenza li tfajliet oħra ta’ daqsi ma kellhomx, esperjenza li urietni d-differenza bejn ħajti u dik ta’ tfajliet oħra. Trabbejt f’familja nisranija, konna mmorru quddies kull nhar ta’ Ħadd b’ilbies pulit… familja tradizzjonali. Mort id-Duttrina, u bħal tfal oħra għamilt l-Ewwel Tqarbina u l-Griżma. Però meta mietet ommi, bdew ilmistoqsijiet u rribellajt waħda sew. Ma ridtx nemmen iżjed f’Alla – dawk il-mistoqsijiet il-kbar tal-ħajja bdejt insaqsihom ta’ età żgħira-12-il sena. Bdejt ninnota differenza bejni u sħabi t-tfajliet l-oħra. Fejn l-inkwiet tagħhom kien x’se jilbsu fil-weekend, jien kont qed insaqsi mistoqsijiet fundamentali. Ma ridtx nemmen u fl-istess ħin ridt nemmen Għalkemm sibt ħafna għajnuna u appoġġ mill-iskola, ħassejtni ma nistax inkampa. Kont immur
skola tal-knisja, St. Joseph Sliema, skola żgħira fejn kulħadd kien jaf lil kulħadd. Bdejt inħossni bħal ħuta barra mill-ilma fi skola tal-knisja billi jien ma rridx nemmen f’Alla. Niftakar episodju ħelu. Darba waqt il-lezzjoni tar-reliġjon konna se nibdew kapitlu ġdid li kien jismu ‘Nagħżel Jien’. Hekk kif rajt dan it-titlu, għollejt subgħajja u staqsejt lill-għalliema: “Jekk fil-ktieb hawn miktub ‘Nagħżel Jien’, tista’ tgħidli x’qed nagħmel fil-klassi tiegħek nisma’ lezzjoni tar-reliġjon?” L-għalliema qaltli, “Jekk trid tista’ titlaq mill-klassi”. Għidtilha grazzi u qbadt u ħriġt mill-klassi. Spiritwalment kelli battalja sħiħa għaddejja. Ma ridtx nemmen u flistess ħin ridt nemmen. Għax jekk ma nemminx, allura ommi fejn hi? Kont qed nipprova nsib tifsira. Kien hemm tfittxija qawwija għaddejja. Ma stajtx nifhem x’kien l-iskop ta’ ħajti. Kelli ħafna tgerfix, ħafna taħwid. Illum ilġurnata meta nħares lura nista’ ngħid li dik kienet verament il-bidu tal-mixja tal-fidi tiegħi. Bħalma jgħidu ħafna qaddisin, trid tgħaddi mid-dlam biex tesperjenza d-dawl u ssaħħaħ il-fidi. Mixja ma tieqaf qatt Inħobb ngħix il-ħajja, inħobb ngħin u nosserva. Nieħu gost noħroġ barra minn triqti għall-oħrajn. Nara valur kbir fil-bniedem. Naf nifhem sew il-bniedem, ikun min ikun. Inħobb
l-affarijiet sempliċi. Inħobb nidħak, niddeverti, indaħhak lit-tfal, inħobb nara lit-tfal ferħana. Nieħu gost nifhimhom ukoll. It-tfittxija bdiet dak iż–żmien li tlift lil ommi. Kont qed niddubita kollox. Meta tibda tiddubita dak li tgħallimt, dak huwa l-punt fejn tibda ssaħħaħ il-fidi. Din il-mixja spiritwali damet sejra ħafna snin, u għadha għaddejja. Fil-fatt ma tieqaf qatt għax il-fidi tibqa’ tikber. Aktar tard tlift ħafna nies oħra importanti f’ħajti. Kien hemm zija partikolari li f’ħajti ħadet post ommi. Lil din tliftha wkoll meta mardet u ħallietna meta jien kelli 21. Però dik l-esperjenza kienet differenti. Għalkemm kont naf li din il-persuna għażiża għalija kienet sa tmut, dak iż–żmien biddilt l-attitudni tiegħi. Ħadt ħsiebha sal-aħħar, ħabbejtha aktar. Ma kinitx sitwazzjoni fejn ħrabt, għalkemm kelli l-biża’ li se nitlef persuna oħra. Affaċjajt dan il-biża’ u rbaħtu. Dik l-għalliema tar-reliġjon li semmejt, kienet titlob għalija u organizzat live-in għall-klassi tagħna ma’ youth group bl-isem ta’ Youths 4 Jesus (Y4J). Jien kont l-ewwel waħda li ħallast għall-weekend-mhux għax kien jinteressani l-weekend imma għax ridt inqatta’ l-weekend ma’ sħabi u kelli lista ta’ praspar li ridt inwettaq f’dak il-weekend. Il-Mulej juża kull RM2000 • Frar 2014 • 17
Martine
okkażjoni biex ikellimna. Fl-istess ħin għalkemm kont nuri minn barra li ma jinteressanix, minn ġewwa kien għaddej ħafna taqlib. Dik il-laqgħa li attendejna talY4J kienet esperjenza li ħalliet effett kbir fuqi. Jien kelli l-bieb magħluq għal Alla. Anzi, magħluq u msakkar bil-katnazz b’kollox. Imma xi ħadd f’dak il-weekend ħabbat mal-bieb u l-kurżità għelbitni. Ma flaħtx nibqa’ bil-bieb magħluq b’xi ħadd iħabbat u ma nafx min hu. 18 • Frar 2014 • RM2000
Hemmhekk kelli l-ewwel laqgħa ta’ vera ma’ Ġesù. Kien qed iħabbat mal-bieb u jgħidli “please, iftaħ… please, iftaħ” Kellu dik ix-xewqa li jiltaqa’ miegħi. Hemmhekk il-kurżità rebħet. Bil-mod bdejt niftaħ l-ewwel il-katnazz, imbagħad neħħejt il-firroll, imbagħad bil-mod neħħejt is-serraturi kollha. Bil-mod eh, ftit ftit… Kien proċess. Kelli l-appoġġ ta’ Tuzzi Cassar, illeader tal-youth group. Bqajt nattendi l-laqgħat ġimgħa wara ġimgħa.
