RM2014-03 March

Page 1

Maħruġ mill‐Ġiżwiti Maltin • Marzu 2014 • Sena 65 • Numru 3 • 78, Triq il-Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067

N E W S PA P E R P O S T

Daqsxejn ta' Ghasfur


Daqsxejn ta' Għasfur Hekk kif sebaħ, f'għodwa sabiħa tax-xitwa, malli beda jbexbex, smajt l-għasafar jgħannu. 'Kos,' bdejt ngħid, 'l-għasafar dejjem isellmu l-għodwa l-ġdida. Sew jekk tkun ix-xemx u sew jekk tkun ix-xita, huma jifirħu bl-istess mod u jkomplu jgawdu l-ġurnata b’dak kollu li ġġib magħha.

2 • Marzu 2014 • RM2000


minnufih mal-ħamiem l-oħra u kielet kif kienet dejjem tagħmel. Filli dak il-paniku kollu u filli kalma kalma tnaqqar u ddur ma’ sħabha. Tatni lezzjoni li ma ninsihiex. Fil-ħajja niltaqgħu ma’ ħafna ostakli, bħall-ħadid li fih kien inqabdet il-povra ħamiema, u nibqgħu nissieltu biex ninħelsu minnu sakemm ngħejew. Xi drabi bil-paniku u l-eċitament tagħna nispiċċaw nagħmlu s-sitwazzjoni agħar milli bdejna biha. Xi kultant, kulma jkun hemm bżonn tkun id ta' ħabib li

Minħabba li noqgħod f'appartament ma nistax inżomm annimali, għalhekk, nieħu gost nitma' l-għasafar, l-iktar il-ħamiem, li jiġu fil-gallarija. Tant iserrħuni u nitgħallem ħafna minnhom ukoll! L-aħħar darba, indunajt li ħamiema nqabdet bejn il-ħadid tal-gallarija u tgħidx kemm sewwidt qalbi. Meta rsaqt qrib tagħha, bdiet aktar titħabat imwerwra. Biex forsi ma tibżax daqshekk, kellimtha b'leħen ħelu u għidtilha biex tikkalma għax jien ġid xtaqtilha u ridt neħlisha. Dak il-ħin ma ċċaqalqitx aktar, naħseb bil-biża' u mhux għax ikkonvinċejta! Daħħalt idejja bejn il-ħadid u ħriġtha bil-mod. Fil-pront taret u baqgħet tistennieni noħroġ l-ikel bħas-soltu bħallikieku ma kien ġara xejn. Malli ħriġtilha l-ikel niżlet tiekol

L-għasafar jgħixu l-mument. Ma joqogħdux jaħżnu u jippjanaw jinkwetaw fuq il-futur fuq x’seta’ ġara, u tort ta’ min... tgħinna noħorġu mill-basla li nkunu dħalna fiha biex nerġgħu nibdew intiru bħal qabel. Ħaġa li tassew skantatni kienet li malli ħlistha din il-ħamiema ma baqgħetx hemm iddur mal-ħadid fejn kienet inqabdet, tħammem u thewden fuq dak li kien ġralha qabel. Ma qagħdetx tħalli l-immaġinazzjoni tagħha tiġri biha dwar kemm setgħet spiċċat ħażin kieku ma għenthiex jien. Sempliċiment li l-problema għaddiet, ħallietha warajha u kompliet il-ħajja ordinarja tagħha: tiekol u tittajjar madwar il-gallarija tiegħi. Kompliet ħajjitha.

L-għasafar jgħixu l-mument. Ma joqogħdux jaħżnu u jippjanaw jinkwetaw fuq il-futur fuq x’seta’ ġara, u tort ta’ min, u ‘kemm jien injoranta u belha’ u ħafna tħammim, sens ta’ ħtija jew anke rabja li jqumu fina meta nidħlu f’xi problema li tweġġagħna. Min jaf kieku jirnexxilna, aħna l-bnedmin, nagħmlu bħalhom. Nagħmlu ħilitna biex niffaċċjaw il-problemi tal-ħajja, imma rridu nemmnu tassew li fina hemm qawwa li aħna li nqumu u nkomplu. Tgħallimt lezzjoni oħra mill-għasafar waqt li kont qed nosservahom jieklu. Kienu kollha jiġġieldu biex iwarrbu lill-oħrajn ħalli jilħqu l-ikel. Però, waqt li xi wħud ikunu qed jiġġieldu, jiġu oħrajn, jilħqu qabilhom u jeħdulhom l-ikel li kienu qed jiġġieldu fuqu. Kemm-il darba nagħmlu bħalhom aħna l-bnedmin. Minflok li nagħmlu dak li għandna nagħmlu bilperseveranza u l-kuraġġ, niffissaw fuq l-oħrajn u flok inkunu moħħna fuq dak li nixtiequ, nintilfu fil-pika ta’ kif se nkunu aħjar minn ħaddieħor. U waqt li nkunu mitlufa nippikaw, nitilfu l-gost li nagħmlu dak li nixtiequ tant nagħmlu. Ma tiskantax li jkun hemm min hu makakk aktar minna u jieħu ċ-ċans biex japprofitta ruħu mill-ġlied ta’ bejnietna biex jakkwista xi ħaġa hu. Daqsxejn ta’ għasfur jew ħamiema tgħallimna kif nistgħu ngħixu ta’ vera bnedmin. RM2000 • Marzu 2014 • 3


4 • Marzu 2014 • RM2000


MHUXAPPOSTA Dalgħodu, jien u dieħla, ilqatt lit-tifla tiegħi ta’ tliet snin bil-basket. “Ma, taf li tajtni daqqa?” “Imma, ħanini, mhux apposta.” “Imma tajtni daqqa u weġġajtni!” “Taf li mhux għax ridt, OK?” Kif għidt hekk irrealiżżajt li “le, mhux Ok,” għax, sew jekk għax ridt, u sew jekk bi żball, lill-persuna l-oħra tkun weġġajtha xorta. Fil-fatt, meta ħarist sew, rajtilha marka ħamra fuq ġbinha u din kont għamiltielha jien! Minnufih, neħħejt kollox minn idejja, tbaxxejt u tlabtha turini fejn kienet weġġgħet. Imbagħad, tajtha l-Bewsa Maġika, ħaddantha miegħi u tlabtha skuża. Minn dak il-ħin għaddielha kollox! Tant kienet ħaġa ħafifa - aħjar milli kieku qgħadt inħaqqaqha magħha li ma kontx għamilt apposta.

Meta qgħadt naħseb, wara l-inċident, intbaħt li meta nagħmlu żball, l-ewwel ħaġa li nagħmlu hi li nsibu xi raġuni biex ma nammettux li għamilnieh, jew li nwarrbu s-sens ta’ ħtija. F’kelma waħda niddefendu rwieħna biex ma nkunux akkużati jew ġudikati għal dak l-iżball. L-ewwel reazzjoni tkun li nipproteġu rwieħna u l-interessi tagħna. Għalhekk insibu kull skuża u kważi nakkużaw lil min weġġagħna li qed jagħmel għaġeb, li huwa artab u delikat iżżejjed, li jrid jiġbed l-attenzjoni, u elf skuża oħra. Kważi nkunu rridu nġibuha li kien it-tort tiegħu li weġġajnieh. Kieku ninsew lilna nfusna u flok nippruvaw niddefendu lilna nfusna indawru l-attenzjoni tagħna fuq il-persuna li nkunu weġġajna, kieku

nsibuha aktar faċli biex nifhmuha, nissapportjawha u ngħinuha fil-weġgħa li nkunu ikkawżajna. Il-persuna mweġġgħa dak kull ma tkun trid, li aħna nifhmu l-weġgħa tagħha u nibqgħu qribha bis-serjetà. Hi din l-imħabba u l-preżenza tagħna li ttaffi l-weġgħa u l-iżball li nkunu għamilna. Għalhekk meta tweġġa’ lil xi ħadd, anke bi żball u bla ma tkun trid, qabel tibda tiddefendi lilek innifsek, ammetti l-iżball miegħek innifsek u mal-persuna u iftaħ qalbek biex tifhimha, mhux tipprova ġġagħlha tifhem lilek hi. L-imħabba hekk tagħmel. Għaliex għandu jkun diffiċli daqshekk li, meta tinduna li weġġajt lil xi ħadd, tammetti, tmur tagħtih bewsa u tiskuża ruħek?

VOLONTARJAT MAS-SORIJIET TA' MADRE TERESA

Għaż-żgħażagħ li jixtiequ jagħmlu esperjenza sabiħa f'Lulju 2014 Summer Camp mat-tfal flimkien mas-sorijiet ta' M. Teresa, Bormla. Għal aktar informazzjoni: Ruth Bonnici, 7933 0895 • Bernard Micallef, 7932 5092 • Marylene Grima, 7955 8668 RM2000 • Marzu 2014 • 5


Mark, irridek turi lis-soċjetà li

jien inħobb anke lil nies gay Esperjenza ta’ ġuvni omosesswali li jagħżel li jibqa’ jħobb lil Alla u jafda fih u jgħix il-fidi tiegħu ta’ Kattoliku.

6 • Marzu 2014 • RM2000


F’mument meta għaddej dibattitu qawwi minħabba l-liġi tal-Unjoni Ċivili ta’ persuni omosesswali, Tajjeb li nisimgħu l-esperjenza ta’ persuna li hija omosesswali u li trid tkuN Persuna tajba u magħquda m’Alla. L-omosesswali huma bnedmin, ulied Alla daqs u bħal kull persuna oħra. Huma għandhom l-istess dinjità u jistħoqqilhom l-istess rispett bħal kull bniedem ieħor. Hi ħaġa ħażina li nikkundannaw jew niġġudikaw lil xi persuna mħabba l-orjentazzjoni sesswali tagħha. Żgur ukoll li m’għandha ssir ebda diskriminazzjoni kontrihom, bl-ebda mod u fl-ebda ċirkustanza f’dak li għandu x’jaqsam mad-drittijiet u d-doveri tagħhom bħala bnedmin u ċittadini ugwali għalloħrajn. Il-Knisja mhix kontra l-omosesswali bħala persuni. Anzi, tipprietka r-rispett, l-imħabba u d-dinjità tagħhom. It-tagħlim tagħha dwar kif wieħed jgħix is-sesswalità tgħodd kemm għall-gays kif ukoll għal dawk li huma straight. Din l-esperjenza tiftħilna għajnejna għat-tbatijiet u l-isfidi li jkollhom jiffaċċjaw persuni gays jekk dawk ta’ madwarhom ma jħobbuhomx u ma jaċċettawhomx kif inhuma, bħalma jagħmel Alla. Bħala tifel, kont studjuż ħafna: jekk ġejjin l-eżamijiet kont neħodhom bis-serjetà ħafna, kont nistudja sew u kont immur tajjeb. Kont nemmen li jien bravu. Kont naf li fil-Parents’ Day,

l-għalliema ħa jfaħħruni. Kelli tfulija sabiħa, nhar ta’ Ħadd niltaqgħu mazzijiet tan-naħa ta’ missieri, nilagħbu mal-kuġini. Kont ħafna il-fissud tal-għalliema, minn dawk li l-istudenti l-oħra jkunu jridu joqtluk bl-għira. Kont bullied minħabba l-omosesswalità tiegħi, speċjalment fil-Form 1 u fil-Form 2. Però mbagħad mill-Form 3 sal-Form 5, vera integrajt mal-klassi. Fil-Form 1 kelli l-ewwel ammirazzjoni lejn ġuvni, però kont sempliċiment nammirah. Kont għadni żgħir wisq biex niddeskrivi x’kont qed inħoss. Imbagħad fil-Form 3 kelli l-ewwel crush kbira fuq student li kien fil-klassi miegħi. Hemmhekk indunajt li jien qed jogħġbuni l-ġuvintur. Ma kienx il-każ li filli kienu jogħġbuni t-tfajliet, u f’daqqa waħda bdew jogħġbuni l-ġuvintur. Sa mill-bidu donnha kienet fija li jien jogħġbuni l-ġuvintur. Il-fidi tiegħi hija sfida kbira. Ċertu duttrini tal-knisja u l-omosesswalità tiegħi, ma jistgħux jiġu rrikonċiljatiqatt! U dik hija ħaġa li jien irrid naċċetta – naħseb li qatt (sakemm inkun ħaj jien) mhu se jiġu aċċettati atti sesswali bejn żewġ irġiel jew żewġ nisa. Bl-għajnuna ta’ diretturi

