Maħruġ mill‐Ġiżwiti Maltin • Jannar 2016 • Sena 67 • Numru 1 • 78, Triq il-Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067
Il-Futur
N E W S PA P E R P O S T
2 • Jannar 2016 • RM2000
GĦANDI ERBA’ SNIN Ittra ta’ tifel żgħir lin-nannu tiegħu
Għażiż Nannu. Issa għandi erba’ snin u nieħu gost ħafna nkun miegħek, anke meta teħodni l-knisja u ftit li xejn nifhem. Imma meta narak titlob u titbissem, f’qalbi ngħid, kemm nixtieq insir kuntent bħan-nannu meta nikber u nixjieh! M’għandix esperjenza talħajja u ma nafx x’ser insib fil-futur. Nixtieq nifhem il-futur u d-dinja li ser insib meta nikber. Irrid nagħmel suċċess fil-ħajja u nħoss li għandi responsabiltà għal dak li nagħmel. Fost kollox nixtieq nikber u nkun nisrani tajjeb. Id-dinja li qed ngħix fiha issa diġà hija differenti ħafna minn dik li kbirt fiha int, aħseb u ara meta nsir kbir bħalek. Tista’ timmaġina kif ser tkun id-dinja tiegħi? Li naf hu li tlieta biss minn kull mitt tarbija li twieldu dissena jgħixu f’pajjiż żviluppat. Int kbirt f’pajjiż fejn il-Maltin kienu ħafna u l-barranin ftit, fejn kulħadd kien jgħid li hu Nisrani u jemmen f’Alla. Jien se nkun ngħix u naħdem f’pajjiż b’taħlita ta’nies minn kull nazzjon, kull kultura u kull reliġjon. Żgur li madwari mhux
ser ikun hemm nies li jemmnu u nsara daqs kemm hawn illum. Anki kif id-dinja tħares lejn ilfamilja ser ikun differenti ħafna. Iktar irġiel ser jiżżewġu irġiel u iktar nisa ser jiżżewġu nisa! Nixtieq kieku nifhem u naċċetta lil kulħadd, imma fl-istess ħin nixtieq li l-familja li se jkolli jien tkun bħal dik li qed ngħix fiha bħalissa – jien u ħuti mal-Papà u l-Mamà tagħna u nanniet bħalek. Nibża’ ftit mit-tibdil li qed iseħħ bħalissa fil-familji. Jingħad li hemm erbgħin fil-mija ‘chance’ li ommi u missieri ma jibqgħux flimkien matul iż-żmien li jien inkun għadni l-iskola. Jista’ jkun ukoll li ma nikbirx ma’ ħija mill-istess ġenituri jew inkella li ma nikbirx mal-ġenituri naturali tiegħi. Forsi anqas inkun naf sew lin-nanniet – ħafna tfal tal-età tiegħi qed jikbru f’familja b’ġenitur wieħed. Inħossni nitwerwer meta nisma’ xi tfal bħali jgħidu li għandhom żewġ papajiet jew żewġ mamajiet jew jgħixu mal-Mamà jew mal-Papà biss. Jiena diġà qed nitgħallem aktar affarijiet minn fuq it-television jew millinternet milli mill-iskola. Nara madwar
1400 siegħa TV u xi 22 000 riklam fis-sena! Dawn ir-reklami jgħiduli x’għandi niekol, x’għandi nilbes, x’nixtri, kif nieħu gost, kif inkun popolari, x’għandi ngħożż bħala valuri u kif għandi naħsibha dwar il-ħajja. Ma nifhimx sew x’qed jiġri imma nisma’ lill-kbar jgħidu kemm qed ikun hawn nies li jisplodu lilhom infushom jew ipoġġu bombi f’karozzi biex joqtlu lil ħafna nies li jkunu qed jixtru fis-supermarkets jew sempliċiment jieħdu gost flimkien f’xi party jew restaurant. Dak għalfejn qed jagħmlu hekk? Waqt li nkun għadni l-iskola hemm il-possibiltà li, permezz tax-xjenza u l-mediċina, ħafna mill-mard li naraw bħalissa jispiċċa, in-nies jibqgħu jgħixu aktar fit-tul u l-ħajja ssir dejjem aktar komda. Qed isir ukoll żvilupp kbir bit-teknoloġija tal-computers. Dawn qed isiru aktar effiċjenti u anki intelliġenti tant li għad ikunu jistgħu jagħmlu ħafna mill-affarijiet li nagħmlu aħna, bħal shopping, ħasil u tindif, RM2000 • Jannar 2016 • 3
u anki xogħol ta’ wħud mis-snajja. Saħansitra partijiet minn ġisimna se nkunu nistgħu nipprintjawhom biex jieħdu post dawk li jkunu morda jew difettużi. Fl-istess ħin, sfortunatament, ser jiżdied ukoll il-faqar u ser ikun hemm bżonn ta’ sapport ikbar, għax innumru ta’ nies imdejqa donnu diġà narah qed jikber. Nara wisq tfal fid-day care centres jibku għax ma jkunux mal-Mamà jew Papà tagħhom. Kif se jikbru dawn it-tfal? Min se jgħinhom? Kemm irid ikun hemm bżonn ta’ psychologists, therapists, social workers, LSA’s u nies bħal dawn biex ilaħħqu mat-tfal u n-nies bi problemi? Jekk fhimthom sewwa, diġà smajt lil xi ħadd jgħid minn taħt l-ilsien li hemm tfal Ii jixtiequ jmutu mħabba d-dwejjaq li jkollhom. Darba rajt il-ħabiba t’oħti li ma tridx ixxammar il-komma għax għandha xi marki koroh fuq idejha. Nerġa’ niġi għall-użu tal‘computers’, li donnhom qed jagħtu xejra u tifsira ġdida għal dak li nafu. Illum diġà nistgħu insiru nafu kollox fuq kollox u fuq kulħadd bl-internet f’ħakka t’għajn. Spiċċa ż-żmien meta t-tfal kienu jafu l-affarijiet tat-tfal u l-kbar l-affarijiet tal-kbar. Issa rridu naffaċċjaw l-affarijiet tal-kbar minn meta nkunu għadna żgħar. Mhux ta’ b’xejn li ċertu affarijiet m’għadhomx ifissru kif kienu jfissru qabel. Ħafna mit-tagħlim ser nieħduh permezz talinternet. Diġà għandi ‘e-mail address’ 4 • Jannar 2016 • RM2000
tiegħi u dalwaqt inkun nista’ nagħmel Facebook Page għalija. Żgur li nieħu gost li nista’ nikkuntattja lil kulħadd u malajr. Fl-iskola diġà qegħdin ‘niltaqgħu’ ma’ tfal minn pajjiżi oħrajn. Nistgħu nitgħallmu mingħajr l-għajnuna tal-għalliema u nitgħallmu affarijiet li forsi lanqas l-għalliema tagħna ma jafuhom. Imma kultant, inħoss li żżejjed żejjed u nitħawwad bl-affarijiet li nsir naf mingħajr ma nista’ nifhem sew x’ifissru jew liema minnhom huma tajbin jew ħżiena għalija. U x’se jkun l-ambjent fejn ngħix meta nikber. Għandna siġra tal-larinġ fil-ġnien tagħna u, dis-sena, l-larinġ tagħha dam ħafna biex isir tajjeb. Qalu li mħabba s-sħana. U jekk jibqa’ jkun hawn ħafna sħana, is-silġ tan-North Pole se jdub, il-baħar jogħla u naħseb li biċċiet minn Malta se jispiċċaw taħt l-ilma. Tgħid la nikber Malta tkun għadha l-istess daqs, jew tkun ċkienet? Se jkolli kampanja sabiħa fejn noħroġ niġri u nieħu t-tfal tiegħi jilgħabu fil-ħaxix? Meta mmur l-iskola sekondarja il-klassi tar-religion tibqa’ teżisti? Għaliex issa qed jagħmlu il-lezzjoni “edukazzjoni morali” minflokha u jgħallmuna kif inkunu nies tajbin bla qatt ma jsemmu lil Ġesù. Ma nafx għalfejn ma jridux isemmuh! Imma jien diġà ddeċidejt. Lil Ġesù se nibqa’ nħobbu u ma nistħix ngħid li hu l-akbar u l-aqwa ħabib li għandi.
Iż-żmien jgħaddi u meta jkolli mat-tletin sena żgur li ftit li xejn ikun hawn qassisin, patrijiet u sorijiet f’Malta, għaliex il-vokazzjonijiet qegħdin dejjem jonqsu. Min jaf? Forsi inkun jien li ngħin in-nies jitolbu fil-knisja, bħala lajk. Nispera biss li jkolli l-opportunità li nitħejja sewwa. Jien kieku nixtieq li ngħin lin-nies ikunu ferħanin u jsibu lil Ġesù bħala l-akbar ħabib tagħhom ukoll. Wara kollox l-akbar xewqa tiegħi hi li nagħraf x’inhu s-sewwa dwar il-ħajja biex inkun tassew happy minn ġewwa u mhux minn barra biss. Nixtieq ikolli suċċess f’dak li nagħmel, nixtieq li ngħix f’dinja li tkun sabiħa għalija u tfal bħali. U nixtieq, iva, li nibqa’ nisrani u li nimxi wara Ġesù. Kull darba li l-Mamà tgħidli xi storja minn ħajtu veru inħossni ferħan. Ma nafx għaliex hemm ħafna nies li donnhom jibżgħu minnu. Tgħid għax jarawh qed ibati fuq salib? Tgħid jibżgħu li jbatu bħalu biex iħobbu bħal ma jħobb hu? Jiġri x’jiġri fid-dinja li se nikber fiha, jien irrid ngħix bħalu. Jekk fid-dinja ma jibqa’ ħadd li jemmen u jħobb lil Ġesù, jien irrid nibqa’ nħobbu, anke jekk ħadd ma jibqa’ jemmen fih. Hekk, almenu, jibqa’ xi ħadd li jfakkarhom fih! Min jaf, forsi meta nixjieħ jien, jitwieled xi tifel bħali u, mħabba fija, jibda jħobbu huwa wkoll.
Il-kaxxa tal-inkwiet Konna se nibdew ġurnata taħriġ bejn kollegi fuq il-post taxxogħol. Kulħadd bilqiegħda madwar it-tutor tagħna. Din tat ħarsa madwarha, lejna, u rat li kulħadd kellu moħħu fuq ħsibijiet li xi ftit jew wisq kienu qegħdin jinkwetawna. Qamet bilwieqfa u marret ġabet erba’ kaxxi, tnejn vojta u tnejn mimlija ċagħaq ikkulurit.
Ħarset lejna u qaltilna biex inħarsu lejn il-kaxxi. Kaxxa minnhom kienet it-teżori li ħallejna warajna biex ġejna għal dik il-laqgħa. Il-kaxxa l-oħra kienet mimlija bl-inkwiet li seta’ dak il-ħin jimlielna moħħna. Talbet biex kull waħda minna tqum u tieħu ċagħqa għal kull teżor filwaqt li nsemmgħu dan it-teżor x’kien, u nitfgħuha ġo kaxxa vojta. Waħda waħda qomna u bdejna nitfgħu ċ-ċagħaq ġol-kaxxa l-vojta. Semmejna lit-tfal, lin-neputijiet, lill żwieġna, lill-familjari tagħna. It-tutor qamet u għalqet il-kaxxa u qalet li issa it-teżori tagħna kienu qegħdin f’post fejn ħadd ma kien ser jagħmlilhom xejn, kienu safe u stajna ma naħsbux fuqhom sakemm indumu hemm. Issa kien imiss il-kaxxa talinkwiet. Kien hemm min semmieha l-inkwiet tax-xogħol, ġenituri kbar fl-età, il-karrozza, il-kelb marid, il-kontijiet u tant affarijiet oħra. Sa kien hemm waħda u qabdet ilkaxxa kollha u tefgħatha ġol-kaxxa
l-vojta għax kellha ħafna inkwiet x’iġġorr! Imma l-iktar li laqatni kienet kollega tiegħi li sabet l-iżgħar ċagħqa u tefgħatha filkaxxa u bil-mod lissnet, “Hemm bżonn li nemmen li fl-inkwiet hemm xi ħadd qed jgħinni.” Ikolli ngħid li ma flaħtx inlissen kelma. Aħna li suppost nemmnu fl-imħabba infinita ta’ Alla, li tant iħobbna li bagħat lill Ibnu l-Waħdieni biex jifdina u jsalvana! Baxxejt rasi, u għidt bejn u bejn ruħi, li din ħabibti għandha raġun biex tbigħ! Ħdejn ilkobor tal-imħabba ta’ Alla, kull inkwiet, għalkemm jibqa’ hemm, jieħu xejra differenti! B’Ġesù ħdejna, it-toqol tagħna jsir ħafif, u l-madmad tagħna jsir ħelu! Iva Mulej irrid nemmen li Int tinsab maġenbi fl-inkwiet tiegħi! Grazzi Mulej ta’ kemm diġà għintni fil-ħajja tiegħi u wisq drabi mingħajr anqas biss ma indunajt!