Hawnhekk daħlet ukoll l-umiltà. Filli kont il-macho tal-klassi – ma rridx naf b’Alla – filli kont l-unika waħda li mmur l-iskola bis-salib m’għonqi. Meta l-Head qaltli li ma nistax nilbes ġiżirana ma’ għonqi, jien għidtilha li dan għalija huwa sinjal. Għidtilha li jien ma nilbes xejn iktar, la make-up xejn, tlabtha tħallini nilbsu. Qaltli li kienet tħallini nilbsu ladarba ngħattih. Hemmhekk bdejt niftaħ qalbi għal Ġesù u Hu rrisponda għal din it-tfittxija. Hu
juża l-karattru u l-kariżma tagħna biex jagħmel ħwejjeġ kbar bina. Minn dejjem inħobb it-tfal Minn dejjem inħobb ngħin u minn dejjem inħobb it-tfal u meta nfetħu opportunitajiet għal volontarjat barra minn Malta mort. L-opportunitajiet kienu mas-Sisters ta’ Mother Theresa. Magħhom, bil-faqar u s-sempliċità tagħhom, ħassejtni fil-ġenna tal-art. Tmur b’bagalja ta’ 10kilos għal xahrejn sħaħ. Fil-grupp ta’ Y4J sibt lil Alla fisservizz u fil-kelma tiegħu, fil-praise and worship, sibtu fl-istorbju. Mas-sisters, lil Alla sibtu fis-silenzju. Fis-silenzju naħseb li ssibu ħafna iżjed għax fil-kwiet tiltaqa’ miegħek innifsek. Fil-kwiet joħorġu mistoqsijiet fuqek innifsek, fuq il-passat, fuq id-dlam. U hemmhekk issibu b’mod differenti, hemmhekk li ssibu b’mod intimu. Filgrupp ta’ Y4J sibtu bħala ħabib, massisters sibtu bħala maħbub. Ma nistax ngħid li esperjenza kienet isbaħ milloħra għax it-tnejn li huma jgħaqqdu l-esperjenza kollha. Għandi zija Ursolina. Ma dħaltx Ursolina għax għandi zija magħhom – dik nagħmilha ċara ma’ kulħadd. Però peress li għandi ziti Ursolina, kelli opportunitajiet li ngħix fid-djar tat-tfal. Peress li tlift lil ommi żgħira, kellha permess li tiftaħli l-bieb u ngħix ftit magħha. Hemmhekk sirt naf lis-Sisters bħala bnedmin, bħala nies umani. Sirt
naf lit-tfal u l-problemi tagħhom. Sirt naf il-bżonnijiet li hemm f’dawn id-djar u kont ngħin bil-mod tiegħi. Kont għadni s-Sixth Form. Kont sirt familjari għas-sorijiet Ursolini u aktar tard kelli esperjenza mas-sorijiet ta’ Mother Theresa. Dik il-ħajja tattirani wkoll, anke l-ispiritwalità tagħhom. Tgħallimt hafna mingħandhom. Meta ġejt biex nagħżel bejn it-tnejn Kont f’mument personali ta’ talb ma’ Ġesù. Saqsejtu “għidli eżatt x’tixtieqni nagħmel”. Qatt ma xtaqt insir Sister. L-ilbies ma jogħġobnix, id-dbielet ma nilbishomx… Meta nħares lura ninduna li tant qatt ma xtaqt insir soru, li l-idea qatt ma kkonsidrajtha. Imma ħej, meta mbagħad sirt naf lil Ġesù bħala maħbub, hemmhekk l-affarijiet inbidlu. Hemmhekk bdejt niskopri li tant inħobbu lil Ġesù li lesta li nagħmel kollox għalih, anke nilbes libsa għalih. Lesta li nagħmel il-kutrumbajsi għal Ġesù. Dawk l-affarijiet li tant kienu jbeżżgħuni qabel, saru trivjali. Id-direzzjoni spiritwali għinitni ħafna. Fid-direzzjoni spiritwali, iktar ma tkun sinċiera dwar il-problemi, il-mistoqsijiet u d-dubji, iktar iddirettur jista’ jgħinek. Waħda mill-ikbar affarijiet li skoraġġietni milli nsir Sister ta’ Mother Teresa kienet li trid tkun dejjem ‘il bogħod mill-familja u żżur il-familja tiegħek darba f’għaxar snin. Tgħidli allura jekk tagħmel kollox għal Ġesù għalfejn ma titbiegħedx mill-
familja wkoll? Imma Ġesù jsejjaħlek skont il-karattru u x-xewqat tiegħek. Imbagħad meta bdejt nifhem ftit lili nnifsi f’dawk il-ħinijiet ta’ silenzju, bdejt nagħraf li Ġesù lil Martine iktar qed isejħilha għal soru Ursolina milli soru ta’ Mother Teresa. Għaliex soru? F’kull għażla ta’ ħajja tista’ tagħmel ħafna gid. Stajt għaqqadt ilprofessjoni tiegħi bħala social worker mal-ħajja miżżewġa u xorta kont inkun qed nagħmel ħafna ġid. Imma Ġesù ma xtaqx hekk minni. U kienet ċara ħafna fit-talb tiegħi, għax urieni ħafna sinjali. Ġieli tkun tixtieq maħbub tad-demm u l-laħam, li tista’ tarah, tkellmu, tisimgħu. Meta nibda niddubita b’dak il-mod, Ġesù dejjem jurini biċ-ċar li jridni għalih, eżempju permezz ta’ xi kelma millBibbja. Kieku jkollok għarus, iċempel il-qanpiena u jtik fjura. Ġesù iżda, jurik mħabbtu b’modi oħra. Meta jkollok lil Ġesù bħala maħbub, ikun miegħek kuljum, il-ġurnata kollha. Forsi xi ħaġa li ddejjaqni hi li r-raġun dejjem tiegħu. Anke jekk niġġieldu, hu għandu raġun. Ħuti kollha miżżewġin. Bilkarattru, l-personalità u l-fidi tiegħi, ma nħossnix imsejħa għaż–żwieġ. Ma rridx nintrabat ma’ persuna waħda. L-imħabba li jtini Ġesù, irrid naqsamha ma’ kulħadd mhux ma’ persuna waħda. Din l-imħabba ttini l-libertà għax ma jkollix familja tiegħi RM2000 • Frar 2014 • 19
xi nħobb, imma kull persuna li niltaqa’ magħha tkun il-familja tiegħi. L-ewwel li għidt bil-vokazzjoni tiegħi kien liz-zija tiegħi tar-rispett. Għamilt żmien ngħix għandha wkoll u aħna close. Għalkemm kont deċiża, kelli bżonn ngħid lil xi ħadd femminili u għidt lilha. Tħobbni daqslikieku jien it-tifla tagħha. Qaltli: “Dejjem tlabt li xi ħadd mit-tfal tiegħi ikollhom sejħa reliġjuża, u fl-aħhar din it-talba saret realtà.” Isbaħ minn hekk ma stajtx nisma’. Ftit wara mort ngħid lil missieri. Għidtlu li se nibda l-mixja tiegħi biex insir soru. Għajnejh bdew idemmgħu. Qalli: “Minn dejjem kont naf…” Jien xtaqt ngħidlu: “Allura ma stajtx għidtli qabel?” Imma dak il-ħin tant kont ferħana b’dik il-konferma tas-sejħa li għandi, li m’għidtlu xejn. U min jafek aħjar minn missierek? Ħuti kollha fehmuha d-deċiżjoni tiegħi. Kollha bkew, imma bkew bil-ferħ. Kelli ostakli. Xi ħbieb ma setgħux jifhmu d-deċiżjoni tiegħi. Imma llum il-ġurnata jifhmu u jifhmu sew. Illum għandi l-appoġġ kollu tagħhom. Il-ħbieb kienu l-ikbar ostakli li kelli. Fl-istess ħin ma ttihomx tort għax għalihom f’daqqa waħda Martine li ħa tkun qed tgħix f’kunvent se jkollha ħafna limitazzjonijiet, ma tistax toħroġ ma’ sħabha daqs qabel.
