Ir-rivista Sagħtar
Apparti online, ir-rivista reġgħet bdiet toħroġ stampata u issa wasalna għall-ħarġa ta’ Marzu, li qed titqassam f’dawn il-jiem. Bħas-sena li għaddiet, ir-rivista tibqa’ toħroġ sa Mejju, meta kull min għandu abbonament ikun irċivihom kollha, jew bil-posta jew inkella mill-iskola jekk l-abbonament sar bħala grupp.
Sagħtarin għaċ-ċkejknin
Bi pjaċir inħabbru li wara ħafna snin se jerġa’ jkun magħna wkoll Sagħtarin, li ser ikun fih gost u tagħlim għaċ-ċkejknin. Qabel kien ikun fil-format ta’ ftit paġni fin-nofs tar-rivista Sagħtar, iżda did-darba ħsibna li nagħmluh għalih fil-format ta’ activity book. Fil-ġimgħat li ġejjin ikollna aktar dettalji dwaru u kif jinxtara.
Ix-xogħol dwar l-app ġdida ta’ Sagħtar għaddej qatigħ u b’eċitament inħabbru li fil-ġimgħat li ġejjin ser inkunu qegħdin nagħtu aktar dettalji u xi trid tagħmel biex tniżżilha u tużaha. Dan il-proġett qiegħed jiġi ffinanzjat permezz tal-Voluntary Organisations Project Scheme, amministrata mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat. Grazzi!
Komplu ibagħtulna l-kitbiet tagħkom
Infakkrukom li min jixtieq jissottometti xi kitba, inkluża xi
poeżija, artiklu jew storja kreattiva, jista’ jibgħat korrispondenza lil editor@saghtar.org.mt. Żommu f’moħħkom li kull kitba trid tkun immirata lejn studenti ta’ bejn seba’ snin u tnax-il sena. Nieħdu gost jekk ikunu kitbiet mit-tfal stess! Għandna ħafna aħbarijiet sbieħ għat-tfal ta’ kull età li jħobbu jaqraw bil-Malti, u dawn huma xi ftit minnhom! Ftit aħbarijiet mid-dinja kkulurita tas-Sagħtar Minn Fondazzjoni Sagħtar
Hekk kif qiegħed nersqu lejn l-aħħar taxxahar qiegħed nerġgħu nwasslulkom edizzjoni oħra tas-suppliment ta’ kull erba’ xhur Eduka li jitqassam b’xejn malgazzetta It-Torċa. Din ilħarġa tkompli tibni fuq dak li wassalnilkom fix-xhur li għaddew. Issuppliment qabel xejn jinkludi intervista ma’ Abby Camilleri Pearson dwar itteknoloġija assistiva u l-użu tar-robotika fl-edukazzjoni u fis-Sajf. Naraw ukoll kif qiegħed tkompli tinxtered l-imħabba lejn l-ilsien Malti fost it-tfal permezz ukoll tar-rivista Sagħtar.
Fil-paġni ddedikati liċ-ċkejknin tagħna, Rita Azzopardi tkompli twasslilna stejjer b’temi differenti u li jqajmu interess. Inkomplu naqraw ukoll aktar dwar inizjattivi li ħa dan l-aħħar u li se jieħu fil-ġimgħat li ġejjin il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija permezz tar-rubrika ta’ Dr Jeffrey
Pullicino Orlando. L-edukatriċi u esperta dwar mindfulness, Elaine Azzopardi, tikteb dwar kif din il-prattika tista tiġi mplimentata anki fin-natura u f’ambjent li jinkludi l-annimali, fosthom iż-żwiemel. Corinne Cilia, psikoterapista, tagħti ħarsa lejn l-assistenza li għandna nagħtu lillpreadoloxxenti u l-ġenituri tagħhom.
Eduka żgur li għandu jkun suppliment interessanti għal kulħadd. Grazzi lill-qarrejja tagħna tal-kummenti u s-suġġerimenti li bagħtulna fil-ġimgħat li għaddew. Grazzi wkoll lil Robert Caruana li ħa ħsieb id-disinn. Jekk intom, qarrejja tagħna, tkunu tixtiequ li niddiskutu xi temi partikolari nitlobkom ukoll tibgħatuli email fuq kennethvella@hotmail.com
Disinn: design@unionprint.com.mt
Avviżi: Tel: 2590 0200 - adverts@unionprint.com.mt
EDITORJAL
3
Dr Kenneth Vella Editur
Esplora esperjenzi għall-abiltajiet differenti.
Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza, ġie mwaqqaf millKunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija sabiex jippromwovi l-istudji u l-karrieri fix-xjenza, kif ukoll l-għarfien u l-apprezzar taxxjenza fil-ħajja ta’ kuljum. Nemmnu li l-mandat tagħna jinkludi l-membri kollha tas-soċjetà Maltija, fid-diversità tagħhom.
Indunajna li ħafna persuni fuq l-ispettru tal-awtiżmu jieħdu ħafna gost iżuru Esplora, u jesprimu interess u kurżità lejn ix-xjenza u t-teknoloġija. Minbarra dan, xi wħud mill-esebiti interattivi mhumiex biss edukattivi imma anke jipprovdu kontribut sensorjali li jista’ jkun pjaċevoli ħafna.
