Maħruġ mill‐Ġiżwiti Maltin • Novembru 2016 • Sena 68 • Numru 9 • 78, Triq il-Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067
N E W S PA P E R P O S T
2 • NOVEMBRU 2016 • RM2000
L-AKBAR FERĦ, L-AKBAR DULUR L-akbar ferħ tal-ġenituri huwa l-akbar dulur li jridu jgħaddu minnu – meta l-ulied jitilqu mid-dar biex jibdew ħajjithom – biex jistudjaw, biex jaħdmu, biex jiżżewġu, meta jmorru joqogħdu għal rashom. Huwa l-akbar ferħ għalihom meta jaraw li uliedhom jistgħu issa jfendu għal rashom u moħħhom mistrieħ li ma jiddependux aktar mill-ġenituri. Imma huwa wkoll l-akbar dulur għax il-firda kiefra. Anke jekk l-ulied imorru joqogħdu żewġ kantunieri ’l bogħod, dik is-sodda vojta, dik il-kamra vojta, dak is-siġġu vojt madwar il-mejda tal-ikel iġib diqa u dulur. Imma din hi l-imħabba tal-ġenituri. Iwelldu biex uliedhom jistgħu jgħixu u jibnu ħajjithom, mhux biex iżommuhom taħt djulhom.
Rob Lowe, attur famuż, jirrakkonta kif qatt ma basar kemm kienet se tkun tqila li jara lil ibnu jitlaq middar biex jistudja! Konna ilna nistennew u nitħabtu biex Matthew jmur jistudja ġo din l-unversità. Kien mument ta’ sodisfazzjon għalina imma, meta fl-aħħar lejl qabel ma telaq rajtu jippakkja l-bagalji, bil-kelb tiegħu iħares lejh, ma stajtx inżomm u mort f’rokna nibki waħdi. Bdejt kważi nistħi minni nnifsi u f’qalbi għidt, “Agħmel kuraġġ! Hawn nies li qed jaraw ’l uliedhom sejrin għall-gwerra jew f’xi Ċentru ta’ Rijabilitazzjoni!” L-ikbar rigal li rċevejt f’ħajti kien li nara, flimkien ma’ marti, liżżewġ uliedi, Matthew u Johnowen, jitrabbew. Hemm fhimt ir-rabta bejn missier u iben. Il-ġenituri tiegħi
kienu sseparaw meta jien kelli biss erba’ snin u jien kont inqatta’ tmiem il-ġimgħa biss ma’ missieri. Il-Ħadd lanqas kont ingawdih għax kont il-ħin kollu nara l-mument li kelli nitilqu! Għalhekk, kif rajt lil ibni jiġbor ħwejġu, erġajt ħassejtni dak it-tifel li ried jgħożż l-affarijiet ta’ qabel. Quddiem Matthew u Sheryl kont qed nilgħab il-parti ta’ attur bħal qatt qabel – nitbissem qisu ma kien qed jiġri xejn! “Taħseb li jkun hemm il-bard bil-lejl?’ staqsieni u jien irrispondejt, “Le,’ bil-kalma kollha. Marti, li kellha l-kapaċità li ddeffes salt affarijiet fil-bagalji, kienet ħasbet għal kollox. Buster, il-kelb, kien iċċassat iħares lejja qisu hu biss kien qed jifhem kif kont qed inħossni u xtaq jgħidli, “Qed tiddiżappuntani! Qum fuq tiegħek!’ Hekk kif tbattlet is-sodda millħwejjeġ kollha, bdejt inħoss il-vojt li kien se jħalli warajh u bdew jiġuni RM2000 • NOVEMBRU 2016 • 3
quddiem għajnejja memorji ta’ meta kien żgħir u kont indaħħlu jorqod, ingeżwru fil-gverta li kien iħobb u kien jgħidli, “Pa, ma naħsibx li għandi bżonn il-gverta llum.” Kemm qrajna flimkien fil-friex – jien naqralu ‘Goodnight Moon’ u ‘The Giving Tree’ u hu jtennili versi minn ‘The West Wing’ jew minn xi film ieħor li jien kelli nidher fih! Kemm għaddejna sigħat flimkien fuq The History Channel u Deadliest Catch! Dak iż-żmien kont nirrabja li jorqod tard u, issa, irrealizzajt li ma kontx se ninkwieta aktar fuq dan. Matthew kien qed jaġixxi bħassoltu, qisha din kienet ġurnata bħalloħrajn. Hu kien ta’ karattru sod u ma kienx jemozzjona ruħu normalment. Għallinqas, ħsibt, xi ħadd kien kuraġġuż! Kont imħasseb ukoll fuq ittifel iż-żgħir, Johnowen, li kien sentejn iżgħar imma kellu l-istess ħbieb ta’ 4 • NOVEMBRU 2016 • RM2000
ħuh – dawn kollha kienu se jitilqu wkoll! Kif kien ħiereġ, Matthew sellem lil ħuh bil-kalma kollha bħal biex jevita ħafna emozzjonijiet u l-ieħor ħares lejja bħal li kieku ried jgħidli, “Baqa’ cool ħija bħal dejjem!’ Fuq l-ajruplan Matthew għażel li jpoġġi ħdejn ommu u hi dehret kuntenta b’dan. Kif tlaqna, tefa’ l-headphones ma’ widnejh u ma qalx kelma waħda tul il-vjaġġ kollu – ‘żgħażagħ’, ħsibt jien! Jien qgħadt naqra... imma, f’ħin minnhom, waqaft inħares lejh. Kellu d-dawl fuq wiċċu li llum kien jidher tant sabiħ u matur. Kien qisu xi neguzjant żgħir sejjer għal xi laqgħa. Ftakart fl-ewwel darba li rajtu, hekk kif twieled. L-ewwel ħsieb li kien ġieni kien kemm kien bjond u, kif fetaħ għajnejh, għidtlu, “Hello. Jien missierek u se nkun dejjem hemm għalik.” Sheryl, li kienet fuq l-I Pad, ħarset lejja u għamlitli sinjal –‘Int Ok?’
Nixtieq inkun sew anki minħabba fiha stess imma, meta naraha tħares lejja waqt li nkun qed inħares lejn Matthew, nerġa’ nemozzjona ruħi u ndur inħares in-naħa l-oħra. Kif wasalna, erġajt ħarist lejn ibni li kien juri li kien kalm u jien kont ferħan narah jibda parti oħra minn ħajtu b’daqshekk kunfidenza. Krejna karozza biex teħodna fil-Campus storiku u kbir. Inqbadna fit-traffiku u hemm reġa’ kelli l-ħin naħseb fuq il-futur. Iżda, għall-ewwel darba, id-dwejjaq sparixxew u ħassejtni eċitat naħseb f’bidu ġdid – li tiltaqa’ ma’ nies ġodda li, uħud minnhom, ibiddlulek ħajtek għal dejjem, li jkollok l-opportunità li tiskopri lilek innifsek bħala adult ’il bogħod mill-għeruq tat-tfulija! Jien ma kontx mort l-università għax, ta’ sbatax-il sena, tlaqt mid-dar biex nieħu parti fl-ewwel film tiegħi.
L-ewwel spazju privat tiegħi kienet kamra f’lukanda, f’Tulsa, f’Oklahoma. Ma kellix nitħabat biex nitgħallem ngħix ma’ grupp studenti barranin u f’fakultà ġdida. Li kelli naffaċċja jien kienu grupp ta’ atturi u membri tal-crew. Għalhekk, ma kelli ebda esperjenza biex fuqha niggwida lil ibni – l-ewwel esperjenza ta’ università kienet se tkun permezz tiegħu. Kif bdejna nniżżlu l-kaxxi blaffarijiet, malajr ġew l-istudenti l-kbar jgħinuna u aħna ħallejna f’idejn Sheryl biex tieħu ħsieb hi. Jien kelli mmur insib minn fejn nieħdu l-aħjar pizza, gym fejn ikun jista’ jkompli jipprattika l-jujitsu, nixtrilu rota u nara fejn jista’ jibda jpoġġiha. Bqajt skantat kif kont qed inħossni tajjeb li nitkellmu mill-inqas. Forsi minħabba li konna għaddejna żmien twil flimkien fit-timijiet miegħu, nistgħadu, ngħumu u mmorru
‘water surfing’, naraw programmi fuq televiżjoni, niddefenduh kontra għalliema, ġenituri jew tfal oħra li, xi drabi, ma ttrattawhx tajjeb. Konna nagħmlu ħilitna biex insibu l-ħin ħalli nkunu flimkien u bnejna rabta ta’ mħabba u kuraġġ. Dan ħassejnieh aktar meta ġejna biex nitilqu lil xulxin. Fil-fatt, hu qalli, “Pa, għalkemm ilkamra lesta, nixtieq nibqa’ magħkom illejla.” Ħarist lejn Sheryl u ndunajt li kellha d-dmugħ f’għajnejha. L-għada filgħodu morna l-kappella fejn laqqgħu l-istudenti l-ġodda. Id-diskors li sar, kien kollu tifħir għalihom. Kienet l-aħjar klassi li qatt kellha l-università u kienet se tkun sena kompetittiva. Hawn Matthew ma deherx ċert minnu nnifsu u qisu beda jirrealizza għal xiex kien dieħel. Meta wasalna l-lukanda staqsieni, “Pa, issa jekk ma jirnexxilix inkun ta’ dan il-livell?”
