Ejj’Oqogħod!
https://unitedwithisrael.org/wp-content/uploads/2014/10/sukkah-1024x768.jpg
Mulej, ejja nagħmlu tliet għerejjex… kważi kważi tenstema’ bħal mhux li kien inkunu l-ġenna hekk, espressjoni li ngħidu meta nkunu skomdi u marsusin fuq tal-linja… imam basta naslu. Il-festa tas-Sukkot, l-hekk imsejħa festa tat-Tabernakli, din is-sena tibda’ nhar it-Tnejn, is-17 t'Ottubru (il15 ta’ Tishri) u ddum għal sebat ijiem, jiġigieri sal-Ħadd, it-23 t’Ottubru. Hawn ta’ min jgħid li propjament, tibda’ ma’ nżul ix-xemx tal-Ħadd, għax ġeneralment jibdew il-festi li jiċċelebraw il-Lhud jibdew minn awl il-lejl. Din il-festa tfakkar il-kenn li kellhom l-Iżjareliti fid-deżert. Jinbnew kabini ċkejknin, qishom kif kienu jinbnew il-kampijiet li jilgħabu fihom fis-sajf it-tfal meta kont żgħira jien u ma kienx hemm M.E.P.A., b’tali mod li jistgħu jiżżarmaw malajr “għax mhux permanenti”. Matul il-ġimgħa tas-Sukkot, jitkantaw il-Hallel (innijiet speċjali ta’ringrazzjament u tifħir) mat-talb talgħabex, filwaqt li il-fidili jxejru dirgħajhom ‘l hawn u ‘l hinn, ‘l fuq, u f’idhom ikollhom “l-erba’ speċi”. Fil-Torah hemm miktub: U int, fl-ewwel jum, tieħu il-frott tas-siġra Hadar (jiġifieri l-“Etrog” kelma li tixbah lit-tronġa tagħna, iżda tfisser tip ta’ ċitru), fergħa tal-palma tat-tamal, fergħa ta’ siġra mmaljata (jintuża rriħan), u ż-żafżafa tan-nixxiegħa. U int għandek tiċċelebra u tqim lill-Mulej Alla tiegħek għal perjodu ta’ sebat ijiem. L-istudjużi jqabblu l-erba’ speċi ma’ erba’ tipi ta’ nies. Iċ-ċitru (hadar / etrog) jfuħ, u fih togħma tajba. Ittamal (təmārîm / lulav ) ikun tajjeb, imam ma tantx fiħ riħa; ir-riħan (es-abot / hadass ) ifuħ iżda m’għandu ebda togħma, u ż-żafżafa (arḇê-nahal / aravah) la fwieħa u lanqas togħma m’għandha. Nistgħu ngħidu li hemm nies li jippossjedu kemm l-għarfien tal-Iskrittura u li jagħmlu atti tajba; dawk li għandhom l-għarfien iżda ma jewttqux atti tajba; dawk li jkollhom atti tajba imma nuqqas ta’ għarfien, u dawk li ma jkollhomx la l-għarfien tal-Iskrittura, u anqas atti tajba. Ta’ min jgħid li dan iż-żmien, din il-festa saret tissejjaħ Ingathering, għax isservi biex jiltaqgħu il-familji flimkien, u hija waħda mit-Tliet Festi li jġibu magħhom Pellegrinaġġ, li skont it-tradizzjoni kellu jitwettaq lejn it-Tempju ta’ Ġerusalemm. Is-Sukkot għandu sinifikat doppju. Dak li jissemma’ fl-Eżodu huwa agrikolu. Jimmarka t-tmiem ta’ żmienil-ħsad. Dak tal-ktieb ta’ Levitiku jsostni dan, iżda jżid tfkira tad-dipendenza tal-Poplu ta’ Iżrael fuq irrieda t’Alla.
L-ewwel jum ikun ix-Shabbat, meta x-xogħol huwa pprojbit. Wara jiġu jiem ta’ Chol Hamoed, meta ċertu xogħol ikun permess. Il-festa tintemm b’Shabbat imsejjaħ Shemini Atzeret. Hawn ta’ min jgħid li barra minn Iżrael (fid-dijaspora) ikun hemm xi differenzi żgħar minn kif tiġi ċċelebrata l-festa hemm. Il-kelma Sukkot hija l-plural ta sukkah, li tfisser kabina, għarix, jew tabernaklu, struttura bil-hitan miksija bil-weraq, ġeneralment tal-palm. Din hija dar temporanja, bħal ma hi ħajjitna f’din id-dinja, li fiha lbdiewa se jgħixu matul iż-żmien tal-ħsad, biex ikunu fuq il-lant tax-xogħol bla ma jitilfu ħin fl-iskariġġ talvjaġġi lejn id-dar. Sadannitant, jitfakkru wkoll dawk l-għerejjex li fihom straħu l-Iżrajeliti matul l40 sena tal-vjaġġ fil-deżert wara l Eżodu mill-jasar fl-Eġittu. Matul il-festa, l-ikliet jittieklu fis-sukkah, u ħafna nies jorqdu hemm ukoll. Ikun tajjeb kieku aħna nagħtu ħarsa madwarna u naraw x’nistgħu nitgħallmu minn din il-Festa talGħerejjex.