20 • Frar 2014 • RM2000
Grazzja u barka Kieku kelli nsemmi grazzja li qlajt hija li qed nifhem u naċċetta l-passat tiegħi. U bħala barka, inħoss li l-Mulej berikni f’ħajti kollha b’nies – familjari u barranin – li jappoġġjawni, jifhmuni u jemmnu fija, nies li nista’ nafda u li jqawwuni. Vers mill-Bibbja li jolqotni: “Għax il-bluha t’Alla hija iktar għaqlija millikbar għerf tal-bniedem. U d-dgħufija t’Alla hija iktar b’saħħitha mill-ikbar qawwa tal-bniedem.” (1 Korintin 1:25) Meta jsejjaħlek, aħna ma nifhmux. Hu għandu l-pjanijiet tiegħu – pjanijiet ta’ mħabba. Jaħasra kieku nafdawh, tant jista’ jkun hawn ġid fid-dinja, tant ħajjitna tkun mimlija ferħ. Ma jfissirx li jekk nafdaw lil Alla, il-problemi se jisparixxu, lanqas xejn! Anzi, iktar ma tkun se tagħmel ġid, iktar jinqalgħu intoppi. L-iskop ta’ ħajjitna huwa li nħobbu ’l Alla, inservuh u nġibu lil ħaddieħor qrib Alla. F’kulma tagħmel, trid tipprova tagħmel dawn. Jekk jien bħalissa għaddejja minn sitwazzjoni diffiċli u niddispra, dak li jkun se jaqta’ qalbu. Mentri jekk jien naffaċċja s-sitwazzjoni bil-fidi f’Alla, in-nies ħa jagħrfu li hemm qawwa ikbar. Dik hi s-sejħa… tkun xi tkun. Innorma hija li tagħmel l-O Levels, tidħol
is-Sixth Form u tiltaqa’ ma’ persuna li tħobb u eventwalment tiżżewwiġha u tagħmlu familja. Imma jekk int qed tħoss xi ħaġa differenti, taqtax qalbek minn din il-ħaġa. Id-differenza hi sabiħa; jekk qed timxi wara Ġesù, trid tmur kontra l-kurrent. Iva, jiġuk ħafna sitwazzjonijiet tal-biża’, imma d-dubji u l-biżgħat huma parti mill-mixja. Qatt ma tista’ tieqaf u tgħid li wasalt. Kif tagħmel hekk, titlef kollox. Taqta’ qalbek quddiem xejn. Sib id-direzzjoni spiritwali. Kull ħin u kull mument, mur itlob, u jekk ma jkollokx aptit titlob, iktar ikollok bżonn tmur itlob. Xi ħadd famuż qal: Hemm ħames Evanġelji mhux erbgħa. Il-ħames wieħed jinsab f’ħajjitna. B’dak kollu li ngħidu u nagħmlu irridu nxandru l-imħabba t’Alla. “Għax il-bluha t’Alla hija iktar għaqlija mill-ikbar għerf tal-bniedem. U d-dgħufija t’Alla hija iktar b’saħħitha millikbar qawwa tal-bniedem.” (1 Korintin 1:25)
ċikku l-kok
Minkejja l-età ta’ 91 sena, Ċikku kien għadu jqatta’ ġranet sħaħ fl-għalqa. Minkejja li kien indipendenti f’kollox, bintu Agnes kienet iġġagħalu jħossu qisu tifel ta’ għaxar snin. Ma kienet tafdah f’xejn… la biex isajjar, la biex jaħsel ħwejġu, la biex imur sal-bank. Kienet tgħid li moħħu m’għadux li kien għax xjaħ. Ta’ spiss kien jipprova jagħmel xi ħaġa minn wara daharha, iżda dlonk kienet tinduna bil-pjan. Stephen, bin Agnes, kien l-għaxqa ta’ Ċikku. Kienu jqattgħu ħafna ħin flimkien, bin-nannu jirrakkonta u jfiehem is-sengħa tar-raba’ lil neputih. Darba minnhom, Ċikku Grupp Appostolat xtaq jurih oġġett tat-Talb li ħadd ma kien jaf
Appostolat tat-Talb Intenzjonijiet gĦal FRAR Ġenerali: Biex il-Knisja u s-soċjetà jirrispettaw l-għerf u l-esperjenza tal-anzjani. Missjoni: Biex is-saċerdoti, ir-reliġjużi u l-lajċi jaħdmu flimkien b’qalb kbira għall-evanġelizzazzjoni. Isqfijiet: Sabiex uliedna jitrabbew filvalur tas-silenzju li jgħinhom jiskopru x-xewqat ta’ Alla għalihom.
bih. Hekk kif daħlu fil-kamra tassodda, in-nannu mar dritt għal fuq is-senduq u xħin fetħu, ħareġ pitazz antik. Stephen għelbitu l-kurżità u ħatafhulu minn idejh. Mal-ewwel titwila seta’ jinduna li kien fih ħafna riċetti… U malajr skopra li l-moħħ warajhom kien nannuh! Ċikku kien kok prim, li f’żgħożitu kien isajjar għal sinjur Spanjol u li waqt l-istess żmien kien tgħallem l-Ispanjol. Kelma ġġib lil oħra u Stephen skopra wkoll li n-nannu kien ukoll investa xi flus, u daqt kien se jeħodhom lura flimkien mal-interessi li nġabru. Malli Stephen tarraf dan kollu lil ommu, ma riditx temmen. Marret għand missierha u għajtet tnejn miegħu għax qatt ma qalilha xejn. Missierha, kalm bħal dejjem, qallha: “Pruvajt nurik kemm naf insajjar imma inti bżajt li ninħaraq. Xtaqt neħodkom sa Spanja u nara fejn investejt flusi, imma għidtli li żmieni għadda biex insiefer. Pruvajt nurik li moħħi għadu tajjeb u kapaċi nfendi għal rasi imma inti m’emmintnix.” Int kif tħares lejn l-anzjani, speċjalment il-familjari tiegħek? Taf b’xi anzjan jew anzjana għaddejjin minn sitwazzjoni simili bħal Ċikku? Kif tista’ turi aktar rispett lill-anzjani fil-familja tiegħek? Grupp Appostolat tat-Talb
RM2000 • Frar 2014 • 21
X’SE TAGĦŻEL,
TIBKI
JEW TGĦID
GRAZZI? 22 • frar 2014 • RM2000
L-iktar ħaġa importanti fil-ħajja mhix li tistenna x-xita tgħaddi imma li titgħallem tiżfen fix-xita. Bosta drabi noqogħdu nistennew sakemm kollox jiġi sewwa f’ħajjitna. Ngħidu: “Meta nsib xogħol, nagħmel hekk… Meta jikbru t-tfal nerġa’ nibda noħroġ… Meta tibda s-sena l-ġdida nibda d-dieta…Meta nirtira nibda nieħu ħsieb aktar tal-ġnien.”
Minflok toqgħod tistenna biex issib xogħol jew li jikbru t-tfal, ibda minn issa, kif tista’, anke jekk int limitat. Allaħares noqogħdu nistennew, għax inkella ma nibdew qatt! Jekk toqgħod tipposponi, tasal tgħaddi sena u d-dieta tibqa’ ma tibdihiex. M’hemmx bżonn tkun ferħan bis-sitwazzjoni tiegħek biex tirringrazzja lil Alla. Is-sigriet tal-ferħ mhux li jiġik kollox tajjeb u kif tixtieq int, imma li tkun kapaċi tgħid grazzi lil Alla għal kull ma jiġrilek. Meta tagħżel li ma tiffukax fuq l-affarijiet li m’għandekx u tapprezza l-affarijiet li għandek, hemm issib il-ferħ. Jekk tagħmel lista tal-affarijiet sbieħ li għandek f’ħajtek u ħdejha tagħmel lista tal-problemi tiegħek, wisq probabbli tinduna li għandek ammont ikbar ta’ grazzji milli problemi. Li jgħodd mhux x’għandek f’idejk, imma x’se tagħmel bih.” Ħajjitna tikkonsisti f’għaxra fil-mija minn dak li jiġrilna u disgħin fil-mija minn dak li nagħmlu bih. Ma tistax tagħżel x’se jiġrilek, jew x’se jagħmlulek l-oħrajn. Imma tista’ tagħżel kif se ġġib ruħek int f’dak li jiġrilek. Toqgħod tibki xortik u titħassar lilek innifsek, jew tuża’ dak li għandek biex tieħu ftit ġid minnu jew tagħmel ftit ġid għal xi ħadd bih. Il-gratitudni u l-attitudni tiegħek huma l-bakketta maġika li kapaċi jibdlu diżgrazzja fi grazzja. Kien is-16 ta’ Lulju 2008, waranofsinhar u kont bilqiegħda f’lukanda. Kelli nagħti konferenza dik il-lejla quddiem sala nies. Kont daqsxejn imdejqa. Ma kontx għamilt eżerċizzju dan L-aħħar għax kienu qed jaqbduni bħal sturdamenti u ma ħassejtnix tajba. Kelli nibda fis-sebgħa ta’ filgħaxija, imma kienu stednuni għal kunċert fis-sitta biex nara xi ħaga li qaluli se togħġobni żgur. Mur għidli li kelli nara xi ħaġa li qatt ma kont se ninsa! Introduċew lill-mużiċist żagħżugħ. Merħba... lis-Sur Patrick Henry Hughes. U minnufih narah dieħel, jinġarr fuq siġġu tar-roti. Ċapċip u inkini u beda jdoqq il-pjanu. Subgħajh bħal żifnu fuq ilpjanu u ħarġet melodija li ma nistax niddeskrivi s-sbuħija tagħha fi kliem. Imbagħad beda jkanta waqt li qed idoqq, u s-sala iktar donnha ħadet il-ħajja. Kont naf li qed nara xi ħaġa speċjali. Dan il-mużiċist kellu xi ħaġa li tiġbdek bħal kalamita… ikolli ngħid kienet it-tbissima sinċiera tiegħu li kienet issaħħrek!