“Inti rnexxielek tgħaddi b’marki eċċellenti minn ġo skola iebsa akkademikament. Bil-ħila tiegħek, studjajt barra mill-ħin, għamilt l-eżamijiet u ġibt marki tajbin ħafna. Hawn se jkun l-istess. Dawn għażluk għax jafu li tista’ tirnexxi.” “Imma l-oħrajn ma jidhrux imbeżżgħin!” Għall-ewwel darba minn mindu kien tarbija, rajt għajnejh jintlew biddmugħ. Xtaqt ngħannqu miegħi imma, minflok, ħarist fiss f’għajnejh. “Qatt m’għandek tqabbel dak li tħoss ġo fik ma’ dak li jidher li qed iħossu l-oħrajn.” Għamilli sinjal b’rasu biex jurini li jaqbel miegħi u dar biex jitlaq. “Se mmur nistrieħ ftit,” qalli. “Ok. Issa niġi nqajmek jien.” Imtedd gozz kif kien jagħmel qabel. Jien qbadt gverta, għattejtu u geżwirtu fiha. RM2000 • NOVEMBRU 2016 • 5
6 • NOVEMBRU 2016 • RM2000
L-aħħar darba… l-unika darba Kulħadd igerger mir-rutina tal-ħajja. Dejjem l-istess, jum wara jum…! Imma qatt ħsibt li fil-fatt kulma nagħmlu fil-ħajja nkunu qed nagħmluh għallewwel u l-aħħar darba? Kemm-il nifs tieħu f’ġurnata? Ebda wieħed mhu l-istess nifs. Dak li ħadt għadda, u dak li qed tieħu, hu nifs ġdid. Il-‘bonġu’ tal-lum hu ‘bonġu’ differenti minn tal-bieraħ. Kull jum hu ġdid għax qatt ma eżista qabel. U kull ‘bonġu’ u kull ġurnata hija unika. Qatt ma tista’ tirrepeti l-jum tal-lum! Għada se jkun jum ieħor. Ieqaf ftit, aħseb u għid ‘grazzi’ għal kull ħaġa, kull ġest, kull kelma… Dik la kien hemm u anqas ikun hemm bħalha. La tista’ tirranġaha, tbiddilha u anqas iġġib oħra flokha. F’kulma tagħmel ftakar li jiġi żmien meta dak li qed tagħmel issa tintebah li tkun għamiltu għall-aħħar darba. Mela apprezza l-mument t’issa, gawdih, għixu sewwa, apprezzah għax qatt mhu se jiġi lura. Sa mill-ewwel darba li żżomm lit-tarbija tiegħek f’idejk, ħajtek qatt ma terġa’ tkun l-istess. Jiġu mumenti meta tkun tixtieq terġa’ għall-persuna li kont, meta kellek il-libertà u l-ħin u xejn x’jinkwetak. Tibda tħoss għajja li qatt qabel ma kont ħassejt, u l-ġranet donnhom ikunu dejjem l-istess. Mimlijin biki, bdil ta’ ħrieqi, treddigħ,
tifwiq, qrid u ġlied. Biex ma nsemmux l-iljieli… Qum, bennen, biddel, isqi, ttewweb, ippassiġġa bit-tarbija, saħħan il-bottles… In-nuqqas ta’ rqad jibda jinħass, tibda tħossok dħalt f’rutina li qatt m’int se toħroġ minnha. Imma tinsiex... Hemm l-aħħar darba għal kollox. Għad titma’ lit-tarbija tiegħek għall-aħħar darba. Meta tmur għajnejha biha fuqek u fl-aħħar torqod wara ġurnata twila, din taf tkun tal-aħħar. Xi darba għad tniżżilha minn fuqek u tqegħidha fl-art biex tibda timxi waħedha. Din taf tkun l-aħħar darba għax ma terfagħha qatt aktar. Taf tkun tal-aħħar li qed taħsilha fil-banju, għax għad tinħasal waħedha. Meta żżomlok idejk biex taqsmu t-triq, taf tkun tal-aħħar. Meta bil-lejl tiġi f’kamartek biex tgħannaqha għax bintek qed tibża’, taf ikun l-aħħar lejl li qajmitek. Taf tkun l-aħħar darba li kantajtilha xi taqbila tat-tfal, għax jiġi jum li ma terġax titolbok. Taf tkun tal-aħħar li wassaltha saliskola, għax tibda tmur waħedha u ma tkunx trid li sħabha jarawk magħha. Jasal jum meta tkun l-aħħar darba li taqralha storja qabel torqod jew timsħilha wiċċha u jdejha maħmuġin,
jew meta tiġi tiġri lejk b’idejha miftuħin biex taqbad ma’ djulek, jew tgħannqek waħda kbira. Qatt mhu se tkun taf meta hi l-aħħar darba. U anke jekk ikun hemm drabi oħra li tagħmel l-istess ġest, l-istess tgħanniqa, l-istess bewsa. M’hemm ebda tgħanniqa li tieħu post dik ta’ qabilha. Kull tgħanniqa, kull bewsa hija unika u se tagħtiha jew tirċeviha darba biss. Kull sena niċċelebraw Birthday gdid. Darba biss bintek se tkun ta’ sena, sentejn, tlieta… U ż-żmien ma jaħfirha lil ħadd. Għad jiġi jum li kollox jinbidel fik u fl-għeżież tiegħek u għad tgħid, “Anqas naf kif għaddew dawn is-snin kollha…! Mela għix il-ġurnata, il-mument t’issa b’għożża kbira. Mhux veru li l-ħajja monotona u kollox dejjem l-istess. Jekk tagħraf tħobb filmument li tgħix, jirnexxilek tgħixu b’mod dejjem ġdid. Kollox jiqdiem, kollox jgħaddi, imma l-imħabba ma tiqdiem qatt. “Għix kull ħaġa li tagħmel, qisek qed tagħmilha għall-ewwel darba… qisek qed tagħmilha għall-aħħar darba!” (M.Teresa) Jekk tgħix hekk, la tibki l-passat u anqas tibża’ millfutur! Addattata minn Claudia Cini RM2000 • NOVEMBRU 2016 • 7
Omm tirrakkonta kif binha wasal biex iħalli l-bejta huwa wkoll biex jagħmel ħajtu. L-ewwel filprofessjoni, imbagħad fil-volontarjat u fl-aħħar fil-ħajja reliġjuża bħala Ġiżwita. Din l-omm ukoll, flimkien ma’ missier dan iż-żagħżugħ, ġarrbu l-ferħ u d-dulur li jaraw lil binhom jitlaq mid-dar. Imma l-ferħ ta’ pass bħal dan mhux biss itaffi imma jagħti sens lid-dulur tal-firda.
8 • NOVEMBRU 2016 • RM2000
It-tieni tqala: ħlomtu u xtaqtu lil dattifel. Fi tfulitu, daqqa kwiet, daqqa jibki għall-bottle, inkella jinbex lil oħtu. Meta kiber kien żagħżugħ bħal żgħażagħ oħra – tfajliet ġieli kellu, Paceville daqu, ħbieb tal-qalb ma naqsux u kapriċċ ’l hemm u ’l hawn ġieli għamlu wkoll. Studja Accounts ġewwa l-Università, sab impjieg, xtara karozza u eventwalment mar joqgħod għal rasu. Is-saħħa fiżika jagħtiha importanza. Issibu l-gym jew jimxi xi mixja fil-kampanja fix-xitwa. Fis-sajf jgħum xi għawma tajba. Ħa sehem fil-Lifecycle Challenge darbtejn b’risq min hu marid bil-kliewi. Jieħu ħsieb ukoll is-saħħa mentali tiegħu billi jiddedika biżżejjed ħin għall-irqad u jikkontrolla l-livelli tal-istress ikkawżat anke mill-impjieg tiegħu minħabba l-kariga għolja li kellu. Ma kontx narah imdejjaq, però kont nosserva li f’ħajtu kien hemm bħal vojt. Il-vjaġġ mill-għoxrinijiet għall-età ta’ tletin kien vjaġġ li involva maturità u profondità. Xi ftit xhur wara li għalaq 29, mar għal esperjenza ta’ kważi xahar volontarjat f’art sotto-żviluppata u fqira. Ġie lura u lkoll innutajna li kliemu nbidel u li l-ideat u l-mod tal-ħsieb tiegħu, ħadu xejra oħra. Bejnietna rrimarkajna kemm rajnieh sar iktar sensittiv u jaħseb iktar filvulnerabbli. Wasal biex ħalla xogħlu. Minkejja li kien imlaħħaq u jaqla’ kemxa flus sew, iddeċieda li jerħilha lejn
il-gżira t’Għawdex jgħin f’NGO li tieħu ħsieb single mothers. Għallbidu ma qalilniex b’din il-bidla biex ma jinkwetaniex. Però ladarba sab saqajh f’din l-NGO, infurmana biddirezzjoni ġdida li kien ħa. Għarrafna wkoll li kien qed jitmexxa minn direttur spiritwali. Attenda għal irtir spiritwali f’residenza tal-Ġiżwiti. Wara li għadda ftit taż-żmien, ġie darba l-Ħadd jiekol għandna kif kien jagħmel ta’ kull nhar ta’ Ħadd. Imma din id-darba kellu aħbar għalina: “F’Ottubru li ġej nibda n-novizzjat mal-Ġiżwiti”. Meta lill-iskultur Michelangelo kienu jistaqsuh kif kien joħloq l-iskulturi tiegħu, kien jgħidilhom “flirħama bla forma jien nilmaħ bniedem
li jkun qed jissielet biex joħroġ. Jien kulma nagħmel huwa li nneħħi l-irħam eċċessiv sabiex noħroġ mill-irħama bla forma lil dak il-bniedem li nkun qed nara jipprova joħroġ.” L-iskulturi tiegħu, jaqbdu tajjeb ħafna din il-ġlieda għallibertà. Bil-moviment fl-iskulturi tiegħu Michelangelo ried anke jissimbolizza l-ġlieda tal-bniedem biex jinħeles minn dak kollu li jwaqqfu milli jgħix ħajja filmilja tagħha. U appuntu f’din is-sejħa li ibni skopra, ħassejt li l-Mulej kien qabad ilmaterjal u beda jiskolpixxi. Il-Mulej beda jsawwar opra sabiħa. U min jaf x’għad hemm lest għalih! Żgħażugħ li qed taqra, tibżax tafdaH. Hu għandu għodda tajba u minnek jagħmel kapolavur. Margaret Borg
Il-familja ta’ Daniel qabel ma telaq… RM2000 • NOVEMBRU 2016 • 9
10 • NOVEMBRU 2016 • RM2000
GĦALIEX JIEN? Arthur Ashe kien l-aqwa player professjonali tat-tennis u rebaħ tliet titli f’kompetizzjoni internazzjonali kbar. Kien marad bil-marda kiefra tal-AIDS. Ħadha minn demm infettat li tawh waqt operazzjoni tal-qalb. Waqqaf l-Arthur Ashe Foundation for the Defeat of AIDS u Arthur Ashe Institute for Urban Health. Huwa miet bi pnewmonja relatata malAIDS, fl-età ta’ 49 sena. Meta kien qed imut ħafna ammiraturi bagħtulu ittri ta’ simpatija biex juruh id-dispjaċir u s-sapport tagħhom. F’waħda mill-ittri, xi ħadd kitiblu din il-mistoqsija: “Għaliex Alla kellu jagħżel lilek għall-marda daqshekk kiefra?” Dan l-isportiv famuż, wara li ħaseb ftit fuq din il-mistoqsija hekk diffiċli, wieġeb hekk lil dan l-ammiratur tiegħu:
