Is-Sliem Għalik, Marija… Picture: http://3.bp.blogspot.com/-09uC0QRHlzI/UMPdyxkGWeI/AAAAAAAAYBI/uXZsBWME9_4/s1600/theimmaculate-conception-il-sassoferrato.jpg Caption: …mimlija bil-grazzja
………………………………………………………………………………………………………
Meta nsellmu lil Ommna Mrija taħt it-titlu tal-Kunċizzjoni, f’moħħna naraw mara sabiħa, titlob, u għajnejha mgħollijaa lejn is-smewwiet. Anqas biss jgħaddilna minn moħħna li suppost li qed nimmaġinaw lil Sant’Anna. Li kellna nistaqsu lil dawk ta’ madwarna x’niċċelebraw f’din fiesta, malajr issib min jgħidlek “X’kull waħda – mhux meta Ġesu ġie mnisssel fil-ġuf bla tebgħa ta’ Marija?” Fil-fatt, kienm għax Marija kienet Omm Ġesu li kienet bla tebgħa. Mingħajr il-grazzja t’Alla, Marija ma kienetx tista’ ttkun bla dnub. Iżda hi, li qalet l-iva tagħha għal Ġesu, stħaqqilha l-privileġġ speċjali li hi stess tkun imnissla mingħar id-dnub oriġinali. Il-Kunċizzjoni bla tebgħa ta’ Marija hija domma tal-fidi li tifridna minn għad kbir ta’ denominazzjonijiet Kristjani. L-ironija hi li uħud minn dawn jisħqu li jekk nemmnu li Marija kienet imnissla bla dnub, mela allura qed innaqqsu mill-glorja ta’ Kristu, u mill-messaġġ li wassal. Il-miraklu ta’ Marija Immakulata, iżda, huwa ta’ importanza kbira fil-pjan t’Alla għas-salvazzjoni tagħna. Il-fatt li Marija ma kellhiex dnub tan-nisel juri li hi kienet pura, mingħajr it-tebgħa li hi xhud talkundizzjoni umana. Bħala Omm Alla, hi ma setgħet qatt tkun suxxettibbli għad-dnub, anqas qabel ma twieldet. U izjed ‘l quddiem, baqgħet emozzjonalment, fiżikament, intellettwalment, u psikoloġikament imbiegħda mid-dnub. Il-Kunċizzjoni tal-Verġni Marija kien parti mill-pjan ta’Alla. Hafna jinsew li l-kunċizzjoni tal-Mulej niċċelebrawha fil-25 ta’ Marzu, disa’ xhur qabel il-Milied. Aħna niċċelebraw in-Natività tal-Madonna (ilBambina) fit-8 ta’ Settembru; disa’ xhur qabel, fit-8 ta’ Diċembru, jkollna il-Festa tal-Kunċizzjoni. Hija ħaġa sewwa u xierqqa li Omm Alla tkun xempju sublimi ta’ glorja u qdusija, biex b’hekk it-trijonf tagħha fuq il-ħażen jiddi iżjed.
Il-Papa Piju IX, fit-8 ta’ Diċembru tal-1854, iddikjara dan il-fatt bħala domma tal-fidi, jiġifieri duttrina li lKnisja tgħallem li ġiet żvelata minn Alla nnifsu. F’Ineffabilis Deus, kiteb, “Aħna niddikjaraw, njippronunzjaw, u niddefinixxu dik l-duttrina li fiha, din l-aktar Bejata Verġni Marija, fl-ewwel istanza tal-konċepiment tagħha, bi grazzja singulari u privileġġ mogħti minn Alla li jista’ kollox, fid-dawl tal-merti ta’ Ġesù Kristu, il-Feddej tal-razza umana, kienet hi mħollija ħielsa minn kull tebgħa tad-dnub oriġinali; u li din hija duttrina żvelat minn Alla…” Fil-kitbiet tal-Ġiżwita Fr John Hardon, insibu li “…għall-Verġni Mbierka, il-ħelsien mid-dnub kien rigal u graazzja speċjai mingħand Alla, u eċċezzjoni għal-liġi, u privileġġ, li ebda’ persuna oħra maħluqa qatt ma sthħoqqilha li tirċievi.” Huwa żbaljat li naħsbu li l-Madonna ma kellhiex dnub oriġinali biex ma tgħaddihx lil Ġesu. Dan, li hu lla, qqatt ma setgħa jkun minsus minn dnub. Din qatt ma kienet parti mill-tagħlim dwar il-Kunċizzjoni.. Li l-Madonna twieldet bla dnub tan-nisel juri l-imħabba t’Alla għall Marija, li tat lilha nfisha għal kollox għas-servizz tiegħu. IL-Kunċizzjoni Immakulata tenfasizza n-natura straordinarja tal-missjoni ta’ Omm Alla; dik li li twettaq il-missjoni fdatha lilha b’moħħha, qalbha, ruħha, u ġisimha. Omm Alla kienet L-Immakulata Kuncizzjoni fid-dinja mimlija dnub. Dan ma jfissirx li hi ma kellhiex bżonn Salvatur jew li hi b'xi mod salvat ruħha nnifisha. Ifisser li Hu għenha biex ma taqax, hekk kif lilna jiġborna meta naqgħu.