RM2000 • Jannar 2016 • 5
Ir-Rivol “Ma’, għidli, x’inhu s-sigriet tal-kuntentizza tiegħek?” staqsejt lil ommi jum fost l-oħrajn, aħna u nġeddu l-memorji ta’ missieri u tal-familja tagħna, li tagħha jien kont l-iżgħar wild.
6 • Jannar 2016 • RM2000
luzzjoni tal-Grazzi Kont bilqiegħda ma’ mejda faċċata tagħha fl-appartament li kienet tgħix fih. Minkejja li kienet waslet biex tagħlaq is-87 sena, wiċċha kien jixgħel bil-ferħ u l-kuntentizza. Xtaqt li kont nista’ ngħaddas lili nnifsi fiha għal dejjem u ngħix it-trankwillità tagħha. “Qatt għidtlek meta kont għaddejja minn żmien ħażin ħafna?” staqsietni. “Kont missejt il-qiegħ. Lanqas niftakar kif spiċċajt hemm. Kienet tal-biża’. Ma stajt nitkellem ma’ ħadd dwar dan.” “Meta konna tfal, konna nħabbtuk ħafna?” staqsejtha. “Le, bikom it-tfal kollox kien sew, imma ma nafx għalfejn kont għamilt ġimgħat imdejqa. Darba, imma, smajt vuċi ġewwa fija tgħidli: ‘Aħseb f’xi ħaġa waħda li għandek għax tgħid grazzi għaliha.’ Kollox sew, weġibt jien, nipprova. Imma dik il-ħabta ma kelli l-ebda tama. Madanakollu bdejt naħseb fikom, uliedi. U aktar ma naħseb aktar bdejt inħossni grata għal kull wieħed u waħda minnkom. Dak il-ħin ħassejt bidla kbira”. “Bħal dawl fit-tarf ta’ mina?” ridt inkun naf. “Mhux eżatt, aktar bħal pass ’il quddiem, u kull ħsieb pożittiv kien iwassal għal ieħor. U pass wara pass, ħriġt mid-dipressjoni li kelli u qatt
aktar m’erġajt soffrejt minn dak it-tip ta’ dwejjaq”, spiċċat tgħidli ommi. Dakinhar, kliem ommi laqatni u fakkarni f’meta jien ħassejt l-oppost. Żewġi u jiena konna morna nżuru ħbieb antiki li kien ġew jgħixu filbelt tagħna. Elise, kienet iddisprata għall-aħħar. Xtaqet tmut! Kienet qed tgħix ħajjitha infern. Ħasditni u xtaqt ngħinha. Kien telgħalha raxx ma’ ġisimha kollu li ma setgħetx issib tarfu, kienet imdejqa fuq il-post taxxogħol u kienet frustrata b’żewġha li ma setax jgħinha. Kellha għalxiex tgħid grazzi, imma ma bdietx tintebaħ. Bħal ommi, kien hemm żmien f’ħajti fejn ma kont inħossni grata dwar xejn. Meta tlift l-ewwel wild tiegħi, Stephen, xtaqt immut u mmur ħdejh. Ma stajtx nissaporti l-uġigħ tattelfa. Ma ridtx inkompli ngħix. Imma bħal Ġob, tgħallimt, ngħid grazzi u din il-gratitudni għandha l-barkiet tagħha. Xorta għadni nħoss it-telfa ta’ Stephen, iżda nirringrazzja ’l Alla ta’ kif il-ħajja qasira tiegħu għallmitni nsib il-barka t’Alla f’kull sitwazzjoni, anke tal-passat. Xorta waħda għadni naqa’ u ngerger quddiem l-iċken kuntlarju. Naħseb li dan ftit jew wisq normali fil-bniedem. Imma kemm inħossni
aħjar meta aktar sforz kif naffaċċja l-kuntlarju b’attitudni ta’ gratitudni għat-tajjeb li jkun hemm f’ħajti! Imma mhux dejjem jirnexxili, s’intendi. Jibqa’ l-fatt li l-gratitudni għandha l-mod tagħha kif tkattar aktar gratitudni. U bil-grazzi, bl-imħabba, bil-paċi u bil-ferħ, l-affarijiet kollha li fil-fond ta’ qalbna nixtiequ ma jibqgħux jidhru daqshekk imbiegħda. Xi ħadd darba qal, “M’hemmx dnub akbar milli tgerger meta fil-fatt tista’ tfaħħar u tirringrazzja lil Alla.” Meta qrajt dawn il-kelmiet għall-ewwel darba, ħassejtni nirvilla kontriehom, imma fl-istess ħin ma stajtx ninsiehom għax kienu verità. Dejjem hemm xi ħaġa li għandek għax tkun grat għaliha. Kollox jiddependi mill-attitudni li niddeċiedu li nieħdu lejn il-ħajja. Illum tisma’ u tara bosta realtajiet li jnikktuk u jsewdulek qalbek. Miljuni jibqgħu jittamaw għal ħajja aħjar, imma sadanittant, kemm hu diffiċli li tibda ir-Rivoluzzjoni tal-Grazzi? Spiss ngħid lil uliedi, “Fil-ħajja tista’ tibdel biss persuna waħda: lilek innifsek.” U minnufih naħseb kemm jeħtieġli nibda minni nnifsi, minn ġo qalbi stess. Jekk nibda jien, tkun bdiet ir-Rivoluzzjoni tal-Grazzi. Adattata minn Claudia Cini RM2000 • Jannar 2016 • 7
8 • Jannar 2016 • RM2000
Din ġrat veru B’kollox kienu tnejn u disgħin student, mexjin wara xulxin, lebsin togi lewn ħamrani u bil-berettin ġo rashom. Kienu jħossu li issa kibru għalkemm imdawrin mill-ġenituri tagħhom – ilmissirijiet jitbissmu biex jaħbu l-emozzjoni u l-ommijiet jimsħu d-dmugħ minn għajnejhom.
Kien jum il-gradwazzjoni tagħhom, iżda din is-sena kien hemm xi ħaġa mhux tas-soltu. Minħabba sentenza li kienet ingħatat mill-Qorti, ma setax se isir talb fil-bidu taċ-ċerimonja. L-imħallef kien qatagħha li biex ma joffendix xi studenti li ma jemmnu b’xejn, dawk li jemmnu kellhom jibqgħu siekta. Kull sinjal ta’ reliġjon jew spiritwalità kellu jisparixxi millkulleġġ li kellu tradizzjoni twila nisranija. Il-Principal tal-iskola u l-istudenti kollha li għamlu d-diskorsi żammew sħiħ ma’ din id-deciżjoni. Ħadd ma għamel referenza għal xi ħaġa spiritwali jew reliġjuża. Kollha għamlu diskors sabiħ u interessanti, imma ħadd minnhom ma semma’ lil Alla jew talab għall-barka tiegħu fuq l-istudenti u l-familji tagħhom.
Fl-aħħar, kien imiss lil wieħed mill-istudenti, li kien il-kap talkunsill tal-istudenti. Kien ġej minn familja reliġjuża u kellu konvinzjonijiet qawwija. Qam minn postu u mexa lejn il-mikrofonu. Dak il-ħin, l-istudenti kollha għattsu lkoll flimkien għal darba, tnejn, tlieta. Il-kap tal-kunsill ħares lejn in-nies u bl-aktar mod naturali qalilhom, ‘God bless you!’ u niżel minn fuq il-palk. Kulħadd qam bilwieqfa u beda jċapċap. Kienu sabu mod kif jitolbu l-barka t’Alla għall-futur tagħhom, bla ma kisru l-ordni tal-Qorti u bla ma obdewha fl-istess ħin. Biex tirrispetta l-libertà ta’ xi wħud m’hemmx għalfejn tiċħad illibertà tal-oħrajn, sur Maġistrat!
RM2000 • Jannar 2016 • 9
10 • Jannar 2016 • RM2000
Kif se Naqsmu
ż-Żwiemel?
Ftit matematika bis-sens għal min irid iħaddem moħħu u jsib ftit paċi Wieħed bidwi miet u ħalla 17-il żiemel lit-tlieta minn uliedu. Meta dawn fetħu t-testment sabu miktub hekk: Ibni l-kbir jieħu nofs (1/2) innumru ta’ żwiemel. Il-fustani jieħu terz. (1/3) Iż-żgħir jieħu wieħed minn disgħa (1/9) taż-żwiemel. Kien impossibbli li jaqsmu ż-żwiemel b’dan il-mod. Nofs 17-il żiemel jiġu tmint iżwiemel u nofs. U kif tista’ tiddividi 17-il żiemel f’disgħa? Qamet ġlieda bejn l-ulied sakemm iddeċidew li jitolbu l-għajnuna lil bidwi anzjan li kien magħruf għall-għerf tiegħu. Il-bidwi x-xiħ qara sewwa dak li kien hemm fit-testment. Qagħad jaħseb ftit u mbagħad mar ir-razzett
tiegħu u ġie lura biż-żiemel tiegħu. Hekk issa kien hemm 18-il żiemel u mhux 17. Beda jiddividi n-numru ta’ żwiemel skont kif kien hemm imniżżel fit-testment: Nofs 18 jiġu 9. Għalhekk ta disgħa żwiemel lill-kbir. Terz ta’ 18 jiġu 6. Għalhekk ta sitt żwiemel lill-fustani. Wieħed minn disgħa ta’ 18 jiġu 2. Għalhekk ta żewġ żwiemel lit-tifel iż-żgħir. Issa, 9 u 6 u 2, jekk tgħoddhom flimkien jiġu 17-il żiemel – eżatt kemm ħalla żwiemel il-missier. Meta kull tifel kien ħa dak li kien imiss lilu, ix-xiħ għaref qabad iżżiemel tiegħu li kien ġieb u telaq lura r-razzett bih. Il-problema kienet solvuta.
Tagħlima Fi problema li tidher mingħajr soluzzjoni wieħed irid ifittex dik ix-xi ħaġa li hi barra mill-kaxxa taċċirkustanzi u l-attitudnijiet li jkunu qed iwaħħluna fil-problema. Jekk infittxu ż-żiemel li ħadd ma kien qed jaħseb fih – dak tal-bidwi x-xiħ – inkunu sibna ċ-ċavetta biex inħollu l-kobba li nkunu tfixkilna fiha. Jekk nibqgħu imsakkrin fiċ-ċirkustanzi diffiċli, fina nfusna, fir-rabja li hemm fina, fil-weġgħat jew fid-drittijiet tagħna biss, nibqgħu imwaħħlin fil-konflitt, fid-dwejjaq u l-miżerja li nkunu fihom. Jekk trid issib lilek innifsek, oħroġ minnek innifsek!