Xi għaxar minuti wara li beda l-kunċert, raġel pulit ġie tela’ fuq il-palk u qal: “Nixtieq nurikom video ta’ seba’ minuti, video bl-istorja ta’ dan il-pjanist żagħżugħ.” Patrick Henry Hughes twieled bla għajnejn, u b’ġismu diżabilitat b’mod permanenti. B’danakollu, meta kien tifel, għamlulu għajnejn artifiċjali u bdew iġorruh fuq siġgu tar-roti. Kien għadu tifel ta’ sena meta skopra l-pjanu. Skont ommu: “Kont indoqq nota fuq il-pjanu, u wara li jipprova darba jew darbtejn, kien jirnexxilu jdoqqha waħdu. Malajr jaqbadha l-mużika! Sat-tieni birthday tiegħu beda jdoqq dak li jitolbuh. (You Are My Sunshine, Twinkle Twinkle Little Star). Missieru, li kien pjanist, kien fis-seba’ sema. Għalkemm ma setax jagħmel sports ma’ ibnu, skopra l-ferħ li jdoqqu l-pjanu flimkien.” Illum il-ġurnata, Patrick qiegħed l-Università. Missieru jattendi l-klassijiet miegħu. U t-tifel dejjem bl-aqwa marki: ġab kollox A minbarra tliet suġġetti li ġabhom B. Jagħmel ukoll parti minn banda ta’ 214-il membru. Iva, minkejja li huwa għama u fis-siġġu tar-roti, Patrick idoqq f’banda flimkien ma’ missieru. Jattendu l-provi kollha tal-banda u jdoqqu quddiem eluf ta’ nies. Missieru jmexxih fis-siġġu tar-roti u Patrick jaqla’ ċ-ċapċip. Patrick jgħid “Missieri huwa l-eroj tiegħi.” Apparti t-talent kbir tal-mużika, in-nies kienu jfittxuh iktar għas-sens ta’ gratitudni u tjubija tiegħu. L-attitudni ta’ Patrick serqet qlub kulħadd. Fuq il-palk, bejn kanzunetta u oħra kien iħobb ikellem lill-udjenza dwar ħajtu u jgħidilhom kemm iħossu mbierek. Darba qal, “Alla għamilni għama u ma nimxix. Imma b’daqshekk? Huwa ma ħallinix b’xejn għax tani d-don talmużika… Don li jgħinni niltaqa’ ma’ ħafna u ħafna nies twajbin.” Hekk kif spiċċa l-kunċert, Patrick u missieru kienu fuq il-palk flimkien. L-udjenza qamet bilwieqfa ċċapċpilhom bil-qalb! F’dik l-atmosfera, ġismi qam xewk xewk! Issa verament kelli eroj f’ħajti. Kont ilni nfittex wieħed, u issa kont sibtu. It-tbissima u s-sens kbir ta’ gratitudni tiegħu kienu mmeraviljawni. Meta qsamt din l-esperjenza mal-familjari u l-ħbieb, ħabib tiegħi bagħtli dan il-ħsieb: “Meta niddeċiedu li ma neħlux fuq x’għandna nieqes u, minflok, infittxu li ngħidu grazzi għall-affarijiet li għandna… Hemmhekk nibdew nduqu ftit mis-Saltna t’Alla.” RM2000 • Frar 2014 • 23
Erġajt bdejt ngħix Irċevejt telefonata mingħand omm li tilfet lil bintha ta’ tmintax-il sena. Qasmitli qalbi imma ma stajtx insib kliem biex nesprimi d-dwejjaq tiegħi għat-telfa u l-weġgħa tagħha . Skoprejt li bintha kkommettiet suwiċidju. Poġġejt it-telefon f’postu u bkejt għalkemm kienet persuna barranija. It-telefonata kisritli qalbi u ma stajtx inneħħi lit-tfajla minn moħħi għal ġimgħat sħaħ, anke jekk qatt ma ltqajt magħha. Forsi affettwani daqshekk għax kont fis-sitwazzjoni tagħha jien stess. Jien ukoll kont għixt f’dik l-istess disperazzjoni u xtaqt intemm ħajti u fil-fatt ippruvajt – o kemm ippruvajt – intemm ħajti. Għamilt attentati serji u darba minnhom, f’mument ikrah ħafna, kellha tkun binti ta’ disa’ snin li ċemplet l-Ambulanza biex jeħduni l-isptar. Kienet issibni barra minn sensija għal ħafna drabi. Kont anke f’relazzjoni ta’ sentejn ma raġel li kellu l-HIV (il-marda tal-AIDS) u qatt m’użajt protezzjoni għax kont nixtieq li nittieħed mill-marda tiegħu ħalli mmut. Ma ridtx ngħix. Ta’ disa’ snin kont abbużata mill24 • Frar 2014 • RM2000
ġar tagħna u meta kelli tlettax-il sena minn ħija stess. Kont bħal ruħ mitlufa, dejjem infittex l-imħabba. Kelli missieri jadurani u ommi li kont inħossha tobgħodni. Ommi dejjem qabblitni ma’ ħaddieħor u kienet issaqsini għalfejn ma kontx inġib ruħi u nilbes bħalhom. Qatt ma ħassejtni tajba biżżejjed. Bdejt nixrob ta’ 13-il sena u bdejt nagħmilha mas-subien ta’ età tenera. Għamilt ħafna affarijiet li llum jiddispjaċini li għamilthom, imma kont iddisprata li nsib xi ħadd li jħobbni. B’xorti tajba sibt min jismagħni u jifhimni. Fuq kollox, f’dik li kienet tgħinni, sibt mhux biss għajnuna professjonali imma sibt ħabiba li tħobbni ta’ veru. Għalija kienet
l-anġlu li laqqagħni ma’ Alla mhux bilprietki tagħha, imma bl-imħabba u t-tjubija tagħha. Bil-mod il-mod għenitni naffaċċja l-problemi li kont dħalt fihom. Ma bqajtx ngħix ma’ raġel alkaħoliku u bdejt nieħu ħsieb lil binti aħjar. Erġajt bdejt ngħix, inħobb u nsib sens fil-ħajja. Alla kien daħal f’ħajti liebes ta’ mara twajba li taf tħobb. Permezz tagħha Alla reġa’ ġabarni minn ħalq il-mewt. Għalhekk, hi x’inhi s-sitwazzjoni tiegħek, qatt taqta’ qalbek. Fejn hemm il-ħajja dejjem hemm it-tama. Jekk tfittex, issib l-għajnuna li teħtieġ. Alla qiegħed dejjem hemm, f’dan il-vjaġġ iebes għax hu wegħedna: “ Jiena magħkom sal-aħħar taż-żmien”.