“Qgħadt nikkalkula ftit u skoprejt li 50 miljun tifel u tifla bdew jitħarrġu fil-logħba tat-tennis minn tfulithom, bħalma għamilt jien. 5 miljun minnhom tgħallmu jilagħbu t-tennis u minnhom nofs miljun tgħallmu t-tennis b’mod professjonali. Minn dawn kien hemm 50,000 ipparteċipaw fit-turnaments imma 5,000 waslu sal-Grand Slam (l-aqwa erba’ avvenimenti annwali tat-tennis fid-dinja). Kienu biss 50 li rnexxielhom jaslu sa Wimbledon, erba’ waslu sas-semi-finali u tnejn kienu li ħadu sehem fil-finali. Jien biss irbaħtha. Meta kont qed inżomm it-tazza f’idejja, qatt ma staqsejt lil Alla: “Għaliex jien?” Allura issa li ninsab muġugħ, kif nista’ nistaqsi lil Alla: “Għaliex jien?” Aħna xxurtjati mhux għax jiġrulna l-affarijiet tajbin, imma għax kapaċi nsiru aktar tajbin bl-affarijiet li jiġrulna. Aħseb ftit: Il-kuntentizza żżommok TWAJJEB. Il-provi jżommuk B’SAĦĦTEK. Iddulur iżommok UMAN. Il-falliment iżommok UMLI. Is-suċċess iżommok KBURI. Imma l-fidi biss iżżommok
MILLI TAQTA’ QALBEK. Xi kultant ma tkunx sodisfatt b’ħajtek, madankollu n-nies l-oħra fid-dinja jkunu qed joħolmu u jixtiequ li jgħixu ħajtek! Tifel li jgħix f’razzett u jara ajruplan itir fuq rasu joħlom li jtir, imma l-pilota fl-ajruplan li jara l-irziezet taħtu joħlom li jirritorna d-dar. Dik hi l-ħajja. Kulħadd jixtieq dak li m’għandux. Mhux aħjar ingawdu dak li għandna? Kieku l-flus huma s-sigriet talkuntentizza, mela allura s-sinjuri messhom qegħdin jiżfnu fit-toroq. Imma t-tfal foqra biss jagħmluh dan! Kieku l-poter iserraħħlek rasek li mhu se jiġrilek xejn, mela allura l-‘VIP’s messhom joħorġu bla gwardji magħhom. Kieku s-sbuħija u l-fama jwasslu għal żwiġijiet hienja, kieku ċ-ċelebritajiet messhom għandhom l-aqwa żwiġijiet. Huma dawk li jgħixu sempliċi, li jorqdu b’moħħhom mistrieħ. Għix ħajja sempliċi, imxi bl-umiltà u ħobb ġenwinament! Alla jbierkek!” Claudia Cini RM2000 • NOVEMBRU 2016 • 11
RAĠĠ TA’ TAMA 12 • NOVEMBRU 2016 • RM2000
Fr Joe O’Mara, Ġiżwita marid bil-Cancer, kien il-kelliem mistieden f’ċelebrazzjoni organizzata għal dawk li kienu b’xi mod messew ma’ sptar talCancer, fl-Amerika – nurses u carers, morda, pazjenti li fiequ, persuni li tilfu lil xi ħadd għażiż minħabba dil-marda kiefra. Qed inġibu hawn id-diskors ta’ dan il-Ġiżwita li għamel ftit qabel ma l-Cancer ħasadlu ħajtu fit-12 ta’ Awwissu 2015 Inħossni onorat li tlabtuni nitkellem magħkom. Kif nistgħu ninsew tant nies li huma importanti u għeżież għalina? Kollna kemm aħna nħossu dwejjaq u rabja, inħossu l-morr tat-telfa tagħhom u jkollna ħafna mistoqsijiet li ma nafux għandhomx tweġiba. Dawk fostna li l-għeżież tagħhom mietu bi tbatija u disperazzjoni jgħaddu minn taħwid kbir f’qalbhom. Iżda, min jaf, jekk niftakru li d-dawl hu aqwa mid-dlam, ifeġġ raġġ ta’ tama. Nifraħ magħkom, intom nurses u carers li tant ħadtu ħsieb ta’ pazjenti tal-kanċer u qed tingħaqdu magħna f’din iċ-ċelebrazzjoni. Intom tirrappreżentaw l-imħabba u l-ħbiberija li juru dawk li jgħinu lill-morda tal-kanċer – ir-raġel jew il-mara, il-carers, professjonisti talmediċina u tant nies meraviljużi li jagħtu mħabba u tama fi żmien ta’ dwejjaq u taħwid. Intom tbatu magħna biex ittaffu t-tbatija li nkunu għaddejjin minnha aħna.
Insostni li l-uġigħ u t-tbatija mhumiex l-istess ħaġa – jien nemmen li t-tbatija hi taħwid ġewwieni li ma nkunux nistgħu nikkontrollaw. L-uġigħ jista’ jżidu dan, imma mhux bilfors jagħmel hekk. It-taħwid jiġi minnuqqas ta’ paċi tal-qalb, imma l-uġigħ mhux bilfors jeqred il-paċi f’ruħna. Meta ħariġli l-kanċer, fl-1998, il-komunità tiegħi għinitni billi ssapportjatni b’ħafna mħabba. Kemm għallmuni! Nies twajbin li ma jkejlux il-qdusija biss minn kemm imorru l-knisja, skantawni meta saħħti għamluha qisha saħħithom. It-tobba u l-fiżjoterapista ta’ dan l-isptar għenuni nifhem li l-affarijiet li għamluni dak li jien huma importanti mhux għalija biss imma għalina lkoll. Nemmen li ħafna minna jkollna dawn l-esperjenzi ta’ mħabba imma għalija, bħala pazjent tal-kanċer, li ħassejtni tant maħbub fi żmien li kont batut bil-marda, dan kollu għenni biex insir bniedem aħjar u, nispera, bniedem aktar mimli ħajja.
L-imħabba tintwera bil-fatti mhux bil-kliem biss. Nemmen li hawn nies li jħossu l-bżonn li jagħmlu xi ħaġa għal ħaddieħor. Kollha nafu li meta qagħdu ħdejna, meta ssapportjawna, meta ħadu paċenzja bina, meta fehmuna, għenuna nirrealizzaw li meta aħna stess, forsi minħabba ċ-ċirkostanzi iebsa li konna għaddejin minnhom, ma ħabbejniex, konna xorta waħda qed nikbru u niffjorixxu bis-saħħa ta’ dik l-imħabba u l-aċċettazzjoni ta’ dawk ta’ madwarna. Biex inkun sinċier miegħi innifsi u magħkom, inħoss li għandi naqsam magħkom żewġ esperjenzi ta’ barka li ħassejt meta sirt naf li għandi cancer. Waħda minnhom kienet meta ħabib tiegħi Ġiżwita fakkarni fi kliem li kien qal San Injazju ta’ Loyola. Min jisimgħu l-ewwel darba forsi jarah kliem pjuttost xi ftit bla sens imma, biż-żmien, tinduna kemm hu profond. Dal-Ġiżwita kien ipprova jsabbar ħabib tiegħu bil-cancer, li kien qed jaqta’ qalbu u kellu l-kuraġġ jgħidlu, RM2000 • NOVEMBRU 2016 • 13
“Il-mard hu rigal xejn inqas missaħħa.” L-esperjenza l-oħra ġiet mit-talb li nagħmel b’mod regolari u li kien jgħinni ħafna. Kont nimmedita fuq l-esperjenza ta’ Ġesù fil-Ġetsemani. Ġesù kien imwerwer mill-mewt li kien jaf li kellu jgħaddi minnha. Għalkemm kienu nkwetati fuqu, ħbiebu ma kinux jafu li wieħed minnhom ittradieh u kien se jagħtih f’idejn dawk li riedu jaqbduh u joqtluh b’mod tant kattiv. Ġesù kien jaf ukoll li ma setax jaħrab dan id-destin. Ħa lil ħbiebu miegħu waqt li talab proprju meta kien tant inkwetat u mbeżża’. Huma ma ndunawx u
14 • NOVEMBRU 2016 • RM2000
raqdu – ma setgħux ikunu miegħu f’din it-tbatija. Ġesù għadda minn din l-esperjenza biex, meta aħna nkunu waħedna u nħossu li kollox spiċċa, Hu jkun magħna. Hu kien u għadu miegħi, miegħi anki meta nħossni imħawwad u ppanikjat minħabba l-uġigħ, l-inċertezza u l-biża’. Hu jimxi miegħi u jħobbni kemm filħajja kif ukoll fil-mewt. Bih ħdejja, minn xiex għandi nibża’? U l-imħabba tiegħu mhix xi ħaġa fl-ajru, jew xi sentiment battal ġo fija. Hija mħabba konkreta u reali, għax hi l-imħabba u l-għożża ta’ dawk li jħobbuni. Kemm inħossni għani u xxurtjat!
Huwa unur għalija li nirringrazzjakom ta’ kemm tħobbu nies oħra, speċjalment morda bħali, bil-fatti u mhux bid-diskors biss. Grazzi tat-tama li tagħtu, il-kuraġġ u l-konsolazzjoni b’dak kollu li tagħmlu għal min ikun qed jissielet mal-kefrija tal-mard u l-biża’ mill-mewt. B’dak li intom u b’dak li tagħmlu intom, turu li l-Cancer mhux kollox fil-ħajja tal-morda. M’għandux l-aħħar kelma dwar is-sens tal-ħajja. B’għemilkom u bi tjubitkom qed tkunu xhieda li l-imħabba hi aktar qawwija mill-uġigħ u mill-mewt. Is-saħħa hi prezzjuża fil-ħajja, imma hi biss l-imħabba li tagħti l-ħajja!
SALIB ĊKEJKEN FIL-BUT TIEGĦI Kull filgħodu ġol-but tiegħi Nixħet fih ċkejken salib. Għax nixtieq li jkolli miegħi Lil Ġesù, l-akbar Ħabib.
Biex minn qalbi ngħidlu grazzi Għall-barkiet ta’ kull ġurnata, Waqt li nfittex li nsir bħalu, Lest inbati biex ningħata.
Dan mhux seħer, stramberija Jew sinjal ta’ xi maġija. Mhux qed hemm biex iħarisni Minn xi deni jew tbatija.
Ifakkarni f’kemm nies bħali Lilu jħobbu, l-veru Mgħallem. Fih isibu l-vera paċi Meta jgħixu skont ma għallem.
Mhux biex nidher ta’ nisrani, Xi ħadd forsi jammirani. Dan ftehim sieket u ħiemed Bejn min jien u min salvani.
Iva, fil-but għandi salib ċkejken Ngħożżu, inġorru dejjem miegħi, Sabiex Kristu, l-ħabib tiegħi Sid ta’ ħajti, jibqa’ miegħi.
Meta jdejja fil-but tmur Biex inġib xi flus jew ċwievet, Das-salib dlonk ifakkarni It-tbatija ta’ min kienet.