RM2000 • Jannar 2016 • 11
12 • Jannar 2016 • RM2000
ikrah il-fundamentaliżmu
L-Istorja ta’ Farkhunda F’Marzu, fi-Belt kapitali ta’ Afghanistan, folla rrabbjata intefgħet fuq mara li kienet akkużata li ħarqet il-Qoran u baqgħet issawwatha sakemm qatlitha. Wara li għaddiet id-dagħdigħa u beda s-sens ta’ rimors u mistħija, bdew il-protesti u anki l-ġuri – iżda, xi wħud mill-akkużati diġà ħarġu mill-ħabs. Jumejn qabel is-sena l-ġdida talAfghan, Farkhunda Malikzada ħarġet biex tattendi l-klassi tal-Qoran. Qabel ma telqet, bieset lin-neputi tagħha u wiegħdet lil ommha li kienet se tgħinha tipprepara għall-festa meta terġa’ lura d-dar. Farkhunda kellha 27 sena, kienet tistudja l-Liġi Islamika filwaqt li taħdem bħala għalliema volontarja. Xtaqet tiżżewweġ, tifforma familja u anki ssir imħallef. Ommha, Bibi Hajira, tgħid li bintha kienet kuraġġuża u ma kenitx tibża’ tgħid dak li tħoss. Dak li ġara dakinhar ħasad lill-pajjiż kollu u saret taf bih id-dinja kollha. Ġara li, hi u sejra lura lejn id-dar, Farkhunda waqfet ħdejn in-niċċa ta’ Shah-e Du Shamshira, fiċ-ċentru ta’ Kabul u qalet it-talb. Hemm kienu qed ibigħu karti żgħar bi vrus tal-Qoran fuqhom. Dawn kienu jqisuhom bħala li kien fihom xi seħer iżda Farkhunda kienet tqishom bħala superstizzjużi u kontra l-istess Islam. Għalhekk, bdiet tipprova tfiehem
dan lil dak li kien jieħu ħsieb in-niċċa, Zain-ul-Din, imma dan beda jgħajjat, ‘Din il-mara Amerikana u ħarqet ilQoran!’ In-nies bdiet tinġema’ u kien hemm min beda jiffilmja fuq il-mowbajl. Farukhunda, rasha mgħottija b’velu, bdiet tiċħad li kienet ħarqet il-Qoran filwaqt li r-raġel beda jgħajjat, ‘Dik l-Amerikani bagħtuha!’ ‘Issejjaħlix Amerikana!’ qaltlu Farkhunda. ‘Jekk tgħid kelma oħra, nifqagħlek ħalqek!’ irrispondiha. ‘Tiffilmjanix,’ talbet Farkhunda lil dak tal-mowbajl. ‘Mhux qed niffilmjak. Għaliex ħraqtu l-Qoran? Ma jmissekx tistħi!’ Ħatfu lil Farkhunda, ħarġuha ‘l barra, tefgħuha mal-art u bdew jagħtuha bissieq. ‘Oqtluha!’ għajjat xi ħadd. Waslu l-pulizija, sparaw fl-ajru u l-folla resqet lura. Farkhunda kienet malart, il-velu mtajjar, xagħarha mqanfed, b’żarbuna waħda, idejha u wiċċha ħomor bid-demm. Ommha, Bibi Hajera, ratu kollu dan il-vidjo. ‘Li jweġġagħni ħafna,’ qalet, ‘hu li, filwaqt li binti tinsab hekk mal-art, mimlija demm, il-pulizija qegħdin hemm iħarsu u ma jibagħtux għal pulizija mara jew iġibulha karozza!’ Fil-fatt, il-pulizija ma damitx ma waqfet tikkontrolla l-folla u baqgħu
hemm iħarsu waqt li lil Farkhunda tefgħuha mal-art, bdew jagħtuha bis-sieq u karozza kaxkritha għal 200 metru. Il-Kap tal-Pulizija, li għamel l-investigazzjoni, Gen Zahir Zahir, qal lill-BBC, ‘Kien id-dmir tagħhom li ma jħallux lil Farkhunda tgħaddi minn dak il-martirju, anki jekk kellhom jissugraw ħajjithom stess.’ Dak il-ħin kien hemm tifel, Yaqoob, li kien qed jgħin lil zijuh ibigħ in-nuċċalijiet tax-xemx fil-ħanut tiegħu. Skond niesu, dan kien tifel tant twajjeb li ħutu stess kienu jammirawh. Madankollu, meta l-folla waslet ħdejh, tkaxkar il-ġisem ta’ Farkhunda, hu stess qabad xi ġebel kbir u beda jitfagħhomlha! Wara li ħaġġruha, ħarquha – u l-attakk waqaf hemm. Dan il-vidjo, meħud b’mobajl, intefa’ fuq l-Internet u kien hemm min ftaħar li kien ħa sehem u oħrajn li qablu miegħu. Għalkemm il-President, Ashraf Ghani, ikkundanna dan id-delitt u ordna li ssir investigazzjoni, xi uffiċjali, fosthom id-Deputy Minister tal-Informazzjoni u Kultura u dak li tkellem f’isem ilpulizija, Hashmat Stenekzai, malajr approvawha. L-għada, waqt it-talb tal-Ġimgħa, xi Imam importanti wkoll kellhom kliem ta’ tifħir. Il-pulizija taw parir lill-familja ta’ Farkhunda biex jitilqu minn Kabul ħalli ma jkunux fil-periklu huma wkoll. RM2000 • Jannar 2016 • 13
Iżda, sa l-għada filgħaxija nbidel kollox. Skont investigazzjonijiet li saru mill-awtoritajiet, ma nstabx li Farkhunda veru kienet ħarqet il-Qoran. L-uffiċjali u l-Imam irtiraw l-appoġġ tagħhom għallattakk u Hasanzada u Stanekzai ġew imkeċċija. Ħaġa li tinkwetak, meta tara dan il-vidjo, hi li dawn il-qattiela ma kinux estremisti reliġjużi imma nies komuni biċċiet minnhom lanqas kienu lebsin ilbies tradizzjonali imma jeans u T-shirt. Yaqoob stess kien dilettant tal-boxing u l-futbol. Għaliex, allura, tant nies kienu lesti jemmnu daqshekk malajr xniegħa bħal dik u jagħmlu att vjolenti bħal dak? Sarah Mosawi, attivista għad-drittijiet tan-nisa, tgħid, ‘ Ħafna minnhom kienu nies li trabbew u għixu f’Kabul taħt il-gvern tal-President Hamid. Għalkemm tgħallmu jilbsu l-jeans, ma bidlux il-mentalità tagħhom lejn n-nisa. Rula Ghani, il-mara tal-President, qalet lill-BBC li, lil kull Afghan ġegħluh jistaqsi lilu nnifsu għala att vjolenti bħal dak ġara f’pajjiżhom. Li ġara juri li s-soċjetà Afghana ilha għal ħafna snin, sa millbidu tal-Gwerra Ċivili, tgħix fil-vjolenza. Iżda, din il-ġrajja nebbħet ukoll lil ħafna li bdew jistaqsu lilhom infushom, ‘Jien irrid li ommi, oħti jew binti jkunu daqshekk fil-periklu meta joħorġu fittriq?’ Bibi Hajera marret fil-kamra mortwarja, fetħet iż-żipp tal-borża, ħaslet il-wiċċ, l-idejn u s-saqajn mibruxa u maħruqa ta’ bintha filwaqt li qaltilha, ‘Farkhunda, binti, għaliex 14 • Jannar 2016 • RM2000
għamlulek hekk?’ Ħasset, bħallikieku, lil Farkhunda tirrispondiha hekk, ‘Jien innoċenti. Jien innoċenti, Ma.’ ‘Ma kinux qishom bnedmin imma qishom ilpup selvaġġi,’ kompliet tgħid ommha. ‘Ma kienx biżżejjed li sawwattuha sakemm qtiltuha? Għaliex kaxkartuha, tajjartuha b’karozza u ħraqtuha? Lanqas ġisimha ma ħallejtu biċċa waħda!’ Il-folja nqalbet u Farkhunda, minn persuna ta’ stmerrija, saret martri – unur li s-soltu jingħata lis-suldati maqtula u t-triq fejn qatluha ssemmiet għaliha. Kien hemm fuq l-elf ruħ għallfuneral tagħha. Sahra Mosawi, qalet, ‘Jien u ħbiebi wegħidna lil xulxin li ma nħallu l-ebda raġel imiss it-tebut. U hekk ġara. Fejn is-soltu dejjem ikunu l-irġiel li jġorru t-tebut, din id-darba għamlu dan in-nisa biss. Kienet l-ewwel darba li n-nisa ngħaqdu daqshekk fl-Afghanistan u, kif kien jersaq xi raġel biex iġorr it-tebut, kienu jgħidulu, ‘Tmissux! Fejn kont int meta 150 raġel attakkaw lil Farkhunda, fejn kont?’ Jumejn wara, fl-24 ta’ Marzu, eluf ta’ nisa u rġiel għamlu protesta u bdew ikantaw ‘Jien Farkhunda’ - biċċiet minnhom kellhom wiċċhom miżbugħ aħmar bħala simbolu tal-wiċċ mimli demm ta’ Farkhunda. Disgħa u erbgħin raġel ġew mixlija bil-qtil, u l-ġuri wrewh fuq it-televiżjoni sitt ġimgħat wara. Ħdax l-uffiċjal tal-Pulizija weħlu sena ħabs talli ma ddefendewx lit-tfajla, tmienja min-nies oħra weħlu sittax-il sena u erbgħa oħra
qatgħuhielhom għall-mewt - fosthom kien hemm Zain-ul-Din li kien jieħu ħsieb il-kappella u Yaqoob, it-tifel talħanut tan-nuċċalijiet. Il-ġenituri tat-tifel ikkundannaw il-qtil imma qalu li binhom intilef minħabba l-entużjażmu għarreliġjon. Missieru, Mohammed Yasin, qal ‘Li kieku kont hemm jien, forsi kont ngħidlu biex ma joħroġx u ma jagħmilx hekk. Imma, meta jkun hemm elf ruħ jgħajtu, diffiċli ma titqanqalx int ukoll.’ Omm Farkhunda tħossha kburija b’bintha għax isimha baqa’ ħaj. Dawk li kienu għajtu, ‘Jien Farkhunda’ ttamaw li l-folja għan-nisa se tinbidel. Iżda, ftit li xejn inbidlu l-affarijiet għax ma saru l-ebda liġijiet biex ma ssirx aktar vjolenza fuqa in-nisa. Mhux talli hekk talli, ix-xahar li għadda, saret seduta fil-qorti bil-bibien magħluqa u bidlu s-sentenza tal-mewt li kienu taw lil dawk l-erbgħa. Weħlu 20 sena ħabs u Yaqoob, li l-ġenituri tiegħu insistew li kien għadu taħt l-età meta seħħ il-każ, weħel għaxar snin biss. Il-ħdax-il uffiċjal tal-pulizija ħarġuhom ‘on bail’ u, skont avukat tal-familja ta’ Farkhunda, kollha qegħdin jaħdmu mal-Ministeru talIntern! Din l-istorja ta’ Farkhunda turi, fost affarijiet oħra, il-mibegħda li hemm fl-Afgħanistan għan-nisa. Għalkemm kien hemm xi nies li wrew li jridu l-bidla, l-attivisti jgħidu li dan jieħu ġenerazzjoni sħiħa biex iseħħ. Sarah Moswi tgħid,’ Irridu nibqgħu niġġieldu biex intejbu l-affarijiet – dan il-pajjiż għandu jkun aħjar milli hu.’