Tul dawn l-aħħar ħames snin minn mindu ftaħna l-bibien tagħna, ħdimna qatigħ sabiex noffru esperjenzi varji għal viżitaturi fuq l-ispettru tal-awtiżmu. F’dan ir-rigward, kull membru tat-tim tal-Esplora jirċievi taħriġ dwar l-awtiżmu u b’hekk nassiguraw li ċ-ċentru jkun qed jipprovdi esperjenzi inklussivi tal-ogħla livell. Ħloqna wkoll proċeduri dwar kif niffaċilitaw l-esperjenza ta’ dawn il-viżitaturi fuq il-post u sirna membri fl-iskema tal-lanyard tas-Sunflower – li hija inizjattiva internazzjonali li sservi bħala indikazzjoni għal aktar assistenza.
id-DinjaNesploraw u lil Hinn
skennja dan il-QR Code.
Għal aktar informazzjoni,
Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija
Għal aktar informazzjoni, skennja dan il-QR Code.
Aspett importanti ħafna talawtiżmu huwa li l-biċċa l-kbira tal-persuni jesperjenzaw is-sensi b’modi differenti, pereżempju li jisimgħu l-ħsejjes b’mod aktar qawwi jew aktar baxx, u dan jista’ joħloq tfixkil u dwejjaq fil-persuna. Għalhekk f’Esplora nedejna l-inizjattiva Sensory Friendly Hours fejn matulha niftħu aktar kmieni minn ħinijiet normali, u nitfu l-mużika u l-esebiti li huma l-aktar storbjużi.
Esplora,Ċentru Interattiv tax-Xjenza, Villa Bighi, Triq Marina, Kalkara KKR 1320 Għal iktar informazzjoni ċempel fuq 2360 2300 jew ibgħat imejl fuq info@esplora.org.mt
Segwina fuq esplora.org.mt
minn Dr Jeffrey Pullicino Orlando Chairman Eżekuttiv
Xows tax-xjenza u attivitajiet oħra bbażati fuq din it-tema f’Ġunju
Nesploraw id-Dinja u lil Hinn
tal-Covid-19 maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.Għal raġunijiet ta’ Saħħa u Sigurtà, numru ta' miżuri ġew introdotti.Għal aktar informazzjoni, żur is-sit tagħna. VISITOR ATTRACTION Quality assured MALTA TOURISM AUTHORITY Esplora ċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza kien kofinanzjat mill-ERDF Esplora ntgħażel bħala wieħed mill-proġetti emblematiċi mill-Kummissjoni Ewropea
Photo: Matt Thompson
L-impenn tagħna li nappoġġjaw lill-viżitaturi fuq l-ispettru tal-awtiżmu kompla jissaħħaħ billi sirna l-ewwel post f’Malta li ġie ċċertifikat bħala Autism Friendly Space fl-inizjattiva l-ġdida mill-NGO ta’ ħidma soċjali Prisms. Ninsabu ferm kburin b’dan irrikonoxximent tal-ħidma tagħna.
Fil-futur qarib, permezz tas-sapport tal-Bank of Valletta, iċ-Ċentru tax-Xjenza se jinawgura kamra multisensorjali. Din il-kamra toffri spazju mgħammar biex joħloq esperjenzi sensorjali b’mod ikkontrollat u kif xieraq, u li b’hekk jista’ joħloq sens ta’ kalma u sigurtà fil-persuna. Il-viżitaturi jistgħu jiksbu dan permezz tal-apparat li bih hija attrezzata din il-kamra bħall-kolonni tal-bżieżaq illuminati, dwal UV jew fibre optic, waterbed, u apparat tal-aromaterapija. Insibu wkoll diversi apparat interattiv, fosthom ilproġettazzjoni interattiva tal-art.
Din ir-riżorsa tibbenefika mhux biss lil min jinsab fuq l-ispettru tal-awtiżmu iżda wkoll persuni b’kundizzjonijiet oħrajn, fosthom kundizzjonijiet bħal Fragile X syndrome u Down syndrome. Esperjenza multisensorjali tista’ tintuża mhux biss għat-tgawdija iżda wkoll għat-terapija, u xi professjonisti fl-oqsma tal-kura u tas-saħħa jistgħu jagħmlu użu minn dawn it-tip ta’ kmamar multisensorjali biex jgħinu lill-klijenti tagħhom jitgħallmu u jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom.
Nixtiequ li l-użu tal-kamra multisensorjali tkun aċċessibbli għal firxa wiesgħa ta’ nies, u b’hekk installajna wkoll apparat li jista’ jintuża biex jittrasferixxi persuna bejn siġġu tar-roti u l-waterbed. L-istaff tagħna għaddej minn taħriġ fl-użu tal-apparat u dejjem se jkun preżenti waqt li l-kamra tkun qed tintuża. Għalkemm dan kien impenn sostanzjali għalina xorta waħda dħalna għalih għax verament nemmnu fil-valur ta’ din ir-riżorsa u l-valur ta’ min ser jibbenefika minnha.