RM2000 • NOVEMBRU 2016 • 15
JIENA TFAJLA ADOTTATA ESPERJENZA VERA TA’ TFAJLA F’PAJJIŻNA
Jiena tfajla adottata ta’ 23 sena. Il-ġenituri adottivi tiegħi dejjem għamlu l-aħjar li setgħu miegħi u ħabbewni daqslikieku kont it-tifla bijoloġika tagħhom. Madankollu dejjem kelli kurżità fuq il-ġenituri tiegħi proprja, speċjalment fuq dik il-mara li wellditini u għalfejn ma żammitnix magħha. Dejjem naħseb. Tgħid kienet miżżewġa u ma riditx tfal? Prostituta? Xebba? Iddispjaċiha titlaqni jew ma tatx kas? Dawn u iktar kont nistaqsihom lili nnifsi kuljum. Kienu x’kienu r-risposti, dejjem irringrazzjajt lil Alla li ommi tatni l-ħajja u m’għamlitx abort. Meta kelli 18-il-sena bdejt infittex min kienet ommi. Kelli nagħmel kollox waħdi għax lill-ġenituri m’għidtilhom xejn biex ma nweġġaħhomx. Bdejt naqta’ qalbi u ma komplejtx infittex sakemm ftaħt qalbi ma’ ħabiba li ħeġġitni nerġa’ nibda infittex. Skoprejt li ommi kienet Għawdxija u ġiet twellidni Malta. Mhux ta’ b’xejn ħadd ma kien jaf biha. Meta twelidt, kellha biss 18-il sena. Fl-aħħar kelli risposta għalfejn abbandunatni. Kienu ċ-ċirkostanzi u mhux għax ma kinitx tħobbni. Jien u ħabibti morna Għawdex u skoprejt li ommi kienet emigrat u kien jonqosha sena biex terġa’ tiġi għall-vaganzi. Fl16 • NOVEMBRU 2016 • RM2000
aħħar, is-sena ta’ stennija għaddiet u sirt naf meta kellha tkun hawn. Qaluli biex inkellem lil xi ħadd minn Dar Ġużeppa Debono u dawn wegħduni li jgħinuni, kif fil-fatt għamlu. Għadda ż-żmien u ommi baqgħet ma tatnix risposta. Kienet waslet biex issiefer u kont iddisprata biex niltaqa’ magħha. Tlajt ġimgħa Għawdex ma’ sħabi u l-għarus tiegħi ġie miegħi biex inkellem lill-Kappillan. Dan reġa’ ċempel lil ommi u qalilha li tkun ħaġa sabiħa kieku niltaqgħu u hi aċċettat. Siegħa wara, rajt lil ommi għallewwel darba. Fraħna b’xulxin u tgħannaqna. Qaltli li kienet beżgħat tiltaqa’ miegħi għax ħasbet li ħa ngħajjarha, imma jien kont fhimt x’kien ġara. Kienet għadha żgħira u ma kinitx taf s’se taqbad tagħmel. Skoprejt li kelli tliet ħuti u laqqgħatni ma’ tnejn minnhom. Iddeċidejna li nibqgħu f’kuntatt u jien ninsab verament kuntenta li sirt naf lil ommi. Dejjem hemm soluzzjoni għallproblemi. L-adozzjoni sabiħa għax jekk dak
li jkun ma jistax jieħu ħsieb it-tarbija jew jaħseb li ma jkunx iħobbha, jagħti ċans lil dik it-tarbija. Tagħti wkoll ċans lil dawk li jixtiequ t-tfal imma forsi ma jistgħux ikollhom tagħhom. Min jaf, forsi għada pitgħada t-tarbija tikber u tfittex bħalma għamilt jien u l-omm u t-tarbija jifirħu b’xulxin. Min ineħħi t-tarbija żgur li jitlef dan il-mument ta’ ferħ tant sabiħ.
ITWI MINN HAWN
L-Editur RM2000 P.0. BOX 23 - Mosta
BUSINESS REPLY SERVICE LICENCE NO 730
No postage stamp necessary if posted from Malta or Gozo
MagaΩin ma˙ru© mill-ÌiΩwiti Maltin
Biex t˙obb u tg˙ix... ÌEDDED L-ABBONAMENT TIEGÓEK GÓAS-SENA LI ÌEJJA Meta ©©edded l-abbonament tieg˙ek • tiΩgura li f’darek ikollok ˙abib g˙aqli g˙al sena s˙i˙a… • tiΩra f’uliedek u fil-familja tieg˙ek kelma ta’ kura©© u parir tajjeb…
Postage will be paid by addressee
• tid˙ol f’familja ta’ eluf ta’ qarrejja li jsostnu lil xulxin fil-mixja tal-˙ajja… • bi flusek tg˙in biex il-magaΩin jista’ jkompli jwettaq il-missjoni sabi˙a tieg˙u
GRAZZI
✂
Jekk di©à ˙allast g˙as-sena l-©dida jew jekk soltu t˙allas lill-A©enta tag˙na
• Biex IÌÌEDDED l-ABBONAMENT tieg˙ek
• Jekk tixtieq TABBONA GÓALL-EWWEL DARBA
• Jekk tixtieq TAGÓTI ABBONAMENT RIGAL Biex tabbona jew i©©edded imla’ din il-formola
Biex tag˙ti abbonament rigal imla’ din il-formola
IVA NIXTIEQ
IVA NIXTIEQ
(immarka fejn jg˙odd g˙alik)
(immarka fejn jg˙odd g˙alik)
INÌEDDED L-ABBONAMENT tieg˙i. NIBDA NIRÇIEVI l-magazine id-dar bil-posta
NAGÓTI ABBONAMENT RIGAL lil:
Isem
Isem
Indirizz
Indirizz
Data tat-Twelid
Data tat-Twelid
Post Code
Post Code
Tel
Tel
Qed nibg˙at çekk/Postal order ta’ G˙al kull tag˙rif jew diffikulta: Tel:2142 0610 • Email: rmlh@jesuit.org.mt
AQTA’ MINN HAWN
INJORA DAN L-AVVIÛ
Għażiż/a Qarrej/ja Ippermettili niktiblek dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tal-RM2000. Qabel xejn ngħidu GRAZZI KBIRA lill-Mulej. Il-magażin tagħna qed jagħmel ħafna u ħafna ġid fost il-familja ta’ qarrejja. Imma r-realtà hi li M’AĦNIEX INLAĦĦQU malispejjeż, li dejjem jiżdiedu. Il-ħlas ta’ €5 fis-sena huwa baxx wisq. B’kollox kull kopja tiġi tiswielna ftit anqas minn €10 fis-sena, spejjeż biss. Barra minn hekk, hemm diversi qarrejja li jdumu biex jibagħtu l-ħlas jew ma jibagħtu xejn, jew għax ma jistgħux jew b’nuqqas ta’ ħsieb. Għandna bżonn aktar minn €4,000 fix-xahar biex nistampawh, inħallsu l-posta, spejjeż taluffiċċju, eċċ. Bqajna mexjin s’issa bil-għajnuna ġeneruża ta’ voluntieri u bl-offerti li diversi qarrejja jagħtuna mal-abbonament. Imma, XORTA WAĦDA NINSABU MINN TAĦT U M’AĦNIEX INLAĦĦQU MAL-ISPEJJEŻ. Għandna bżonn l-għajnuna tagħkom. Ma rridux ngħollu l-abbonament, għax ma rridux
li xi ħadd ma jirċevix il-magażin minħabba l-flus. Irridu li niddependu fuq il-Providenza li taħdem permezz tal-ġenerożità tal-qarrejja u l-benefatturi. Għalhekk filwaqt li nfakkru li l-magażin jiswielna, mill-anqas, €10 fis-sena, l-abbonament se jibda jkun OFFERTA LIBERA (jekk jista’ jkun mhux anqas minn €5 fis-sena). Inħallu fil-ġenerożità tal-qarrejja u filProvidenza biex kulħadd joffri kemm jista’ biex il-magażin ikun jista’ ikompli joħroġ. Napprezzaw kull donazzjoni biex l-RM mhux biss jibqa’ joħroġ, imma jibqa’ jixtered u jagħmel il-ġid li ilu jagħmel għal dawn l-aħħar 67 sena. GRAZZI mill-qalb li int ukoll tagħmel parti minn dil-familja kbira ta’ qarrejja. Int ukoll, blofferta tiegħek, ikollok sehem mill-ġid kollu li jsir f’dawk li bħalek isibu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja, permezz tal-magażin ċkejken tagħna.
FLIMKIEN MAL-BORD TAL-MAGAŻIN
Tista’ tħallas l-abbonament jew tibgħat l-offerta tiegħek b’xi wieħed minn dawn il-modi:
1. BIL-MOBILE. Ibgħat SMS bl-isem u l-indirizz tiegħek fuq dan in-numru: 50619210 biex tagħti offerta ta’ €11.66 (li minnhom €1.66 imorru għall-operatur tal-mobile). Jekk int abbonat mal-Melita tibgħatx flus bl-SMS għax ma jaslulniex. 2. BL-INTERNET. Tista’ tħallas bil-PayPal jekk tmur fuq is-sit: http://www.rm2000.org/RMLH/Abbonament.html 3. BIL-POSTA. Imla’ l-formola f’dan il-fuljett u ibgħatha bil-posta flimkien ma’ ċekk jew postal order lil: Editur, RM2000, P.0. Box 23, Mosta
EJJA NIBŻGĦU GĦALL-AMBJENT: Jekk tixtieq, tista’ tuża’ din il-karta stess bħala envelop. Aqta’ il-parti fejn hemm il-formola, twiha min-nofs, qiegħed l-offerta tiegħek fiha u waħħal il-ġnub b’xi tape tajjeb. Impustah MINGĦAJR MA TWAĦĦAL BOLLA. (Il-posta hija diġà mħallsa).