Tridu dduqu Il-ferħ u l-imħabba jien doqthom, u tant kienet u għadha esperjenza sabiħa li nixtieq, anzi ma nistax inħalliha għalija. Jiena persuna li dejjem fittixt l-imħabba u sibtha. Sibtha f’ġuvni li tant iħobbni u jirrispettani. Iżda l-imħabba tagħna mhix biss tgħix minħabba fina t-tnejn. Ir-relazzjoni tagħna hija friska u ħajja wara sitt snin għaliex aħna tnejn nemmnu ħafna f’Ġesù, f’Alla. Veru jagħmel differenza f’ħajtek. Alla infatti huwa dak illi għallimna nħobbu, għaliex Alla huwa l-imħabba nnifisha. Allura kif qatt jista wieħed iħobb jekk m’għandux lil Alla f’ħajtu? Tassew ngħidilkom, duquh lil Alla, għax ħlief ferħ u kuntentizza ma jġibx. Speċjalment lill-maħbubin, Alla jħobbhom, u jridhom jinħabbu! Iva, konvinta ħafna b’dak li qed ngħid u tant u hekk li rrid naqsam dan il-ferħ li għandi. Kull fejn tħares, f’postijiet taxxogħol, postijiet pubbliċi, skejjel, l-Università... tara nies jew imdejqin u qalbhom maqtugħa jew nies ferħana. Tafu x’inhi d-differenza bejn dawn it- tnejn? Li dawk ferħana, huma hekk
l-ferħ? għaliex għandhom lil Alla f’ħajjithom. Kull fejn inħares hekk nara. Meta ma kontx daqshekk close m’Alla, qatt ma kont inkun daqshekk ferħana. Illum il-ġurnata li naf u nemmen u rrid li jkun hemm Alla f’ħajti, ħajti m’għadhiex li kienet. Inbidlet mill-lejl għan-nhar. Alla huwa d-dawl fid-dlam, ir-raġġ ta’ tama f’dinja li fiha wkoll il-ħażen. Alla huwa dak li jgħinni f’kollox, li jtini s- saħħa u t-tbissima, li jippermettili ngħix ferħana, u dan kollu Alla jagħtihuli b’xejn. Mhux talli hekk, talli jiġri warajja u warajk biex itik dan kollu. Kull m’għandek tagħmel biex Alla jkun hemm, miegħek il-ħin kollu, hu li tgħidlu ‘iva’, ejja u iftaħli qalbi għalik» u l-bqija ħalli kollox f’idejh. Kieku tafu kif tinbidlilkom ħajjitkhom! Issa li doqt lil Alla, ma nista’ qatt ngħix mingħajru, ma rridx! Kuntenta għax naf li hawn Ġesù miegħi. Amanda Buhagiar
RM2000 • Jannar 2016 • 15
IL-PU Esperjenza vera Aħseb u ġib lil min, fl-aħħar saret. Tieqa li dawlet it-taraġ li minnu titla’ għal ġod-dar tagħna. Ħafna kliem ta’ tifħir u sodisfazzjon. Imma ma qgħadtx bi kwieti. Bqajt noħlom u nimmaġina x’nista’ nagħmel biex insebbaħ ittaraġ. Tlaqt għodwa waħda għal għonq it-triq. Sibt ruħi f’ħanut miżgħud b’ornamenti mill-aktar ħelwin u dekorattivi. Kien hemmhekk li rajtu. Kien ġo borża tal-plastik pjuttost mgħaffġa. Kien pupazz li donnu kulħadd kien qed jibqa’ għaddej minn quddiemu bla ma jintebah bih. Waqaft u ġbartu minn fuq l-ixkaffa u bdejt niflih. Barnuża ħamra, wiċċ espressiv u daqna mgerfxa. Ġakkettina bl-istess lewn tal-barnuża u qalziet aħdar piżella. Ħarist lejn il-prezz. Tmien ewro. Ersaqt u ħallast. Irħejtilha lejn id-dar. Fi triqti lura d-dar kont diġà fassalt kif u fejn se npoġġih. Iva, ridt inpoġġih f’ħoġor it-tieqa li kont għadni kif ftaħt fit-taraġ, tieqa li kien ilni biex niftaħha ħmistax-il sena għax finanzjarjament ma stajtx niftaħha qabel. Imma issa 16 • Jannar 2016 • RM2000
UPAZZ
xewqti kont qtajtha. Mit-tieqa kienet dieħla x-xemx. Bħal donnu fis-sema l-anġli kollha kienu qed jifirħu li dan il-pupazz fl-aħħar sab dar sħuna li tilqgħu. Ħriġtu mill-borża u dawwartu madwar dari biex nara jekk hemmx post isbaħ mit-taraġ fejn inqiegħdu. Le, fit-taraġ postu. Ħaġa waħda kien jonqsu dan il-pupazz. Minkejja l-wiċċ sabiħ li kellu, kellu xi ħaġa nieqsa. Ma kienx jieqaf bilqiegħda jew bilwieqfa. Kien jista’ joqgħod biss mimdud. Jekk inħallih mimdud f’ħoġor it-tieqa, jidher bħalkieku xi ħadd kien qed jilgħab bih u nesieh hemm. Jitlef il-funzjoni tiegħu biex jiddekora u ħadd ma jinnutah. Tgħid indendlu bi spaga? Le. Inkella jkun jidher qisu hemm xi ħadd qed jikkontrollah. Irrid nissodah ħalli npoġġih bilqiegħda. Imbagħad ħsibtha! Ilmaħt biċċtejn irħam żgħir fil-kamra biswit fejn kont, u b’ħeġġa u fervur, daħħalthom fid-dahar talġakketta tal-pupazz u b’hekk dan il-karattru ġdid ġo dari, issa dritta u seta’ jqum bilqiegħda. Ħarist lejh b’ammirazzjoni. Tbissima paċifika. Bħal tifla żgħira ħaffift lejn il-bitħa biex inġib sellum. Poġġejtu mal-ħajt u qbadt il-pupazz bil-ħlewwa u tlajt
bih hemm fuq. Poġġejtu jserraħ malġenb tal-ħoġor. Kemm deher reali! Saħansitra tellajtlu sieq fuq oħra. Issa deher tassew kuntent u paxxut. Donnu laħaq il-milja tiegħu. Passi ta’ tektika tat-takkuna barra fit-triq dawruli ħsibijieti. Iċempel il-bieb. Inżilt malajr mis-sellum u ftaħtilha. Kienet l-għażiża binti. Ħarist ’il fuq lejn il-pupazz, biex bħal indawrilha ħarsitha lejh. Għoġobha u ferrħitni hekk kif stgħaġbet bilkreattività tiegħi. Hekk kif marret f’kamritha biex tistrieħ, ħsibijiet profondi ħakmuni. Il-pupazz bdejt inqabblu ma’ binti. Beda għaddej qisu xenarju ta’ dak li kien ġara ftit tas-snin qabel. Għejja mentali kienet filġet lill-għażiża binti u kawża ta’ dan għaddiet minn żmien fejn kienet tqatta’ ħafna ħin f’sodditha u xejn ma baqa’ jinteressaha u jferraħha. U kien proċess ta’ żmien pjuttost twil sakemm reġgħet sabet triqtha lura fil-ħajja. “Ma kif se ninqala’ minn dan l-istat?” Qatt ma kelli risposta. Xtaqt inweġibha dak iż-żmien. Illum naf li bl-imħabba u l-kuraġġ tal-familja u l-ħbieb, bit-terapija meħtieġa mingħand professjonisti u bil-għajnuna tal-ħanin Alla, binti flaħħar inqalgħet minn dak l-istat ikrah. Kulħadd jista’ jiġrilu hekk. Importanti li tibqa’ temmen, tittama u tappoġġja. Fl-aħħar tara d-dawl. Min ifittex b’qalbu kollha, iva, isib. Ħafna qatgħu qalbhom minn binti, imma jien bqajt
niżra’ sabiex fl-aħħar ħsadt. It-trasformazzjoni tal-pupazz mifluġ għal pupazz bilqiegħda paxxut fit-tieqa, fakkarni f’dawk kollha li l-ħajja filġithom u għandhom bżonn saħħa ġdida fis-sinsla tagħhom biex terġa’ tgħinhom iħarsu ’l quddiem u jerġgħu jqumu fuq saqajhom it-tnejn. Min jaf kemm niltaqgħu ma’ nies li forsi b’dik il-kelma jew ħarsa ta’ mħabba, inkunu qed inpoġġulhom dik l-irħama biex niddrittawhom. Il-mod kif naġixxu u nitkellmu jkun biżżejjed biex persuna tħossha tajba magħna. U int ħabib, li ħadt paċenzja taqra dawn il-ħsibijiet, ġieli bi kliemek jew b’għemilek ħassejt li kont ta’ sinsla ġdida għal xi persuna li ħassejt li kellha dan il-bżonn? Nawguralek li jekk u meta xi darba jew oħra fil-ħajja jkollok bżonn xi ħadd li jerġa’ jagħti kulur lill-eżistenza tiegħek, jerġa’ jitfa’ t-togħma fir-riċetta ta’ ħajtek u jerfgħak ’il fuq, int issibu u tkun grat lejh. Il-ħoss tal-karozza ta’ żewġi nagħrfu tajjeb. Wasal mix-xogħol. Jien u żewġi, żewġi u jien, nerfgħu lil xulxin kuljum fil-ħajja u nerfgħu magħna blimħabba u l-appoġġ lill-erba’ wliedna. Inkunu ta’ sinsla għal xulxin hekk kif jisbaħ jum ġdid. Żewġi daħħal il-karozza fil-garaxx u daħal id-dar bit-tisfira tas-soltu. U jien ukoll ilqajtu bħas-soltu: tbissima u platt sħun. La għandna lil xulxin ma jonqosna xejn. Omm imġarrba RM2000 • Jannar 2016 • 17
TITĦAJJAR IŻŻOMM
Prayer journal?
Ftit taż-żmien ilu fettilli mmur sa Għajn Tuffieħa biex nammira x-xemx nieżla fuq il-baħar kaħlani. Neħħejt il-karkur minn saqajja u bdejt miexi fuq ir-ramel. Kif wasalt f’nofs il-bajja waqaft, frixt ix-xugaman u poġġejt fuqu. Bdejt inħares lejn is-sema u nitpaxxa bil-ġmiel tal-kuluri li bdew ħerġin mir-raġġi tax-xemx hekk ftit ftit bdew jgħoddsu fil-baħar, sakemm din ix-xena tant meraviljuża sparixxiet minn quddiem għajnejja. 18 • Jannar 2016 • RM2000
Ftit metri ’l bogħod minni resqet tfajla u bħali poġġiet fuq ir-ramel hija ukoll. Mill-basket tagħha ħarget ktieb żgħir speċi ta’ notebook. Stajt ninnota li l-qoxra ta’ dan il-ktejjeb kienet miksija għall-gosti tagħha u hekk kif bdiet iddawwar il-paġni bil-linji, qabdet daqsxejn ta’ lapes u lmaħtha tikteb fuqu. Fettlilha tgħolli rasha ’l fuq. Kien dak il-ħin li għajnejha ltaqgħu ma’ tiegħi u bi tbissima staqsietni: Titħajjar iżżomm Journal? Ħasditni u ma kontx naf kif se nweġibha.
U hi bdiet tispjegali kif dan ilkapaċi nitlob bil-fomm, għax kont nixtieq li jseħħ aktar ’il quddiem matul ktejjeb kien għaliha santwarju fejn naħseb li t-talb huwa tan-nanniet, sibt ħajti. tista’ tħossha komda, sikura, kalma li t-talb tiegħi qed nagħmlu permezz Tgħallimt napprezza aktar il-kobor u sinċiera magħha nnfisha. Fuqu tal-kitba fuq il-Journal. Permezz taltal-ħajja u tan-nies li nkun imdawwar kienet tikteb dawk l-esperjenzi li kienu kitba, inħossni nikkomunika m’Alla. magħhom. Ta’dan nikteb talba ta’ jispirawha. Tniżżel fih ħsibijietha Bħal żewgt iħbieb li jiftħu qalbhom ringrazzjament lil Alla . Meta nkun kemm dawk sbieħ kif ukoll fuq l-internet speċjalment koroh . Kienet tikteb in-niket, Facebook u niltaqa’ ma` xi Meta jiġu mumenti xotti u ma nkunx kwotazzjoni sabiħa u pożittiva, id-diffikultajiet, il-weġgħat u l-ansjetajiet li tiltaqa’ magħhom naf x’se nikteb, nieħu gost inqalleb niktibha ukoll. Nikteb ukoll fil-ħajja tagħha. vers sabiħ mill-Iskrittura fil-paġni u noqgħod naqra dak li nkun xiMqaddsa. “Dan mhux djarju”, kompliet U meta xi ħadd ktibt fil-kitbiet preċedenti tgħidli. Dan il-ktejjeb huwa jgħidli xi kelma ta’ ġid immur mezz tajjeb u utli biex int ikollok niktibha malajr biex nibqa suċċess fil-ħajja tiegħek, tħossok dwar kollox, jien sibt ħabib ta’ vera niftakarha. .Sirt inżejjen il-kitbiet tiegħi kuntent u ssib il-paċi f’qalbek. f’dan il-Prayer Journal. b’xi tpinġija għax l-arti huwa wieħed L-għada mort niġri għand Kollox sirt nikteb fuqu. Meta mit-talenti tiegħi. Ġieli nwaħħal xi l-istationery u xtrajt l-ewwel Journal nkun imdejjaq niftaħ paġna u nikteb stampa u nikteb dak li jkun laqatni tiegħi. Għall-ewwel bdejt insibha id-dwejjaq. Meta nkun irrabjat għal xi dwarha. Xi drabi nwaħħal xi card jew diffiċli biex nikteb għax moħħi kien ħadd jew anke għalija nnifsi, nikteb book mark biex inkompli nsebbaħ ilibbumbardjat b’ħafna ħsibijiet li dak li nkun qed inħoss. Inħossni kitbiet tiegħi. bdejt inħosshom itaqqluli moħħi. nistrieħ wara għax inkun ħrigt ir-rabja Meta jiġu mumenti xotti u ma Imma ppruvajt u kienu proprju dawn minn ġo fija. nkunx naf x’se nikteb, nieħu gost il-ħsibijiet li ktibt fuq l-ewwel paġni talDan il-Prayer Journal qed jagħtini inqalleb fil-paġni u noqgħod naqra Prayer Journal tiegħi. l-opportunità li nieqaf ftit mir-rutina dak li nkun ktibt fil-kitbiet preċedenti. “Mulej, inħossni mtaqqal. Ma tal-ħajja u nsib spazju fejn jien nikteb Nara lili nnifsi nikber u nimmatura nafx kif se niddeċiedi dwar diversi anke mistoqsijiet tqal li nħoss ġewwa kemm f’dak li nkun għaddejt kif ukoll għażliet f’ħajti. Qed inħossni waħdi u fija. Mistoqsijiet kbar li ma nsibx fl-għaqda sħiħa mal-Mulej. ma nista’ niftaħ qalbi ma ħadd”. U filli il-kuraġġ nistaqsihom lil ħadd. Aktar Illum diġa naf x’se nikteb! Se idi kienet iġġamjata u f’daqqa waħda ma jgħaddi ż-żmien, iktar qed ninduna nikteb li s-sodisfazzjon li nsib fil-kitba, sibt lili nnifsi ma nistax nieqaf nikteb. kemm sirt kapaċi nesprimi aktar lili l-hena u l-paċi li niltaqa’ magħha Bil-mod il-mod, qalbi bdiet issib ilnnifsi dwar dak li nkun għaddej minnu. permezz tal-Prayer Journal, qsamtu mistrieħ hekk kif bdejt inferra’ ħsibijieti Sirt nikteb il-weġgħat tal-passat, magħkom. fuq il-karta. ir-rabja li għandi għal xi ċirkustanza Grazzi tal-ħin li ħadtu biex taqraw Għaddew tliet snin u s’issa għandi partikolari, l-inkwiet tiegħi li jinqala’ ta’ din il-kitba. Jekk titħajru tibdew żewġt Prayer Journals. Matul dawn kuljum, il-mard, u anke l-beżgħat dwar iżżommu Prayer Journal, tistgħu il-kitbiet, inħoss li Alla jkun preżenti dak li għad jiġri fil-futur. Mhux biss, tieħdu ħafna ideat minn fuq Youtube ħdejja u miegħi. Dak li ma nkunx imma sirt nikteb il-ħolm tiegħi u dak li billi tiktbu Prayer Journals. RM2000 • Jannar 2016 • 19
xewqat L-AĦĦAR
‘Ħajti, bħal din il-pittura, għadha ma spiċċatx.’