Inħeġġiġkom biex iżżuru l-Esplora fejn ser issibu firxa wiesgħa ta’ attivitajiet offruti għal nies ta’ etajiet u abbiltajiet varji. Nistennew bil-ħerqa li nkomplu nappoġġ jaw lill-viżitaturi tagħna kollha, ħalli jkunu min ikunu, isibu ambjent akkoljenti fejn nirrispettaw lil xulxin u flimkien niċċelebraw l-avvanzi tax-xjenza.
5
Il-funtana ta’ Tritoni tirrakkonta
Jiena Tumas, wieħed mit-tritoni tal-funtana li ninsab ġewwa l-Belt Valletta. Ili hawnhekk snin sħaħ. Flimkien miegħi hawn żewġt iħbieb oħra, bħali tritoni huma wkoll. Dawn huma Toni u Tarċisju.
Ħafna jaħsbu li l-ħajja tagħna hija monotona għax dejjem nibqgħu fl-istess post, lejl u nhar bla ma niċċaqilqu. Imma xejn minn dan. Ħajjitna mimlija daqs bajda, kull ħin tal-ġurnata. Minn kmieni filgħodu l-Beltin jibdew ħerġin bil-pass mgħaġġel, min biex jaqbad tal-linja u min biex jiddobba xi lift ma’ xi ħadd fi triqithom għax-xogħol jew għall-iskola. Iktar ma jibda jgħaddi l-ħin u jibda jisbaħ sew, il-Belt tinbidel f’belt storbjuża. Nieħdu gost naraw uċuh differenti għaddejjin minn ħdejna. Ommijiet bil-pushchairs bit-trabi tagħhom. Tfal libsin l-uniformi. Irġiel u nisa libsin pulit diħlin għaxxogħol jew inkella biex iqattgħu ġurnata jduru l-mijiet ta’ ħwienet li hemm.
Nammetti li l-elementi naturali ħallew l-effett tagħhom fuqna t-tlieta. Li tqatta’ jiem sħaħ taħt ix-xemx tiżreġ tas-sajf Malti mhix ċajta. Aħna, għalkemm magħmula mill-bronż xorta waħda nħossuha tikwi fuqna. Nieħdu r-ruħ meta l-funtana tkun mixgħula u jtir xi ftit raxx tal-ilma frisk fuqna. Mill-banda l-oħra l-kesħa xxoqq l-għadam tax-xitwa (għalkemm aħna għadam m’għandniex) xorta waħda nħossuha sew.
Għalija l-isbaħ ħin tal-ġurnata huwa malli jibda riesaq il-lejl. Nitpaxxa nħares lejn is-sema mimli kwiekeb ta’ fuq rasna. Billejl huwa l-uniku ħin li nneħħu għal ftit sigħat il-plattin tqil ċomb li aħna nġorru fuq idejna matul il-ġurnata kollha. L-isbaħ żmien tas-sena għalija huwa żmien ilKarnival meta l-Belt timtela briju u ferħ. Kemm nieħu gost nara l-karrijiet ikkuluriti ... tassew il-Maltin huma kreattivi u artistiċi biex joħolqu dan il-ġmiel kollu!
M’ilux ġew iżuruna tlett irġiel libsin pulit. F’rashom kellhom elmu isfar lellux u kienu libsin sidrija safra tixgħel. Bdew iduru magħna u jiġbdulna r-ritratti. Jiena ma tantx nisma’ sew imma sieħbi Toni semagħhom jgħidu li dalwaqt se jaqilgħuna minn hawn u joħduna f’post barra minn Malta biex jagħmluna isbaħ u iktar b’saħħitna. Ħa naraw x’inhu ġej!
6
EDUKA għat-tfal minn Rita Azzopardi
Meta ġew il-pirati!
X’waħda din! Fuq ir-radju għadhom kemm xandru aġġornament speċjali tal-aħbarijiet. Breaking news qalu. Mill-Barrakka ta’ Fuq deher dieħel fil-Port il-Kbir xini talpirati. Kien se jdoqq nofsinhar u għalhekk il-Barrakka kienet mimlija daqs bajda bin-nies, speċjalment turisti jistennew li jaraw lis-suldati jisparaw il-kanuni.
Kien tfajjel ta’ madwar erbatax-il sena li qajjem l-allarm. “Diħlin il-pirati! Diħlin il-pirati!” beda jgħajjat waqt li jipponta sebgħu lejn ix-xini. In-nies inħasdu iktar bl-għajta tat-tifel milli bix-xena li raw fil-Port. Xena li s-soltu mdorrijin jaraw f’xi film iċ-ċinema jew inkella jaqraw dwarhom f’xi ktieb. Imma le! Dak ta’ quddiemhom la kien film u lanqas xi rakkont minn ktieb tal-pirati. Dak kien qed iseħħ tassew quddiem għajnejhom.
Ix-xini kien wieħed antik bi qlugħ iswed faħma bi tpinġija kerha ta’ ras ta’ skeletru fuqu. Fil-pruwa, bi tromba miksija deheb imwaħħla ma’ għajnejh, deher pirata mdaħħal fiż-żmien, b’xagħar twil u nkallat abjad, b’daqna folta u maħmuġa iktar minn xagħru u b’għajn waħda mgħottija. Kien jidher qed jirrabja mal-pirati l-oħra li kienu jidhru ħafna iżgħar minnu fl-età.