spiritwali u għajnuna ta’ qassisin li huma miftuħin u jaċċettaw il-komunità gay, nista’ bil-mod il-mod ngħix l-omosesswalità tiegħi fid-dawl tal-fidi Nisranija. Kappillan ta’ parroċċa partikolari għinni ħafna meta mort inkellmu. Qalli li għandi nkun kburi b’min jien… Qalli “mhux Alla għamlek hekk?” Irrid naċċetta li Alla jħobbni kif jien. Hija faċli biex tgħidha għax hija ovvja li Alla jħobbok. Imma li taċċetta dik l-imħabba, li tiftaħ qalbek biex taċċettaha – dik hija grazzja. Jien naf li m’iniex bħan-norma. M’iniex bħal irġiel oħra li jħarsu lejn mara. Jien inħares lejn raġel. Dan il-fatt jaffetwani ftit fuq ix-xogħol bħala għalliem. Eżempju mat-tfal irrid noqgħod extra attent. Hemm l-idea li jekk int gay, int pervertit jew pedofelu. Lit-tfal qatt m’għidtilhom li jien gay, imma jista’ jkun li huma jindunaw. Allura rrid noqgħod attent għal ċertu ċajt jew mossi, għax meta jiġu minni, jistgħu jifhmuhom ħażin minħabba l-image li għandna aħna l-gays, sfortunatament. Fil-komunità gay, tiltaqa’ ma’ ħafna nies: uħud ikunu qed ifittxu relazzjoni serja, u oħrajn – bħalma jiġri fil-komunità straight – ikunu qed ifittxu RM2000 • Marzu 2014 • 7


biss affarijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ sess. Il-familja tiegħi. Meta għidtilhom li jien gay (għadni niftakar id-data u l-ħin eżatti) missieri qalli: “Kont naf!” Qatt ma bsart li missieri kien diġà nnutani u li kien induna bl-orjentazzjoni tiegħi qabel ma jien għamilt il-pass u għidtlu. Biex ngħidu kollox, hu prova jbegħedni milli niskopri li jien gay: fl-adolexxenza tiegħi, kif konna naraw żewġ irġiel jitbewsu fuq it-TV jew nisimgħu il-kelma ‘gay’, naqilbu l-istazzjon immedjatament. Kien qisu qed iħoss li ibnu hu gay u bħal ried jiġġieled kontra dak il-fatt b’dan ilmod. Ommi, min-naħa l-oħra ħasset sens ta’ ħtija għax bdiet taħseb li kellha x’taqsam hi ma’ l-orjentazzjoni sesswali tiegħi. Fil-fatt marret tkellem qassis u qaltlu li hi dejjem xtaqet tifla u staqsietu jekk kienx tort tagħha li binha ħareġ gay. Iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar qed jaċċettawha, imma ma jridux jisimgħu bil-kelma partner. Però kif kienet tgħidli il-psikologa tiegħi: kollox għandu bżonn il-ħin tiegħu. Żgur li ħa tkun sfida meta fil-futur niġi biex nippreżentalhom il-partner tiegħi, imma kollox jieħu ż-żmien tiegħu. Iddar qatt ma nitkellmu fuq il-fatt li jien gay – l-orjentazzjoni sesswali tiegħi huwa suġġett li ħadd ma jitkellem dwaru. Qatt ma assumejt li l-ġenituri tiegħi ħa jaċċettawha, għalkemm bil-mod il-mod qed jaċċettaw il-fatt li binhom gay. 8 • Marzu 2014 • RM2000

L-ostaklu iktar jinsab fil-proċess ta’ meta tiġi biex issib partner, speċjalment biex issib gay Kattoliku. Sħabi kollha favur il-fatt li jien naċċetta lili nnifsi kif jien. Meta lil sħabi għidtilhom li jien gay qaluli “fl-aħħar ħriġt?”. Inkoraġġieni wkoll id-direttur spiritwali tiegħi li jagħtini ħafna tama. Alla jtik il-persuni adattati fil-ħin it-tajjeb. Jien m’iniex gay, jien Mark*. Alla tani kuraġġ kbir biex naċċetta u ngħid lin-nies li jien gay minkejja li ġej minn ambjent Kattoliku ħafna. Alla pprovdieli ħafna nies li għinuni fil-mixja spiritwali tiegħi. Naf ħafna gays li qed jgħixu ħajja sana u li għandhom relazzjoni sabiħa ma’ Alla. Alla jtini ħafna sinjali fejn inħossu jgħidli: “Mark, irridek turi lis-soċjetà li jien inħobb anke lil nies gay”. Inħoss li l-fatt li jien għadni Kattoliku minkejja l-orjentazzjoni sesswali tiegħi, huwa xhieda li Alla jħobb bla kundizzjoni lil kulħadd, hu kif inhu. L-aktar punt li sibt diffiċli biex naċċetta hija li qatt ma nista’ niżżewweġ fil-Knisja. L-unjoni tiegħi ma’ raġel ma tista’ qatt tkun imbierka mill-Knisja. Ma jimpurtanix mill-unjoni ċivili u l-fatt li nista’ niret. Kieku kelli nibdel xi ħaġa hija li nkun nista’ niżżewweġ bil-barka tal-Knisja. Il-fatt li jien gay għamilni sensittiv għat-tbatija ta’ ħaddieħor, għalhekk naqbeż ħafna għall-minoranzi. Meta nara tifel bullied, naqbeż għalih; meta jsir xi dibattitu kontra r-refuġjati,

ma nkomplix mal-folla imma naqbeż għar-refuġjat. Inħoss li fija għandi kompassjoni u għatx għall-ġustizzja. Naf li l-komunità gay mhix trattata tajjeb. Għalhekk meta nara komunitajiet maltrattati – refuġjati, gay, tfal, nisa, nies abbużati – inħoss li għandi naqbeż għalihom. U dik hija grazzja. Ħafna nies huma indifferenti. Jien m’iniex. Li tiskopri u tasal biex taċċetta li int gay mhi triq faċli xejn. Lil dawk li huma gay u kattoliċi, ngħidilhom: Tirribellax kontra Alla. Imxi din it-triq ma’ Alla u jwasslek xi mkien. Ma tibdiex tara lilu imma, permezz tannies ta’ madwarek, iwasslek xi mkien. Lil nies li qed jiskopru li huma gay u li mhumiex Kattoliċi, ngħidilhom li l-vjaġġ xorta hu diffiċli, però ngħidilhom biex il-valuri tagħhom iżommuhom sodi. Se jkun hemm ħafna tentazzjonijiet ta’ one night stands, sess bla rażan, ta’ “ngħabbi għal dak il-lejl”. Imma trid tkun taf sa fejn għandek tieqaf. Fl-aħħar, kun kburi b’min int u agħmel sforz biex tħossok komdu b’dak kollu li int. L-iktar ħaġa importanti hija li tfittex l-għajnuna għax f’din is-soċjetà ma tistax tkun gay u taqdef waħdek. Bħalma l-koppji straight imorru Ta’ Kana għall-gwida, anke l-gays għandhom ifittxu lil diretturi spiritwali, psikologi u għajnuniet oħra biex jieħdu l-gwida li għandhom bżonn. Miġbura minn Sarah Borg

*L-ismijiet inżammu fittizji


IĊ-ĊITAZZJONI

Jack kien qed isuq imħarrek mhux ħażin. L-arloġġ fil-karozza kien jimmarka 73 mil fis-siegħa meta kien jaf li, f’dak il-post, suppost issuq sa 55. F’daqqa waħda, ra dawl ipetpitlu biex jieqaf. Kien jaf li kienu l-pulizija għax, f’dawn l-aħħar xhur, kien qala’ erba’ ċitazzjonijiet! Ma waqafx fil-pront imma beda jnaqqas ftit ftit sakemm niżel għal 63. “Ħalli l-pulizija jieħu ħsieb hu l-periklu tat-triq,” ħaseb bejnu u bejn ruħu. Meta waqaf, tella’ l-għonq tal-kowt sa widnejh u beda jtektek fuq l-istering bħallikieku ma setax jifhem għalfejn kienu qed iwaqqfuh. Iżda, hekk kif ħares fil-mera u ra l-pulizija nieżel millkarozza tiegħu, induna li kien Bob, dak li jara s-soltu l-knisja. Dan inkwetah aktar miċċitazzjoni li kien se jaqla’. Dan kien l-istess bniedem li se jmur jilgħab il-golf miegħu għada stess! Għalkemm kien jiltaqa’ miegħu kull nhar ta’ Ħadd, qatt qabel ma kien rah bl-uniformi. Għall-ewwel kien se jħalli t-tieqa magħluqa imma, mbagħad, iddeċieda li jinżel. “Ara Bob. Ma bsartx li se niltaqa’ miegħek hawn.” “Hello Jack,” irrisponda mingħajr ma tbissem.

“Naħseb li qbadtni fil-ħin li kont sejjer niġri d-dar ħdejn il-mara u t-tfal.” “Hekk naħseb jien ukoll.” Bob kien jidher indeċiż u dan kien sinjal tajjeb. “Dan l-aħħar kellna ħafna xogħol fl-uffiċċju u, forsi, ksirt xi ftit ir-regola tas-sewqan din id-darba . Diane qed tistennieni bil-platt favorit tiegħi, taf kif?” “Iva, naf kif. Naf ukoll li inti msemmi għas-sewqan bl-addoċċ f’dawn l-inħawi,” qal Bob filwaqt li beda jċaqlaq ġebla żgħira li kien hemm fuq il-bankina. ‘Ħeqq! Din ma tantx togħġobni,” ħaseb Jack, ‘Aħjar nibdel it-tattika.” Dar lejn Bob u staqsieh għaliex kien waqqfu. “Kont għaddej bil-71 mil. Jimporta tidħol fil-karozza, jekk jogħġbok.” ‘Le, Bob, għandek żball. Kif rajtek, ħarist lejn l-arloġġ u kien jaqra 65.” Aktar ma kien jaqla’ ċitazzjonijiet, aktar kien qed jidra jigdeb! “Jekk jogħġbok, Jack, idħol filkarozza.” Issa ma kellux aktar x’jagħmel ħlief jobdi; sabbat il-bieba u ħalla t-tieqa magħluqa. Bob kien qed jikteb fuq in-notebook iżda ma kienx talbu l-liċenzja. Wara ftit tektiklu fuq it-tieqa u Jack fetaħha ftit, kemm tgħaddi l-karta li kien qed inewwillu Bob.

‘Grazzi,” qal Jack b’sarkażmu u nnota li Bob kien mar lura fil-karozza tiegħu. “Ħa nara kemm se tiswini din iċċitazzjoni!” qal. Iżda, kienet sorpriża kbira għalih meta ra li din kienet biss nota. Għażiż Jack, Darba jien kelli tifla ta’ sitt snin u tajjarhieli wieħed bil-karozza. Tista’ timmaġina kemm kien qed isuq! Dan weħel multa u tliet xhur ħabs li għaddewlu wkoll u seta’ jmur jgħannaq miegħu lit-tliet uliedu bniet. Jien kelli waħda biss u se jkolli nistenna sa kemm immur il-ġenna biex nerġa’ ngħannaqha miegħi. Elf darba ppruvajt naħfirlu u, xi drabi, naħseb li rnexxieli, imma m’iniex ċert. Itlob għalija u oqgħod attent. Suq bil-galbu għax, issa, tifel wieħed biss fadalli! Bob

Jack baqa’ jħares lejn dik il-biċċa karta! Imbagħad dawwar rasu u ra l-karozza ta’ Bob sejra. Baqa’ ċċassat iħares sakemm għebet għalkollox u dam ftit ħin sew sakemm startja l-karozza. Hu u sejjer lura d-dar talab maħfra lil Alla u, hekk kif wasal, mar jiġri jgħannaq lil martu u lil uliedu.

RM2000 • Marzu 2014 • 9


MARA

10 • Marzu 2014 • RM2000


ASTRONAWTA Mara Amerikana, Sunita Williams, kienet astronawta li għamlet żewġ vjaġġi flispazju. L-aħħar wieħed kien fl-2012. Għandha r-rekord tal-mara li l-aktar li ħarġet timxi fl-ispazju. B’kollox għamlet 322 jum tivvjaġġa fl-ispazju, kważi sena. Meta tkun sejra fuq missjoni twila bħal din, trid tipperswadi ruħek li dan qed tagħmlu għall-ġid tal-umanità. Però, xorta jkun hemm il-bżonn li tipprepara ruħek sew. Qabel ma titlaq għall-vjaġġ li jieħdok barra mid-dinja trid tħalli kollox sew u fil-paċi warajk. L-ewwel missjoni tiegħi kienet ta' sitt xhur u nofs, iżda vjaġġi bħal dawn qatt ma tkun taf eżatt kemm se jdumu għax kollox jiddependi fuq il-kundizzjonijiet tat-temp. Fil-fatt, ma kontx naf eżatt f'liema data se nitlaq u anqas meta se niġi lura. Ħaġa oħra li trid tipprepara ruħek għaliha hi li se jkollok tgħix marsusa fi spazju żgħir ma' nies oħra. Għal dan jippreparawk minn hawn stess. Bħala test, jien għamilt xi għaxart ijiem taħt l-ilma fl-Aquarius Unit biex nara jekk kontx kapaċi ngħix qisni ġo bott. Trid tittrenja ruħek ukoll biex tmexxi u tgħix mal-oħrajn, speċjalment jekk ikunu ta' kulturi u ideat differenti minn tiegħek għax hemm fuq tkun qed tgħix magħhom f'post magħluq.