20 • Jannar 2016 • RM2000
Fil-bidu ta’din is-sena, deher ritratt ta’ mara fuq stretcher fir-Rijksmuseum, ġo Amsterdam. Kienet hemm biex tagħti l-aħħar titwila lejn il-pittura ta’ Rembrandt li kienet il-favorita tagħha. Kienet soċjetà ta’ karità Olandiża (Ambulance Wish Foundation) li għamlet dan possibbli. Kees Veldboer, li sewwieq talambulanza, kien intebaħ li, nies jkunu jafu li waslu biex imutu, dejjem ikollhom xi xewqa kbira, l-aħħar waħda li jixtiequ jaqtgħuha qabel ma jmutu. F’Novembru tal-2006 kellu jwassal pazjent b’marda terminali minn sptar għall-ieħor. Wara li kien poġġieh fuq l-istretcher, qalulu li kellu jistenna għax l-isptar l-ieħor ma kienx għadu lest li jilqgħu. Il-marid ma kellu l-ebda xewqa li jerġgħu jitfgħuh fis-sodda fejn kien ilu tliet xhur sħaħ. Għalhekk, Kees staqsieh jekk jixtieqx jieħdu xi mkien u l-ieħor wieġbu li jista’ jieħdu ħdejn wieħed mill-kanali sbieħ tal-belt biex, kif isib ruħu ħdejn il-baħar, jagħti l-aħħar tislima lil Rotterdam Harbour. Kienet ġurnata sabiħa u damu hemm aktar minn siegħa. Kees jgħid, ‘Beda jibki bil-ferħ u, meta staqsejtu jekk jixtieqx jerġa’ jbaħħar fuq xi dgħajsa tal-qlugħ, qalli li għalih żgur kien impossibbli minħabba li kien fuq stretcher.’ Determinat li jaqtagħlu xewqtu, Kees talab lill-kap tiegħu biex iħallih juża ambulanza filġurnata franka tiegħu, staqsa kollega jekk kienx lest li jgħinu u kkuntattja
aġenzija tad-dgħajjes tal-qlugħ. Kulħadd kien lest li jgħin bil-qalb kollha u, b’hekk, seħħet l-aħħar xewqa ta’ Stefanutto meta, il-Ġimgħa, ġie Kies u qallu li kienu se jmorru bid-dgħajsa. F’ittra, li kiteb ftit qabel ma miet, il-marid qal, ‘Qalbi nħossha mimlija meta naf li għad hawn nies li jaħsbu f’ħaddieħor. Nista’ ngħidilkom, li, mill-esperjenza li kelli, l-iċken ġest jista’ jħalli impatt kbir fuq persuna.’ Minn hawn twieldet is-soċjetà Ambulance Wish Foundation, fil-kċina tal-koppja ta’ Kees u martu Ineke li kienet infermiera. Illum, tmien snin wara, għandhom 230 voluntier, sitt ambulanzi u dar tal-mistrieħ. S’issa, qatgħu ix-xewqa ta’ 7,000 persuna u dan jippruvaw jagħmluh anki f’dik il-ġurnata stess li jitolbuhom. Jgħinu erbgħa min-nies kuljum – kollha b’mard terminali u li jkunu fuq stretcher. ‘L-iżgħar pazjenta tagħna kellha għaxar xhur, kienet l-isptar u l-ġenituri tagħha kellhom ix-xewqa li joqogħdu ftit ħin magħha fis-salott. L-ixjeħ pazjenta kellha mija u wieħed u din xtaqet tirkeb iż-żiemel għall-aħħar darba. Tellajnieha fuq żiemel u, wara, qegħedniha fuq karozzin miġbuda minn żiemel. Tant ħadet pjaċir ixxejjer lil kulħadd li kienet qisha xi reġina. Hemm soċjetajiet oħra li joffru li joħorġu lil dawn il-pazjenti għal ġurnata. Iżda, Ambulance Wish Foundation kienet l-ewwel waħda li pprovdiet ambulanza b’infermiera
u s-sewwieqa ġejjin kollha millpulizija u mill-iskwadra tat-tifi tannar. L-ambulanzi huma ddisinjati apposta biex tista’ tara sew barra u, kull pazjent jingħata teddy bear li semmewh Mario, għall-ewwel pazjent li kienu għenu. Roel, li qabel kien suldat u, issa, isuq l-ambulanza, jgħid, ‘Tant jagħtina sodisfazzjon lilna l-voluntiera li naraw lin-nies ferħanin.’ F’sitt snin għen 300 persuna. Darba mar ir-Rumanija, vjaġġ ta’ 4,500 kilometru, biex jgħin mara li kienet għexet l-Olanda għal tnax‑il sena. Kien jisimha Nadja u xtaqet tmur tmut ir-Rumanija fejn kienet diġà bagħtet it-tfal tagħha, ta’ sebgħa u tliet snin, għand familtha. Tant kienet magħdura li lanqas biss stajna mmissuha! Fit-triq, Nadja qalbet għall-agħar u kellhom jieqfu fi sptar fejn it-tobba rrakkomandaw li tibqa’ hemm, imma hi riedet tara lit-tfal - u l-iktar ħaġa importanti kienet ix-xewqa tagħha. Damu tliet sigħat jistennew u wara komplew it-triq lejn l-Awstrija u l-Ungerija. Meta waslu fuq il-fruntiera tar-Rumanija, Nadja qaltilhom, ‘Issa, tistgħu toħorġu l-istretcher għax lesta li mmut!’ Iżda, Floppen qalilha, ‘Ibqa’ ftit ieħor – kulma fadal 600km biex tiltaqa’ ma’ ommok u mat-tfal!’ Irnexxielhom jaslu Bucharest fejn iltaqgħet mal-familja u l-ambulanza telqet lura. Ġimagħtejn wara, il-familja bagħtet kartolina fejn qaltilhom li Nadja kienet għadha kif mietet. Roel jgħid li, meta l-pazjenti jkunu RM2000 • Jannar 2016 • 21
jafu li sejrin għalihom jakkwistaw enerġija ġdida. ‘Xi kultant tal-familja jgħidulna li kienu se jħassru l-mawra tant kemm ikun ħażin il-pazjent imma wiċċhom jixgħel meta naslu aħna biex noħorġuhom.’ Meta kien ma’ kollega tiegħu biex jaqtgħu ixxewqa ta’ raġel jismu Donald li, għal tletin sena sħaħ, kien iżur il-Mużew ma’ sieħbu. ‘Meta konna miegħu, anki aħna ħadna pjaċir għax beda jurina liema pittura ried jara u li fuqha kien jaf ħafna. L-aħħar waħda kienet ukoll ta’ Rembrandt – Xmun bit-Tarbija Ġesu f’idejh, fit-Tempju – imma din ma kienx laħaq spiċċaha qabel miet. Donald, li qatt qabel ma kien raha, tqanqal mhux ftit u qal, ‘Issa qed ninduna li l-ħajja qatt ma tispiċċa. Ħajti, bħal din il-pittura, għadha ma spiċċatx.’ Waqaf għal ftit u kompla, ‘Nistgħu mmorru issa għax rajt dak kollu li xtaqt nara.’ Waħda mill-voluntieri tirrakkonta. ‘Kull darba hi speċjali anki jekk tkun ħaġa żgħira. Kien hemm mara li kulma riedet kien li tixrob tazza Advocaat (liqueur) id-dar tagħha. Binha ġab flixkun, morna d-dar tagħha, xorbot u tlaqna lura.’ Xufier ieħor jgħid, ‘Kultant ikun diffiċli. Ġieli ndumu ħafna u naslu lura f’nofs ta’ lejl għax aħna dejjem nibqgħu nistaqsuhom jekk iridux xi ħaġa oħra. Tant tarahom grati li tibqa’ tagħmlu. Ħafna mix-xewqat ikunu li jmorru lura d-dar, isellmu lill-kollegi tagħhom jew jaraw il-baħar jew f’xi ġnien. 22 • Jannar 2016 • RM2000
‘Ħajti, bħal din il-pittura, għadha ma spiċċatx.’
Darba ħadu lil Mario biex jagħti l-aħħar tislima lill-annimali fil-ġonna żooloġiċi fejn kien ilu jaħdem 25 sena. Meta kien għadu f’saħħtu,qabel ma jmur lura d-dar, Mario kellu d-drawwa li jmur idurhom. Hekk kif waslu ħdejn ilġiraffa din resqet lejh u laqitlu wiċċu. Mario kien magħdur wisq biex jitkellem imma wiċċu xegħel bil-ferħ u r-ritratt tal-‘Giraffe Kiss’ ġabuh fuq il-gazzetta. Mirjam, infermiera ta’ 25 sena, tgħid, ‘Huwa xogħol tqil imma interessanti ħafna. Meta tidħol fid-dar ma tkunx taf lil min se ssib imma, meta toħroġ, tkun kuntenta li rnexxielek taqta’ l-aħħar xewqat ta’ dik il-persuna. Tagħlima li ħadt kienet li għandek issib il-ferħ tiegħek fl-affarijiet iż-żgħar u mhux dejjem tixtieq dak li m’għandekx.’
Fil-bidu, it-tobba kienu kontra dawn il-ħarġiet tal-pazjenti imma, issa li saru jafu aktar fuqha, ikun l-isptar stess li jagħmel l-ewwel pass. Kien hemm mara li xtaqet tmur għat-tieġ tanneputi tagħha u, għakemm it-tobba ma qablux, hi tant insistiet li fl-aħħar ċedew. Ħaduha u tgħidx kemm ħadet pjaċir. Fi kliemha stess, ‘Ma tistgħux tifhmu kemm kienet okkażjoni importanti għalija’ – u mietet dak il-lejl stess! Wieħed raġel xtaq li jmur iżur ilfabbrika tal-familja. Il-familja kollha ġiet takkumpanjah u mxew purċissjoni wara l-istretcher waqt li qagħad jara l-magni u l-affarijiet li hu stess kien irranġa meta kien għadu tajjeb. Jekk tagħtihom ġurnata sabiħa lil persuna li waslet fl-aħħar, anki jekk l-għada jisbħu għajjenin jew iħallu din id-dinja, ma tkunx ħaġa veru ta’ sodisfazzjon?
WEEKEND GĦALL-FAMILJI BIT-TFAL DAR MANRESA – Rabat, Għawdex | Il-familja tiegħek ukoll tista’ tkun hienja u magħquda
Esperjenza sabiħa u qawwija għall-familja, kbar u tfal.