Hekk kif ix-xini daħal il-Port u trakka mal-moll, innies għalkemm bdew jibżgħu imma kienu wkoll kurjużi x’riedu dawk il-pirati mingħandhom. Sadanittant laħqu waslu l-pulizija fuq il-post li bdew iżommu lin-nies ’ il bogħod minn hemm. Sa fl-aħħar wieħed mill-pirata l-anzjani tkellem u qal, “Aħna ma ġejniex hawnhekk bi ġlied iżda għax għandna bżonn l-għajnuna tagħkom.” Għal dan il-kliem kulħadd baqa’ miblugħ. Tgħid x’kellhom bżonn mingħandhom dawk il-pirati? Jew kienet xi lixka din? Iżda mbagħad il-pirata reġa’ tkellem u qal, “Aħna smajna kemm intom il-Maltin intom nies ġenerużi u ta’ qalb tajba. Nafu wkoll kemm tagħmlu prodotti mill-itjeb f’din il-gżira. Aħna nixtiequ li ddewquna minn dawn il-prodotti li intom rinomati għalihom.”
Ma’ dan il-kliem in-nies ħadu r-ruħ. Għalhekk wegħduhom li sal-għada kienu se jġibulhom kaxxi kbar mimlija sax-xfar bi prodotti Maltin, fosthom ġbejniet, ħobż tal-Malti u prodotti agrikoli biex ful, tadam u frawli. Il-pirati rringrazzjawhom tal-qalb tajba tagħhom. Huma pattewlhom lura billi stiednu lit-tfal li kien hemm jitilgħu fuq ix-xini tagħhom u jdawruhom fuqu!
7
EDUKA għat-tfal minn Rita Azzopardi
Prattika li tgħinna nintegraw lilna nfusna kompletament (mind, body & soul) f’diversi esperjenzi
withElaine
F’dan l-artiklu ħa nħarsu lejn ir-relazzjoni bejn mindfulness u ż-żwiemel fl-ambjent naturali tagħhom. Iż-żiemel huwa annimal affaxxinanti, b’saħħtu, sabiħ u ta` qawwa kbira. Riċerka li saret mill-Università ta’ Sussex fl-Ingilterra ftit tas-snin ilu fuq 86 żiemel li ġew osservati għal aktar minn ħmistax-il siegħa kull wieħed, ikkonkludiet li hemm xebh impressjonanti bejn il-movimenti tażżwiemel u dawk tal-bnedmin. Fost l-oħrajn insibu il-ftuħ tal-għajnejn beraħ li jindika xi ħaġa allarmanti u meta l-ħuġbejn jitilgħu ‘l fuq huwa sinjal ta’ dwejjaq jew biżà.
Fix-xahar ta’ Frar, numru ta’ tfal bejn il-5 u 14-il sena kellhom l-opportunità li jersqu qrib ta` dawn il-kreaturi meraviljużi u josservaw dan u aktar. Fl-istess ħin jipprattikaw l-prattika ta` mindfulness fl-ambjent naturali hekk kif l-entità Mindfulness with Elaine nediet numru ta’ sezzjonijiet ġewwa l-RMJ Horse Rescue. Din tal-aħħar hija għaqda volontarja li taħdem biex tagħti ħajja aħjar u ssalva żwiemel li jkunu abbandunati jew tneħħew mis-sidien tagħhom għal diversi raġunijiet.
minn Elaine Azzopardi edukatriċi speċjalizzata fil-prattika ta’ mindfulness
8
Sensi
L-użu tas-sensi kien parti integrali f’din l-esperjenza. Ċertament is-sensi tagħna u kemm aħna nkunu konxji tagħhom f’dawn il-mumenti, ħa jagħmlu d-differenza kollha. Il-ħars, is-smigħ, ix-xamm, it-togħma u l-mess huma l-ħames sensi li nitgħallmu nużaw u nagħrfu minn meta nitwieldu. Iżda aktar ma nikbru, aktar jiżdiedu l-affarijiet f’ħajjitna, u ma napprezzawx l-affarijiet / in-nies ta’ madwarna. Nibdew niffunzjonaw fuq dak li jissejjaħ auto pilot u nitilfu li ngħixu l-mumenti li ngħaddu minnhom, speċjalment minn perspettiva ta’ sensi.
Waħda mill-affarijiet li ġew ipprattikati f’dawn is-sezzjonijiet ta` mindfulness kienu eżerċizzji biex iżidu din il-kuxjenza. L-eżercizzji tan-nifs ma naqsux u dan kien preparament importanti biex it-tfal jersqu lejn iż-żwiemel b’mod kalm, saħansitra li tintuża vuċi kalma madwarhom. L-enerġija li jittrażmettu u r-relazzjoni li jibnu t-tfal ma’ dawn iż-żwiemel hija importanti sabiex iżżwiemel jibqgħu kalmi u ma jisfrattawx. Iżda kien importanti wkoll li t-tfal jesploraw kif qed iħossuhom qabel ħarġu għal din l-esperjenza, x’ħassew matulha u saħansitra wara.