Biex iżżomm ruħek 'normali', trid tibqa' tagħmel l-affarijiet li s-soltu tagħmel fuq l-art bħal tirranġa xagħrek għalkemm ma tafx jekk, b'hekk, tkunx tidher aħjar. Sabu li, anki jekk tbiddel is-sistema tiegħek imqar b'nofs siegħa, tista' titħawwad xi ftit. Magħna nieħdu wkoll affarijiet li jfakkruna fid-dar. Jien ħadt soft toy li kien ifakkarni fil-kelb li kelli u xi ikel favorit tiegħi. Billejl, ikun hemm post fejn torqod - post kwiet u mudlam, ħlief għal dawl żgħir ħdejn it-toilets - u, minn hemm, tinstema' wkoll l-alarm jekk jinqala’ xi ħaġa. Madankollu, ma tkunx rieqed sew għax dejjem taf li qiegħda f'post mhux tas-soltu. Għat-tieni missjoni tiegħi, domt sena u nofs nipprepara maż-żewġ astronawti l-oħra biex insiru nafu sew lil xulxin. Darba, kont ma' Aki Hoshide barra mexjin fl-ispazju u sibna diffikulta fil-kaxxi elettroniċi tagħna. Malajr sibna l-għajnuna tat-tnejn l-oħra li kienu magħna. Din dejjem tiġri; għalhekk tittrenja mal-oħrajn qabel. Hemm tħoss li l-aktar importanti mhux x’nazzjonalità int imma li int membru tal-umanità. Kulħadd iħoss meta l-ieħor ikun għajjien, meta hu l-ħin li jiċċajta u meta għandu jibqa' serju u, fuq kollox, kulħadd jiġi jiġri jgħinek biex isalvalek ħajtek.

Hemm fuq, l-affarijiet li għad-dinja huma importanti, bħall-politika u ħwejjeġ oħra, ma jagħmlux differenza. Bħal meta tisma' b'xi diżastru naturali, taħseb biss fin-nies u kif se jkampaw u mhux fid-differenzi politiċi. Hemm fuq li jgħodd huwa li tibqa’ ħaj. Hija l-ħajja u l-umanità li tagħmlek ugwali mal-kollegi tiegħek. Id-differenzi jintesew. F'xi ġurnata diffiċli, tista' tmur ħdejn it-tieqa u tara biċċa middinja. Tgħid, 'Kemm hu post sabiħ! Bħalissa, in-nies qed jippassiġġaw u jieħdu pjaċir.' Meta, f'xi ħin, tkun tista’ tagħmel kuntatt mad-dinja tgħid ‘hello’ u tisma’ leħen il-maħbubin tiegħek qalbek timtela’ bil-ferħ. Hemm isfel, fuq dak il-globu blu, hemm qalb tħabbat għalija. Hemm bosta li diġà qed jieħdu bis-serjetà ħafna l-possibiltà li l-bnedmin imorru fil-pjaneta Mars. Din se tkun sfida ferm ikbar milli nitilgħu fl-ispazju jew li ninżlu fil-qamar. Huwa vjaġġ li jieħu ħafna aktar żmien. L-astronawti se jkollhom ħafna u ħafna ħin m’għandhom xejn x’jagħmlu għax ma jkunx hemm esperimenti xjentifiċi x’iwettqu, kif nagħmlu filvjaġġ spazjali bħal dak li għamilt jien. Għalhekk, il-programm irid jinkludi affarijiet biex jimlew il-ħin

RM2000 • Marzu 2014 • 11


tan-nies huma u jaraw id-dinja tiċkien u l-komunikazzjoni tieħu aktar fittul. Se tkun sfida akbar mentalment u psikoloġikament imma, jekk huma jżommu quddiem għajnejhom kemm se jkun kbir is-sodisfazzjon, m'għandhomx ma jagħmluhiex. Għad fadal ħafna problemi mediċi li rridu nsolvu qabel ma jsir dan il-vjaġġ, 'il bogħod mill-orbita tad-dinja u mill-protezzjoni mir-raġġi li fl-ispazju jibbumbardjaw kull vettura spazjali li tmur hemm. Ix-xewqa tagħna hi li, minflok Robots, ikun hemm par għajnejn umani li jkunu jistgħu jaraw, jieħdu deċiżjonijiet meħtieġa u jifhmu sew x'hemm hemm fuq. M'għandix dubju li dan għad iseħħ. Xi nies jaħsbu li l-programm spazjali ilu hemm ħafna imma kull ma ilu huwa madwar 50 sena. Din hi 12 • Marzu 2014 • RM2000

xjenza li għadha relativament żagħugħa. Għamilna qabża kbira minn meta konna nisparaw rockets għal issa li ngħixu, naħdmu u nistgħu nibqgħu induru fl-ispazju! Li kieku jkun hemm avviż li jgħid, 'Se mmorru Mars. Min irid imur? ' ikun hemm ħafna nies li japplikaw. Jien inkun waħda minnhom żgur. L-esperjenza ta’ din il-mara hija okkażjoni tajba biex nirriflettu kif Alla jista’ jara d-dinja. L-astronawta jaraha bħala globu sħiħ u sabiħ. Hekk Alla wkoll jarana lkoll f’daqqa u jara d-dinja bħala realtà waħda. Mhux bħalna li ngħixu hawn isfel. Ninqabdu f’viżjoni ċkejkna u naraw biss il-biċċa tagħna. Inbatu wisq biex naraw il-ħolqien u l-bnedmin fid-diversità tagħhom u kemm hi ikbar id-dinja minn dik irrokna li nkunu qed ngħixu fiha aħna. Minn hemm fuq dak li aħna naraw kbir jidher żgħir ħafna – il-pajjiżi, l-ibħra, il-bliet u l-irħula. Kemm jagħmlilna tajjeb kieku nifhmu li dak li

aħna naraw bħala xi ħaġa tant kbira għax tolqot lilna, nirrealizzaw kemm fil-fatt hi ħaġa żgħira meta tqabbilha mal-kobor tal-univers. Allura ma nagħmlux plejtu fuq ix-xejn. Alla hekk jagħmel. Ma jippanikkjax u jgħaġġibhiex. Min-naħa l-oħra tara kemm hu kbir u sabiħ dak li aħna narawh tant żgħir – il-fatt li tagħmel xogħrek kull filgħodu, li tista’ torqod f’sodda kbira komdu, li tmur passiġġata fil-kampanja, li ċċafċaf f’baħar sabiħ. U aktar u aktar, meta ssib ruħek maqtugħ minn dawk li jħobbuk, kemm issir importanti kelma waħda, tbissima, li tista’ żżomm id f’id ma’ xi ħadd li tħobb. Tagħraf ukoll kemm hi fraġli ħajjitna u kemm hi prezzjuża s-solidarjetà bejnietna l-bnedmin. Kemm hu sabiħ meta wieħed jgħin lil ieħor, flok jikkompeti jew jippika malieħor. Tagħraf li aħna maħluqin biex inkun ta’ xulxin u ma’ xulxin. Mhux ta’ b’xejn li din l-astronawta mara riedet titlaq mid-dinja għallvjaġġi tagħha fil-paċi ma’ kulħadd. Qatt ħsibt li aħna lkoll għad ikollna l-istess esperjenza ta’ din il-mara? Mhux billi nitilgħu fuq vettura spazjali, imma billi nitilqu minn din id-dinja darba għal dejjem biex ningħaqdu mal-Mulej fis-sema. X’tixtieq tħalli warajk meta l-Mulej isejjaħlek għall-aħħar vjaġġ lil hemm mid-dinja? X’tixtieq tieħu miegħek għall-aħħar vjaġġ?


MIN SE JIEĦU L-MEDIĊINA? Pazjent imur għand it-tabib. Jgħidlu minn xiex qed ibati u jistenna t-tabib jgħidlu x’għandu jagħmel biex ifiq. Immaġina kieku t-tabib jgħidlu, “Orrajt, fhimt minn xiex u għalxiex qed tbati minn din il-marda. Mela, ħa ngħidlek x’ħa nagħmel: ħa nordnalek mediċina tajba ħafna. Mur għand il-ġar tiegħek u għidlu biex jibla’ l-mediċina li nkun tajt lilek.” X’taħseb li jgħidlu l-pazjent? Tgħid jgħidlu, “Grazzi ħafna Dott, diġà qed inħossni ħafna aħjar! Hekk iffrankajtli li nieħu l-mediċina. Jekk jeħodha l-ġar għalija, żgur li nħossni aħjar jien!” Jaqaw ħawditek din l-istorja? Qed taraha stramba? Ma tagħmilx sens. Il-mediċina jrid jeħodha l-marid. Ħadd ma jista’ jeħodha għalih. Imma, jaħasra, fil-verità kemm jiġri l-istess f’ħajjitna. Ilkoll naħsbu li jekk il-ġar

tagħna jinbidel aħna se nħossuna aħjar. Jekk jirranġaw ruħhom u jimxu sewwa dawk ta’ madwarna, l-oħrajn, allura l-problemi u l-uġigħ tagħna jisparixxi. F’kelma waħda naħsbu li t-tbatijiet tagħna huma kkawżati mill-oħrajn, għalhekk huma għandhom ibiddlu ħajjithom biex aħna nħossuna tajbin. Dejjem irridu li jinbidel ħaddieħor ħalli nħossuna tajbin aħna. Kemm tisma’ diskors bħal dan. Kieku l-mara trażżan ilsienha, kieku ma niġġildux daqshekk. Kieku binti tirrispettani, kieku ma jkollix dan l-uġigħ ta’ qalb. Kieku l-awtoritajiet jimxu sew, kieku m’hawnx dad-diżordni fostna. Kieku l-qassis jipprietka suret in-nies, kieku kulħadd jikkonverti. Kieku ma jkunx hawn ħallelin u drogati, kieku nistgħu ngħixu fil-paċi. Il-litanija ma tispiċċa qatt.

Il-kawża tal-gwaj huma dejjem l-oħrajn, għalhekk naħsbu li r-rimedju jridu jibilgħuh l-oħrajn. Huma jridu jirrispettawni. Huma jridu jammettu t-tort. Huma jeħtieġ li jkunu ġenerużi. Huma jridu jifhmuni. Huma jridu jżommu kelmthom, eċċ. Imma qatt ħsibt li jekk jinbidel kulħadd u int tibqa’ l-istess, fil-fatt xejn mhu se jinbidel? INTI għandek bżonn tinbidel mhux żewġek, mhux martek. Għandek l-idea li se tħossok tajjeb jekk id-dinja tinqaleb għall-aħjar. Għandek żball sieħbi! Id-dinja issir isbaħ jekk isseħħ ilbidla ġo fik. Jekk trid li ħajtek issir aħjar, ibda minnek innifsek. Fittex li tinbidel int mhux li tibdel lil ħaddieħor. Jekk trid teħles mill-uġigħ u mill-mard li għandek, il-mediċina ħudha int. RM2000 • Marzu 2014 • 13


jien raĠel miŻŻewweĠ

14 • Marzu 2014 • RM2000


Din it-tfajla hija tal-ġenn: gustuża, intelliġenti, twajba, u għandha fidi qawwija f’Alla. Nieħu gost noħroġha tiekol barra; kultant immorru naraw xi film jew xi show. Dejjem nikkumplimentaha u ngħidilha kemm tagħmilli

ħajti speċjali. Qatt ma domt irrabjat magħha għal iktar minn ħames minuti u t-tbissima tagħha hi biżżejjed biex tibdilli l-burdata. Kultant iżżurni fuq ix-xogħol bħala sorpriża u ddewwaqni xi biċċa kejk jew xi ħaġa milli tkun sajret. Inħossni tassew fortunat li nista’ noħroġ ma’ din it-tfajla waqt li jien miżżewweġ. U lill-miżżewġin intihom parir biex jagħmlu bħali u jħobbu tfajla kif inħobb jien lil din it-tfajla. Garanzija li l-ħajja tinbidel u ssir tal-ġenn. Imma x’qed taħseb, li qed naqlibha lil marti? Skużani, insejt ngħidlek li din it-tfajla hija marti! Imbilli tkun miżżewweġ, ma jfissirx li m’għandekx tibqa’ tagħmel dates ma’ martek u timxi magħha qisha għadha t-tfajla li ġġenint warajha meta kont namrat. Anke wara li tiżżewwiġha u tkun saret martek, ma tridx tieqaf tinnamra magħha u tittrattaha kif kont titrattaha meta kont għadek għarus. M’għandix nieqaf inħossni miġnun wara marti. Il-fatt li għedna dik l-imbierka ‘Signor Si’, ma jfissirx li l-għerusija u n-namrar issa spiċċa u beda l-iebes tal-ħajja. Le ma rridx nidra lil marti u nħalliha ssir xi ħadd ordinarju, bħas-sufan ta’ quddiem it-television li nidrah u noqgħod komdu fuqu bla ma naħseb fih. Irrid li marti tibqa’ l-mara speċjali li kienet mill-ewwel mument li ltqajt magħha. Meta jkollok date, issir taf ferm aħjar u aktar fil-fond lil dik ix-xi ħadd speċjali u uniku. Għalfejn għandek tieqaf milli tagħti l-attenzjoni u tagħraf aħjar il-persuna li tħobb, sempliċiment għax tkun iżżewwiġtha? Dak l-eċitament u l-ferħ li kont tħoss meta kont għarus, m’għandux jieqaf għax issa iżżewwiġt. Qum filgħodu u fittex li togħġob lil martek, bħallikieku għadha l-għarusa tiegħek. Emminni, tibda tara li r-relazzjoni tinbidel u ssir ħajja kuljum aktar.