GĦANDNA BŻONN L-GĦAJNUNA Il-Posta reġgħet għoliet. Qed inżommu l-prezz talabbonament €5 biss fis-sena, biex ħadd ma jaqta' qalbu mill-ħlas. Imma dan il-prezz ma jkoprix l-ispejjeż tagħna. NIDDEPENDU MILL-ĠENEROŻITÀ TAL-OFFERTI TAGĦKOM. Mal-abbonament ibgħat offerta libera biex l-RM2000 jibqa' jasallek id-dar.
SE JERĠA’ JIBDA JOĦROĠ BĦALA MAGAŻIN STAMPAT
Minn din is-sena il-Magażin LIL ĦBIEBNA se jibda jkun publikazzjoni għaliha u mhux se jibqa’ magħqud mal-RM2000. Jintbagħat b’xejn bil-posta lil min jixtieq jinkiteb fih. Biex tirċevih ikteb jew ċempel lil: Fr John Scicluna sj, 78, Triq il-Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067 Telefon: 2141 2606 RM2000 • Frar 2014 • 25
26 • Frar 2014 • RM2000
META L-ĦAJJA
TGĦIDLEK ‘LE’ H
enry W. Beecher baqa’ famuż għal kemm stinka u tħabat biex jispiċċa l-iskjavitù fl-Amerika. Meta kien għadu tifel taliskola kellu jagħmel diskors quddiem il-klassi. Bilkemm kien għadu beda meta l-għalliema waqqfitu u qaltlu: “Le!” Miskin, instamat u reġa’ beda mill-bidu, imma l-għalliema reġgħet għajtet miegħu: “Le!” u waqqfitu. Beecher inkiser u poġġa bilqiegħda. Issa kien imiss lil student ieħor biex jagħmel diskors. Kien għadu jibda meta “Le!” qaltlu l-għalliema. L-istudent inħasad ukoll, imma, waqaf għal mument u mbagħad kompla jagħmel id-diskors sakemm lestieh. Hekk kif poġġa bilqiegħda, l-għalliema qaltlu: “Prosit! Tajjeb ħafna” Henry rrabja. Għamel il-kuraġġ u beda jilmenta mal-għalliema: “Jien mhux hekk kont qed nitkellem qabel ma waqqaftni?”
L-għalliema kienet lesta għal dan l-ilment u qaltlu: “Fil-ħajja mhux biżżejjed li tkun taf xi trid tgħid. Jeħtieġ tkun konvint u persważ minn dak li trid tgħid. Meta ħallejtni nwaqqfek u qgħadt bilqiegħda, urejt li m’intix konvint biżżejjed u lest tisfidani biex tkompli. Meta d-dinja tgħidlek ‘Le’, int m’għandekx tirrassenja ruħek u ċċedi. Għandek tgħid: “Iva… dak li nixtieq ngħid, nemmen fih u determinat li ngħidu”. Id-dinja taf tgħidlek ‘le’ b’ħafna modi: “Le! Għandek żball!” “Le! Int issa xjaħt wisq!” “Le! Għadek żgħir wisq!” “Le! Int dgħajjef!” “Le! Din l-idea mhix se taħdem.” “Le! M’għandekx kwalifiki biżżejjed. Int ma tifhimx.” “Le! M’għandekx flus biżżejjed.” “Le! Int m’intix maqtugħ għal hekk.”
Kull ‘Le’ li tisma’, tista’ ġġarraflek il-ħolm tiegħek u tkissrek minn ġewwa. Imma int m’għandekx tieqaf hekk kif tisma’ ‘le’. Anzi, għandek tqum fuq saqajk u tgħid “Iva. Jien hekk nemmen. Hekk se nagħmel. Hekk se nkun.” Taqax fl-iżball li taċċetta l-opinjoni ta’ ħaddieħor. Ħafna drabi, min ma jirnexxilux hu, jaħseb li ħadd mhu se jirnexxilu. Int għandek potenzjal differenti. Tħallix li meta tkun fuq is-sodda tal-mewt jiddispjaċik li ma wettaqtx il-ħolma ta’ ħajtek.
Meta jgħidulek ‘Le’, għajjat ‘Iva’ u agħti prova tagħha.
Storja vera dwar atleta Glenn Cunningham li safa’ ferut serjament min-nar tal-età tenera ta’ tmien snin. It-tobba bassru li dan it-tifel mhux se jkun jista’ jimxi iktar f’ħajtu. B’determinazzjoni kbira li jimxi, Glenn kien joħroġ mill- wheelchair u jintefa’ fil-bitħa jċaqlaq ġismu bit-tama li jibda jimxi. F’inqas minn sentejn ta l-ewwel passi tiegħu u b’determinazzjoni liema bħalha tgħallem jiġri akkost l-uġigħ.
28 • Frar 2014 • RM2000
Kien hemm skola li kienu jsaħħnu l-klassijiet ta’ ġo fiha billi jużaw spiritiera. Issa din l-ispiritiera kien jieħu ħsiebha tifel partikolari, li kien jiġi kmieni biex iqabbad din l-ispiritiera qabel jaslu l-għalliema u l-istudenti. Għodwa waħda, l-istudenti waslu l-iskola u sabu li l-bini kien qed jaqbad. Malajr malajr ħarġu lil dan it-tifel minn ġol-bini, li s’issa kin jinsab barra minn sensih u iktar mejjet milli ħaj. Kellu ġismu, speċjalment il-parti t’isfel, kollha maħruqa u għalhekk ħaduh fl-iktar sptar viċin li kien hemm. Minn ġos-sodda, it-tifel ferut, li kien nofsu f’sensih sema’ lit-tabib ikellem lil ommu. It-tabib qalilha li binha kien se jmut għaliex in-nar kien ħaraqlu l-parti t’isfel ta’ ġismu. Imma dan it-tifel qalbieni ma riedx imut. Daħħalha f’rasu li jrid isalva b’xi mod jew ieħor. U fil-fatt issorprenda lil kulħadd meta ġara li verament salva. Meta l-periklu tal-mewt kien għadda, reġa’ sema’ lit-tabib ikellem lil ommu
minn taħt l-ilsien. It-tabib qalilha li n-nar kien ħaraqlu ħafna mill-ġilda ta’ saqajh u li minħabba f’hekk aħjar imut għaliex kien iddestinat li jkun pparalizzat f’saqajh għal ħajtu kollha. Għal darb’oħra, it-tifel kien determinat li ma jsibx ruħu pparalizzat. Qal bejnu u bejn ruħu li jrid jibqa’ jimxi. Imma b’xorti ħażina, ma kellux saħħa jċaqlaq mill-qadd ’l isfel. Saqajh kienu mingħajr ħajja. Fl-aħħar mill-aħħar ħareġ millisptar u ta’ kuljum ommu kien timmassaġġjalu saqajh żgħar żgħar, imma hu ma kien jista’ jħoss xejn. Imma xorta waħda, id-determinazzjoni tiegħu li jimxi kienet b’saħħitha iktar minn qatt qabel. Meta ma kienx għadu fis-sodda, ġabulu wheelchair. Darba inzertat ġurnata sabiħa u ommu ħarġitu fil-bitħa biex igawdi daqsxejn l-arja friska. Din id-darba, minflok baqa’ bilqiegħda, ħareġ mill-wheelchair, u ġarr lilu nnifsu fuq il-ħaxix waqt li ġibed saqajh warajh.