Ħadt il-kummenti ta` waħda millparteċipanti fejn qaltilna, ‘ħadt ħafna gost. Fil-bidu kont ftit nervuża għax ma kontx naf x’se jiġri imma malajr irrilassajt speċjalment waqt il-logħob u l-eżerċizzji. Kienu veru interessanti, ta’ pjaċir u interattivi. Iżżwiemel iħossu l-emozzjonijiet tagħna, allura kien importanti li nibqgħu kalmi
meta nkunu ħdejhom speċjalment waqt l-irkib taż-żiemel fejn ħadt gost nesplora dak li kien hemm madwari. Din kienet xi ħaġa li inti Ms Elaine fakkartni qabel irkibna ż-żwiemel biex ninnutaw dak kollu li ħa naraw, nisimgħu, inxommu u nħossu ġewwa fina waqt li għaddejjin qalb ilkampanja. Wara l-irkib, qsamna ma` xulxin il-ħsibijiet, l-emozzjonijiet u l-esperjenzi tagħna bejnietna, li kienu simili iżda wkoll xi ftit differenti minn xulxin’.
Ir-riċerka turina li ‘equine-assisted therapy’ fejn iż-żwiemel jintużaw bħala terapija għal dawk li għaddejjin minn diffikultajiet psikosoċjali, għandha diversi benefiċċji fosthom tgħin li wieħed ikollu aktar kunfidenza fih innifsu u jkollu awtostima akbar. Studju li sar minn Hannah Burgon fl-Istati Uniti lura fl-2014, ikkonferma li meta din it-terapija tingħaqad ma` aspetti ta’ mindfulness, wieħed ikun aktar kalm u rilassat, kapaċi jirregola aktar l-emozzjonijiet tiegħu u jkun aktar awtentiku miegħu nnifsu u fl-aġir tiegħu.
Personalment dejjem infakkar lillqarrejja tagħna li mindfulness ħa jgħinna nkunu preżenti fil-mument u tassew dan il-mument għal ħafna tfal fix-xahar ta` Frar kien vera memorabbli, qalb in-natura u qalb iż-żwiemel. Jiena kuntenta li dan ilvjaġġ ta` mindfulness maż-żwiemel ħa jitkompla fix-xhur li ġejjin għal benefiċċju ta` aktar tfal. Għal aktar informazzjoni, nistedinkom issegwu l-paġna tiegħi fuq facebook, Mindfulness with Elaine: Calming the puppy mind.ċ
9
Opportunità ta’ Robotika anki fis-Sajf
Is-sajf mhux biss żmien ta’ mistrieħ iżda opportunità wkoll biex it-tfal tagħna jieħdu pjaċir jagħmlu attivitajiet u jkollhom esperjenzi li normalment ikunu diffiċli li jsiru matul issena skolastika. Żmien ukoll biex anki jkomplu bl-esperjenza ta’ robotika li normalment ikollhom ukoll fix-xitwa waqt u wara l-ħin tal-iskola Dan minħabba l-iskola obbligatorja u attivitajiet oħra marbuta magħha. Dwar dan tkellimna ma’ Abby Camilleri Pearson, edukatriċi ta’ esperjenza li tħarreġ għalliema fl-użu tat-teknoloġija fl-edukazzjoni.
Kemm temmen li tfal li jkunu bdew l-attivitajiet ta’ robotika matul is-sena skolastika għandhom ikompluhom ukoll matul is-Sajf?
Attivitajiet tar-robotika jgħinu lill-istudenti jiffaċċjaw sitwazzjonijiet fil-ħajja b’aktar kuraġġ u determinazzjoni. Waqt attività tar-robotika int tkun il-protagonist u taf eżatt minn fejn trid titlaq u fejn se tasal. Taf x’se titgħallem u trid issib soluzzjoni. Hawn trid tuża l-ħsieb loġiku tiegħek biex issolvi l-problema li għandek jew tiffaċċja. Trid tanalizza, tipprova soluzzjonijiet diffferenti u tosserva r-riżultat ta’ kull azzjoni li tieħu. Waħdek tirrealizza fejn tkun ħadt żball jew fejn trid timmodifika s-sitwazzjoni biex toħroġ b’soluzzjoni aħjar. Ir-robotika ttik il-kunfidenza biex tipprova modi ġodda ta’ tagħlim biex toħroġ bl-aħjar riżultat. Ir-robotika tħalli lil kull individwu juża l-aħjar mudell tat-tagħlim li hu komdu għalih għaliex m’hemmx mod wieħed biex tasal għarriżultat. L-importanti li jirnexxilek issolvi l-sfida li qed taffaċċja. Mela r-riposta lejn din il-mistoqsija toħroġ ċara. Jekk ir-robotika tkabbarlek l-indipendenza fit-tagħlim tiegħek u tgħinek taffaċċja problemi fil-ħajja u f’kull suġġett ta’ tagħlim b’aktar kunfidenza allura aktar ma tinvolvi ruħek f’dan it-tip ta’ tagħlim aktar se tirnexxi.