F’kull relazzjoni, hemm bżonn li wieħed jibqa’ jfittex li jsir jaf, jifhem u jaċċetta lill-persuna l-oħra kif inhi. Għax kull ġurnata hija ġdida il-persuna hija wkoll dejjem ġdida. Ir-relazzjoni rridu ngħixuha u napprezzawha bl-istess seħer tal-bidu. Ħadd ma jieħu gost jgħix f’relazzjoni ma’ persuna li tkun dratu, tieħdu for granted u anqas tintebaħ b’dak li jkun qed iħoss jew li għaddej minnu. Għalhekk nagħmillek kuraġġ biex tibqa’ żżomm ħajja r-relazzjoni tiegħek ma’ martek jew ma’ żewġek. Qatt tieqaf turih li tħobbu u li għadek tridu. Tħallix li ż-żwieġ tiegħek jitlef il-freskezza tiegħu. Tħallix ir-rutina tal-ħajja ta’ kuljum titfi dik il-fjamma li kienet taqbad bejnietkom fl-għerusija. Imħabbtek lejn martek jew żewġek trid tivvintaha kuljum mill-ġdid.

RM2000 • Marzu 2014 • 15


Kont mejjet u rxuxtajt Għal snin twal, Pietro Maso ma kien jimpurtah minn xejn ħlief fl-ammirazzjoni esaġerata tiegħu nnifsu - basta jkollu flus, ħwejjeġ tal-marka, karozzi lussuzi, festi eċċ. Din, fl-aħħar, waqqgħetu f'tentazzjoni kbira - beda jaħseb biex joqtol lill-ġenituri tiegħu biex jiret kollox! Ipprova bil-bombi tal-gass li setgħu ukoll qatlu liż-żewġ ħutu bniet. Lagħab mal-istering tal-karozza ta' missieru u ħallat il-velenu tal-ġrieden mal-laħam! Xejn ma rnexxielu… sa ma fl-aħħar iddeċieda li joqtolhom b’idejh. Jum minnhom mar, b'wiċċu mikxuf, ma' tlieta minn sħabu lebsin maskli tal-Karnival u parrokki, stenna lil missieru Antonio u lil ommu, Rosa, tahom xebgħa kbira u qatilhom! Il-psikjatra Vittorino Andreoli, fir-rapport tiegħu, qal li kien każ fejn l-omm u l-missier kienu għalih biss kaxxa tal-flus li minnha tieħu l-flus meta jkollok bżonn u tkissirha meta trid.

16 • Marzu 2014 • RM2000

Meta għadda ż-żmien Pietro stqarr, “Qalu li jien qtilt biex ngħix ħajja ta' lussu. Veru ridt dik il-ħajja, iżda, ta' dsatax-il sena, ittebbajt bl-ikrah delitt u nżilt fil-qabar ma' ommi u missieri.” Kif jista' qatt bniedem joqtol lil ommu u lil missieru? Maso jirrispondi hekk: “Meta tagħti l-ħajja jew il-mewt tħossok etern. Iżda ma fiha l-ebda gost! Jien ma ħassejt xejn. Tkun mitluf totalment. Inxebbhu ma' bniedem li, għalkemm jaf li ma jistax itir, jintefa' minn fuq palazz għal isfel.» Maso weħel sentenza ta' tletin sena u daħal il-ħabs ta' Campone di Verona fl-1991 u kellu jibqa' hemm sas-sena 2021; iżda, minħabba kondotta tajba u maħfriet oħra, ħareġ f'Mejju tal-2013. Kienu tnejn u għoxrin sena mqattgħin f'biża', qtigħ il-qalb, sens ta' ħtija, malinkonija - qalbu u moħħu mħawdin bid-delitt ikrah li kien wettaq.

Maso jiddeskrivi hekk il-ħabs: “Hemm ġew issib kurituri twal u mudlama, ħitan maħmuġin b'urina, demm, ikel u bżieq. Il-bibien skuri huma ta' njam oħxon u b'ċappetti tal-ħadid. Meta jinfetħu, jagħmlu ħoss ikrah li jtarrxek, qisu għajta ta' xi mostru. Fuq kollox, dak li qatt mhu se ninsa żgur f'ħajti hija r-riħa, intiena li teħel miegħek u tidħol ġo fik - riħa ta' laħam li qiegħed fi stat ta' dekompożizzjoni.” Kien veru ddisprat, bejn il-ħsieb tal-ħtija, bejn ilbiża' u l-vjolenza mill-priġunieri l-oħra! Ġurnata waħda, fuq ir-radju, sema' lil Fr Guido Todeschini, Direttur ta' Telepace, jitkellem fuqu. Kien qed jgħid hekk: «X'se nagħmlu bih? Nidfnuh ħaj kif jixraqlu, jew noffrulu jdejna u nippruvaw insalvawh, filwaqt li niftakru kemm kien għadu żgħir meta wettaq iddelitt? Naturalment, bħalissa, eħfef tkun esekutur milli titqanqal bil-ħniena. Iżda,


jekk se nħalluh fil-ħabs, minsi, inkunu qed nagħmlu l-istess delitt li għamel hu!» Fr Guido mhux biss tkellem fuqu imma mar ifittxu, kitiblu ittri u talab biex jiltaqa' miegħu. Maso jgħid: «Qabel, jien kont midfun ħaj, minsi, mibgħud u, fil-ħin taż-żjarat, kont ningħalaq fiċċella waħdi; issa, kelli lil xi ħadd li qed jinteressa ruħu fija u jaċċettani! Il-laqgħa tagħna kienet il-bidu ta' ħajja ġdida, bilmaħfra t'Alla li wassalli qassis. Kemm kont ili nistennieha dik il-ġurnata! Flaħħar waslet! Niftakar qisu 'lbieraħ, wara għaxar xhur, kien hemm xi ħadd li kien ġej jarani! Kienu l-għaxra ta' filgħodu, il-bieb ingħalaq u nara quddiemi raġel ta' xi ħamsin sena, ta' statura normali, liebes libsa sewda b'kullar abjad. Meta dħalt, minflok li resaq lura kif kien jagħmel kulħadd meta nitfaċċa, resaq lejja u għannaqni. Din kienet ħaġa li qatt ma kienet ġratli qabel!” Minn dakinhar 'l quddiem Fr Guido baqa' jżuru regolari kull nhar ta' Sibt. Lil Maso darba qallu: “Pietro, taf kemm ivvjaġġajt tul dawn is-snin kollha, minn Verona sa Milan, biex inwassallek il-ġisem ta' Kristu? Li kieku kellna ngħodduhom, insibu li jammontaw għal tliet vjaġġi madwar id-dinja.” Maso jgħid li Fr Guido daqqa kien ikun ħanin qisu missier u drabi oħra kien ikun sever. Qatt ma kien ikun jaf x'ġej, iżda dejjem kien hemm u qatt ma naqas darba. Il-fidi u l-persistenza tiegħu tawh saħħa ġdida. “Jekk qed jagħmel dan kollu għalija, jien għandi nagħmel minn kollox biex inkun dehen tas-sagrificcju tiegħu.” ħaseb Maso.

Darba waħda, Fr Guido ġab miegħu lil ħut Pietro, Nadia u Laura. Hekk kif rahom, Pietro ssammar mal-art. Kien qed jistenna ċanfir, rabja u anki xi daqqa ta' ħarta. Imma, minflok, kien hemm imħabba u tgħanniq. Kienu magħqudin flimkien u dan kien pass importanti ħafna f'ħajtu. Sparixxa l-biża', l-uġigħ, il-mibegħda, il-mewt. “Pietro, aħna nħobbuk, inti ħuna,” qalulu Nadia u Laura. Hu rrisponda hekk, “Alla qed jagħtini l-akbar rigal ta' ħajti. Lanqas nista' nemmen dak li qed jiġrili. Dan ma jistħoqqlix. Il-maħfra tagħkom ħelsitni minni nnifsi, qisu xi ħadd daħal ġo fija u qalibni rasi 'l isfel.” Fl-Għid tal-2008, Fr Guido xandar l-intervista ma’ Laura u Nadia fuq Telepace. “Jien oħt Pietro Maso li, sbatax-il sena ilu qatel lill-ġenituri tagħna. Jien u oħti mhux biss tlifna lilhom iżda wkoll lil ħuna. Iddecidejna li, bi sforz kbir, nibdew it-triq twlila tal-maħfra. Ta' dan nirringrazzjaw lil Fr Guido għax kien hu l-ewwel wieħed li mar iżur lil Pietro u baqa' jsegwih matul dawn is-snin kollha. Bil-mod il-mod, erġajna bdejna relazzjoni ma' ħuna li konna tlifna flimkien malfamilja kollha. Kien ikun eħfef għalina li kieku abbandunajnieh għalkollox. Li taħfer hija ħaġa difficli ħafna, imma lilna tatna ferħ ġewwieni meta segwejna lil ħuna miexi fit-triq tal-konverżjoni. Ħfirnielu għax imxejna fuq il-kliem ta' Ġesu “ħobbu lil xulxin”. Huwa ferm ħafif li tħobb jekk tkun maħbub imma daqshekk difficli meta tisma' lin-nies jgħidu, “Dak qatel lill-ġenituri tiegħu.” Dan kliem iebes ħafna għalina imma, fl-istess ħin, nafu

li għandna nemmnu l-kliem ta' Ġesù “Missier aħfrilhom għax ma jafux x'inhuma jagħmlu”. Irnexxielna naħfru biss bl-għajnuna t'Alla u dan ħuna, li kien mejjet, reġa' rxoxta u issa hu stess qiegħed issabbarna bit-triq ġdida li qabad! Illum, l-Għid Imqaddes, qed nifhmu aħjar il-kliem, “Konna mejtin u rxuxtajna”. Meta mmorru fuq il-qabar talġenituri tagħna inħossuna qegħdin il-ġenna, inħossuhom qrib tagħna għax nafu li huma qed japprovaw it-triq li qabdu wliedhom. Li taħfer ma jfissirx li tippretendi li qatt ma ġara xejn. Ifisser li inti tara l-istampa kollha, anki d-delitt, fid-dawl tal-fidi. Ma tista’ tinsa qatt, imma tħoss il-maħfra ġewwa fik u, b'hekk, tkompli tgħix - ma nafx kif xi ħadd jista' jgħix bil-mibegħda. Kull xahrejn jew tlieta konna mmorru nżuruh fil-ħabs. Ma kienx hu li talabna imma Fr Guido. Għall-ewwel, ma ridniex għax bżajna li japprofitta minna iżda, aktar ma qattajna ħin miegħu, aktar ħassejna l-għaqda tal-aħwa li, forsi, l-aħwa li jgħixu flimkien lanqas iħossu! Ilbiża' li kellna marilna u, illum, ċerti li ħuna beda vjaġġ li mingħajru kien jintilef hu u aħna miegħu. Żwieġna kienu ta' sapport kbir għalina. Uliedna, bil-mod il-mod, bdew jifhmu, bdew jgħajtulu 'ziju' u bnew relazzjoni tajba miegħu huma wkoll. Kien il-ferħ li ħassejna meta rġajna sibna lil ħuna li għinna nagħtuhom din it-tagħlima. Il-ħażen kien bidel lil Pietro tagħna f'mostru, iżda l-maħfra t'Alla, ta' ħutu u ta' Fr Guido għamlet miraklu - iżżagħżugħ li kien mejjet u kkundannat reġa’ ħa l-ħajja! RM2000 • Marzu 2014 • 17


X’bidla k 18 • Marzu 2014 • RM2000


kelli nara Qatt ma kont nimmaġina li ħajti kellha tinbidel ta’ taħt fuq. Ħsibt li, bi sfortuna kbira, kont dħalt fi sqaq ta’ ħajja bla kuntentizza. Grupp Appostolat tat-Talb U ma kontx nara kif nista’ qatt noħroġ minnu. Jiena, Anne, tewmija ma’ Rachel. Rachel minn dejjem kienet il-favorita tal-ġenituri tagħna. Intelliġenti, sabiħa u kreattiva. Kienet il-mimmi ta’ għajnejn missieri. Anke ommi kienet tqatta’ sigħat twal magħha biex tirfina t-talent mużikali tagħha. Il-familja kienet imkabbra biha. Ħajti kienet totalment differenti. Ma kontx tajba fl-iskola u, biex tgħaxxaqha, sikwit kienu jagħtuni l-attakki tal-ażma. Bniedma riservata ħafna u qatt ma kont nistenna li nista’ xi darba jkolli ftit millimħabba u l-attenzjoni ta’ oħti. Allura kont insofri fil-kwiet. Il-familja kellha tgħaddi minn bawxata kbira. Ħabta u sabta, missierna miet. Il-luttu kien iebes għalina lkoll. Iżda ftit tas-snin wara ommi reġgħet iżżewġet. Ngħid il-verità, ma kontx konvinta li ommi għamlet tajjeb. Madankollu, b’dak li ġara wara bdejt nifhem xi ftit il-qawl Malti: “kull deni ħudu b’ġid”.