Meta ttawwal minn xaqq fil-ħajt dan ilġurdien ra lil bidwi u l-mara tiegħu jiftħu pakkett. “Min jaf x’ikel hemm fih” qal bejnu u bejn ruħu l-ġurdien. Tgħidx kemm tnikket meta nduna li l-pakkett ma kien xejn ħlief nassa tal-ġrieden. Meta mar lura fl-għalqa, il-ġurdien wissa lil kulħadd: “Attenti, hemm nassa tal-ġrieden fid-dar! Hemm nassa talġrieden fid-dar!” It-tiġieġa daret lejh, għolliet rasha u qaltlu: “Sur ġurdien, nifhem li din hija xi ħaġa serja għalik, imma għalija m’hemmx inkwiet. Ma tinteressanix dil-ħaġa”. Il-ġurdien dar fuq il-ħanżir u qallu: “Hemm nassa tal-ġrieden fid-dar. Hemm nassa tal-ġrieden fid-dar!” Il-ħanzir ħass għalih u qallu: “Jiddispjaċini ħafna, Sur Ġurdien, imma ma nista’ nagħmel xejn jien ħlief li nitlob. Ibqa’ żgur li ser niftakrek fit-talb tiegħi.” Il-ġurdien issa mar ħdejn il-baqra u qallha: “Hemm nassa tal-ġrieden fid-dar! Hemm nassa tal-ġrieden fid-dar!” Il-baqra daret lejh u qaltlu: “Ħeqq, Sur Ġurdien.... jiddispjaċini għalik, imma lili ma tagħmillix differenza dil-ħaġa.” Qalbu maqsuma u rasu baxxa, ilġurdien mar lura lejn id-dar biex jiffaċċja dil-problema tan-nassa waħdu. Dakinhar stess matul il-lejl instama ħoss qawwi mad-dar kollha – bħal qisu nassa tal-ġrieden qabdet xi ħaġa. Il-mara
tal-bidwi marret tiġri biex tara x’kien inqabad. Minħabba fid-dlam tal-lejl ma ndunatx li kien inqabad demb ta’ serp velenuż. Is-serp intant gidem lill-mara tal-bidwi u dan kellu jiġri biha l-isptar - u ġiet lura d-dar b’deni qawwi. Kulħadd jaf li tista’ tfejjaq xi ftit iddeni b’naqra soppa friska tat-tiġieġa u għalhekk il-bidwi mar fl-għalqa u ġab miegħu dak li kellu bżonn għas-soppa!! Imma il-mara ma rkupratx u baqgħet ma tiflaħx. Ġew ħbieb u ġirien biex jarawha u joqgħodu xi ftit magħha. Il-bidwi ħass li kellu jlesti biex joffrilhom xi ħaġa tal-ikel u, għalhekk, qabad ħanżir u sajru kif jaf hu. Imma l-mara baqgħet sejra lura; u ftit żmien wara mietet. Kien hemm ħafna ġirien u ħbieb li marru għall-funeral u, għal darb’oħra l-bidwi ried jaħseb kif ser jitma lil kulħadd. Mar fl-għalqa u
ddeċieda li l-baqra tista’ tipprovdilu biżżejjed laħam għal kulħadd! Il-ġurdien reġa’ mar jittawwal mix-xaqq fil-ħajt u tgħidx kemm tnikket. Tajjeb għalhekk niftakru li, meta nisimgħu li xi ħadd għandu problema u naħsbu li din mhix affari tagħna, xorta waħda kollha kemm aħna qegħdin f’riskju. Kollha kemm aħna qegħdin fi vjaġġ li nsejħulu “ħajja”. Għandna nieħdu ħsieb xulxin u nagħmlu kuraġġ lil xulxin. Kull wieħed minna jagħmel parti importanti mill-ħajja ta’ kull persuna oħra. Xi ħadd darba qal: “Meta bdew jippersegwitaw lill-Lhud, ma ftaħtx ħalqi. Għedt, din ma tolqotx lili. Meta bdew jippersegwitaw lill-immigranti, ma ftaħtx ħalqi. Għedt, din ma tolqotx lili. Meta bdew jippersegwitaw lill-Musulmani, ma ftaħtx ħalqi. Għedt, din ma tolqotx lili. Meta bdew jippersigwitaw lili, ma kien baqa’ ħadd biex jaqbeż għalija!”
RM2000 • NOVEMBRU 2016 • 21
22 • NOVEMBRU 2016 • RM2000
Il-Battalja tal-Ħanfus F’Colorado, il-Park nazzjonali fl-Amerika, famuż għas-sbuħija naturali u xeni spettakolari li fih, hemm il-fdal ta’ siġra enormi li, skont in-naturalisti, kienet ilha wieqfa xi mitt sena qabel ma nqerdet. Jgħidu li, meta Kolombu sbarka f’San Salvador, kienet għadha naqra ta’ żerriegħa u meta marru l-ewwel nies biex jissetiljaw hemm, kienet diġà kibret bin-nofs. Meta kienet kibret fl-aqwa tagħha u l-friegħi tagħha nfirxu f’kobor maestuż, intlaqtet xi erbatax-il darba minn sajjetti u rat maltempijiet kbar u anki valangi u elf diżastru ieħor. B’danakollu, baqgħet hemm – wieqfa! Kellhom ikunu ċorma ħanfus li, meta attakkawha, waqqgħuha
u meddewha għal tulha mal-art! Naqra naqra, l-insetti kilulha z-zokk minn ġewwa sakemm neħħewlha s-saħħa kollha tagħha. Ġgant bħal dak tal-foresta qatt qabel ma kien ġralu xejn. Ebda forza ma rnexxielha teqridha – la nixef, la ħruq bis-sajjetti u lanqas riħ u maltemp. Kellhom jeqirduha dawn l-insetti tant żgħar li wieħed jista’ jgħaffiġhom bejn żewġt iswaba’! Kemm-il darba nkunu aħna bħal din is-siġra sabiħa u qawwija. Inkunu kapaċi nikkumbattu żmenijiet ta’ kriżi bil-fidi u d-determinazzjoni biex naffaċċaw il-maltempijiet tal-ħajja. Jirnexxielna negħlbu diffikultajiet u sfidi kbar fil-ħajja. Iżda mbagħad, inħallu l-affarijiet iż-żgħar – l-għira,
s-sens ta’ fastidju, korla, gdiedem u negattiviżmu jikluna minn ġewwa u jeqirduna. Daqsxejn ta’ ħsieb, suspett, rabja, weġgħa – dawn jistgħu ikunu l-ħanfus qerriedi li jgerrem u jsewwes imqar l-akbar u l-isbaħ ideali u xewqat tagħna, imqar l-akbar tjubija u sagrifiċċji li nkunu għamilna fil-ħajja. Jgħidu li baħri tajjeb mhux talbnazzi, imma tal-maltemp! Forsi baħri tajjeb huwa dak li kapaċi jibqa’ sod, qawwi u b’saħħtu ukoll filbnazzi, meta għalkemm barra kollox jidher kalm u kwiet, imma ġewwa jkun hemm xi ħanfusa qerrieda qegħda tgerrem u tmermer il-paċi tal-qalb. RM2000 • NOVEMBRU 2016 • 23
L E J J E K IS L F N W BREAKDO 24 • NOVEMBRU 2016 • RM2000
Ix-xogħol tiegħi bħala ‘counsellor’ ġewwa skola f’Londra, għamilni konxja tal-problemi kbar fis-saħħa mentali li jaffaċċjaw it-tfal u żgħażagħ Ingliżi. Ninsab preokkupata ħafna għax innumru ta’ problemi qiegħed dejjem jikber waqt li l-fondi allokati mill-istat biex ngħinu lil dawn it-tfal qiegħed jonqos drastikament. In-numru ta’ każi li jiġu riferuti għandi, qed jikber kull sena. Huwa minnu li sirna iżjed konxji u iktar kapaċi nidentifikaw dawn il-problemi u forsi għalhekk ngħidu li għandna aktar każi. Biss jibqa’ l-fatt li għandna problema kbira u jeħtieġ li naħdmu fuqha b’ħafna serjetà. Fost l-aktar problemi komuni li nara, hemm: id-dipressjoni, l-ansjetà, is-‘self harm’ u s-sens ta’ telfa (minħabba mewt jew separazzjoni fiż-żwieġ). L-aktar li niltaqa’ ma’ problemi ta’ ansjetà u dipressjoni huwa fi żmien l-eżamijiet. X’aktarx li dawn jiżdiedu fiż-żgħażagħ li jkunu qed jikkompetu biex jidħlu f’xi Università jew ifittxu xi impjieg. Dawn it-tfal u żgħażagħ jibdew isofru minn attakki ta’ paniku (panic attacks), problemi tal-irqad u ta’ l-ikel (eating disorders). Ġieli ma jkunux jifilħu jersqu għall-eżamijiet daqskemm ikollhom tensjoni. Ibatu ħafna minn stima baxxa tagħhom infushom u jibdew jaħsbu li fallew fil-ħajja. Jien ngħin lil dawn it-tfal u żgħażagħ billi norganizza programmi ta’ rilassament u ngħinhom ibiddlu l-ansjetà tagħhom f’attitudni pożittiva.
Il-programm li ħejjejt għalihom jismu ‘Friends For Life’ u dan jgħinhom jibnu karattru sod u jemmnu aktar fihom infushom. Jekk wieħed jibdel il-mod kif jaħseb, jista’ jibdel il-mod kif iħoss u b’hekk jibdel ukoll il-mod kif iġib ruħu. Mill-esperjenza tiegħi jiena sibt li ħafna drabi l-għeruq tal-problema, ikunu ġejjin mid-dar. L-ebda tifel jew tifla ma jġib ruħu/ha ħażin għal xejn b’xejn. Hemm diversi sinjali li jindikaw li t-tfal ikollhom problema fosthom skartar milliskola, problemi fl-imġiba, nuqqas ta’ ndafa u mġiba vjolenti. Dawn it-tfal ikunu qed jokorbu biex xi ħadd jgħinhom. Inħoss li l-karba tagħhom hija indirizzata lejn is-soċjetà - qed jgħajtu, “Jien imdejjaq! Tista’ tgħinni?”. Ħafna drabi r-rabja li jkollhom toħroġ fl-iskola għax id-dar ma jistgħux jesprimuha. Jien inħoss li l-kriżi iggravat dawn l-aħħar snin minħabba l-problemi kbar li qed jaffaċċjaw il-familji moderni. M’għadx għandna familji magħquda fejn it-tfal iħossuhom milqugħa. Il-firda bejn il-koppji ħafna drabi toħloq sens ta’ insigurtà qawwija fit-tfal. Jibdew iħossu li m’hemmx min jismagħhom. Għoxrin fil-mija tal-każi li ġew għandi għallgħajnuna, kienu tfal ta’ ġenituri separati jew divorzjati. Ħafna minnhom ikunu esperjenzaw ukoll vjolenza domestika. Jien ninduna li jkun hemm problema f’dawn it-tfal mill-mod kif jesprimu ruħhom fit-tpinġija, mill-mod kif jitkellmu u anke mill-ħarsa t’għajnejhom. Problema oħra li qed tinkwetani ħafna hija l-użu ħażin tal-internet u
s-‘social media’ li qed jeqirdu l-ħajja ta’ ħafna żgħażagħ. Qed isir ħafna ‘bullying’ fuq l-internet u fejn qabel dan kien ikkonċentrat fl-iskola, illum sar jilħaq kull rokna tad-djar tagħna u m’hemmx limitu għall-ħsara li jista’ jagħmel. Minn studji reċenti li saru fluniversitajiet ta’ Bristol u Lancashire, sabu li erbgħa minn kull għaxar tfajla li intervistaw, ġew imġiegħla jieħdu sehem f’attività sesswali fuq l-internet. Sabu wkoll li erbgħa u erbgħin fil-mija minn dawn it-tfajliet poġġew ritratti provokanti tagħhom infushom fuq il-media soċjali mingħajr ma ħasbu fil-konsegwenzi. Dawn ir-ritratti ġew ċirkolati fuq ilmedia u dan wassal għal ħafna stress emozzjonali. Din is-sena l-knisja organizzat laqgħat li jiffukaw fuq is-suwiċidju qalb iż-żgħażagħ u l-problemi li jwassluhom biex jaslu sa dan il-punt. F’ Jannar, organizazzjoni li tissejjaħ ‘Mind and Soul’ ħarġet pakkett li jħeġġeġ lillqassisin biex jitħarrġu fuq id-dipressjoni qalb iż-żgħażagħ. Hemm bżonn li l-knisja tkompli taħdem biex intaffu ftit mill-uġigħ ta’ dawn iż-żgħażagħ. Il-ħolma tiegħi hi l-knisja tibda billi tħejji lis-seminaristi biex huma wkoll ikunu kapaċi jaħdmu ma’ dawn iż-żgħażagħ. B’ hekk, dawn jerġgħu isibu posthom fil-knisja. Min-naħa tiegħi jien, minbarra li nagħmel ħilti biex ngħinhom permezz ta’ ‘counselling’, nitlob ħafna għal dawn it-tfal għax nemmen li jekk inpoġġuhom f’idejn Alla, Hu żgur se jieħu ħsiebhom! RM2000 • NOVEMBRU 2016 • 25
Riħa ta’ Saqajn Network Dinji ta’ Talb mal-Papa
INTENZJONIJIET GĦAL NOVEMBRU Ġenerali: Biex il-pajjiżi li jirċievu numru kbir ta’ immigranti jsibu l-għajnuna flisforzi tagħhom ta’ solidarjetà.