It-tifel qabad maċ-ċint li kien qed jiċċirkonda l-bitħa. Bi sforz liema bħalu, qajjem lilu nnifsu maċ-ċint, u, waqt li jżomm miegħu, beda jagħti passi żgħar, b’determinazzjoni li jimxi. Beda jagħmel hekk kuljum sakemm għamel mogħdija minn ġol-ħaxix. Ma xtaq xejn iktar milli jiżviluppa l-kapaċità li jerġa’ jibda jimxi. FL-aħħar, bis-saħħa tal-massaġġi t’ommu, id-determinazzjoni sħiħa u l-persistenza tal-għaġeb tiegħu, żviluppa l-kapaċità li jqum bilwieqfa, imbagħad li jimxi u jieqaf, imbagħad li jibqa’ jimxi, u fl-aħħar kien kapaċi wkoll jiġri! Beda jimxiha lejn l-iskola u iktar tard beda jiġriha. Kien jiġri sempliċiment biex igawdi l-kapaċità tiegħu li jiġri. Imbagħad għaqqad tim tal-ġiri fil-kulleġġ. Dan il-ġuvnott li bassrulu li mhux se jsalva, li ma setax jittama li jimxi jew jiġri, dan Dr. Glenn Cunningham ġera l-mili bid-determinazzjoni tiegħu. RM2000 • Frar 2014 • 29
DAK L-IMBIEREK HALIB! Xjenzjat famuż kienu qed jintervistawh dwar l-iskoperti tiegħu. Staqsewh x’kien li wassal għas-suċċess tiegħu. Fost affarijiet oħra x-xjenzat semma esperjenza li kellu ma’ ommu meta kellu biss sentejn. Kien qed jipprova joħroġ flixkun bil-ħalib mill-friġġ, meta bumm! Waqqgħu mal-art u f’kemm ilni ngħidlek mela l-art bil-ħalib. Hekk kif ommu daħlet fil-kċina, minflok ma qabdet tgħajjat miegħu, tippridkalu jew tagħtih penitenza, qaltlu: “Illallu, Robert, x’mandra ħelwa għamilt! Qatt ma rajt għadira bil-ħalib! Ħeq, il-mandra diġà saret. Tixtieq toqgħod tilgħab ftit fil-ħalib qabel ma nnaddfuh?” Dak ħatafha fil-kelma u qagħad jilgħab fil-ħalib. Wara ftit tal-ħin, ommu qaltlu: “Robert, meta tħammeġ, fl-aħħar trid tnaddaf u terġa’ tħalli kollox kif kien. Issa biex innaddfu tista’ tuża jew sponża, jew xugaman jew mopp. X’tippreferi tuża?” Robert għażel li juża l-isponża, u bil-mod naddfu l-ħalib flimkien. Imbagħad ommu kompliet, “Ħa ngħidlek għaliex 30 • Frar 2014 • RM2000
ġralek hekk. Int ippruvajt iġġorr flixkun kbir b’par idejn żgħar wisq. Imxi mmorru fil-ġnien bi flixkun tal-ilma u rrid nurik kif l-aħjar tqiegħed idejk biex iġġorr il-flixkun mingħajr ma twaqqgħu.” Dan it-tifel żgħir tgħallem li jekk jaqbad il-flixkun minn fuq b’id waħda, u jwieżnu minn isfel bl-id l-oħra, ikun jista’ jġorr il-flixkun mingħajr ma jwaqqgħu. U kien proprju permezz ta’ din l-esperjenza li tgħallem ma jibżax jieħu żball. Tgħallem li l-iżbalji huma opportunità biex wieħed jitgħallem xi ħaġa ġdida. Fil-fatt dan hu l-għan ta’ kull esperiment xjentifiku: li titgħallem xi ħaġa ġdida. Anke jekk l-esperiment ma jirnexxix, xorta tkun tista’ titgħallem xi ħaġa minnu. Kemm ikun sabiħ kieku l-ommijiet jikkoreġu lil uliedhom kif imxiet omm Robert hekk kif binha waqqa’ l-ħalib!
Hniena mhux Gustizzja Kien hemm omm li darba marret għand Napuljun biex titlob maħfra għal binha li kien instab ħati ta’ offiża gravi fl-armata. L-imperatur wieġeb li dan il-ġuvni kien għamel l-istess offiża darbtejn u li għalhekk jistħoqqlu l-mewt. “Imma jien mhux qed nistaqsi għal dak li jistħoqqlu. Jien qed nitlob għall-ħniena,” tkarrbet l-omm. “Imma ibnek ma jistħoqqlux ħniena,” wieġeb Napuljun.
“Sinjur,” talbitu bil-ħniena, “Ma kinitx tkun ħniena kieku kienet tistħoqqlu. Hija proprju l-ħniena li jien qed nitlob mingħandek.” “Hekk mod ieħor. Jien mexxej ġust, imma kapaċi nuri ħniena wkoll ma min jitlobhieli b’qalb sinċiera. Allura se jkolli ħniena,” rattab qalbu l-imperatur, u ħeles lil binha mill-mewt. Din hija l-essenza tal-ħniena: hija l-mogħdrija ta’ xi ħadd quddiem il-bżonn ta’ dak li jkun. Il-ħniena mhix
ġustizzja, għax waqt li l-ġustizzja hi ħaġa mistħoqqha lil dak li jkun, il-ħniena tingħata mhux lil min jimmeritaha, imma lil min għandu bżonnha. “Imberkin dawk li jħennu, għax huma jsibu l-ħniena.” qal Ġesù. Min iħenn ikun jixbah lil Alla nnifsu- ilMissier kollu ħniena u tjubija. Huwa jħenn għalina mhux għax jixirqilna jew jistħoqqilna, imma għax iħobbna u ma jiflaħx jarana nbatu.
RM2000 • Frar 2014 • 31
GHAT-TFAL U GHALL-KBAR
Paġna maħsuba minn Claudia Cini
U qal Alla: “Ħa tnissel l-art ħlejjaq ħajja skont ġenshom: bhejjem tad-dar, annimali li jitkaxkru u bhejjem selvaġġi. U hekk sar. (Ġen. 1:24) NIFHMU AĦJAR IL-KOBOR T’ALLA In-numru ta’ tipi differenti ta’ annimali huwa kbir ħafna u żgur li ħadd ma jaf kemm-il speċi jeżistu, iżda Alla jaf. Kull ħlejqa ħalaqha bilħsieb u żejjinha b’dak kollu li teħtieġ biex tgħix komda fl-ambjent li għoġbu jpoġġiha fih. Dan jissejjaħ ‘l-istint’, li jgħinha kif għandha taġixxi f’kull sitwazzjoni li tiltaqa’ magħha.
