Lehen blog fama

Page 1

Il-Fama Famuża http://whyweweb.com/wp-content/uImma kemm huma mportanti il-fama, jew li tkun famuż? ploads/2013/04/Bible.jpg

http://www.tori.ng/userfiles/image/2016/feb/24/Bible8.JPG

Darba fost l-oħrajn, semgħet is-sultana ta’ Saba b’kemm kien famuż Salamun għal kif kien iħabrek għal isem il-Mulej, u marret biex iġġarrbu b’mistoqsijiet iebsa. David u Mordecai ukoll kellhom il-fama li xterdet mal-provinċji kollha. Mose ukoll kien famuż fi żmienu – bħal ma kienu San Pawl u Noe… u Ġona. Hemm xi differenza bejn li jkollok il-fama, u li tkun famuża? Hawn min ikollu ismu fuq fomm kulħadd għax ikun famuż – u hawn min ikollu ismu fuq fomm kulħadd għax ikun ħa l-fama. U hawn min ikollu ismu fuq fomm kulħadd għaż-żewġ raġjunijiet. Ikolli ngħid li aħjar ma tkun famuż xejn, għax: 1. Forsi jidher sabiħ li tgħix għal dejjem, imqar fil-kotba tal-istorja. Imma għalissa, ma tistax tmur tieħu pizza, jew toħroġ b’xagħrek b’ferq ta’ żewġ pulżieri, bla ma jkun hemm xi hadd li jaf min int, u jxandrek. 2. Saħansitra jekk tkun l-iżjed bniedem umli tad-dinja, u xi ħadd isellimlek u int ma tindunax bih u ma ssellimx, malajr tiġri l-kelma li int taħseb li int xi ħaġa. Aħseb u ara jekk tkun famuż. 3. Hawn min hu famuż u jirċievi theddid anonimu mingħand nies li ma jkollhomx atitudni tajba. Hawn min ma jista’ jmur imkien għax isib xi stalker warajh. Sew li jkollok il-liberta li taqbad tal-linja u tmur fejn trid, milli trid isejjah lix-xufier u tara li l-ħġieg skurat tal-vettura jkun imtella’ sa fuq net. 4. Filwaqt li ma jkollokx għalfejn tinkwieta kif ser tħallas il-kont tad-dawl, forsi thewden li ta’ madwarek ser jippruvaw jiffrodawk jew jisirquk, jekk il-fama tiegħek tkun minn dik li tqallgħek ħafna flus, għax tkun celebrita f’xi qasam partikolari. 5. Kull fejn tmur issib xi ġurnalist lest ixandar mal-erbat irjieħ x’kont leibes, ma’ min kont, x’kilt, u x’għamilt. Kultant, jippruvaw jikkompromettuk u jirrabjawk, u meta jirnexxilhom, erħilhom jiġbdu l-vidjos u r-ritratti biex juru kemm int pastaż u arroganti.


6. Il-mara jew ir-raġel tiegħek, il-ġenituri, u uliedek, kollha ser ikunu mċappsa bil-fama tiegħek. Kultant anqas biss jibqalhom identita tagħhom, iżda jirreferu għalihom b’kif jiġu minnek… bħal meta lgħalliem jgħidu “ in-nanna ta’ Tracey”, jew “iz-zija ta’ Sven”. 7. Għajdut, u seksik, u gideb… tliet affarijiet li bħal jiġru warak meta tkun famuż. Kultant, jingħadu ħwejjeġ tant koroh (u mhux vera) dwarek li saħansitra jkollhom effett ħażin fuq il-ħajja tiegħek, u ta’ dawk ta’ madwarek. 8. Kultant, nies famużi oħrajn jikkompetu miegħek, jikkritikawk, jew iwaqqgħuk għaċ-ċajt, allavolja int qatt ma tkun missejt magħhom. 9. Tkun trid toħrog bilfors, allavolja forsi llum għandek aptit toqgħod id-dar għax tawk ktieb sabiħ u trid taqrah, jew ma tħossokx tajjeb għal man-nies… 10. Ikun hemm il-periklu li int tinsa min int… il-maskra li tilbes fil-pubbliku teħel ma’ wiċċek li ma tkunx tista’ taqlagħha. Kultant, anqas biss taf fejn tibda’ int u fejn tispiċċa l-personalita li tkun bnejt b’tant reqqa’. 11. Issib min qed taparsi jħobbok u jammirak; iżda ikunu jridu jużaw lilek, u l-fama tiegħek, biex jiksbu dak li jridu u li jaqbillhom. 12. Il-fama mhux dejjem ittul. Jekk in-nies tinzerta tieħu grazzja ma’ xi ħadd ieħor, u lilek tarmik bħal lumija magħsura… x’tagħmel?

U issa li qrajt dawn it-tużżana kummenti – għadek tixtieq li tkun famuż?


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.