Kif ikunu mqassmin is-sezzjonijiet tar-robotika ta’ matul is-sajf, f’ dak li hu kontenut u tul tal-attivitajiet?
Matul is-sezzjonijiet tas-sajf ma’ robocoach l-istudenti se jkunu esposti għal firxa wiesgħa ta’ robotika u għodda relatati mat-teknoloġija biex jistimulaw il-kreattività tagħhom u wisq aktar importanti jtejbu l-ħiliet ta’ ħsieb loġiku. Huma ser jibnu proġetti individwali kif ukoll fi gruppi biex jitgħallmu aktar dwar ir-robotika u affarijiet relatati ma’ dan is-suġġett tant interessanti. Dawk li għandhom l-esperjenza nkomplu nistimulawhom u nesponuhom għal aktar biex ikabbru l-għarfien tagħhom. Dawk li qatt ma kienu esposti jibdew jibnu pass pass u jibbenefikaw mill-aħjar li jistgħu f’dan is-suġġett. Kull individwu ser iħabbat wiċċu ma’ kompitu motivanti u stimulanti għalih biex jitgħallem jagħraf isib soluzzjoni. Kulħadd ser juża dak li jissej jaħ ‘The Design Process’ fejn jaħsbu fil-kompitu preżentat biex jaħdmu u jibnu l-proġett misteni. Waqt dan ilproċess iridu jittestjaw kontinwament biex joħroġ riżultat effettiv u sodisfaċenti. Mhux se jkunu esposti biss għall-bini ta’ robots iżda ħa jkollhom sezzjonijiet ta’ coding u programming biex joħorġu b’soluzzjonijiet għall-kompiti ppreżentati. Se jkollhom attivitajiet differenti li jistgħu jkunu minn siegħa sa erba’ sigħat u saħansitra ftit jiem. Se jkunu esposti għal għall-ipprintjar u disinni 3D, it-teknoloġija tal-green Screen, għall-animazzjoni u l-editjar tal-videos. Ħafna attivitajiet li żgur li se jistimulaw il-moħħ tagħhom u jżommhom impenjati.
Aktar ma tkun espost għar-riżorsi edukattivi tar-robotika minn età zgħira aktar qed tkabbar l-għarfien fis-suġġett li jgħinek taffaċċja aspetti differenti b’indipendenza. Blocks magħmulin bi ħsieb għal preparazzjoni tar-robotika huma ferm importanti. L-għażla vasta Ii għandha x’toffri Engino Education tgħin lit-tfal ikabbru l-għarfien tarrobotika minn età tenera ta’ tliet snin u l-firxa ta’ dawn il-prodotti tibqa’ tielgħa magħhom. Permezz ta’ istruzzjonijiet li jiġu mal-prodott int tkun tista’ tibni robot b’ forom differenti. Eventwalment iżżid mutur biex iċċaqlaq il-mudelli li tibni u bil-mod il-mod tibda ddaħħal sensors u eventwalment programming bi ħsieb. VEX Education jagħti wkoll dan il-pedament sod li jwassalhom għal proġetti li jinbdew b’suċċess. Robots u riżorsi lesti li tipprogramma permezz tal-coding bħal Scottie Go, Sphero u Qobo robobloq huma riżorsi edukattivi ferm sbieħ li bis-saħħa tal-coding u programming tiftaħ orizzonti oħrajn. Dawn u ħafna aktar jistgħu jinxtraw lokalment kif ukoll minn fuq il-ħanut online digital.com.mt
Minbarra t-teknoloġija għal liema suġġetti jkunu qed iħejju lill uliedna l-lezzjonijiet tar-robotika?
Mhix kwistjoni ta’suġġett iżda żvilupp tal-moħħ biex jiġi organizzat b’mod sistematiku u loġiku. Il-programm tarrobotika jipprepara lit-tfal biex jaqsmu problema f’biċċiet żgħar u jitgħallmu joħolqu soluzzjonijiet loġiċi permezz ta’ sekwenza. Dan il-potenzjal fi ħdan persuna huwa ferm importanti għall-isfidi tal-ħajja ta’ kuljum. Għalhekk programm tar-robotika jista’ jiġi inkluż u integrat ma’ kull suġġett u aspett fil-ħajja. Għal aktar informazzjoni fuq korsijiet tar-robotika fis-sajf żur is-sit elettroniku robocoach.com.mt
Qarrejja tagħna li jixtiequ jagħtu xi riżors edukattiv ta’ robotika bħala rigal lil uliedhom, x’tissuġġerixxi?
10
Kif taħdem l-Intelliġenza Artifiċjali (AI)?
Biex tifhem kif taħdem l-Intelliġenza Ariti ċjali, wieħed irid jidħol l-fond f’diversi fergħat tal-Intelliġenza Arti ċjali ujifhem k if dawn l-oqsma jistgħu jiġu applikati d-diversi oqsma tal-industrija.
MACHINE LEARNING
Machine Learning jgħallem magna kif tasal għal konklużjonijiet u deċiżjonijiet ibbażati fuq l-esperjenza tal-passat.