• adult jiekol mal-erbatax-il kilo ħut kuljum • minkejja li għandu 100 sinna, jibla’ l-ikel sħiħ • l-akbar speċi jitwal sa 30 piedi u l-inqas sa 4 piedi • jiżen bejn 41 kilo u 11,000 kilo • jaqbad il-priża billi flimkien ma’ sħabu jiċċirkondaw ċorma ħut u jidħlu f’nofshom darba kull wieħed jieklu minnhom Id-denfil: • waqt li jkun rieqed, nofs moħħu jibqa’ • huwa l-uniku mammiferu li jitwieled minn mqajjem biex ikun jista’ jieħu n-nifs u biex denbu minflok minn rasu joqgħod għassa għall-periklu • iż-żgħir jibqa’ jgħix m’ommu bejn sentejn u • Iħobb ħafna jissoċjalizza, jilgħab ma’ tliet snin sħabu tal-grupp u nkejjuż ħafna • għandu żewġ stonkijiet, wieħed biex jiddiġerixxi l-ikel u l-ieħor biex jaħżen l-ikel • għandu ġilda delikata li malajr tinbarax imma l-ġerħa tfiq malajr ħafna • kapaċi jogħdos sa 1000 pied fond u jaqbeż ’il barra mill-ilma għoli ta’ 20 pied • ma tantx ixomm imma jara tajjeb ħafna Logħba: Agħti l-kulur taħt l-ilma u jisma’ għaxar darbiet aktar lill-istampa billi timxi mill-bniedem mal-ħjiel tal-kuluri • il-finn ta’ fuq dahru hi unika għal kull wieħed li hemm taħt. u jista’ jintgħaraf minnha • jgħum 25 mil fis-siegħa – tliet darbiet aktar Ibgħat is-soluzzjoni milli kapaċi jiġri bniedem tiegħek f’dan l-indirzz: • jgħix medja ta’ sbatax-il sena, imma kien RM 2000, hemm uħud li għexu anke 50 sena Kompetizzjoni tat-Tfal • jgħix fl-ilma baħar, għalkemm hemm No. 78, minnhom li rnexxielhom jgħixu fl-ilma ħelu Triq il-Markiż Scicluna, • jieħu n-nifs minn toqba fuq rasu f’intervalli Naxxar NXR 2067 ta’ bejn 20 sekonda u 30 minuta – skont l-ispeċi 1. ISFAR 2. ĠRIŻ • jgħix fi gruppi ta’ tnax u hu sensittiv għal 3. AĦDAR 4. ĊELESTI sħabu - jieħu ħsieb liż-żgħar, lix-xjuħ, lill5. ROŻA morda u lill-feruti b’imħabba kbira • jikkomunika ma’ sħabu bil-ħsejjes u t-tisfir
• l-akbar għadu tiegħu huma x-xbieki tassajd-li faċli jitħabbel fihom-u d-dgħajjes li jolqtuh • huwa mill-istess familja tal-balena Kurżita`: Veru li d-denfil huwa t-tieni laktar mammiferu intelliġenti? Wara ħafna riċerka u osservazzjoni, x-xjentisti kkonkludew li wara l-bniedem, id-denfil huwa l-aktar mammiferu intelliġenti. Id-dniefel isejħu lil xulxin bl-isem – tip ta’ tisfira li hija unika għal kull denfil. Ix-xjentisti rrekordjaw it-tisfir tad-dniefel u meta semmgħuhomlhom irreaġixxew għalihom, mentri l-ebda mammiferu ieħor ma jagħmel hekk, lanqas il-gorilla li l-bniedem evolva minnha!
Riċetta 9 Addattatament MINN
Claudia Cini
GĦAĠINA TAL-PIZZA Metodu • • • • • • • •
Għandek bżonn: • • • • • •
1 kilo dqiq tal-għaġina Kuċċarina melħ fin Mgħarfa zokkor castor 4 mgħaref żejt taż-żebbuġa extra virgin 25 gramma ħmira xotta (trab) 550 millilitru ilma fietel
• • • • • • • • •
Għarbel id-dqiq fuq bank tal-kċina u żid il-melħ. (Tista’ wkoll tuża skutella kbira). Fi skutella itfa’ż-żejt, il-ħmira u z-zokkor fl-ilma fietel, ħawwad b’furketta u ħallih jogħqod għal ftit. Agħmel ħofra f’nofs id-dqiq u waddab it-taħlita tal-ilma, żejt, ħmira u zokkor. B’furketta bil-mod ibda waddab id-dqiq mill-ġnubijiet għal ġol-ħofra u ħawwad fl-istess ħin. Roxx ftit dqiq f’idejk u kompli fforma l-għaġina f’ballun kbir. Kompli ħaddem l-għaġina lura u ’l quddiem għal madwar ħames minuti. Poġġi l-għaġina fi skutella midluka bi ftit dqiq u agħttiha b’sarvetta jew borża. Ħalliha toqgħod f’post sħun għal madwar 3 kwarti, sa ma l-għaġina tirdoppja fid-daqs. Erġa’ ħaddem l-għaġina u wara aqsamha f’sitt jew tmien porzjonijiet. Iffroma l-porzjonijiet fi blalen u ffriża f’boroż tal-plastik dawk li ma tkunx ser tuża. Gerbeb il-blalen tal-għaġina li ser tuża fid-dqiq, poġġihom ġo borża tal-plastik u ħallihom joqogħdu għal madwar kwarta. Iftaħ l-għaġina ħxuna ta’ madwar nofs ċentimetru, bi ftit dqiq jew smid. Idlek it-turtieri tal-pizza biż-żejt taż-żebbuġa u roxx ftit dqiq. Poġġi l-għaġina fit-turtieri, aqta’ ż-żejjed u ħallihom joqogħdu għal kwarta oħra. Tista’ tpoġġi l-għaġina fil-friġġ sa ma’ tkun se tużaha. Saħħan il-forn fuq temperatura ta’ 250ºC/500ºF/Gass numru 9. Poġġi l-ingredjenti fuq l-għaġina skont il-gosti tiegħek u aħmi għal madwar 10 minuti.
Kont taf li: L-pizza oriġinat f’Napli fl-Italja? Illum il-ġurnata l-pizza tinstab f’ħafna pajjiżi madwar id-dinja, binNorveġiżi l-aktar li jikkonsmawha segwiti mill-Ġermaniżi. Il-kelma pizza ġejja mill-kelma Griega pitta li tfisser solidu. Il-Griegi kienu jidilku l-ħobż (pitta) biż-żejt, ħxejjex aromatiċi u ġobon. B’hekk inħolqot l-idea tal-pizza. Skont leġġenda, meta fl-1889 ir- Reġina Margerita żaret Napli, il-pizzajolo Raffaele Esposito ħoloq pizza bi tlett kuluri tal- bandiera Taljana; aħmar – it-tadam, aħdar – il-ħabaq u abjad – il-mozzarella. Din il- pizza li ntgħoġbot ferm mir-Reġina, bdiet tissejjaħ Pizza Margerita. Jeżistu ħafna varjetajiet ta’ pizez, imma l-aktar popolari jibqgħu l-Margerita, in-Napolitana l-Marinara, l-Capricciosa, l-Messikana u l-Quattro Formaggi. Prefebbilment il-pizza trid tissajjar f’forn tal-ħatab. Il-Calzone li tfisser kalzetti twal, hija pizza mitwiha min-nofs forma ta’ pokit. RM2000 • Frar 2014 • 33
ĠEDDED L-ABBONAMENT TIEGĦEK Mingħajr l-abbonament u l-offerta tiegħek il-magażin ma jistax ikompli. Għandna bżonn l-għajnuna tiegħek. Għalhekk IMPORTANTI li ġġedded l-abbonament
Ibgħat ismek, l-indirizz u n-numru tat-telefon flimkien mal-ħlas għall-abbonament tiegħek fl-indirizz ta’ hawn taħt. Napprezzaw kull offerta flimkien mal-05.00 tal-abbonament regolari. Jekk għandek ħlas b’lura ibgħatilna l-ħlas tas-snin mgħoddija.