Missjoni: Biex fil-parroċċi s-saċerdoti u l-lajċi jikkollaboraw għas-servizz talkomunità bla ma jaqgħu għat-tentazzjoni tal-qtigħ ta’ qalb. Isqfijiet: Għall-moribondi, biex iħossu maġenbhom il-preżenza ta’ Marija, fissiegħa tal-mewt tagħhom.. 26 • NOVEMBRU 2016 • RM2000
NINGĦAQDU MAL-PAPA FIT-TALB
Merħba! Il-Papa jistieden lilna lkoll, hu x’inhu t-twemmin tagħna, biex ningħaqdu flimkien u nitolbu: Biex il-pajjiżi li jirċievu numru kbir ta’ immigranti jsibu l-għajnuna fl-isforzi tagħhom ta’ solidarjetà. Ninġabar Insib il-ħin u post għall-kwiet... Nara lill-Mulej iħares lejja b’għajnejn ta’ mħabba... nistħajlu jurini l-fiduċja kbira li għandu fija u jgħidli li nista’ nagħti l-appoġġ tiegħi lill-opri tajba ta’ solidarjetà... Issa niftakar fil-ħafna nies foqra u mwarrbin fid-dinja... jixxennqu mhux tant għal min jitħassarhom imma għal min irid ikun ħabib tagħhom... wieħed minnhom. Nirrifletti Kif tolqtok din l-istorja? Taqbel jew le mal-għażla li għamlet din il-komunità Nisranija? Kieku int x’kont tagħmel... titlaq minn dik il-knisja jew timpenja ruħek biex tkompli tilqa’ lil dawk in-nies emarġinati? Talba: Nitolbok Mulej biex dari u pajjiżi ma jżommux lura milli jagħtu l-għajnuna tagħhom lill-inizjattivi kollha favur l-immigranti. Agħmel Mulej li din issolidarjetà nuruha kemm bil-kliem u kemm bl-għemil. Kliem ta’ dawl: “Għall-globalizzazzjoni talimmigrazzjoni jinħtieġ li nwieġbu
bil-globalizzazzjoni tal-karità u talkoperazzjoni.” (Papa Franġisku) X’nista’ nagħmel: Neżamina kif tkellimt dwar ir-refuġjati u l-emarġinati f’dawn l-aħħar tlitt Fatt ċkejken:
RIĦA TA’ SAQAJN
Kien l-1987 meta Dolores Mission, parroċċa mill-aktar fqira fl-Los Angeles USA, immexxija mill-Ġiżwiti, iddikjarat lilha nfisha santwarju (iġifieri rifuġju ta’ protezzjoni) għal min hu bla dar. Ftit wara, ħafna nies bla dokumenti mill-Messiku u l-Amerika Ċentrali kienu jiġu jorqdu billejl fil-knisja. Il-Ħadd filgħodu diversi voluntiera tal-parroċċa kienu jagħmlu minn kollox biex inaddfu, imma r-riħa ma kenitx tmur għalkollox. Sintendi kien hemm ħafna tgergir u kien hemm min qatagħha li jmur xi mkien ieħor għall-quddies. Billi ma kellhomx soluzzjoni, il-komunità tal-Ġiżwiti ddeċidiet li tindirizza l-problema waqt prietka djalogata. “Kif tinxtamm il-knisja?” staqsa s-saċerdot. “Riħa ta’ saqajn” wieġeb xi ħadd.
ijiem. Stajt semmejthom b’aktar dawl pożittiv? Naf b’xi inizjattiva favur l-immigranti? Nista’ nagħmel xi ħaġa biex ngħin?
“Imma għaliex din ir-riħa?” staqsa. “Għaliex min hu bla dar raqad hawnhekk” wieġbet waħda mara. “Għaliex se nħalluha tibqa’ sejra ħaġa bħal din?” kompla s-saċerdot. “Għax ħadna dan l-impenn” qal xi ħaddieħor. “U għaliex ħadna dan l-impenn?” staqsihom il-qassis. “Għax kieku Kristu hekk kien jagħmel” irrispondiet mara. “Allura, x’riħa għandha l-knisja?” staqsa għal darb’oħra s-saċerdot. “Riħa ta’ impenn” għajjat wieħed. Il-ġemgħa ferħet bil-kumment. “Riħa ta’ fjuri!” għajtet oħra u kulħadd daħak bil-qalb. Din il-ġemgħa tgħallmet mhux biss taqdi lil min hu emarġinat, iżda wkoll tbati miegħu bħala membru tal-istess familja ta’ Alla. RM2000 • NOVEMBRU 2016 • 27
28 • NOVEMBRU 2016 • RM2000
IT-TFAL: MIN MA JRIDHOMX U MIN IRIDHOM
Fil-ħarġa ta’ Mejju konna ġibna opinjoni ta’ żewġ nisa li ma jixtiqux li jkollhom tfal. Min-naħa l-oħra hemm ħafna aktar nisa li jixtiequ jkollhom it-tfal u ma jistgħux. Fil-ħarġa ta’ Awwissu/Settembru konna ġibna ittra ta’ qarrejja dwar il-konċepiment artifiċjali bl-IVF bħala rimedju għal dawn in-nisa. Konna kitbna wkoll xi ħsibijiet li jgħinuna nifhmu għaliex għall-Knisja dawn ir-rimedji artifiċjali mhux dejjem ikunu skont dak li jrid Alla fil-mod kif inġibu t-tfal fid-dinja. Din id-darba qed inġibu xi reazzjonijiet li kellna ta’ qarrejja dwar tal-ewwel u tat-tieni.
LIN-NISA LI QALU LI MA JIXTIQUX IKOLLHOM TFAL 1. It-tfal frott l-imħabba Għeżież Holly u Nina, Nifhem li mhux kull mara hija maħluqa biex tkun omm... però ma nistax nifhem sew għaliex intom ma tridux li jkollkom it-tfal. U għalkemm tgħidu mod ieħor, wisq nibża li forsi intom stess m’intomx qed taraw sew ir-raġunijiet għaliex ma tridux li jkollkom it-tfal. Jiddispjaċini ħafna għalik Holly meta qrajt li ommok stess kienet tgħid li kieku kellha l-għażla ma kienx ikollha tfal. Nixtieq ħafna nemmen li dak li qalet mhuwiex minnu u li żgur ma jista’ jiddispjaċiha qatt li kellha lilek. Imma jista’ jkun li dak li kienet tgħid ommok qed jinfluenza lilek? Għaliex ma tixtieqx li jkollok it-tfal – għaliex ser ibidlulek ħajtek kompletament? Jista’ jkun li inti u Nina tħossukom komdi wisq fil-ħajja
tagħkom u allura ma tridu l-ebda tibdil li jista’ jneħħi din il-kumdità? Tajjeb ngħidu ukoll li d-deċiżjoni li ma jkollkomx tfal ma tiddependix fuqkom biss, iżda wkoll fuq żwieġkom. Xi jgħidu l-irġiel tagħkom fuq dan issuġġett? Il-mara għandha ħafna x’tagħti u waħda mill-isbaħ esperjenzi li jista’ jkollha hija li ssir omm. Issir omm mhux għax trid hi, iżda għax tant tħobb lil żewġha li lesta twassal dik l-imħabba għall-frott tat-tfal. It-tfal imbagħad huma rigal għall-ġenituri u rigal ukoll għas-soċjetà. Veru li biex ikollok it-tfal trid tagħmel ħafna sagriffiċċji u tnaqqas minn ħafna affarijiet, u titlef ħafna mill-indipendenza tiegħek. Iżda flaħħar mill-aħħar żgur li hija waħda mill-isbaħ esperjenzi fil-ħajja ta’ mara. Għalhekk titilfux din l-opportunità għaliex tkunu ħaristu lejn il-bżonnijiet u l-kumditajjiet tagħkom biss. MF RM2000 • NOVEMBRU 2016 • 29
2. Esperjenza ma tistax tfissirha Jien naħseb li ma hemmx wisq argumenti li wieħed jista’ jġib biex iwieġeb lil Holly u lil Nina. Nasal biex nifhem li ma jħossux li jridu jitgħabbew bil-piż tat-tfal u t-trobbija tagħhom. Wara kollox il-karriera qed timlielhom ħajjithom biżżejjed u t-tfal żgur se jkunu ta’ xkiel. Biss naħseb li bl-għażla li għamlu se jkunu qed jitilfu opportunita’ sabiħa ħafna f’ħajjithom. L-uniku mod kif forsi jistgħu jaslu biex jifhmu s-sbuħija li trabbi huwa li jgħaddu huma stess mill-esperjenza li jsiru ommijiet. Jien bħala omm ma nistax nfisser fi kliem il-ferħ li ħassejt meta ħaddant għall-ewwel darba t-tarbija li wellidt. Ħassejt ġibda fiżika bejni u bejn it-tarbija u din baqgħet dejjem tikber. Hija esperjenza li ma tistax tfissirha fi kliem u għalhekk forsi jibqgħu jsostnu li jħossuhom tajbin mingħajr tfal għax ħadd ma jista’ jfissrilhom dak li tħoss omm meta twelled tarbija. Nittama li forsi xi darba jaslu huma wkoll biex iduqu din l-esperjenza sabiħa! AB
30 • NOVEMBRU 2016 • RM2000
LIN-NISA LI JIXTIQU IKOLLHOM IT-TFAL
Qarrej kitbilna biex jgħid li ma jaqbilx ma’ dak li ktibna biex nispjegaw għaliex il-konċepiment artifiċjali ma jaqbilx ma’ dak li Alla jixtieq fit-twelid ta’ tarbija. Se nġibu hawn xi punti li semma dal-qarrej u nippruvaw nagħtu ftit dawl fuq dak li tgħallem il-Knisja. Jiena ma naqbilx malkonklużjonijiet li wasal għalihom l-awtur għaliex: 1. Ma kkwotax la l-Iskrittura Mqaddsa u lanqas il-maġisteru talKnisja biex jikkonferma dak li qal hu li l-konċepiment artificjali ma jaqbilx mad-duttrina tal-Knisja. Tweġiba: Nirreferi għal dak li tgħallem il-Knisja fl-Enċiklika “Humanae Vitae” tal-Papa Pawlu VI, par.7 u għal dak li jgħid ilKatekiżmu tal-Knisja Kattolika.