DEEP LEARNING
Deep Learning hija teknika ta’ Machine Learning.
NEURAL NETWORKS
Neural Netwerks jaħdmu fuq il-prinċipji simili bħal taċ-ċelloli Newrali tal-Bniedem.
NATURAL LANGUAGE PROCESSING
Natural Language Processing hija xjenza ta' qari, ftehim, interpretazzjoni ta' lingwa permezz ta' magna.
COMPUTER
VISION
L-algoritmi tal-Computer vision jippruvaw jifhmu immaġni billi janalizzaw l-istess immaġni biċċa biċċa ujistudjaw partijiet differenti tal-oġġetti.
COGNITIVE COMPUTING
L-algoritmi tal-Cognitive computing jippruvaw jimitaw il-moħħ tal-bniedem billi jdawru kliem / diskors / immaġini / oġġetti bil-mod kif jagħmel il-bniedem u jipprova jagħti r-riżultat mixtieq.
mygreatlearning.com
www /ESkillsMalta @eSkills_Malta eskills.org.mt eSkills eSkills
11
Malta Foundation
L-appoġġ ulill-ġeniturilill-preadolexxenti tagħhom
Normalment fil-ħajja ta’ kuljum, iż-żmien ta’ qabel l-adolexxenza, magħruf bl-Ingliż bħala ‘Tweens’, ma tantx jingħata importanza daqs dak ta’ żmien l-adolexxenza. Ittfal ta’ bejn 9 u 12-il sena jidħlu fi żmien ta’ dan it-terminu msej jaħ ‘Tween’. Dan ż-żmien huwa wieħed tranżitorju għaliex jinsab maqbud bejn żewġ livelli bejn dak tat-tfulija u dak taladolexxenza. Mingħajr ma nirrealizzaw, fiż-żmien il-pubertà, ittfal jinbidlu mil-lejl għan-nhar tant li dawk it-tfal li darba kellhom rispett u lealtà lejn il-ġenituri tagħhom jibdew jistaqsu aktar u jibdew jitqanqlu u jirribellaw kontra l-ġenituri tagħhom.
burdati li jkunu qed jesperjenzaw. L-emozzjonijiet u l-ħsibijiet tagħhom ikunu kobba mħabbla. Għaldaqstant wieħed aktarx jistaqsi, “Kif dawn il-preadolexxenti u l-ġenituri tagħhom jistgħu jsibu l-appoġġ li huwa meħtieġ għalihom?” Jiena, bħala Kap ta’ skola kif ukoll bħala Psikoterapista massettur privat, niltaqa’ ma’ ħafna sitwazzjonijiet bħal dawn u nieħu l-okkażjoni li ngħin dawn il-preadolexxenti kif ukoll il-ġenituri tagħhom sabiex isibu mezz ta’ komunikazzjoni bejniethom. Huwa proprju għalhekk li nixtieq naqsam magħkom xi pariri siewja li jistgħu jgħinu lil dawk li jinsabu f’dawn is-sitwazzjonijiet.
L-importanza li żżomm kuntatt mattfal preadolexxenti tiegħek.
Il-preadolexxenti jibdew jikkumbattu kontra l-awtorità kemm dik tal-ġenituri kif ukoll dik tal-edukaturi. Fl-istess ħin, ikunu ddeterminati li jsemmgħu l-punt tagħhom u għalhekk jinħolqu ċerti battibekki. Jista’ jagħti l-każ li għal xi wħud dan kollu ma jkunx jgħodd u minflok issib preadolexxenti li jitilfu d-determinazzjoni tagħhom u minflok isiru introverti u jistħu ħafna. F’dawn iż-żewġ okkażjonijiet kemm il-ġenituri kif ukoll dawn il-preadolexxenti jkollhom bżonn kull sapport meħtieġ.