Biex iġġedded
PERMEZZ TAL-MOBILE Ibgħat SMS fuq dawn in-numri:
Biex iġġedded
PERMEZZ TAt-telefon
ATTARD BALZAN jekk tixtieq tagħti offerta ta’ e6.99 BAĦRIJA (li minnhom e0.70 jmorru għall-operaturi tal-mobile) BIRÛEBBUGIA jekk tixtieq tagħti offerta ta’ e11.66 BORMLA (li minnhom e1.16 jmorru għall-operaturi tal-mobile. BURMARRAD IMPORTANTI: Fuq l-SMS ikteb: ismek, kunjomok, l-inidirizz FGURA u l-kodiċi postali. Jekk se ġġedded l-abbonament ikteb FLORIANA ir-Reference Number li ssib miktub fuq it-tikketta mwaħħla marGĦARGĦUR rivista li soltu tirċievi bil-posta. GUDJA LUQA NOTA GĦAL DAWK MANIKATA LI GĦANDHOM ĦLAS B’LURA: MGARR Biex ma ntellfux il-ġid li tagħmel ir-rivista, MOSTA s’issa bqajna nibgħatuha wkoll lil dawk li jittardjaw biex iħallsu l-abbonament MQABBA tagħhom. Jiddispjaċina li, minħabba l-ispejjeż MSIDA li għandna, dan mhux se jkun possibbli QORMI nagħmluh aktar. Għalhekk, kontra qalbna RABAT jkollna nwaqqfu li nibagħtu ir-rivista lil min SAFI idum iżżejjed ma jġedded l-abbonament SENGLEA SIGGIEWI SAN PAWL IL-BAHAR SAN GILJAN STA LUCIJA
5061 8916 5061 9210
2141 8031 2149 2288 2145 9135 2165 4518 2720 6840 2158 1122 2180 2021 2124 2230 2143 1177 2169 6336 2189 5174 2157 6769 2157 4658 2143 3769 2141 4336 2168 3165 2123 8804 2149 4097 2145 6824 2168 3890 2169 0019 2146 8132 2157 1854 21336914 2189 6093
GRAZZI MILL-QALB LIL DAWK KOLLHA LI QED JIBGĦATU OFFERTI U GĦAJNUNA RM2000-LilĦbiebna c/o 78, Triq il‐Markiż Scicluna In‐Naxxar NXR 2067 Tel: 2142 0610 • Mobile: 7982 6899 • Email: rmlh@jesuit.org.mt
TARXIEN XGHAJRA ZABBAR ZEBBIEGH ZEBBUG ZEJTUN ZURRIEQ
2169 5571 2169 0769 2166 6267 2157 5652 21467453 21460651 2167 5009 2164 7337
GHAWDEX GHASRI GHAJNSIELEM KERCEM MUNXAR NADUR SAN LAWRENZ SANNAT VICTORIA XAGHRA XEWKIJA ZEBBUG
2155 2613 2155 5518 2156 4253 21554621 2155 2206 2155 6355 2155 4088 2155 6487 2155 3477 2155 1329 2155 4493
Biex iġġedded
PERMEZZ TAL-Internet
mur fuq il-website www.rm2000.org Tista' tħallas permezz tal-PayPal
Disinn • Outlook Coop
Carpet Zone ġentilment joffri Dirt Controller bħala rigal għar-rebbieħ/a tal-Crossword Puzzle
Tisliba Frar
Mimdudin: 1. Hekk jgħidu li hu Frar (6) 4. Fil-karnival nilbsu dawn f’wiċċna (6) 7. Joseph Agius Inglott (1,1,1) 8. Il-Kontinent “iswed” (6) 9. M’għandux spazju fejn jiċċaqlaq (6) 10. Tlett ijiem ta’ briju f’dan ix-xahar (8) 12. Tlett ijiem ta’ briju f’dan ix-xahar (8) 14. Anton Robert Urpani (1,1,1) 15. Ġnien bħal tal-Ġetsemani (3) 16. Vapur hekk ma jistax isalpa (6) 18. Vapur hekk ma jistax isalpa (6) 20. Festa “tax-xemgħa” f’dan ix-xahar (8) 21. Festa “tax-xemgħa” f’dan ix-xahar (8) 24. Attakk (6) 25. Jagħmel intervent kirurġiku (6) 26. Mhux le (3) 27. Dawn kienu jiddwellaw bihom (6) 28. Dawwru ħabel miegħek (6)
Weqfin: 1. Dil-ġebla tintuża ħafna għall-bini (6) 2. Taw qatgħa kbira (6) 3. Hekk kien it-tejatru tal-Belt li ġġarraf fil-gwerra (4) 4. Reċta bla kliem (4) 5. Ovosok imur lura fis-Serbia (6) 6. Kliem ta’ disprezz (6) 11. Fetħa kbira, p.e. fejn l-Insara kienu jikluhom l-iljuni (5) 13. Dan isir fit-toroq meta tkun ġejja l-festa (5) 16. Iżjed iva milli le (6) 17. Il-post fejn niltaqgħu għat-talb (6) 18. Isem popolari Ngliż, bħal ta’ Louis Stephenson (6) 19. Fis-sigarett jew f’xi pipa (6) 22. Mod ta’ ħajja jew ilbies (4) 23. Frar lil dawn ifawwar (4)
IMPORTANTI: Ibagħtu t-tweġibiet tagħkom f’dan l-indirizz: RM2000-LIL ĦBIEBNA, 78 Marquis Scicluna Str, Naxxar NXR 2067 It-tweġibiet iridu jaslulna sal-aħħar tax-xahar. Meta ġġedded l-abbonament tiegħek u tibgħat ċekk, agħmlu fuq isem RM2000. REBBIEĦA Ir-rebbieħa tat-tisliba ta’ Jannar hija Ms C. Baldacchino mill-Mosta
TWEĠIBA TAT-TISLIBA Jannar MIMDUDIN: 1. Ħarifa 4. Arafat 7. Nil 8. Tabakk 9. Kenuri 10. Etna 12. Bexx 14. u 15: Trikki 16. Int 18. OPP 20. Nifs 21. Frar 24. Aljeni 25. Miskin 26. Lom 27. Twavel 28. Atturi WEQFIN: 1. Ħattet 2. Rubini 3. Anki 4. Alka 5. Flusek 6. Tnixxi 11. Troni 13. Xkupa 16. Inxart 17. Tfajla 18. Oraklu 19. Pronti 22. Bill 23. Emma
Carpet Zone, Valley Road, B’Kara (opposite Post Office)
Segwi l-esperjenzi u l-avventuri ta’ ħutna l-Maltin u l-Għawdxin fl-artijiet tal-missjoni; esperjenzi li jħalluk bla nifs u bla kliem iżda li jimlewk b’ammirazzjoni għall-kuraġġ ta’ dawn l-eroj tas-skiet! Kun af bil-proġetti ta’ fejda li huma qed iwettqu għall-miljuni ta’ nies filbżonn imxerrda fl-erba’ naħat tad-dinja. Issir taf dan kollu u aktar fil-programm VUĊI MISSJUNARJA li jixxandar kull nhar ta’ ġimgħa fid-9:00p.m. fuq RADJU MARIJA (102.3 FM għal Malta u 107.8 FM għal Għawdex) b’ripetizzjoni kull nhar ta’ Tlieta f' 6:00am, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Dr. Frank Cassar u Helena Sammut.
Mulej, ilqa’ f’Saltnatek il-benefatturi u ħbieb tagħna mejtin Nitolbu għal Brother Michael Spiteri sj li l-Mulej tnhar is-6 ta' Jannar 2014, in-Naxxar, fl-età ta' 86 sena
Insaħħu l-familja
It-tfal g˙andhom dritt jitrabbew minn omm u missier... anke t-tfal adottati!