Mument biex il-familja tiegħek tieħu nifs, kemm spiritwali kif ukoll ta’ mistrieħ flimkien ma’ familji oħrajn. Il-programm jinkludi: riflessjoni, diskussjoni fil-grupp u fil-koppja, ħarġiet fil-kampanja, prayer spaces, u attivitajiet għat-tfal. Ikun programm apposta għat-tfal waqt il-laqgħat tal-kbar. Imexxu: Fr Paul Chetcuti, John u Nancy Camilleri. Mill-Ġimgħa 5 ta’ Frar, 7:00pm sal-Ħadd 7 ta’ Frar wara nofsinhar
Biex tibbukkja: Ċempel 21556635, Email: manresagozo@gmail.com
POSTIJIET LIMITATI IBBUKKJA KMIENI
RM2000 • Jannar 2016 • 23
X’NIXTIEQ NGĦID
LIL ULIEDI… Kif nista’ nfiehem xi jfisser tkun missier jew omm? Tħossok onorat, mgħobbi b’responsabbiltà enormi, dejjem imwerwer li se tiżbalja, qalbek ittaqtaq li t-tifel jew tifla se tweġġagħha bi kliemek, għemilek… Elf ħsieb u emozzjoni. Imma fuqkollox dik l-imħabba li la naf mnejn ġiet u anqas fejn se teħodni – Imħabba enormi u bla qies. 24 • Jannar 2016 • RM2000
Xi ngħidu għas-sodisfazzjon li nara lil binti rieqda fis-sliem wara jum twil u mgħobbi; li nara lil ibni jagħti l-ewwel pass, jikteb l-ewwel ittra, ifaqqa’ d-daħk bil-ferħ jiġri wara xi farfett, jew mitluf jifli s-seħer ta’ fjura ċkejkna li jkun sab… jew meta binti tistennieni xħin nasal lura d-dar u b’ġenn fuqha tiġri għal fuqi biex tgħannaqni u tħaddan wiċċha ma’ wiċċi, jew tintelaq fuq għonqi f’telfa ta’ għożża u ferħ.
Inħossni li nixtieq u rrid dejjem nagħti u nibqa’ nagħti. Nixtieq li binti ma tingirifx, ma tixxellifx mill-ħajja. Nixtieq ngħidilha bis-sabiħ kollu li hemm jistennieha u bl-ikrah kollu li jista’ jħassarha, bid-dinja meraviljuża imma perikoluża li hemm tistennieha millgħatba ’l barra. Hemm wisq affarijiet li nixtieq ngħid lil uliedi.
Ibni… Binti… Anki meta nagħmel mill-aħjar biex inħobbok u ngħinek, dan jista’ ma jkunx biżżejjed Żgur se jkun hemm drabi meta niddiżappuntakom Ġieli jkollna xi ngħidu, xi drabi ma nifhimkomx, imma xorta nibqa’ nħobbkom Dejjem nibqa’ nipprovdilkom kulma nista’, anke affarijiet li jiena qatt ma kelli Is-sagrifiċċji li nagħmel mhux dejjem jidhru u intom żgħar wisq biex tifmuhom. Kemm nixtieq kieku tapprezzaw, imma ma jimpurtax, anqas jekk teħduni for granted. Meta ma naqblux bejnietna, aħna l-ġenituri, nista’ nimmaġina kif tħossukom. Imma aħna wkoll bnedmin tad-demm u l-laħam. Bħalkom jien ukoll nitwerwer mill-biża’ li xi darba jien u ommok ninfirdu. Inwegħdek li nagħmel minn kollox biex dan ma jiġri qatt. Kultant ikolli nkun iebes maghkom. Min jaf kemm tarawni ikrah u kattiv. Daqskemm tweġġgħu intom inkun qed nibki jien minn ġewwa. Imma l-ewwel tiġu intom u l-ġid tagħkom, mhux kemm nidher gustuż f’għajnejkom. Meta fil-futur issiru ġenituri intom, għad tifhmu x’jiġifieri. Kun af li dak li tħoss, tgawdi jew tbati int, jien inħossu għal mitt darba aktar fis-skiet ta’ qalbi. L-akbar ferħ u l-akbar weġgħa tiegħi hi meta narak issir indipendenti, taħsibha differenti minni, tagħmel l-oppost ta’ dak li nagħmel jew nixtieq jien. Nifraħ għax qed narak issir int. Nibki għax biex insibek, irridek nitilfek… Biċċa kuljum. Irridek timxi waħdek, imma nibża li tintilef. Irridek taħseb b’moħħok imma nitwerwer meta narak daqshekk ta’ rasek u ma tridx tisma’. Nintilef meta ma tkunx id-dar miegħi imma ma rridekx tibqa’ ma’ djuli. Aħfirli jekk tarani qisni ma nafx xi rrid… Imma dik hi l-verità. Irridek tkun int u tibni ħajtek kif tixtieq int, imma fl-istess ħin nixtieqek tibqa’ miegħi. Mingħajrek ma jien xejn. Inħobbok, inħobbok, inħobbok… Missierek… Ommok…
RM2000 • Jannar 2016 • 25
GĦANJA
lin-nisa
Din għan-nisa.... (u għal dawk kollha li għandhom l-istess rwol, mingħajr ma nonqsu lil ħadd.) 26 • Jannar 2016 • RM2000
Din aqraha meta tħossok imtaqqla Bil-ħsibijiet u bix-xogħol. Din ftakarha meta xi ħadd jazzarda jgħidlek, Li m’inti tajba għal xejn. Din żommha f’moħħok, u emminha, Kull mument ta’ ħajtek, Għax hi l-verità. Għax tassew, kemm aħna kapaċi! U dan mhux bi ftaħir. Kemm aħna kapaċi nagħmlu affarijiet differenti U dan speċjalment jekk ikollok familja. Mhux minnu jaqaw li jrid ikollok time management fenomenali, Biex tagħmel kulma suppost tagħmel fil-ħin tajjeb għalih, Bl-inqas inkonvenjent għall-oħrajn u bil-ħeffa meħtieġa biex ikun lest fil-ħin? Faċendi, tisjir, qadi u tindif.... Mhux minnu li trid tkun l-aqwa procurement manager? Trid tara li ma jonqos xejn għall-kċina, ħwejjeġ u żraben għal kulħadd kull staġun, Affarijiet ta’ tindif tal-persuna u taddar, affarijiet tal-iskola, u elf ħaġa oħra? Mhux minnu li trid tkun accountant prim, u tqassam id-dħul tal-familja b’mod li tħallas għal dak li jinxtara, tħallas il-kontijiet u tfaddal xi naqra wkoll? Dan ovvjament apparti li trid tkun koka tajba,
Toħloq u tivvinta u tadatta skont ilgosti ta’ kulħadd. Imbagħad xi ngħidu għall-ġiri bit-tfal? Trid tlesti lilhom, u tara x’se tħalli warajk id-dar U tlesti għal xħin kulħadd jiġi lura U tara li ħadd ma jinsa xejn. Xi ngħidu għall-iskola u x-xogħol li ġġib magħha? Kemm trid tinsisti u ssuq lil uliedha! Trid tkun ukoll mara miżżewġa li tisma’ lil żewġha Twieżnu fil-bnazzi u fil-maltemp, u taqsam miegħu kollox. U ma ninsewx meta xi ħadd fil-familja jkun ma jiflaħx: Kemm iljieli ta’ sahra maġenb issodda. Kemm-il darba tqum billejl tara hux kollox sew. Jeħtieġ ukoll twettaq dmirha flimpjieg, jekk ikollha, b’mod tajjeb u kif xieraq Tasal fil-ħin u tagħmel moħħha hemm. Trid tieħu ħsieb xi familjari anzjani jew li forsi għandhom bżonn l-għajnuna, jekk hu l-każ. Jekk imbagħad jifdal xi ħaġa, forsi tagħti kas naqra tagħha nnifisha. Imma dan ikun l-aħħar ħsieb. U dan kollu bla taħriġ, u bla ħlas, u kultant bla wisq apprezzament.
Però ħaġa waħda hi l-iktar importanti f’dan kollu. Dik il-qalb! Il-mara li tagħmel dan kollu b’ħafna mħabba. U kważi kważi, jekk tneħħilha l-qalb, ma jibqax wisq fiha. Għotja sħiħa sakemm tasal fil-qiegħ, Imma li b’xi mod dejjem tibqa’ ssib x’tagħti. U l-mara m’għandhiex bżonn titħallas biex tħobb. Li tħobb għall-mara hu naturali daqs li tieħu n-nifs Tagħti l-ħajja b’mod bijoloġiku U anke b’mod spiritwali. Mhix imħabba perfetta, la hi imħabba umana. Imma hi mħabba kontinwa. Anke dawk in-nisa li meta kienu tfal ħadd ma ħabbhom, Xorta għandhom fihom iż-żerriegħa tal-imħabba Li jekk jindukrawha, kapaċi tagħti ħafna frott. Hi dik il-qalb (li flimkien ma’ qlub oħra) Tgħallem lit-tfal x’jiġifieri tħobb. U t-tfal jikbru u ċ-ċiklu jerġa’ jibda. Hekk biss l-imħabba tista’ tibqa’ teżisti fid-dinja Minkejja li n-nies imutu. U dan bin-naqra naqra, ta’ kuljum, blaffarijiet l-iktar sempliċi U b’ħafna tbatija u dmugħ, imħallat ma’ ferħ li jimla l-qalb u ma jitfissirx bil-kliem. Marvic Sciberras RM2000 • Jannar 2016 • 27
WAQT LI SE NORQOD Għadha kemm inħarqet kaxxa murtali. Il-festa għaddiet u jien se norqod u nistrieħ.
Waqt li mmidd rasi fuq l-imħadda, b’uliedi u r-raġel reqdin madwari, xi mkien bejn sema u ilma, fid-dlam, dgħajsa miftuħa spiċċalha l-fuel u qed tagħmel l-ilma. Fuq, għar-riħ, il-mewġ u l-elementi Balla nies sax-xfar. U taħt, bla arja, u f’ħafna rwejjaħ, balla nies oħra. Jien immidd għonqi fuq l-imħadda, u wliedi trankwilli ħdejja. U fuq id-dgħajsa, wieħed wieħed, in-nies ta’ taħt imutu fgati. U fuq, il-kbar jippruvaw isalvaw liżżgħar mill-ħalel. Jaqgħu għal isfel ġol-ilma l-kbar, u jibqa’ ż-żgħar, waħedhom fid-dinja, mitlufin u mwerwrin. 28 • Jannar 2016 • RM2000
Ilkoll qed jaħarbu minn mewt żgura filgwerra jew fil-persekuzzjonijiet. Abbużati u użati sakemm waslu bittrakkijiet fi vjaġġ iebes,moħbija qalb ilmerkanzija u bla arja. Mhedda u ttorturati sakemm stennew li jsibu dgħajsa. Mhedda u vjolentati sakemm telgħu fuq id-dgħajsa, biex jiltaqgħu mal-mewt fuq il-baħar. Min se jisma’ l-karba ddisprata tagħhom? Mhux bħalna jixtiequ li uliedhom ikunu ferħana u jgħixu ħajja bl-inqas tbatija possibbli? Mhux l-istess ħsus bħalna għandhom? Mhux bħalna jħobbu? Mhux bħalna jweġġgħu? Mhux bħalna jsewdu qalbhom? Mhux bħalna umani?
