Il-Karita https://lh6.googleusercontent.com/NrMgpU22Plk/TWx6xyliF6I/AAAAAAAAHF8/k2hLcptXoeM/s1600/good-samaritan_1.jpg Caption: Jekk trid tieħu l-flus miegħek il-ġenna, ibgħathom mall-proxxmu. Ġid lil kulħadd, deni lil ħadd. San Ġorġ Preca Mela, darba fost l-ohrajn, ir-Rabbi Abraham bar Hiyya ta parir lil martu. “Meta jiġi bniedem fqir , jitolbok biex tagħmel karita miegħu u titimgħu, tih, biex b’hekk, l-istess isir ma’ wliedek. Hi siblet. “Int qed tisħet lil ulienda, li ser isiru tant fqar li jkollhom jittlabu l-karita.” “Af li le, ta. Id-dinja rota.” Issa hawn ta’ min jgħid li Hiyya kien raġel qaddis, mehdi fil-ħwejjeġ tal-Mulej, u fosthom il-karita. Id-dar tiegħu kienet dejjem miftuħa għall-foqra. Fill-fatt jingħad li tant kien twajjeb li lAnġlu tal-Mewt ma kienx jaf kif ser jinfed l-awra ta’ qdusija li kellu madwaru, u għalkemm kien wasal iżżmien li r-Rabbi jmut, dan ma setax jiġri. Mela l-anġlu, li kie jaf bir-reputazzjoni teigħu, libes ta’ bniedem magħdur u fqajjar, u mar iħabbatlu, u r-rRabbi, kif kien dejjem jagħmel, amar lill-qaddejja biex fis iġibu l-ikel. U hawn l-anġlu tkellem. “Int, li tħenn għall-batut, għamel karita miegħi. Ikollok ħniena minni u aċċetta li tmut, biex tiffrankali li nerġa niġi hawn ħafna drabi oħra…” U hekk kien. Hawn min jisħaq li karita ma jagħmilx, għax li għandu ħadem għalih, u mhux lest li jaqsam ma’ ħaddiehor… min irid xi ħaġa, jaħdem għaliha kif ħadem hu (jew missirijietu, jekk il-ġid ikun ġej mill-wirt). Insibu kull skuża biex ma ngħinux lil dak li jkun; forsi dak qed jirreċta… u jaqla’ f’ġurnata kemm naqla’ jien f’xahar. Forsi niġi bżonn il-flus għal xi operazzjoni barra minn Malta, u ma jkollix. Forsi tmurli l-friġġ, jew il-magna tal-ħasil, u niddejjaq nixtri bl-H.P. Forsi, forsi, forsi… Bħal ma għandhom għadd ta’ regolamenti dwar l-ikel u l-ilbies, u ħwejjeġ oħra, il-Lhud għandhom ukoll kitbiet dwar il-karita. Naraw li hemm miktub Ii jekk jiġu għandek tifel u tifla jitolbuk il-karita, jew mara u raġel, int fid-dover li tagħti l-ewwel lit-tifla, u lill-mara… dan għax is-subien u l-irġiel ma jiddejqux jittalbu, iżda għal tiffla u għal mara, li jittalbu jfisser telf ta’ dinjita. Rakkont ħelu dwar ir-Rabbi Chana bar Chanila'I jgħidlina li hu dejjem kien jimxi b’idu fil-but, biex min jitolbu karita, ma jħossux umiljat. Ir-Rabbi Abun għallem li meta jkun hemm il-fqir fi bwiebek, mela allura l-Qaddis Mbierek ikun wieqaf fuq in-naħa tal-lemin tiegħu, lest biex ibierkek meta tagħti l-karita. Ir-Rabbi Isakk niżid li meta wieħed jagħti munita lil raġel fqir, jingħatawlu sitta lura. Imma meta mal-karita jlissen kliem ta’ kuraġġ, mela allura jingħatawlu ħdax. Din tenniha San Frangisk, meta qal “…għax meta nagħtu, aħna naqilgħu…” mhux bilfors ħwejjeġ materjali, iżda paċi, barka, u sliem, li tħosshom meta tkun għamilt xi ħaġa tajba bla ma wrejt lil ħadd u bla ma tistenna’ xejn lura. Inutli nagħmel karita ta’ mijiet ta’ €wro ma’ xi ħadd, biex imbagħad ngħid, “Ara naqra, kelli bżonn kilo larinġ u ma marritx tixtrili…” qisni xtrajt is-servizzi ta’ dak li jkun, għax tajtha l-karita.
M’għandniex xi ngħidu, il-karita mhux flus biss tista tkun. Il-ħin (imqar biex iżżomm it-tfal ta’ xi ħadd għal ftit), il-paċenzja, l-imħabba li tagħti, platt ikel sħun, li taqsam it-talenti tiegħek (imqar biex ittella’ keffa)… dawn kollha meżżi kif nagħmlu l-karita. Ir-Rabbi Joshua b. Korkha qal li kull min jagħlaq għajnejh biex ma jagħtix karita, qisu wieħed li jadura l-allat foloz.