Dan għaliex, it-tieni missier kellu jkun barka għalija. Bdejt ninduna li kien japprezzani. Għaraf fija ċertu ġmiel intern u kull fejn seta’, kien jagħmilli l-qalb. Bil-mod tiegħu ġegħelni nħossni ferm aktar sħiħa u kapaċi. Minħabba fih, żdiedet fija l-kunfidenza fir-relazzjonijiet mal-oħrajn u anke, saħansitra fleżamijiet. Illum jiena tabiba u ngawdi rispett kbir. Iżda bejni u bejn ruħi spiss naħseb f’kemm hawn nisa bħali li jistennew imbuttatura mill-oħrajn. Min jaf kemm ġmiel u ħila qed titlef id-dinja meta ma tagħrafx issostni l-kwalitajiet ta’ tant nisa! Sikwit nitlob għalihom waqt li nżomm għajnejja miftuħa biex nagħraf kif nista’ b’xi mod inqajjem lil xi mara fuq saqajha.

Appostolat tat-Talb Intenzjonijiet gĦal Marzu Ġenerali: Biex il-kulturi kollha jirrispettaw id-drittijiet u d-dinjit à tal-mara.

Missjoni: Biex ħafna żgħaża

għ jilqgħu l-istedina tal-Mulej li jiddedikaw ħajjithom għax-xand ir tal-Vanġelu. Isqfijiet: Biex il-Knejjes tagħna jxerrdu l-ferħ tal-għaqda tagħho m ma’ Kristu.

Grupp Appostolat tat-Talb RM2000 • Marzu 2014 • 19


x’għandek tagħmel biex ma timradx

20 • Marzu 2014 • RM2000


Il-mard parti mill-ħajja. Imma hemm mard u mard. Hemm mard li toqgħod attent kemm toqgħod attent ma jirnexxilekx tevitah. Imma hemm mard li wieħed jista’ jagħmel ħafna biex jevitah. Irridu nifhmu li ġisimna, moħħna u ruħna huma ħaġa waħda. Jeffettwaw lil xulxin u jiddependu minn xulxin. Jekk il-moħħ inkwetat jew anzjuż, il-ġisem se jħoss l-effetti – l-istonku, uġigħ ‘l hemm ‘l hawn, aptit jonqos, eċċ. Jekk il-qalb tkun ferħana u fil-paċi, il-ġisem donnu jieħu saħħtu u jiffunzjona aħjar. L-ottimiżmu u l-isforz li wieħed jara dak li hemm tajjeb fil-ħajja flok jiffissa fuq il-problemi li jkollu, jgħin mhux ftit biex ingawdu s-saħħa anke fil-ġisem tagħna. Kif kienu jgħidu l-antiki: moħħ f’saħħtu f’ġisem b’saħħtu. Ara dawn il-ftit ħsibijiet jgħinukx. Għid xi tħoss Nies li jżommu ġewwa fihom jew jaħbu l-emozzjonijiet tagħhom jispiċċaw jimirdu b’gastritis, ulċeri, uġigħ f'ġenbejhom jew f'daharhom. Jista' jiġri li, biż-żmien, jitfaċċa wkoll xi kanċer. Meta jitfaċċa l-mard, imbagħad, jitħajru jiftħu qalbhom ma' xi ħadd u jaqsmu ma' din il-persuna «is-sigrieti, l-iżbalji». Ma jirrealiżżawx, jaħasra, li l-aqwa terapija hija li wieħed jiftaħ qalbu u jaqsam dak li jħoss ma’ xi ħadd li jħobbu u lest jisimgħu!

Ħu deċiżjoni Persuna li ma tiddeċiedi qatt tibqa' tgħix dejjem fid-dubju u l-inċertezza. Dan joħloq problemi, inkwiet, rabja u xi wħud isiru aggressivi. Il-ħajja talbniedem mimlija deċiżjonijiet. Iżda, biex tiddeċiedi trid tkun taf tgħid le, tkun lest titlef xi vantaġġi biex tirbaħ oħrajn. Nies indeċiżi jbatu b'uġigħ fl-istonku, fin-nervituri u kultant jistgħu jitfaċċaw problemi fil-ġilda. Fittex soluzzjoni Nies negattivi qatt ma jaslu għal soluzzjoni u jispiċċaw ikabbru l-problemi tagħhom. Jippreferu jgergru, iqasqsu u jkunu negattivi. Minflok tgerger għax hemm id-dlam, mur ixgħel imqar sulfarina! Min jaħseb il-ħażin, iġibu f’daru. Ħsieb negatttiv inissel enerġija negattiva li tirriżulta f'mard. Tippretendix li int dak li fil-fatt m’intix Xi wħud jaħbu r-realtà, jippretendu, jippużaw u dejjem iridu jagħtu l-impressjoni li kollox sew. Iridu jidhru perfetti, qishom il-problemi ma jeżistux. Dan ifisser li jiġbru fihom ħafna piż u tensjoni. Minn barra jidhru bħal statwa soda tal-bronż imma s-saqajn ikunu tat-tafal. M'hemm xejn agħar għas-saħħa milli taħbi l-verità. Issir persuna b'ħafna xenxil imma bla għeruq. Tispiċċa dejjem muġugħ, ġej u sejjer l-ispiżerija jew l-isptar.

Aċċetta lilek innifsek Meta ma taċċettax lilek innifsek kif int, meta ma tistmax lilek innifsek tispiċċa dejjem aljenat jew irrabjat għalik innifsek. Is-sigriet tas-saħħa tajba hu li tagħraf tħobb lilek innifsek u tikkuntenta b’dak li int. Jekk ma tagħmilx hekk, issir bniedem għajjur li dejjem jimita lil ħaddieħor, tidħol f'kompetizzjoni żejda u titfarrak. Emmen li inti m’intix perfett u m’hemmx xejn ħażin f’dan. Hekk tkun kapaċi taċċetta xi kritika li ssirlek mingħajr ma titlef il-paċi ta’ qalbek. Tgħallem afda Min ma jafdax, ma jikkomunikax, mhux miftuħ għall-oħrajn, ma jkunx kapaċi jżomm relazzjoni soda u ma jafx ikun ħabib ta' veru. Ma teżistix relazzjoni mingħajr fiduċja. Biex tafda lill-oħrajn trid l-ewwel tafda lilek innifsek u temmen li, minkejja d-difetti tiegħek u tal-oħrajn, kulħadd jixtieq dak li hu tajjeb u sabiħ. Tgħallem emmen fi tjubitek u f’dik tal-oħrajn. Daħka tajba l-aqwa mediċina Burdata tajba, daħq, mistrieħ, ferħ dawn kollha jiġġeneraw saħħa tajba u ħajja itwal. Persuna kuntenta għandha t-talent li ssebbaħ l-ambjent li tkun fih. «Burdata tajba tiffrankalna t-tabib». Ilkuntentizza ssarraf f'saħħa u fejqan.

RM2000 • Marzu 2014 • 21


22 • Marzu 2014 • RM2000


min ifittex isib Imma Fejn se tfittex?

In-nannu kien mixħut komdu fuq il-pultruna jistenna lin-neputi jġiblu l-gazzetta. Kif wasal u tahielu, beda jfittex in-nuċċali tal-qari. It-tifel induna li n-nannu kien qiegħed ifittex xi ħaġa u staqsieh x’kellu bżonn. “Ħeq, in-nuċċali,” wieġbu. B’daħqa fuq fommu,it-tifel refa’ sebgħu lejn wiċċ in-nannu, u misslu mnieħru. Qallu, “Nann, in-nuċċali hemm qiegħed, f’għajnejk.” L-anzjan ma kienx induna li n-nuċċali li kien qed ifittex kien f’għajnejh stess! Kienet lejla mudlama meta wieħed raġel kien qed ifittex xi ħaġa taħt id-dawl tal-lampa tat-triq. Xi nies, li kienu għaddejjin, staqsewh x’kien qiegħed ifittex u hu rrisponda li kien tilef labra. Għalhekk, bdew ifittxu huma wkoll miegħu biex isibuhielu. Wara ftit, qatgħu qalbhom li jsibuha. Ir-raġel qalilhom, “Kont ċert li m’intomx se ssibuha għaliex jien tliftha fuq in-naħa l-oħra tat-triq.” “Allura, għalfejn kont qed tfittex fuq din in-naħa? “ staqsewh.

“Sempliċiment għaliex, fuq din innaħa, hawn id-dawl u n-naħa l-oħra hemm id-dlam.” Il-bniedem, f’ħajtu, dejjem ifittex il-paċi u l-ferħ. Iżda, kemm-il darba l-bniedem tarah jinkwieta u jitħabat f’din it-tfittxija. Kulħadd qed ifittex, imma li jgħodd huwa kif u fejn qed infittxu l-paċi li tant nixtieq. L-akbar żball li nagħmlu huwa li dan il-ferħ nibdew infittxuh barra minna nfusna. Jekk ir-raġel jifhimni, jekk it-tifel jobdini, jekk ta’ fuqi jirrispettani, jekk nirbaħ Lotterija… U qisu l-ferħ u l-paċi se nsibu għand xi ħadd jew f’xi ħaġa. Ir-realtà hi li s-sigriet tal-ferħ jinsab hemm ġewwa fina. Iċ-ċavetta tal-paċi tinsab f’idejja. Imma wisq drabi ma nindunax u ngħix irrabjat għall-oħrajn, għal xortija u għal elf ħaġa oħra. Kieku nibda biex infittex il-paċi fija nnifsi għandi aktar ċans insibha. Jien irrid inkun li naċċetta s-sitwazzjoni tal-ħajja. Jien irrid inkun li ma niddependix fuq dak li jgħidu,

jaħsbu jew iridu l-oħrajn. Jien irrid inkun li nirrispetta u nistma lili nnifsi. Mhux għax jien perfett, imma għax ħajti hi tiegħi u tiddependi mid-deċiżjonijiet tiegħi stess. Is-Saltna t’Alla qiegħda f’kull persuna. Qalb safja hija dik il-qalb li kapaċi tagħraf li fil-fond ta’ qalbha hemm preżenza ta’ mħabba u tjubija li hi l-għajn tal-paċi vera. Inutli nfittxu fejn hu faċli tfittex – bħalma għamel dak li mar ifittex il-labra fejn kien hemm id-dawl tal-lampa. Irridu nfittxu fejn inkunu tlifna l-paċi. U l-paċi nitilfuha f’qalbna. Mela f’qalbna biss nistgħu insibuha. Għax il-paċi hi rigal li diġa’ rċevejna. Hija Alla nnifsu li naqqax ix-xbiha tiegħu f’qalbna u f’ruħna. Meta d-dlam donnu jkun għelbek, meta għajnejk jiddgħajfu wisq biex tara s-sabiħ u t-tajjeb tal-ħajja, qabel tibda tfittex x’ser tixtri, x’se tgawdi, għand min se tmur, ftakar li l-Għajn tal-Paċi diġa’ qegħda hemm f’qalbek tistennik! RM2000 • Marzu 2014 • 23


Il-Papa, flimkien ma’ Mons Krajewski, jilqa’ tliet irġiel fqar li jgħixu fit-toroq ta’ Ruma biex jieklu miegħu

KAXXA VOJTA 24 • Marzu 2014 • RM2000


Kulħadd jaf kemm il-Papa Franġisku jħobb il-fqar. Fil-Vatikan għandu Monsinjur li jieħu ħsieb il-karità u jqassam il-flus f’diversi opri ta’ għajnuna lill-fqar mad-dinja kollha. F’intervista dan il-Monsinjur Krajewski jirrakkonta kif il-Papa jrid li ssir il-karità. “Jekk ngħid lill-Papa li filgħaxija ser noħroġ fit-toroq biex ngħin ilfoqra dejjem hemm iċ-ċans li jkun irid jiġi miegħi. Hekk magħmul, ma jaħsibx fuq il-perikli li jista’ jkun hemm…”. L-isqof Krajewski, magħruf minn kulħadd ġewwa l-Vatikan bħala ‘Don Corrado’, hu l-id karitattiva tal-Papa u hu mfittex ħafna minn min hu fil-bżonn ta’ għajnuna. Franġisku għażlu u għamlu isqof għax kien jaf li kien jaħdem ħafna biex jgħin u jitma’ lin-nies fil-bżonn li jkunu fl-inħawi tal-Vatikan. Lil Dun Corrado staqsewh jekk Frangisku qatt ħarigx miegħu – mhux liebes ta’ Papa – biex jiltaqa’ u jgħin lin-nies fil-bżonn. Dun Corrado wieġeb bi tbissima: “Ngħaddu għallmistoqsija ta’ wara”. Ftit qabel kien qal: “Konna nafu li stajna niltaqgħu ma’ xi problemi jew perikli. Mhux faċli, imma l-Papa hekk magħmul u ma jaħseb qatt fil-ħażin”. Is-sorsi tal-Vatikan jiċħdu li kien hemm xi drabi meta Franġisku ħareġ ma’ Dun Corrado, mhux liebes ta’ Papa.