X’għandu x’jaqsam ma’ dan kollu l-kulur tal-ġilda? It-twemmin tagħhom? Użanzi tagħhom li aħna ma nifhmux u l-użanzi tagħna li huma ma jifhmux? Il-logħba politika bejn il-gvernijiet? L-estremisti li jagħmlulhom għajb? Sew ikantaw it-tfal: ‘The colour of the skin is just an envelope.’ Għax minn ġewwa lkoll bnedmin, ilkoll umani, Ilkoll kapaċi nħobbu. Ilkoll għandna fina parti mill-Imħabba, Li għallmitna u wrietna kif inħobbu. Għallmitna nagħtu saħansitra lilna nfusna, Hekk kif għamlet hi qabel, Fil-persuna ta’ Ġesù. M. Abdilla
META RAJNIEK
BARRANI? Ftit taż-żmien ilu, il-Papa Franġisku ħareġ b’idea li l-Vatikan jipprovdi servizz b’xejn lill-barboni - jiġifieri dawk in-nies li jiġġerrew fit-toroq ta’ Ruma mingħajr ebda kenn u li huma neqsin minn kollox. Dawn in-nies jispiċċaw mingħajr il-possibiltà li jinħaslu u jieħdu ħsieb l-iġjene tagħhom u ħafna drabi minbarra li jkunu neqsin minn ikel u saqaf fuq rashom, jiġu imwarrba min-nies minħabba l-istat tal-iġjene tagħhom. L-idea tal-Papa Franġisku, twettqet billi l-Papa stess ipprovda post attrezzat u nadif, qrib il-kolonnat tal-Vatikan, li fih dawn in-nies ikunu jistgħu jinħaslu. Barra minn hekk,
issejjħu voluntiera li f’kamra oħra fl-istess post, joffru lll dawn in-nies is-servizz ta’ tqaxxir tal-leħja u anke l-qtugħ tax-xagħar. Dan kollu huwa servizz b’xejn li jingħata minn dawn il-voluntiera li wieġbu għas-sejħa talPapa u li jagħtu dinjità III dawn in-nies. Dawn il-barboni, għallinqas dawk li jmorru għal dan is-servizz, huma aktar barranin milli Taljani. Fil-fatt ikun hemm fosthom mill-Marokk, mill-Eġittu, mill-Brażil, mill-Indja, mir-Rumanija u bosta pajjiżi oħra. Is-sodisfazzjon li wieħed iħoss meta jagħti dan is-servizz jiġi minn kliem Kristu li qal, “Ngħidilkom is-sewwa, kull ma għamiltu mal-iżgħar fost ħuti, għamiltuh miegħi.” (Mt 25,40) Is-
sodisfazzjoni jiġi wkoll mit-tbissima li tixref fuq wiċċhom meta jsibu lil xi ħadd li jittrattahom persuni umani. Mhux diffiċli li wieħed jagħmel kuntatt ma’ min jikkoordina din l-inizzjattiva fil-Vatikan u joffri s-servizzi tiegħi u j-mur jġħin f din il-ħidma ta’ karità. Żgur li tkun esperjenza unika għal min qatt qabel f’ħajtu ma kellu l-opportunità li jkun daqshekk viċin dawn in-nies li verament m’għandhom xejn u li jgħixu barra t-triq. Imma fuq kollox tkun okkażjoni konkreta biex wieħed iwieġeb għassejħa tal-Papa u jpoġġi fil-prattika kliem Kristu. Twanny Vella, il-Mosta
Nota: Jekk ikun hawn min jixtieq jaghti dan is-servizz jista’ jikkuntattja lil: S.E. Rev. ma Mons Konrad Krajewski, Elemosiniere di Sua Santità, Città del Vaticano, Italia Email: elemosineria@elemos.va RM2000 • Jannar 2016 • 29
IL-LEBBRUZI a z n e r e f f i d ' b i n o missj
Jien kelli diversi esperjenzi missjunarji volontarji fil-pajjiżi tat-tielet dinja, bejn l-1980 u l-1990, speċjalment matul is-snin li qattajt bħala Nursing Officer fis-sala M2 talIsptar San Luqa. Kelli lil Mrs Lucy Camilleri, Deputy N.O., li kienet tkompli x-xogħol fis-sala fl-assenza tiegħi. Dawn l-esperjenzi kienu jinkludu l-Indja, Burma u Thailand ma’ Sr Frances Jaccarini. Dan kien fis-sena 1980. Hawn jien ksibt esperjenzi enormi li ħallew fuqi impatt qawwi għal għomri kollu. 30 • Jannar 2016 • RM2000
Fl-aħħar Ħadd ta’ Jannar niċċelebraw Jum il-Lebbra, li għal dawn l-aħħar sittin sena, bqajna niftakru finanzjarjament u nitolbu għal dawn ħutna milquta b’din il-marda kiefra. Raoul Follereau, bniedem Franċiż, b’qalb tad-deheb, iħeġġiġna biex inneħħu kull stigma minn fuq kull bniedem bil-lebbra, u jingħata kull rispett u dinjità li kull bniedem jixraqlu. Esperjenza unika fil-kolonja tallebbrużi: le, ma qattajtx snin jew xhur, iżda ftit jiem fil-kolonja tal-lebbrużi ta’ Titigar fl-Indja. Minn hemm, jien nista’ ngħid li ksibt tagħlim spiritwali profond! Kienet l-esperjenza tiegħi ta’ xogħol volontarju u missjunarju fl-Indja fejn hemm wieħed isib kolonja sħiħa ta’ bnedmin milquta mill-marda ferm krudila tal-lebbra. Kien fis-sena 1980 meta jien u infermiera Franċiża, it-tnejn li aħna, xtaqna li mmissu ftit mill-imrar li dawn il-povri ħutna kienu fih. Niftakar ċar qisu l-bieraħ, meta wasalna kien qrib nofsinhar. Daħħluna ġo kamra li kienet bħal garaxx twil, twil u mudlam ħafna, peress li t-twieqi kienu ’l fuq u ftit jgħaddi dawl minnhom. L-irwejjaħ insupportabbli, li kważi tħossok qed taqta’ nifsek, u d-dehra orribbli ta’ dawn ħuti l-bnedmin, li kienu ħerġin minn dan l-ispeċi ta' garaxx, ngħid ilverita’ kexkxitni! Tfal, żgħażagħ, xjuħ u nies oħra fl-aħjar snin ta’ ħajjithom, kollha milquta b’din il-marda krudila li ma taf taħfirha lil ħadd! Din il-marda, maż-żmien, tisfigurak
fil-veru sens tal-kelma, u tħallik imgerrxa u mwerwra min-nies kollha ta’ madwarek għal għomrok, anzi, sa ma l-mewt tħenn għalik u tfittex tiġbrok mal-oħrajn bħallikieku msieken tort tagħhom! Sal-annu 2013, skont riċerka li saret, instab li hawn 189,018 lebbrużi fil-pajjiżi tat-tielet dinja, barra xi numru konsiderevoli li nstabu flEwropa u forsi ħafna oħrajn li ħadd ma jaf bihom. Din il-marda tissejjaħ ukoll Hansen’s Disease. Mhux kompitu tiegħi għalkollox li nispjega fid-dettall l-etjoloġija ta’ din il-marda, iżda nista’ ngħid xi ħaġa fil-qosor ħafna. Il-marda tal-lebbra hija infettiva ħafna u tista’ tiġi trasmessa, l-aktar mid-demm, mill-feriti mikxufa, u minn xi likwidu li jista’ joħroġ mill-ħalq kif ukoll millimnieħer u xi partijiet oħra fil-ġisem. L-incubation period tagħha hu ta’ bejn it-tmien snin sa tnax-il sena. L-aħħar stadju ta’ din il-marda hu meta filpazjent jitfaċċaw feriti serji, l-biċċa l-kbira tal-għadam jittiekel u jisfigura lill-bniedem għalkollox. Aħna ġejna milqugħa bl-akbar ħlewwa u ġentilezza mill-brothers u s-sisters ta’ Mother Theresa, kollha jġorru tbissima sinċiera li tagħmillek kuraġġ. Iżda jien x'kien ix-xogħol tiegħi? L-ewwel ġurnata qgħadna nduru u nitkellmu magħhom, u ninnutaw lis-Sisters jimmedikawhom bl-ikbar protezzjoni. Kemm stejjer ta’ qsim il-qalb ħarġu minn fommhom! Altru trid tkun soda biex ma taqbiżlekx xi
demgħa. Il-biċċa l-kbira minnhom kienu qed jaħdmu fuq speċi ta’ magni tal-insiġ. Veru ammirajthom jagħmlu użu bil-kumplament ta’ xi ftit swaba’ jew biċċa id li kien għad fadlilhom! Ma tara lil ħadd jibki, iżda ċertament kważi kulħadd b'espressjoni vojta li, fil-verità, ma tantx hu faċli li tesprimiha fil-kitba. Kollha, tista’ tgħid, kienu jifhmu u jitkellmu xi ftit bl-Ingliż. Illingwa tgħin ħafna fil-komunikazzjoni magħhom. Wasal il-waqt li nnaddfu millaħjar li nistgħu, u ninfaxxaw il-feriti aħna. Konna protetti ħafna. Qsamna xi tbissima wkoll. Wara tmajna xi wħud minn dawk li ma setgħu jagħmlu assolutament xejn b’idejhom. Imsieken, ma fadlilhomx swaba! Għinniehom jinħaslu wkoll fost tkexkix ta’ bard li jaqbdek f’ġismek. Kemm ftakart u tlabt lil Fr Damien de Veuster, li kien eroj tal-lebbrużi fil-gżira ta’ Molokai, biex jgħinni. X’qalb nobbli, x’kuraġġ u x’imħabba infinita kellu lejn ħutu l-bnedmin u lejn il-Mulej biex qatta’ ħajtu jgħin u jfarraġ lil dawn il-povri ħutna fl-isbaħ żmien ta’ ħajtu sa ma miet bl-istess marda tagħhom fl-età hekk tenera ta' 49 sena. F'xi mumenti tħoss il-kuraġġ jonqoslok, avolja konna hemm għal ftit taż-żmien. Tajnihom bosta mediċini li kienu fis-suq dak iż-żmien li forsi setgħu jikkontrollaw din il-marda. Jien kont ftehimt ma’ mara minnhom, illi kienet ilha ftit snin mhux ħażin tbati mill-marda tal-
lebbra, filwaqt li tajtha xi aerograms bil-bolol lesti biex tibgħatli waħda f’sena. Komplejt ngħidilha “Patsy, jekk ma nirċevix, taf x’ifisser hux?” Hi mill-ewwel fehmitni. Għal sentejn bqajt nirċevi, iżda mhux iżjed. Kont assumejt li Patsy Saha, għax hekk kien jisimha, kienet mietet. Omne principium sequitur finis (kull bidu għandu t-tmiem tiegħu). Wasal il-ħin biex inħalluhom. Għal xi ħin sibt ruħi waħdi nħares fil-vojt, naħseb u ngħid f’qalbi, “Imma kif dan is-salib hekk tqil jista’ jinbidel f’salib glorjuż permezz ta’ Kristu?” Ftit tal-ħin wara, ġie bilqiegħda ħdejja, fuq biċċa ġebla, raġel lebbruż u bil-krozzi u beda jurini jdejh sfigurati u qisu jitlobni ħniena. Naħseb kellu deni mhux ħażin, għax kien jaħraq nar. Kulma għidtlu kien, “courage, my dear brother”. Il-verità hi li jħalluk bla kliem! X’diqa kienet qabditni meta niftakar x’ġawhar ħallejna warajna! Niftakar kont ġejt Malta b’saħħa barranija fuqi. X’differenza milli tara, taqra jew tisma’, għal li tgħix jew idduq xi ftit mis-salib! Kemm ħariġli talb mill-qalb għall-bżonnijiet tagħhom u ta' min idur bihom! Illum nistqarr ngħid li nħossni xxurtjata u mimlija rikkezzi, grazzi lill-Mulej, ta’ dawn l-esperjenzi millaqwa, u li ma ninsiehom qatt, anzi li qegħdin ippakkjati fil-ħażna ta’ moħħi ma’ bosta esperjenzi oħra volontarji missjunarji. Vivienne Vella RM2000 • Jannar 2016 • 31
GhAT-TFAL U GHALL-KBAR
Paġna maħsuba minn Claudia Cini
I N V E N Z J O N I J I E T L I Q AT T M A Ħ S I B N A D W A R H O M
L-IMQASS Kienu l-Eġizzjani li vvintaw l-imqass madwar is-sena 1500 Q.K. L-ewwel imqass li qatt nafu bih deher filMesopotanja madwar 3000 u 4000 sena ilu. Dan kien magħmul minn żewġ xfafar talbronż miżmumin flimkien b’biċċa bronż irqiqa u mgħawġa għat-tond. Dan it-tip ta’ mqass baqa’ jintuża fl-Ewropa sas-16-il seklu. Kienu r-Rumani li fis-sena 100 W.K. ħolqu mqass simili ta’ kif nafuh illum il-ġurnata. Dan l-imqass beda jintuża wkoll miċ-Ċiniżi, mill-Ġappuniżi u mill-Koreani. Però kien fl-1761 li Robert Hinchliffe qarrab l-aktar għallimqass tal-lum. Wara l-bronż, l-imqass beda jiġi magħmul mill-ħadid. L-imqass modern hu magħmul mill-istainless steel, il-plastik u l-lasktu. L-imqass jintuża għal diversi affarijiet differenti u hu importanti li għal kull ħaġa tuża mqass apposta biex la tagħmel ħsara lill-imqass u lanqas lill-oġġett li qed taqta’. Il-kelma ‘scissors’ ġejja mill-kelma Latina ‘cisoria’ li tfisser ‘instrument li jaqta’’ Kurżita`: Dari kienu jemmnu li jekk tuża l-imqass fl-Ewwel tas-Sena, tkun qed taqta’ nofs il-fortuna tiegħek. Kienu jemmnu wkoll li jekk tpoġġi mqass taħt l-imħadda ta’ xi ħadd muġugħ taqtagħlu nofs l-uġigħ. Superstizzjoni oħra kienet li jekk tagħti rigal imqass tkun qed taqta’ r-relazzjoni tiegħek u tal-persuna l-oħra min-nofs. Għalhekk, imqass dejjem għandu jinxtara u mhux jingħata. 32 • Jannar 2016 • RM2000
IT-TOILET PAPER Iċ-Ċiniżi kienu l-ewwel nies li vvintaw it-‘toilet paper’ fis-6 seklu W.K. Qabel ma ġie vvintat it-toilet paper, in-nies sinjuri kienu jużaw minflok suf, bizzilla jew ċraret rotba, filwaqt li dawk anqas sinjuri kienu jużaw ħaxix, weraq jew tiben. Kien fl-1857 li t-toilet paper beda jiġi ppakjat biex jinbiegħ, filwaqt li fis-sena 1935 beda jiġi magħmul toilet paper b’garanzija li ma ssibx skald fih. Bejn wieħed u ieħor persuna tuża 57 folja tat-toilet paper kuljum. Roll standard ikun fih madwar 333 folja. Għalkemm, it-toilet paper insibu nixtruh abjad, jeżisti wkoll roża ċar, peach, camouflage u glow in the dark. Issib ukoll iffjurit, b’riħa tfuħ, bis-sudoku u bil-karta tal-flus $100 ipprintjati fuqu. L-aktar toilet paper għoli hu dak magħmul minn kumpanija Portugiża li tipproduċih fil-kuluri aħmar, iswed u blu. Ikun xi jkun il-kulur u d-disinn, xorta għandu l-istess użu bħall-abjad. Jekk inti tuża t-toilet paper int wieħed mill-25% tan-nies fid-dinja li jużah. Dan għaliex 75% ma jużawhx jew għax ma jaffordjawhx, jew għax m’għandhomx sistema ta’ flaxing tajba jew għax jippreferu jużaw il-bidet minflok. Kurżità: L-akbar romblu tat-toilet paper fid-dinja kien tmien piedi għoli b’dijametru ta’ disa’ piedi. Id-daqs tiegħu kien ekwivalenti għal 95,000 roll tat-toilet paper normali. 7% tal-Amerikani jammettu li jisirqu t-toilet paper millukandi u postijiet pubbliċi.