2. Ma tistax tikkompara il-problema tal-IVF mal-problema abort u l-ewtanasja għax l-IVF huwa metodu li jipproduċi l-ħajja u l-abort u l-ewtanasja huma metodu li jeqirdu l-ħajja u aħna nafu li Alla biss hu Sid il-ħajja. Tweġiba: L-IVF, l-abort u l-ewtanasja huma kollha modi kif ilbniedem jiddeċiedi kif u meta tibda jew tispiċċa l-ħajja ta’ bniedem. Li hemm komuni bejniethom huwa l-fatt li l-bniedem jieħu f’idejh kontroll assolut fuq il-ħajja u l-mewt nfushom tal-bniedem u mhux sempliċiment fuq kif se jtejjeb ilħajja, li aħna nemmnu li hi rigal minn Alla. Huwa biss is-Sid u l-Għajn tal-ħajja. Aħna l-bnedmin inkunu qed nieħdu f’idejna d-deċiżjoni ta’ min se jgħix u min se jmut u għalhekk ma nibqgħux naraw il-ħajja bħala rigal minn idejn il-Ħallieq. “Il-ħajja tal-bniedem hi qaddisa. Sa mill-bidu
4. Min jagħmel użu mill-IVF żgur li jirrikorri għalih għaliex b’mezzi ordinarji ma jasalx għall-iskop li jkollu f’moħħu, u li tant jixtieq, li jkollu t-tfal. Tweġiba:Il-motivazzjoni tista’ tkun tassew ġenwina u ta’ rieda tajba. Imma, ma rridux ninsew il-prinċipju li “the end does not justify the means”. L-intenzjoni tajba mhix biżżejjed biex azzjoni tkun tassew tajba u korretta. Jekk tisraq biex tagħti karità ma jfissirx li s-serq isir ħaġa tajba.
Tweġiba: Minnu nnifsu ‘kapriċċ’ jista’ jkun xewqa iżda qatt ma jista’ jkun bżonn. Il-bżonnijiet naturali tal-bniedem mhux dejjem ifissru li wieħed għandu dritt iwarrab, jinsa jew ma jirrispettax il-bżonnijiet ta’ xi ħadd ieħor. L-istorja ta’ Abram u Sara tifhimha jekk tqiegħdha fil-kuntest tas-soċjetà antika ta’ żmienhom fejn it-tfal kienu l-futur tat-tribù u n-nisa kienu meqjusa bħala propjetà tarraġel. L-użanzi ta’ dak iż-żmien kienu għadhom ma waslux għall-valuri li ġabilna Kristu. Ġesù wassalna għal triq isbaħ u aħjar.
5. Għaliex ix-xewqa u l-bżonn li jkollok it-tfal ma hix kapriċċ jew xewqa frivola imma hija neċessità li ġejja min-natura tal-bniedem. Tant hu hekk jekk naqraw l-istorja ta’ Abram u Sara, insibu kemm kienu inkwetati għax ma nisslux wild li jiret ġidhom. Irrikorrew għall-espedjent ma tantx sabiħ, iżda Alla, l-awtur tal-ħajja, sab mezz aktar effikaċi min-natura tal-bniedem.
6. U Alla, fis-sapjenza infinita tiegħu nebbah lil bniedem isib mezz kif koppja li għandha l-organi meħtieġa għat-tnissil tal-ulied, b’intervent talbniedem, il-koppja jista’ jkollha tfal. Tweġiba: Jekk nirrikonoxxu li l-intelliġenza u x-xjenza huma don mingħand Alla, aktar u aktar għandna nużawhom skont ir-rieda u x-xewqat tiegħu. Barra l-IVF hemm diversi
tagħha hija turi l-id ħallieqa ta’ Alla.” (Ġwanni XXIII)
mezzi oħra li tagħtina x-xjenza li jirrispettaw aktar ir-rieda t’Alla filwaqt li jgħinu biex ġenituri ikollhom it-tfal li jixtiequ. 7. It-trend tal-Knisja Kattolika taħt ittmexxija tal-Papa Franġisku hi li Alla hu mħabba, il-miserikordja tiegħu favur il-bniedem hija bla qies basta jarah kuntent. Tweġiba: Alla huwa mħabba u mimli ħniena. Proprju għalhekk Alla jixtieq li l-bniedem iwassal l-imħabba tiegħu permezz tal-bniedem lillbnedmin ħutu u mhux jilgħabha ta’ Alla minfloku. Ġesù wera ħniena mal-midinbin u miet għalihom kollha, imma qatt ma qal li dak il-ħażin li setgħu għamlu kien tajjeb. Alla mhux sempliċiment jikkuntentana jrid, qisu xi ġenitur li jrid biss jissodisfa lil uliedu. Iridna nsiru nixbhuh billi naslu li nħobbu kif iħobb hu. Hu ħabbna billi ssallab għalina. Hekk għandna nagħmlu għal xulxin.
RM2000 • NOVEMBRU 2016 • 31
GHAT-TFAL U GHALL-KBAR
Paġna maħsuba minn Claudia Cini
I N V E N Z J O N I J I E T L I Q AT T M A Ħ S I B N A D W A R H O M
IL-MOLLA L-ewwel forma ta’ molla kien il-qaws. Fi Żmien il-Bronż kienu ħolqu speċi ta’ molla tixbah il-pinzetta tal-lum. Il-molla proprja dehret għall-ewwel darba fisSeklu 15 fil-katnazzi u fisserraturi tal-bibien. Fl-istess seklu ġew ivvintati l-arloġġi li jaħdmu b’sistema ta’ molla. Dawn komplew jevolvu sakemm fis-Seklu 16 bdew isiru l-ewwel arloġġi kbar. Fis-sena 1676 il-fiżista Ingliż Robert Hooke skopra l-‘Hooke’s Law’. Il-molla tiġi kklassifikata skont kemm tiflaħ piż. B’kollox hawn 5 tipi differenti ta’ molol. Il-molla tista’ tiġi wkoll ikkassifikata skont il-forma li għandha. Jeżistu aktar minn 20 forma differenti ta’ molol, kollha bl-użu speċifiku tagħhom. Fost dawn insibu molol li jintużaw fl-arloġġi, fis-swiċċis tad-dawl, f’ġugarelli li jaħdmu bil-ħabel, fil-magni, fil-labar tal-inxir u filbajrows. Normalment il-molla tkun magħmula mill-metall, għalkemm issib li huma tal-plastik ukoll. Kurżità: Fl-10 ta’ Awwissu 2013, il-Ġermaniż Lars Oetken kiseb ir-rekord dinji tal-akbar qabża minn fuq molla. Huwa kellu marbuta taħt iż-żarbun żewġ molol u l-qabża li għamel kienet għolja 2.76 metri. Fit-12 ta’ Novembru 2011, l-Amerikan Jesus Villa kiseb ir-rekord dinji tal-akbar kutrunbajsa fl-arja permezz ta’ żewġ molol li kellu ma’ saqajh. Il-kutrunbajsa kienet għolja 1.70 metri u wiesgħa 1.42 metri.
32 • NOVEMBRU 2016 • RM2000
IT-TEJP Il-bniedem tal-bidu kien juża l-għasel tan-naħal u l-kolla tassiġar biex iwaħħal. Filwaqt li l-Eġizzjani tal-Qedem kienu jużaw taħlita ta’ kolla magħmula mill-ġlud u l-għadam tal-annimali biex iwaħħlu saħansitra bċejjeċ tal-għamara. Il-patrijiet ta’ Żmien il-Medju-Evu kienu jużaw l-abjad tal-bajd biex iwaħħlu l-paġni tal-manuskritti tagħhom ma’ xulxin. Fil-1929 l-Amerikan Dick Drew, li kien jaħdem mal-kumpanija 3M, intalab isib soluzzjoni għall-problema li nqalgħet lill-klijient tagħhom li riedu materjal li ma jgħaddix ilma minnu biex isewwu xi pajpijiet. B’hekk ivvinta t-tejp. Għalkemm dan ma solviex il-problema tal-klijent, intgħoġob għax kien tajjeb biex jissiġillaw il-kaxxi bih. Dick għamel aktar minn sena jaħdem fuq il-prodott li vvinta sakemm ġie simili ta’ kif nafuh illum, inkluż li kien ta’ materjal trasparenti. Kulħadd beda jsib użu siewi mit-tejp. Bdew isewwu l-kotba u l-ġugarelli bih. Jeżistu diversi tipi differenti ta’ tejp. Fost dawn insibu t-tejp trasparenti, il-masking tejp, it-tejp il-kannella, it-tejp il-griż, it-tejp tad-dawl u t-tejp kirurġiku. It-tejp jiġi f’ħafna kuluri u qisien differenti. Kurżità: L-akbar ballun magħmul kollu kemm hu mit-tejp kien jiżen 907.18 kili u kellu ċirkonferenza ta’ 3.89 metri. Dan kien magħmul minn Portland Promise Centre fl-Amerika u tlesta fis-6 ta’ Mejju 2011. B’kollox intużaw 6 tipi ta’ tejp differenti. L-Amerikan għalliem Matt Harding flimkien mal-klassi tiegħu għamlu ballun magħmul kollu kemm hu mill-masking tape. Dan kien jiżen 100 libra b’ċirkonferenza ta’ 60 pied.
ADDATTATAMENT MINN
CLAUDIA CINI RIĊETTA 36
DIPS DIP TAŻ-ŻEBBUĠ U BŻAR AĦMAR Għandek bżonn: • 225 gramma bżar aħmar (mill-ħelu) mixwi • 100 gramma żebbuġ aħdar imqatta’ • 3 mgħaref kappar • 2 mgħaref purè tat-tadam • 2 mgħaref tursin imqatta’ • Mgħarfa meraq tal-lumi • Bżar iswed mitħun (kemm tiggosta) Metodu: • Poġġi l-ingredjenti kollha ġo blender u itħan sew. Żomm it-taħlita fil-friġġ u oħroġha 20 minuta qabel tkun ser tużaha.
DIP TAL-BRUNĠIEL Għandek bżonn: • Nofs brunġiela mixwija • Sinna tewm • 2 mgħaref jogart abjad (plain) • Mgħarfa meraq tal-lumi • Kuċċarina żejt taż-żebbuġa • Ftit tursin imqatta’ fin Metodu: • Poġġi l-ingredjenti kollha (minbarra l-jogart u t-tursin) ġo blender u itħan sew. • Żid il-jogart u ħawwad b’mgħarfa. • Ifrex it-tursin fil-wiċċ. • Żomm it-taħlita fil-friġġ u oħroġha 20 minuta qabel tkun ser tużaha.