Biss ħadd ma jiddubita li, li kieku jista’, żgur li digà għamilha iktar minn darba. “Kważi kuljum il-Papa jibgħatli l-envelopes li fihom ikun hemm it-talbiet għall-għajnuna u spiss jikteb fuqhom ‘inti taf x’għandek tagħmel’ ”, jirrakkonta Krayewski. Is-sena l-oħra l-fond pontifiċju għen 6500 każ b’total ta’ miljun ewro. Imma issa dawn iċ-ċifri qegħdin jirdoppjaw”. Dun Corrado spjega li t-talbiet għall-għajnuna jridu jkunu bit-timbru tal-kappillan biex ittalbiet ikunu ċertifikati li huma awtentiċi. “Ladarba jiġi żgurat li jkunu veri, nibagħtu ċekk lillkappillan li min-naħa tiegħu isarrfu u jwassal l-għajnuna f’isem il-Papa”. Għaldaqstant il-flus mhux jintbagħtu imma jitwasslu personalment. U l-Papa jrid li l-Isqof Pollakk jagħmel l-istess biex f’ismu, ġewwa Ruma u f’kull sitwazzjoni ta’ emerġenza bħal dik ta’ Lampedusa, l-għajnuna pontifiċja wasslet u tat bħala rigal 1660 kards tat-telefon lir-refuġjati. “Il-Papa qalli: fil-kont talkarità m’għandux ikun hemm flus, m’għandekx tfaddal jew tinvesti, imma għandek tonfoq u tuża l-flus.” Dejjem jgħidli: “Il-kaxxa tiegħek tkun tajba meta tkun vojta.” U spiss jistaqsini: “Għandek bżonn flus?”

Qalli ukoll: “inti tagħmel l-isbaħ xogħol fost kulħadd”. Krayewski jirrakkonta kif involva lill-gwardji svizzeri biex jagħtu daqqa t’id billejl man-nies fil-bżonn, fil-ħin meta ma kinux ikunu fuq xogħol. Biex jimxi fuq l-istil tal-Papa Franġisku, Dun Corrado kien warrab il-karozza blu u kien juża oħra iktar sempliċi. Jirrakkonta storja marbuta mal-famuża ‘Misericordina’, il-kuruna f’kaxxa żgħira li Franġisku waqt l-Angelus ta’ ġimagħtejn ilu sejħilha bħala ‘mediċina’. “Kont sejjer għand il-Papa biex nagħtih l-irċevuti blispejjeż tax-xogħol, u waqaft nieħu kafé f’bar. Hemmhekk iltqajt ma’ president ta’ fondazzjoni li kont naf. U dan offra li jħallas kollox: f’ħajtu dan qatt ma kien għamel karità”. Illum l-Uffiċċju tal-Istampa tal-Vatikan ħareġ stqarrija li l-Papa Bergoglio “ma joħroġx” mal-Mons Krayewski filgħaxijiet meta dan idur il-Belt ta’ Ruma biex jagħti l-għajnuna lill-foqra u lil min hu filbżonn. Il-Papa – jiċċara Krayewski – diga’ jagħmel ħafna ġid. Huwa ‘joħroġ’ xorta u jiltaqa’ mal-foqra permezz tiegħi, permezz ta’ kliemu, permezz ta’ kull okkażjoni li jkollu bħal fl-udjenzi ġenerali, meta jieqaf jgħannaq lill-morda u lil dawk kollha li jkunu qegħdin ibatu”. RM2000 • Marzu 2014 • 25


Ma niflaħx inġorr

26 • Marzu 2014 • RM2000


das-slaleb kollha Qarrejja tagħna fetħet qalbha magħna fuq is-slaleb kbar li trid iġġorr. Donnhom id-diżgrazzji fuqha u fuq l-għeżież tagħha ma jridux jieqfu. Mard, inċidenti, gwaj ta’ kull xorta. Waħda wara l-oħra. Tixtieq tibqa’ temmen u tittama f’Alla, imma quddiem dalgwaj kollu, kif tista’ tibqa’ temmen fit-tjieba t’Alla? Alla donnu jisparixxi. It-talb donnu għalxejn. Is-sagrifiċċji li nkunu għamilna biex ngħixu ħajja tajba donnhom jisfaw fix-xejn u ħallewna b’xiber imnieħer. Dan li ġej mhux tweġiba, imma ftit ħsibijiet li jgħinu lil din il-qarrejja u tant qarrejja oħra bħalha li jinsabu mgħaffġa mill-kuntlarju talħajja, jiksbu ftit forza biex jgħixu f’dan il-maltemp b’aktar paċi. Int ukoll, li qed taqra, ara ftit jekk issibx dal-kliem ta’ għajnuna. Ittbatija fil-ħajja wisq drabi ma nistgħux naħarbuha. Imma tagħmel differenza kbira il-mod kif ngħixuha. Grazzi ħafna tal-ittra tiegħek fejn qsamt magħna s-salib li qed iġġorr u li ilek iġġorr. Ħassejt ħafna għalik għax nista’ nimmaġina kif int imfarrka mill-gwajijiet kollha tal-għeżież tiegħek. Ibqa’ ċerta li meta tesprimi r-rabja tiegħek mal-Mulej, Hu mhux se jieħu għalih. Dak il-ħin tkun aktar qrib ta’ kif ħassu Ġesù stess fil-Ġetsemani, meta kien mgħaffeġ mill-biża’, n-niket u d-dulur. Huwa wkoll donnu qata’

qalbu quddiem it-tbatija li kellu jiffaċċja u jġorr. “Warrab minni dan il-kalċi…” kienet it-talba tiegħu. U int mhux l-istess talba qed tagħmel meta ddur lejn Alla biex issemmagħlu leħen inniket tiegħek? Iva, l-ħajja tagħtina minn kollox. Hemm mumenti meta nkunu ferħanin u kuntenti u l-affarijiet jidhru li mixjin sew. Jiġu mumenti meta rridu ngħaddu mill-passjoni. Kristu mhux hekk ġralu? L-ewwel kulħadd iċapċaplu jifraħ biex, meta kien dieħel Ġerusalemm, l-istess folla li ferħet bih daret kontrih u għajtet “Sallbu, Sallbu!” Dakinhar ukoll, Alla l-Missier deher li ma għamel xejn biex isalva lil Ibnu. Eżatt kif qed tħossok int bħalissa. Imma, fil-fatt, Alla mhux jisparixxi minn ħajjitna, imma bagħtilna lil Ibnu biex jerfa’ magħna s-salib tagħna. Li jagħmel Alla hu li ma jħalliniex weħidna. Imma s-salib ma jneħħihx minn fuq spallejna għaliex dak huwa l-mezz biex aħna nikbru, nitqaddsu u noqorbu lejH u lejn xulxin. Dak li qed tħoss int għal ħutek, qed iħossu Alla nnnifsu għal miljun darba aktar. Għax tħobb kemm tħobb lil żewġek u lil ħutek, żgur li ma tistax tħobbhom daqskemm iħobbhom hu. U t-tbatija tagħna hija dejjem qawwija skont kemm hi qawwija mħabbitna għall-għeżież tagħna. Permezz ta’

Kristu nistgħu ngħidu li din it-tbatija mhix tagħna biss, imma saret tiegħu ukoll. Jekk ma nħallux it-tbatija tagħmina għal din l-imħabba, aħna wkoll nistgħu ningħaqdu ma’ Ġesù biex ngħidu lil Alla: “Ikun dak li trid int u mhux dak li rridu aħna!” Inkun nitlob ħafna għalik u għallfamilja kollha. Min-naħa tiegħek, ħu ħsieb tiegħek innifsek. Tgħallem strieħ. Jekk qed tieħu mediċini li għandek bżonn, qis li tibqa’ teħodhom skont kif jgħidlek it-tabib. U tinsiex, l-aqwa mediċina għalik u għal ħutek hija l-paċi tal-qalb. Itlobha kuljum lil Alla u lillMadonna li, hija wkoll, bħal ma għamlet ma’ Binha, tagħmel magħna u tkun hemm wieqfa taħt is-salib tagħna lkoll. Ibqa’ żgura li jkun tqil kemm ikun issalib, m’aħniex nerfgħuh weħidna. Alla stess, permezz ta’ Ġesù, qed jerfgħu magħna. Ġurnata għad naraw il-frott ta’ din it-tbatija kollha, imma għalissa jeħtiġilna nemmnu, nittamaw u nħobbu. Ġesù jkun miegħek u mal-familja tiegħek u agħmel kuraġġ dejjem. Din is-sħaba għad tgħaddi u għad tagħraf kemm Alla jkun għamel ħwejjeġ talgħaġeb permezz tat-tbatija tiegħek, bħalma għamel ħwejjeġ meraviljużi bit-tbatija ta’ Ibnu Ġesù. Fr Paul RM2000 • Marzu 2014 • 27


ĊIS

IĊ-ĊENTRU TA’ SPIRITWALITÀ INJAZJANA JISTIEDNEK...

Dan ir-Randan ieqaf ftit mill-ġenn tal-ħajja ta’ kuljum u ejja ltaqa’ m’Alla u miegħek innifsek f’atmosfera ta’ paċi u kwiet. Agħżel l-attività li l-aktar tgħodd għalik. 1. Irtir għall-familji bit-tfal Fi ħdan il-koppja, it-tfal jeħtieġu ħafna enerġija u attenzjoni. It-trobbija tat-tfal mhux biss li titmagħhom u tlibbishom, iżda aktar importanti kif ser ngħaddulhom il-valuri nsara li aħna trabbejna fihom. Kif ser ngħinuhom jiskopru min hu Kristu? F’dinja fejn aħna ninsabu taħt ħafna pressjoni, bejn xogħol, sport u mogħdija ta’ żmien ieħor u r-responsabbiltajiet l-oħra, fejn hu l-post tal-fidi għalina bħala familja? Kif qegħdin ngħixuha? Isiru żewġ “weekends”, wieħed għallġenituri u l-ieħor għat-tfal. Dati:

Mill-Ġimgħa, 7 ta’ Marzu salĦadd, 9 ta’ Marzu, 2014 Post: Mount St. Joseph, Tarġa Gap, Mosta. Imexxu: Fr. Pierre Grech Marguerat, SJ u Ms. Christine Spiteri

2. Irtir fil Kampanja Barra, fil-kampanja , ‘l bogħod millistorbju ta’ madwarna, f’xi kappella ċkejkna, fil-kampanja sabiħa tal-gżira ta’ Għawdex, ninġabru biex nisimgħu il-Kelma ta’ Alla u nħalluh ikellimna. Ikollna mumenti ta’ skiet, ta’ talb u ta’ qsim tal-esperjenzi flimkien. Dati:

Mill-Ġimgħa, 7 ta’ Marzu salĦadd, 9 ta’ Marzu, 2014. Post: Dar Manresa, Victoria, Imexxu: Dr. Edward Warrington u Ms. Clare Camilleri. 3. Irtir ta’ Tħejjija għall-Għid Il-qawmien ta’ Kristu mill-mewt hija żgur il-ġrajja l-aktar importanti u fundamentali għan-nisrani - realtà mhux talimgħoddi, iżda realtà tal-lum: Kristu jinsab ħaj miegħi illum. Għalhekk tajjeb li wieħed jieqaf ftit mill-ħidma tiegħu ta’ kuljum biex jinġabar u jirrifletti kif din ilġrajja qiegħda tinfluwenza l-ħajja tal-fidi tiegħi. Dati:

Mill-Ġimgħa, 14 ta’ Marzu salĦadd, 16 ta’ Marzu, 2014 Post: Mount St. Joseph, Tarġa Gap, Mosta. Imexxi: Fr. Godwin Preca, SJ 28 • Marzu 2014 • RM2000

4. Irtir ta’ Tħejjija għall-Għid Matul ir-Randan il-Mulej jakkumpanjana biex niftħu moħħna u qalbna għallKelma u l-grazzja tiegħu. Hu żmien li fih nagħmlu l-esperjenza ta’ Kristu, miegħu ngħaddu mill-mewt għall-ħajja. Ħajjitna u s-sagrifiċċji tagħna ta’ kuljum jiddawlu bil-mewt u l-qawmien ta’ Kristu. L-Għid il-Kbir meta ngħixuh bil-qawwa, jagħmel li f’ħajjitna, kollox jibqa’ l-istess u kollox jinbidel. Dati:

Mill-Ġimgħa, 14 ta’ Marzu salĦadd, 16 ta’ Marzu, 2014 Post: Dar Manresa, Victoria. Imexxi: Fr. Eddie Mercieca, SJ 5. Ġurnata ta’ talb u riflessjoni għallmembri tal-professjoni legali “Nagħmlu l-verità fl-imħabba” (Efes. 4:15). L-għarfien tad-dinjità tal-bniedem u l-qadi tal-verità fil-professjoni legali fi żmienna. Jeżisti ċertu ċiniżmu dwar kemm il-professjoni legali tassew taqdi d-dmirijiet etiċi tagħha. Għalhekk nittrattaw dwar ir-responsabbiltà talmembri tal-professjoni legali li jiżguraw li l-bniedem u l-verità ikunu fil-qalba tat-tfittxija tal-ġustizzja. L-ikel, inkluż.