Addattatament MINN
Claudia Cini Riċetta 28
STUFFAT TAT-TIĠIEĠ U L-PERŻUT Għandek bżonn: • 2 sidriet tat-tiġieġ imqatta’ strixxi • 60 gramma perżut imqatta’ strixxi • 2 bottijiet polpa tat-tadam • 4 karrottiet imqatta’ roti • 2 bżariet ħodor imqatta’ dadi
• • • • • •
2 basliet imqatta’ fin 4 sinniet tewm magħfġa 100 gramma faqqiegħ żgħir Mgħarfa riegnu Niskata paprika Dada tat-tiġieġ
Metodu: • Poġġi l-ingredjenti kollha ġo borma, minn barra t-tiġieġ u l-perżut. • Sajjar fuq nar moderat għal madwar 20 minuta. • Ħawwad it-taħlita ta’ spiss. • Żid il-perżut u t-tiġieġ, erġa’ ħawwad sew u kompli sajjar sakemm isir it-tiġieġ.
Kont taf li:il-perżut hu majjal ippriservat li tradizzjonalment huwa meħud mill-koxxa ta’ wara tal-majjal? L-ippriservar tal-perżut isir billi l-koxxa tal-majjal tiġi mmellħa, imsajra bid-duħħan (smoked) u mgħarrqa f’ilma mielaħ (brine) għal madwar ġimgħatejn. Din l-invenzjoni ħarġu biha l-Franċiżi, u llum il-ġurnata kważi l-pajjiżi kollha jipproduċu l-perżut. Xi fanatiċi tal-perżut jgħidu li l-perżut li jkun ġej mill-koxxa x-xellugija huwa itjeb. Dan għaliex il-ħanżir iħokk b’siequ l-leminija li allura jissaħħulha l-muskoli u b’hekk jagħmluha aktar iebsa. F’Kentucky isir l-akbar festival tal-perżut fid-dinja. Dan ilu jsir sa mill-1977 u jsir fix-xahar ta’ Ottubru. Fost il-ħafna kompetizzjonijiet li jiġu organizzati hemm dik imsejħa: ‘Bus il-Ħanżir’.
ĠEDDED L-ABBONAMENT TIEGĦEK Mingħajr l-abbonament u l-offerta tiegħek il-magażin ma jistax ikompli. Għandna bżonn l-għajnuna tiegħek. Għalhekk IMPORTANTI li ġġedded l-abbonament
Ibgħat ismek, l-indirizz u n-numru tat-telefon flimkien mal-ħlas għall-abbonament tiegħek fl-indirizz ta’ hawn taħt. Billi l-magażin jiġi jiswielna €10 ewro fis-sena, qed noħorġu bit-telf. Għalhekk biex tabbona jew iġġedded nitolbuk tibgħat offerta ta' €10 jew aktar (€5 għal min ma jistax iħallas), biex inlaħħqu mal-ispejjeż. Grazzi tal-ġenerożità u l-għajnuna.
Biex iġġedded
PERMEZZ TAL-MOBILE
Biex iġġedded
PERMEZZ TAt-telefon
ATTARD BALZAN BAĦRIJA jekk tixtieq tagħti offerta ta’ e6.99 (li minnhom e0.70 jmorru għall-operaturi tal-mobile) BIRŻEBBUGIA BORMLA jekk tixtieq tagħti offerta ta’ e11.66 BURMARRAD (li minnhom e1.16 jmorru għall-operaturi tal-mobile. FGURA IMPORTANTI: Fuq l-SMS ikteb: ismek, kunjomok, l-inidirizz FLORIANA u l-kodiċi postali. Jekk se ġġedded l-abbonament ikteb GĦARGĦUR ir-Reference Number li ssib miktub fuq it-tikketta mwaħħla marrivista li soltu tirċievi bil-posta. GUDJA kirkop IMPORTANTI min hu abbonat mal-MELITA ma jibgħatx ħlas bl-sms LUQA għax ma jgħaddulniex il-flus MANIKATA MĠARR MOSTA NOTA GĦAL DAWK LI GĦANDHOM ĦLAS B’LURA: MQABBA Biex ma ntellfux il-ġid li tagħmel MSIDA ir-rivista, s’issa bqajna nibgħatuha QORMI RABAT wkoll lil dawk li jittardjaw biex SAFI iħallsu l-abbonament tagħhom. SENGLEA Jiddispjaċina li, minħabba l-ispejjeż SIĠĠIEWI li għandna, dan mhux se jkun SAN PAWL IL-BAĦAR SAN ĠILJAN possibbli nagħmluh aktar. Għalhekk,
Ibgħat SMS fuq dawn in-numri:
5061 8916 5061 9210
kontra qalbna jkollna nwaqqfu li nibagħtu ir-rivista lil min idum iżżejjed ma jġedded l-abbonament
STA LUCIJA 2189 6093 2141 8031 TARXIEN 2189 7312 2149 2288 XGĦAJRA 2169 0769 21456 7605 ŻABBAR 2166 6267 2165 4518 ŻEBBIEGĦ 2157 5652 2720 6840 ŻEJTUN 2167 7207 2158 1122 ŻURRIEQ 2164 7337 2180 2021 2124 2230 GĦAWDEX 2143 1177 GĦASRI 2155 2613 2169 6336 GĦAJNSIELEM 2155 5518 2164 7040 KERĊEM 2156 4253 2164 2043 MUNXAR 21554621 2189 5174 NADUR 2155 2206 2157 6769 SAN LAWRENZ 2155 6355 2157 4658 SANNAT 2155 4088 2143 3769 VICTORIA 2155 6487 2141 4336 XAGĦRA 2155 3477 2168 3165 XEWKIJA 2155 1329 2123 8804 ŻEBBUĠ 2155 4493 2149 4097 2145 6824 2168 3890 2169 0019 2146 8132 mur fuq il-website www.rm2000.org 2157 1854 Tista' tħallas permezz tal-PayPal 2138 6914
Biex iġġedded
PERMEZZ TAL-Internet
GRAZZI MILL-QALB LI L LI QED JIBGĦATU OFF DAWK KOLLHA ERTI U GĦAJNUNA
RM2000 c/o 78, Triq il‐Markiż Scicluna In‐Naxxar NXR 2067 Tel: 2142 0610 • Mobile: 7982 6899 • Email: rmlh@jesuit.org.mt
Carpet Zone ġentilment joffri Dirt Controller bħala rigal għar-rebbieħ/a tal-Crossword Puzzle
Tisliba Jannar Mimdudin: 1. Taptap ħafif, jew kif għamel l-ikel fuq nar bagħti (6) 4. Xaqquf, ċeramika (6) 7. Tqiegħed fih maktur, ċwievet eċċ (3) 8. Frott tal-art jew droga (6) 9. Dan ifewwaħ knisja (6) 10 Tlellix, tagħmix (4) 12. Sidha wiċċu mqit (4) 14. Korp Kapurali Uniti (1,1,1) 15. Ipprova t-togħma, int! (3) 16. Kunsill Pastorali Parrokkjali (1,1,1) 18. Mar jara ‘l xi ħadd (3) 20. Mhux komuni (4) 21. Qxur fl-art tal-mastrudaxxa (4) 24. Tajjeb mimli bl-irkotta (6) 25. Għalaq il-bieb bl-herra (6) 26. Muhammed ..... , jew Cassius Clay (3)
27. Mistrieħ (6) 28. Is-Sagrament ikun hekk għalladorazzjoni (6) Weqfin: 1. Ċaqliq, jew għoti ta’ ċitazzjonijiet (6) 2. Werwru, qabbdu l-bard (6) 3. Mhux żgħar (4) 4. Tgħoddom fuq ponot subajk (4) 5. Kwiet (6) 6. Ġab qrib (6) 11. Biha tiknes - iz-zija (5) 13. Dan joqgħod ħdejn il-Vatikan (5) 16. Żraben ta’ ġewwa (6) 17. Ikla kbira, bħal f’xi festa(6) 18. Tilbsu f’saqajk (6) 19. Dawwret bi spaga u għamlet ċoff (6) 22. Ġebel iebes (4) 23. Grupp ta’ terroristi ta’ żmienna (4
IMPORTANTI: Ibagħtu t-tweġibiet tagħkom f’dan l-indirizz: RM2000, 78 Marquis Scicluna Str, Naxxar NXR 2067 It-tweġibiet iridu jaslulna sal-aħħar tax-xahar. Meta ġġedded l-abbonament tiegħek u tibgħat ċekk, agħmlu fuq isem RM2000. REBBIEĦA: Ir-rebbieħ/a tat-tisliba ta’ Diċembru M. Sant mill-Mosta TWEĠIBA TAT-TISLIBA Diċembru
Disinn • Outlook Coop
MIMDUDIN: 1. Nitlaq 4. Bajtar 7. Ara 8. Mietet 9. Xewwex 10. Smin 12 Nida 14 AAN 15. Nin 16. Eta 18. Kju 20. Sant 21. Ħmar 24. Emmint 25. Stampa 26 WWU 27. Tetanu 28. Mtarfa WEQFIN: 1. Nemusa 2. Tletin 3. Qatt 4. Baxx 5. Tewmin 6. Ruxxan 11. Malta 13. Dinja 16. Espert 17. Animat 18. Kmamar 19. Urtata 22. Itwu 23. Isumi
Carpet Zone, Valley Road, B’Kara (opposite Post Office)
Segwi l-esperjenzi u l-avventuri ta’ ħutna l-Maltin u l-Għawdxin fl-artijiet tal-missjoni; esperjenzi li jħalluk bla nifs u bla kliem iżda li jimlewk b’ammirazzjoni għall-kuraġġ ta’ dawn l-eroj tas-skiet! Kun af bil-proġetti ta’ fejda li huma qed iwettqu għall-miljuni ta’ nies filbżonn imxerrda fl-erba’ naħat tad-dinja. Issir taf dan kollu u aktar fil-programm VUĊI MISSJUNARJA li jixxandar kull nhar ta’ ġimgħa fid-9:00p.m. fuq RADJU MARIJA (102.3 FM għal Malta u 107.8 FM għal Għawdex) b’ripetizzjoni kull nhar ta’ Tlieta f' 6:00am, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Dr. Frank Cassar u Helena Sammut.
Mulej, ilqa’ f’Saltnatek il-benefatturi u ħbieb tagħna mejtin: Naxxar Lorna Vella
IL-WIĊĊ TAL-ĦNIENA IS-SENA TAL-ĦNIENA tfisser GĦEMEJJEL TA' ĦNIENA Li jmissu l-ġisem Itma’ lil min hu bil-ġuħ Isqi lil min hu bil-għatx Libbes lil min hu għarwien Ilqa’ lil min hu barrani Żur il-morda Żur il-ħabsin Idfen il-mejtin Li jmissu r-ruħ Agħti parir tajjeb lill-ħosbien Agħllem lil min ma jafx Widdeb lill-midinbin Farraġ lill-imnikket Aħfer il-ħtijiet Stabar b’min idejqek Itlob ‘l Alla għall-ħajjin u għall-mejtin Dis-sena, mhux aħjar inxammru l-kmiem u nċappsu idejna, jekk irridu nkunu tassew il-WIĊĊ tal-ĦNIENA?