Kont taf li: Ħadd ma jaf minn fejn oriġina t-tursin? Aktarx li dan oriġina minn Sardinja. It-tursin huwa mill-istess familja tal-karfus, tal-karrotti, tal-parsnip, tal-kemmun, tal-anisi u tal-kosbor. Jeżistu żewġ tipi ta’ tursin: tal-werqa nnuklata u tal-werqa ċatta, magħrufa wkoll bħala tursina Taljana. Ir-Rumani kienu jużaw it-tursin u jemmnu li mingħajru l-ikel ma jkollux togħma tajba. Il-Griegi kienu jużaw it-tursin fir-riti tal-funerali u biex jagħmlu l-girlandi għarrebbieħa tal-logħob tal-isport. Dari kienu jemmnu li jekk tnittef it-tursin int u ttenni isem l-għadu tiegħek, dan imut fi żmien qasir. Jekk togħmod it-tursin frisk ikollok nifs frisk f’ħalqek. It-tursin mhux tajjeb għan-nisa tqal għax iġib ħlas bikri. U lanqas mhu tajjeb għal min għandu problemi fil-kliewi u fil-marrara. Żewġ mgħaref tursin fihom 3 kaloriji.
ĠEDDED L-ABBONAMENT TIEGĦEK Mingħajr l-abbonament u l-offerta tiegħek il-magażin ma jistax ikompli. Għandna bżonn l-għajnuna tiegħek. Għalhekk IMPORTANTI li ġġedded l-abbonament
Ibgħat ismek, l-indirizz u n-numru tat-telefon flimkien mal-ħlas għall-abbonament tiegħek fl-indirizz ta’ hawn taħt. Billi l-magażin jiġi jiswielna €10 ewro fis-sena, qed noħorġu bit-telf. Għalhekk biex tabbona jew iġġedded nitolbuk tibgħat offerta ta' €10 jew aktar (€5 għal min ma jistax iħallas), biex inlaħħqu mal-ispejjeż. Grazzi tal-ġenerożità u l-għajnuna.
Biex iġġedded
PERMEZZ TAL-MOBILE għal min juża GO jew VODAFONE biss Ibgħat SMS fuq dawn in-numri:
5061 9210 jekk tixtieq tagħti offerta ta’ e11.66 (li minnhom e1.16 jmorru għall-operaturi tal-mobile.
IMPORTANTI: Fuq l-SMS ikteb: ismek, kunjomok, l-inidirizz u l-kodiċi postali. Jekk se ġġedded l-abbonament ikteb ir-Reference Number li ssib miktub fuq it-tikketta mwaħħla marrivista li soltu tirċievi bil-posta.
IMPORTANTI min hu abbonat mal-MELITA ma jibgħatx ħlas bl-sms għax ma jgħaddulniex il-flus
NOTA GĦAL DAWK LI GĦANDHOM ĦLAS B’LURA: Biex ma ntellfux il-ġid li tagħmel ir-rivista, s’issa bqajna nibgħatuha wkoll lil dawk li jittardjaw biex iħallsu l-abbonament tagħhom. Jiddispjaċina li, minħabba l-ispejjeż li għandna, dan mhux se jkun possibbli nagħmluh aktar. Għalhekk, kontra qalbna jkollna nwaqqfu li nibagħtu ir-rivista lil min idum iżżejjed ma jġedded l-abbonament
Biex iġġedded
PERMEZZ TAT-TELEFON BALZAN BAĦRIJA BIRŻEBBUGIA BORMLA BURMARRAD FGURA FLORIANA GĦARGĦUR GUDJA KIRKOP LUQA MANIKATA MĠARR MOSTA MQABBA MSIDA RABAT SAFI SENGLEA SIĠĠIEWI SAN PAWL IL-BAĦAR SAN ĠILJAN STA LUCIJA
TARXIEN 2189 7312 2149 2288 XGĦAJRA 2169 0769 21456 7605 ŻABBAR 2166 6267 2165 4518 ŻEBBIEGĦ 2157 5652 2720 6840 ŻEJTUN 2167 7207 2158 1122 ŻURRIEQ 2164 7337 2180 2021 2124 2230 GĦAWDEX 2143 1177 GĦASRI 2155 2613 2169 6336 GĦAJNSIELEM 2155 5518 2164 7040 KERĊEM 2156 4253 2164 2043 MUNXAR 21554621 2189 5174 NADUR 2155 2206 2157 6769 SAN LAWRENZ 2155 6355 2157 4658 SANNAT 2155 4088 2143 3769 VICTORIA 2155 6487 2141 4336 XAGĦRA 2155 3477 2168 3165 XEWKIJA 2155 1329 2123 8804 2145 6824 2168 3890 2169 0019 2146 8132 2157 1854 mur fuq il-website www.rm2000.org 2138 6914 2189 6093 Tista' tħallas permezz tal-PayPal
Biex iġġedded
PERMEZZ TAL-INTERNET
Ċekkijiet agħmluhom f'isem RM2000
GRAZZI MILL-QALB LI L LI QED JIBGĦATU OFF DAWK KOLLHA ERTI U GĦAJNUNA
RM2000 c/o 78, Triq il‐Markiż Scicluna In‐Naxxar NXR 2067 Tel: 2142 0610 • Mobile: 7982 6899 • Email: rmlh@jesuit.org.mt
Carpet ZONE ġentilment joffri Dirt Controller bħala rigal għar-rebbieħ/a tal-Crossword Puzzle
TISLIBA NOVEMBRU Mimdudin: 1. Niġi l-ewwel (6) 4. Qata’ għonq xi ħadd (6) 1. Dan jirrepeti warajk (3) 2. Kmamar għaż-żwiemel (6) 3. Ċaqlieq jew sejħiet għall-dehriet fil-qorti (6) 4. Nofs William xorta jibqa’ isem Irlandiż, forsi Neeson (4) 12. Uża saqajh (4) 14. Mhux jien, l-anqas hu (3) 15 Ħa l-ħin tiegħu, ittardja (3) 16 Sparatura (3) 18. Hekk ġralu l-ġelat fix-xemx (3) 20. Jilwi ma’ kantuniera (4) 21. Tefa’ fil-forn (4) 24. In-numru ta’ biċċiet tal-fidda ta’ Ġuda (6) 25. Tiċpis fuq libsa (6)
26. Narawh fuq it-TV bit-Taljan (1,1,1) 27. Dawn iħammġuhom it-trabi (6) 28. Lenti biex tkabbar fejn tara (6) Weqfin: 1. Frott isfar żgħir (6) 2 Dettalji (6) 3. Mhux morr (4) 4. Lampuka jew sawrella (4) 5. Qassam jew waqqa’ ftit te’ (6) 6. Mod kif tfaħħar prodott biex tbiegħ iktar (6). 11. Noffruh mal-ħobż fil-Quddiesa (5) 13. Dari konna naqlu bih (5) 16. Ma tħallix magħluq (6) 17. Dawn issibhom fir-Rumanija (6) 18. Kelma nsibuha ħafna qabel ma ngħidu Amen (6) 19. Ix-xadina tħobbha ħafna dil-frotta safra (6) 22. Erba’ ittri fuq kurċifiss (4) 23. Mhux ħafna (4)
IMPORTANTI: Ibagħtu t-tweġibiet tagħkom f’dan l-indirizz: RM2000, 78 Marquis Scicluna Str, Naxxar NXR 2067 It-tweġibiet iridu jaslulna sal-aħħar tax-xahar.
REBBIEĦA: Ir-rebbieħ/a tat-tisliba ta’ Ottubru J. Aquilina minn B’Kara SOLUZZJONI TAT-TISLIBA OTTUBRU
Disinn • Outlook Coop
MIMDUDIN: 1. Taqtir 4 Qattus 7. Ara 8. Waddab 9. Rebħet 10. Isem 12. Bidu 14. Nej 15. Dur 16. Ija 18. AKA 20. Kelb 21. Eżaw 24. Umilta’ 25. Pilatu 26. Noi 27. Alakka 28. Mħadda WEQFIN: 1. Tewmin 2. Qaddej 3. Raba’ 4 Qara 5. Taħwid 6. Settur 11. Serje 13. Dumka 16. Ikkura 17. Alpina 18. Ażżard 19. Awgura 22. Ċana 23 Upim
Carpet Zone, Valley Road, B’Kara (opposite Post Office)
Segwi l-esperjenzi u l-avventuri ta’ ħutna l-Maltin u l-Għawdxin fl-artijiet tal-missjoni; esperjenzi li jħalluk bla nifs u bla kliem iżda li jimlewk b’ammirazzjoni għall-kuraġġ ta’ dawn l-eroj tas-skiet! Kun af bil-proġetti ta’ fejda li huma qed iwettqu għall-miljuni ta’ nies filbżonn imxerrda fl-erba’ naħat tad-dinja. Issir taf dan kollu u aktar fil-programm VUĊI MISSJUNARJA li jixxandar kull nhar ta’ ġimgħa fid-9:00p.m. fuq RADJU MARIJA (102.3 FM għal Malta u 107.8 FM għal Għawdex) b’ripetizzjoni kull nhar ta’ Tlieta f' 6:00am, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Dr. Frank Cassar u Helena Sammut.
Mulej, ilqa’ f’Saltnatek il-benefatturi u ħbieb tagħna mejtin: MOSTA MOSTA
Margerita Vassallo Mary Vrbata
vb
SUPERJUR ĠENERALI ĠDID TAL-ĠIŻWITI Il-Ġimgħa 14 t’Ottubru inħatar Superjur Ġenerali ġdid tal-Ġiżwiti Fr Arturo Sosa. Intgħażel mir-rappreżentanti tal-Ġiżwiti middinja kollha miġburin f’Ruma apposta. Fr Sosa huwa mill-Venezuela, fl-Amerika t’Isfel, u jagħlaq 68 sena dan ix-xahar. Kien responsabbli mid-djar internazzjonali talĠiżwiti f’Ruma u Kunsilier tal-P. Ġeneral. Huwa gradwat fil-filosofija, xjenza politika, impenjat fl-appostolat soċjali, professur u Rettur f’università u Provinċjal tal-Venezuela.
Huwa jieħu t-tmexxija tal-Ordni tal-Ġiżwiti minn idejn il-P. Adolfo Nicolas, li wara tmien snin ta’ servizz għaqli, irriżenja minn Ġeneral għal raġunijiet ta’ età u saħħa. Aħna l-Ġiżwiti ferħanin ħafna b’dan il-Ġeneral il-ġdid li huwa l-ewwel wieħed fl-istorja tagħna li mhux ġej mill-Ewropa. Sinjal sabiħ kemm aħna msejħin għas-servizz tad-dinja kollha. Nitolbu għalih biex jaqdi il-Mulej jimlieh b’għerf, qdusija u saħħa, filwaqt li nirringrazzjaw lil P. Adolfo Nicolàs.