Data:

Is-Sibt, 22 ta’ Marzu, 2014 mid-9.00 a.m. sas-2.30 p.m. Post: Mount St. Joseph, Tarġa Gap, Mosta. Imexxi: Fr. Robert Soler, SJ 6. Irtir għas-Saċerdoti F’dan iż-żmien ta’ tħejjija għat-tifkira tal-Passjoni, il-Mewt u l-Qawmien ta’ Kristu, nistiednu lis-saċerdoti jieqfu ftit mill-ħidma tagħhom u għal tlett ijiem jinġabru għal mument ta’ riflessjoni, talb u intimità mal-Mulej. Dati:

Mit-Tnejn, 24 ta’ Marzu fid9.00 a.m. Sal-Erbgħa, 26 ta’ Marzu, wara l-ikel. Post: Dar Manresa, Victoria. Imexxi: Fr. Paul Pace, SJ 7. Irtir għall-Professjonisti bil-Malti Dan l-irtir għandu tradizzjoni twila. Ta’ kull sena dan l-irtir li jsir fiż-żmien privileġġjat tar-Randan, żmien ta’ grazzja, joffri l-possibiltà lillprofessjonisti li jieqfu ftit mill-attività tagħhom biex jiddisponu ruħhom aħjar għaċ-ċelebrazzjoni tal-Qawmien millmewt ta’ Kristu u r-rebħa tiegħu fuq il-ħażen. L-ikel inkluż. Dati:

Mill-Ħamis, 27 ta’ Marzu salĦadd, 30 ta’ Marzu, 2014 Post: Dar Manresa, Victoria. Imexxi: Fr. Victor Jaccarini, SJ

8. Kemm hu sabiħ il-kwiet! Irtir fis-skiet għall-koppji miżżewġin jew li waslu biex jiżżewġu Kemm hu sabiħ il-kwiet! Imma qatt ħsibt li biex tasal li tgawdi tassew il-kwiet għandek bżonn is-skiet? Dan l-irtir jgħinek biex tiskopri l-kwiet ta’ ġewwa, tal-qalb u tar-ruħ. U mhux biss waħdek, imma flimkien ma’ żewġek jew martek. Ir-relazzjoni tikber bil-kliem, imma l-imħabba tikber fis-skiet. Dan hu rtir fejn ikollok ċans tiltaqa’ ma’ Alla, miegħek innifsek u mal-verita’ tażżwieġ tiegħek permezz ta’ meditazzjoni personali, riflessjonijiet u qsim ta’ esperjenzi, kif ukoll talb fin-natura u tiġdid tal-grazzja taż-żwieġ nisrani. Esperjenza qawwija għal żmien irRandan. Dati:

Mill-Ġimgħa, 28 ta’ Marzu salĦadd, 30 ta’ Marzu, 2014 Post: Mount St. Joseph, Tarġa Gap, Mosta. Imexxi: Fr. Paul Chetcuti, SJ 9. Irtir għall-Koppji Professjonisti Miżżewġin

10. Irtir għall-Professjnisti bit-Taljan: ‘La Chiamata alla Fede e alla Testimonianza nel mondo.’ Dan l-irtir għandu wkoll tradizzjoni twila ħafna u bosta jistennewh minn sena għal oħra. Matul dawn l-erbat ijiem, il-professjonisti jkollhom l-okkażjoni li jirriflettu u jitolbu dwar il-ħajja ta’ fidi tagħhom u jġeddu l-impenn nisrani tagħhom. Din l-esperjenza hija msejsa fuq l-Eżercizzi Spiritwali ta’ S. Injazju u l-Iskrittura Mqaddsa. Dati: Post: Imexxi:

Mill-Ġimgħa, 11 ta’ April sat Tlieta, 15 ta’ April, 2014. Dar Manresa, Victoria. Rev. P. Umberto Libralato, SJ

P. Umberto ħadem għal ħafna snin bħala kappillan ġewwa Firenze u fi Grosseto. Għal diversi snin kien id-Direttur Djoċesan tal-Uffiċċju Missjunarju, kif ukoll responsabbli tal-opri missjunarji tal-Ġiżwiti Taljani madwar id-dinja. Bħalissa hu d-direttur spiritwali fil-Kulleġġ Leone XIII f’Milan u direttur tal-Eżercizzi Spiritwali.

Dati:

Mill-Ħamis, 3 ta’ April salĦadd, 6 ta’ April, wara l-ikel Post: Dar Manresa, Victoria. Imexxi: Rev. Fr. Anton Teuma, BscEd, MA. Dun Anton kien għal diversi snin Rettur tasSeminarju Maġġuri tad-Djoċesi ta’ Għawdex. Bħalissa hu d-Delegat responsabbli millpastorali tal-miżżewġin u jmexxi gruppi differenti ta’ miżżewġin. Kiteb il-ktieb għall-miżżewġin, ‘Ilma mibdul f’inbid’. RM2000 • Marzu 2014 • 29


Ċajt GĦaX-XJUĦ – Kif tinduna li xjaħt Waqt id-difna ta’ żewġha, id-deffien beda jkellem lill-armla anzjana. “Kemm kellu snin żewġek?” “Tmienja u disgħin,” wieġbet. “Kien sentejn akbar minni!” “Mela għandek sitta u disgħin, allajbierek.” Tagħtu ħarsa mqarba u qaltlu, “Naħseb anqas ħaqq il-battikata li nerġa’ lura d-dar, hux?”

Il-ġurnalisti nġabru madwar il-mara anzjana fl-okkażjoni ta’ għeluq sninha. Kellha 104 snin. Staqsewha, “Allura x’taħseb li hi l-isbaħ ħaġa f’ħajtek, issa li għandek din l-età kollha?” Bl-akbar sempliċità qaltilhom, “Fl-età tiegħi, ma tantx ikollok min jippikalek…!” Ħeq, issa xjaħt tassew. Kelli żewġ operazzjonijiet talbypass, bidluli l-irkoppa, issilitt mal-kanċer, qed nitħabat biex nikkontrolla d-dijabete, ftit għadni nara, kważi ma nisma’ xejn ħlief xi ajruplan li jgħaddi fil-baxx, qed nieħu sa tletin pillola kuljum li jistorduni u jraqqduni, nistordi u għandi ċ-ċirkolazzjoni baxxa, d-dementia bdiet tinħass sew, u anqas naf sew għandix 85 jew 92 sena, ħbiebi mietu kollha, imma, għall-grazzja t’Alla, għad għandi l-liċenzja tas-sewqan fil-kexxun…! Inħoss li m’għadnix li kont. Tlabt it-tabib jagħtini permess li nibda mmur il-gym u nagħmel ftit training. Iddeċidejt li nibda billi mmur nagħmel ftit aerobics għallanzjani. Bdejt nitgħawweġ, nitbaxxa, naqbeż, ngħolli saqajja, ngħawweġ dahri ‘il quddiem u lura. Wara siegħa nitħabat sirt għarqana xraba. Imma ntbaħt li l-klassi kienet spiċċat u jien kont għadni anqas irnexxieli nilbes il-leotard!

30 • Marzu 2014 • RM2000


Mara anzjana riedet tikteb it-testment. Lin-nutar qaltlu li kellha żewġ xewqat: li flok jidfnuha jagħmlulha kremazzjoni u li l-irmied ixerrduh fl-art tas-supermarket minn fejn kienu jixtru wliedha. Meta staqsiha għaliex, qaltlu, “Hekk inkun ċerta li uliedi jiġu jżuruni darbtejn fil-ġimgħa!” Le, il-memorja tiegħi m’għadhiex li kienet. Insejt meta kienet l-aħħar darba li ftakart xi ħaġa. U, bilħaqq, il-memorja tiegħi m’għadhiex li kienet…

u b’ton irritat, qallu: “Għalfejn qed tiċċassa, man. Jaqaw f’żogħżitek qatt ma għamilt xi ġennata int?” Lil missieri kont nafu sew. Ma kien iħalliha lixxa lil ħadd. Dejjem kellu risposta f’waqtha. Kważi xraqt fil-kafé meta b’ton l-aktar kalm, missieri dar fuq iż-żagħżugħ u b’ton sod qallu: “Iva, boy. Għamilt ħafna ġennati f’ħajti. Fosthom, darba fettilli niżżewweġ ma’ pappagall. Meta rajtek, ġieni dubju jekk intix it-tifel tiegħi…!” Iż-żagħżugħ qam minn fuq il-mejda u telaq bla kliem u bla sliem. Tagħlima: jekk tagħmel xi ħaġa biex tiġbed l-attenzjoni, toqgħodx tgerger li xi ħadd se jagħtihielek!

Sibt rimedju għat-tikmix li qed jitfaċċa ma’ kullimkien. Bdejt niekol kemm niflaħ biex nimla’ t-tikmix bix-xaħam. It-talba tiegħi saret din: Mulej, tini s-senilità li ninsa n-nies li qatt ma kelli grazzja magħhom f’ħajti; Ix-xorti li niltaqa’ ma’ dawk li ħadt grazzja magħhom; u viżta tajba biex nagħrafhom wieħed mill-ieħor. GĦaŻ-ŻGĦAŻAGĦ – Kif tinduna x’isarrfu x-xjuħ Mort ma’ missieri biex jixtri żarbun. Dorna xi erbat iħwienet sa ma sibna dak li xtaq, imbagħad iddeċidejna li mmorru nieħdu kafé. Kien hemm bosta nies fil-ħanut. Fuq il-mejda ta’ qribna kien hemm żagħżugħ punk. Kellu xagħru spiky: ħafna ponot telgħin ‘il fuq, qisu bħalma konna naraw filfilms tal-Indjani tal-Amerika ta’ Fuq. Daż-żagħżugħ għoġbu jiżbogħ xagħru b’ħafna kuluri – aħdar, aħmar, oranġjo, isfar, blu… Missieri, li għadu kif qabeż is-sittin sena, baqa’ ċċassat lejn iż-żagħużugħ. Qatt ma kien ra stil ta’ xagħar bħal dak. Iż-żagħżugħ donnu beda jiddejjaq li missieri ċċassa lejh daqshekk. Ħin minnhom qabżitlu u b’daħka sarkastika RM2000 • Marzu 2014 • 31


GHAT-TFAL U GHALL-KBAR

Paġna maħsuba minn Claudia Cini

U qal Alla: “Ħa tnissel l-art ħlejjaq ħajja skont ġenshom: bhejjem tad-dar, annimali li jitkaxkru u bhejjem selvaġġi. U hekk sar. (Ġen. 1:24) NIFHMU AĦJAR IL-KOBOR T’ALLA In-numru ta’ tipi differenti ta’ annimali huwa kbir ħafna u żgur li ħadd ma jaf kemm-il speċi jeżistu, iżda Alla jaf. Kull ħlejqa ħalaqha bilħsieb u żejjinha b’dak kollu li teħtieġ biex tgħix komda fl-ambjent li għoġbu jpoġġiha fih. Dan jissejjaħ ‘l-istint’, li jgħinha kif għandha taġixxi f’kull sitwazzjoni li tiltaqa’ magħha. Il-ġurat: • issibu madwar id-dinja kollha partikolarment fil-foresti • jeżisti f’ 20,000 speċi u ilu sa minn qabel id-dinosawri • ipassi fi grupp li ġieli jilħaq il-miljun membru • rari jinżel fuq l-art jekk mhux għax ikollu l-ġuħ jew għax tkun il-kesħa • jaf jimxi, jaqbeż u jtir • kapaċi jaqbeż 200 darba it-tul tiegħu madwar 180 pied • irkopptejh jaħdmu bħal molla • m’għandux widnejn imma xorta jisma’ minn żaqqu • għandu ħames għajnejn • jintefa’ likwidu kannella minn ħalqu meta jkun fil-periklu • iħobb jinħasel ta’spiss • iħobb jiekol ħafna u jogħġbu l-ħaxix kollu b’mod partikolari z-zkuk tal-fjuri • żgħir u kapaċi jiekol id-doppju tal-piż ta’ ġismu f’ġurnata • juża’ saqajh ta’ quddiem biex jiekol u jimxi • ikanta billi jħokk saqajh ta’ wara ma’ ġwenħajh • jorqod matul il-lejl u jqum matul il-jum • l-iżgħir huwa twil biss 1.25 ċentimetru 32 • Marzu 2014 • RM2000

Kurżita`: Veru li l-ġurat huwa sustanzjuż? Il-ġurati ilhom jittieklu għal eluf ta’ snin. Saħansitra Ġwanni l-Battista kien jikolhom fid-deżert! Il-ġurati jagħmlu parti middieta ta’ ħafna pajjiżi Asjatiċi. F’xi pajjiżi l-ġurati jinqlew fil-butir jew jitgħallew. Uħud inixxfuhom u jikluhom filwaqt li hemm minn ibillhom fiċ-ċikkulata.

filwaqt li l-ikbar ilaħħaq il-5 pulzieri • mhux l-ispeċi tal-ġurati kollha jagħmlu ħsara lill-uċuh tar-raba’ • jgħix madwar sena li tulha jbiddel il-qoxra diversi drabi hu u jikber • għandu ħafna għedewwa fosthom l-għasafar, brim, sriep, xadini u l-bnedmin • fil-Ġapan huwa meqjus li jġib ix-xorti tajba

Logħba: Għati l-kulur lill-istampa

Ibgħat is-soluzzjoni tiegħek f’dan l-indirzz: RM 2000, Kompetizzjoni tat-Tfal, 78, Triq il-Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067


Riċetta 10 Addattatament MINN

Claudia Cini

... BIĊ-ĊIKKULATA SMOOTHIE SĦUN TAĊ-ĊIKKULATA

Metodu: Għandek bżonn: • Fuq nar baxx saħħan il-ħalib flimkien maz-zokk tal-kannella u l-imsiemer tal-qronfol. • 500 millilitru ħalib • Xħin ikun ser jiftaħ jagħli, żid iċ-ċikkulata u ibqa’ ħawwad sakemm iddub. • Zokk tal-kannella • Saffi t-taħlita għal ġol-blender, żid l-essenza tal-lewż u ħawwad sew. • 2 imsiemer tal-qronfol • Ferra’ fit-tazzi, ferrex ftit krema fil-wiċċ u servi fil-pront. • 75 gramma ċikkulata (imfarrka) • 2 qatriet essenza tal-lewż Qabel isservi l-ismoothie ħu ħsieb saħħan it-tazzi biex ix-xarba żżomm sħuna • Ftit krema whipped

CORNFLAKES BIĊ-ĊIKKULATA

Uża’ forom tal-karti kkuluriti jew iddisinjati biex it-tfal jieħdu aktar gost b’dan l-isnack.

Għandek bżonn: Metodu: • 100 gramma butir (imqatta’ żgħir) • Poġġi l-butir, iċ-ċikkulata u l-golden syrup f’kazzola fuq nar baxx. • 4 mgħaref golden syrup • Ħawwad flimkien l-ingredjenti u neħħihom minn fuq in-nar xħin jinħall kollox. • 200 gramma ċikkulata (imqatta’ żgħira) • Żid il-cornflakes u ħawwad bil-mod sakemm jinksew bit-taħlita. • 150 gramma cornflakes • B’mgħarfa poġġi t-taħlita ftit ftit ġol-forom tal-karti. • Madwar 30 forma tal-karti (tal-pasti) • Ippostja l-forom fuq gabarre’ u poġġihom fil-friġġ biex jibbiesu. Kont taf li: ċ-ċikkulata ilha tintuża’ sa mis-sena 1100 Q.K.? F’dak iż-żmien il-Mesoamerikani kienu jagħmlu xarba miċ-ċikkulata li tissejħa xocolãti li tfisser ilma morr. Minn dil-kelma ħarġet il-kelma li nafu illum chocolate. (U jien kien mingħalija li tfisser cocoa u ħalib !!) Iż- żerrigħa tal-cocoa li għandha tomgħa morra, trid titħalla tiffermenta. Wara titnixxef, titnaddaf u tinxtewa. Wara titneħħa l-qoxra u tintaħan. Wara dan il-proċess pjutost twil, jiżdiedu l-ingredjenti skont it-tip ta’ ċikkulata li tkun ser tiġi manifatturata. L-aktar popolari hija ċ-ċikkulata ħelwa li hija taħlita ta’ cocoa, butir tal-cocoa u zokkor. Għaċ- ċikkulata tal-ħalib jiżdied it-trab tal-ħalib u l-ħalib magħqud filwaqt li għaċ-ċikkulata bajda jeliminaw il-cocoa u jżidu aktar butir tal-cocoa. Iċ-ċikkulata skura hija l-aktar sustanzjuża u li fiha benefiċċji tas-saħħa fosthom li tnaqqas problemi tal-qab u tirrilassak. Is-siġar tal-cocoa jinsabu filMessiku, fl-Amerika Ċentrali u fin-Nofsinhar tal-Amerika. Sfortunatament huma ħafna t-tfal li jaħdmu fl-għelieqi tal-cocoa (child labour), saħansitra tfal żgħar ta’ 5 snin! 40% tat-tfal kollha qatt ma marru skola filwaqt li 5% biss huma mħallsa ta’ xogħolhom.


ĠEDDED L-ABBONAMENT TIEGĦEK Mingħajr l-abbonament u l-offerta tiegħek il-magażin ma jistax ikompli. Għandna bżonn l-għajnuna tiegħek. Għalhekk IMPORTANTI li ġġedded l-abbonament

Ibgħat ismek, l-indirizz u n-numru tat-telefon flimkien mal-ħlas għall-abbonament tiegħek fl-indirizz ta’ hawn taħt. Napprezzaw kull offerta flimkien mal-05.00 tal-abbonament regolari. Jekk għandek ħlas b’lura ibgħatilna l-ħlas tas-snin mgħoddija.

Biex iġġedded

PERMEZZ TAL-MOBILE Ibgħat SMS fuq dawn in-numri:

Biex iġġedded

PERMEZZ TAt-telefon

ATTARD BALZAN jekk tixtieq tagħti offerta ta’ e6.99 BAĦRIJA (li minnhom e0.70 jmorru għall-operaturi tal-mobile) BIRÛEBBUGIA jekk tixtieq tagħti offerta ta’ e11.66 BORMLA (li minnhom e1.16 jmorru għall-operaturi tal-mobile. BURMARRAD IMPORTANTI: Fuq l-SMS ikteb: ismek, kunjomok, l-inidirizz FGURA u l-kodiċi postali. Jekk se ġġedded l-abbonament ikteb FLORIANA ir-Reference Number li ssib miktub fuq it-tikketta mwaħħla marGĦARGĦUR rivista li soltu tirċievi bil-posta. GUDJA LUQA NOTA GĦAL DAWK MANIKATA LI GĦANDHOM ĦLAS B’LURA: MGARR Biex ma ntellfux il-ġid li tagħmel ir-rivista, MOSTA s’issa bqajna nibgħatuha wkoll lil dawk li jittardjaw biex iħallsu l-abbonament MQABBA tagħhom. Jiddispjaċina li, minħabba l-ispejjeż MSIDA li għandna, dan mhux se jkun possibbli QORMI nagħmluh aktar. Għalhekk, kontra qalbna RABAT jkollna nwaqqfu li nibagħtu ir-rivista lil min SAFI idum iżżejjed ma jġedded l-abbonament SENGLEA SIGGIEWI SAN PAWL IL-BAHAR SAN GILJAN STA LUCIJA

5061 8916 5061 9210

2141 8031 2149 2288 2145 9135 2165 4518 2720 6840 2158 1122 2180 2021 2124 2230 2143 1177 2169 6336 2189 5174 2157 6769 2157 4658 2143 3769 2141 4336 2168 3165 2123 8804 2149 4097 2145 6824 2168 3890 2169 0019 2146 8132 2157 1854 21336914 2189 6093

GRAZZI MILL-QALB LIL DAWK KOLLHA LI QED JIBGĦATU OFFERTI U GĦAJNUNA RM2000-LilĦbiebna c/o 78, Triq il‐Markiż Scicluna In‐Naxxar NXR 2067 Tel: 2142 0610 • Mobile: 7982 6899 • Email: rmlh@jesuit.org.mt

TARXIEN XGHAJRA ZABBAR ZEBBIEGH ZEBBUG ZEJTUN ZURRIEQ

2169 5571 2169 0769 2166 6267 2157 5652 21467453 21460651 2167 5009 2164 7337

GHAWDEX GHASRI GHAJNSIELEM KERCEM MUNXAR NADUR SAN LAWRENZ SANNAT VICTORIA XAGHRA XEWKIJA ZEBBUG

2155 2613 2155 5518 2156 4253 21554621 2155 2206 2155 6355 2155 4088 2155 6487 2155 3477 2155 1329 2155 4493

Biex iġġedded

PERMEZZ TAL-Internet

mur fuq il-website www.rm2000.org Tista' tħallas permezz tal-PayPal


Disinn • Outlook Coop

Carpet Zone ġentilment joffri Dirt Controller bħala rigal għar-rebbieħ/a tal-Crossword Puzzle

Tisliba MARZU

Mimdudin: 1. Tnabar kbar (6) 4. Immuta, sikket (6) 7. Laqgħa tal-kardinali biex jaħtru Papa (8) 8. Ma tiqsarx (6) 9. Hekk jagħmel saċerdot biex jaħfer id-dnubiet (6) 10. Mira, tir (4) 12. Anonimu fil-qosor (4) 14 Isem il-Papa Luciani (6) 15. Isem il-Papa Luciani (6) 16. Affermazzjoni (3) 18. Belgian Secret Service (1,1,1) 20. Daħla f’muntanja,forsi tkanta bitTaljan (4) 21. Ħmistax ta’ Marzu, per eżempju (4) 24. Dawn l-aktar li qalgħu voti (6) 25. M’hemmx dan mingħajr nar (6) 26. Ittra Griega issibha għand Sunta Urpani (3) 27. Ċaqlieq imħabba ħotob fit-triq (6) 28. Tajbin mimlijin tamal (6)

Weqfin: 1. Tubu twil minn fejn jgħaddi l-ilma tax-xita (6) 2. Jekk tagħmel hekk, taqla’ (6) 3. Ċena jew pranzu (4) 4. Ikel naturali ikun hekk (4) 5. Bihom tistgħu tgħidu r-Rużarju (6) 6. Belt Taljana msemmija għall-ħġieġ dekorattiv (6) 11. Laqgħa tal-kardinali biex jaħtru Papa (8) 13 M’hemm l-ebda qerq fih (5) 16. Ta’ kobor bla tarf (6) 17. Isem Roncalli, il-Papa Ġwanni XXIII (6) 18. Għamel vjaġġ fuq vapur (6) 19. Raħal f’Għawdex qisu msemmi għal xi qaddis (6) 22. Iftaħ dawn għall-ilma (4) 23. Jittardja(4)

IMPORTANTI: Ibagħtu t-tweġibiet tagħkom f’dan l-indirizz: RM2000-LIL ĦBIEBNA, 78 Marquis Scicluna Str, Naxxar NXR 2067 It-tweġibiet iridu jaslulna sal-aħħar tax-xahar. Meta ġġedded l-abbonament tiegħek u tibgħat ċekk, agħmlu fuq isem RM2000. REBBIEĦA Ir-rebbieħa tat-tisliba ta’ Frar huwa/hija C. Camilleri mill-Għargħur

TWEĠIBA TAT-TISLIBA FRAR MIMDUDIN: 1. Fawwar 4. Maskri 7. JAI 8. Afrika 9. Marsus 10 u 12: Karnival 14. ARU 15. Ort 16 u 18. Ankrat 20 u 21. Kandlora 24. Assalt 25. Jopera 26. Iva 27: Xwabel 28. Rabtuk WEQFIN: 1. Franka 2. Werwru 3. Rjal 4. Mima 5. Kosovo 6. Insult 11. Arena 13. Armar 16. Aktarx 17. Knisja 18. Robert 19. Tabakk 22. Stil 23. Bjar

Carpet Zone, Valley Road, B’Kara (opposite Post Office)

Segwi l-esperjenzi u l-avventuri ta’ ħutna l-Maltin u l-Għawdxin fl-artijiet tal-missjoni; esperjenzi li jħalluk bla nifs u bla kliem iżda li jimlewk b’ammirazzjoni għall-kuraġġ ta’ dawn l-eroj tas-skiet! Kun af bil-proġetti ta’ fejda li huma qed iwettqu għall-miljuni ta’ nies filbżonn imxerrda fl-erba’ naħat tad-dinja. Issir taf dan kollu u aktar fil-programm VUĊI MISSJUNARJA li jixxandar kull nhar ta’ ġimgħa fid-9:00p.m. fuq RADJU MARIJA (102.3 FM għal Malta u 107.8 FM għal Għawdex) b’ripetizzjoni kull nhar ta’ Tlieta f' 6:00am, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Dr. Frank Cassar u Helena Sammut.


Kemm hu sabih il-kwiet! IRTIR FIS-SKIET GĦALL-KOPPJI MIŻŻEWĠIN JEW KOPPJI LI QED JOQORBU GĦAŻ-ŻWIEĠ

Kemm hu sabiħ il-kwiet! Imma qatt ħsibt li biex tgawdi l-kwiet għandek bżonn is-skiet? Dan l-irtir jgħinek tiskopri l-kwiet ta’ ġewwa – tal-qalb u tar-ruħ. U mhux biss waħdek, imma flimkien ma’ żewġek jew martek, malgħarus jew għarusa tiegħek. Ir-relazzjoni tikber bil-kliem, imma l-imħabba tikber fis-skiet.

Dati: Mill-Ġimgħa, 28 ta’ Marzu (6.30 pm) sal-Ħadd, 30 ta’ Marzu, 2014 (wara l-ikel) Post: Mount St. Joseph, Tarġa Gap, Mosta. Imexxi: Fr. Paul Chetcuti, SJ

F’dan l-irtir ikollok ċans tiltaqa’ ma’ Alla, miegħek innifsek u mal-verità taż-żwieġ tiegħek • riflessjoni personali • qsim ta’ esperjenzi fil-koppja u fil-grupp • talb fin-natura • tiġdid tal-grazzja taż-żwieġ nisrani. Esperjenza qawwija għal żmien ir-Randan. Aktar informazzjoni u biex tibbukkja, ikteb jew ċempel lil: Mount St Joseph Retreat House, Tel: 2141 6916 jew Fr Paul Chetctui, Tel: 7982 6899, Email: pchetcuti@gmail.com


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.