Għalkemm għal xi wħud dan iż-żmien jaf ikun jidher problematiku, fil-verità jista’ jkun żmien tranżitorju fejn wieħed jagħmel eżami fil-kuxjenza tiegħu sabiex isib lilu nnifsu. Ittħassib komuni li bosta ġenituri qed jesperjenzaw huwa ta’ kif u kemm dawn it-tfal qed jużaw il-medja soċjali jew saħansitra d-deċiżjonijiet mgħaġġla li qed jieħdu. Fost oħrajn hemm ittibdil ta’ kif jorqdu jew jieklu tul il-ġurnata, il-mod ta’ kif jaħarbu mir-responsabbilitajiet tagħhom, in-nuqqas ta’ interess fliskola, komunikazzjoni mill-anqas lejn l-adulti kif ukoll ma’ tfal oħra tamparhom iżda fl-istess ħin jibdew jammiraw aktar lil sħabhom u b’hekk jaf jibdlu l-mod ta’ kif iġibu ruħhomu jew jibdlu l-lingwaġġ tagħhom. Saħansitra jibdew jistaqsu dwar l-orjentament sesswali tagħhom. Għalhekk f’dan l-istadju wieħed ma jridx jinsa li dawn it-tfal ikunu għaddejjin minn tibdil kemm fiżiku kif ukoll ormonali li xi kultant isarraf f’nuqqas ta’ kunfidenza fil-persuna nnifisha jew bil-kontra. Wieħed irid ikun onest u jifhem li f’dan il-perjodu dawn il-preadolexxenti jkunu għaddej jin minn tibdil sħiħ u għalhekk wieħed irid jifhem il-
Nammetti li meta tkun f’din is-sitwazzjoni t-tweġiba mhux dejjem tkun faċli iżda l-ġenitur irid jiftakar li hu huwa l-adult. Min-naħa l-oħra, l-adult irid jifhem li wara kull għajta, daħka vojta jew tidwir tal-għajnejn hemm żvog ħafna drabi f’bikja li mbagħad iwassal awtomatikament għall-apoloġija. Dawn l-azzjonijiet ikunu biss talba biex il-ġenituri jifhmu u jagħtu l-għajnuna li tant għandhom bżonn. Fl-interess ta’ kulħadd huwa importanti li l-ġenituri jitgħallmu ma jeħdux kollox personali. Użajt il-kelma jitgħallmu apposta għaliex naf kemm hu diffiċli biex wieħed jagħmel dan. Minn banda, l-aħjar mezz għallġenituri huwa li jżommu sod l-komunikazzjoni ta’ bejnhom u t-tfal tagħhom iżda fl-istess ħin għandhom iħallu ċerti spazji meħtieġa sabiex it-tfal jikbru u ma joħssuhomx oppressi f’dak li jixtiequ.
Ma jonqosx li l-preadolexxenti jibdew jagħtu kas aktar lil sħabhom imma dan ma jkunx ifisser li jħobbu inqas lill-familja tagħhom. Sempliċiment li jkunu daħlu fi stadju ieħor f’ħajjithom fejn joħorġu minn dik l-isfera protettiva tal-ġenituri tagħhom u jesploraw dinja oħra madwarhom fejn jesperjenzaw diversi relazzjonijiet u ħbiberiji ġodda. Sfortunatament, għalkemm dan il-perjodu jaf ikunu wieħed ta’ ansjetà u ta’ turbulenza kbira kemm għall-ġenituri kif ukoll għall-istess preadolexxenti, xorta waħda jaf ikun żmien ta’ benefiċċju għat-tfal. Xi kultant dawn tal-aħħar jibdew iħossu li l-ġenituri tagħhom ma jkunux immodernizzaw ruħhom għaż-żminijiet tal-lum u fl-istess waqt il-ġenituri jibdew iħossuhom li mhux qed jagħmlu biżżej jed biex jgħinu u jipproteġu lil uliedhom. Għalhekk jibdew jistaqsu u jewdhnu xi jkunu qegħdin jagħmlu ħażin. Biss però l-bażi ta’ kollox hija li jkollok relazzjoni tajba bejn iż-żewġ partijiet. Dan kollu huwa fundamentali waqt dan l-istadju tranżitorju.
F’edizzjoni oħra ta’ dan is-suppliment nagħti ħarsa aktar fiddettall lejn għajnuniet li wieħed jista jagħti sabiex ikun hemm komunikazzjoni effettiva bejn iż-żewġ partijiet.
Corinne Cilia hija l-Kap tal-iskola Medja tal-Kulleġġ Maria Reġina fin-Naxxar kif ukoll Psikoterapista fis-settur privat.
12
minn Corinne Cilia
G’Manġia 21226020 - B’Kara 21490213 - Żebbuġ 21465768 - Fgura 21673332 Naxxar 21 431 152 - B’Buġia 21421 976 - Rabat 21450845 - Luqa 21895248 Qormi 21488950 - Attard 21418315 - San Ġwann 21383947 THE CATHEDRAL OPTICAL one hour service
Il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) fi ħdan il-Ministeru Għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal (MFCS), hija l-aġenzija nazzjonali għas-servizzi soċjali f’Malta u Għawdex. Din il-Fondazzjoni toffri għajnuna minn professjonisti mħarrġin apposta f’dan il-qasam. Il-Fondazzjoni li timpjega ‘l fuq minn 900 impjegat taħdem ukoll flisptarijiet u ċentri tas-saħħa, tmexxi l-linji 179 u 1772 u tikkordina l-inizjattiva tal-Unjoni Ewropeja għal internet aktar sikur permezz tal-programm Be Smart Online! u ċ-Child Web Alert.
Is-servizz ta’ protezzjoni għat-tfal li jingħata millAġenzija Ħarsien tat-Tfal fi ħdan l-FSWS, qiegħed hemm biex iħares lit-tfal kollha li jgħixu f’Malta w Għawdex minn kull forma ta’ abbuż. Servizz ieħor li huwa offrut mill-Aġenzija Appoġġ jingħata lil persuni f’sitwazzjoni ta’ vjolenza domestika. L-aġenzija toffri servizzi kemm lill-vittmi ta’ vjolenza domestika u lit-tfal tagħhom, kif ukoll lil min jabbuża, l-aggressur.
Id-Direttorat Kura Alternattiva (Tfal) huwa direttorat tat-tfal li jsegwi lill-madwar 500 tifel u tifla li huma mħarsa b’care order jew f’kura alternattiva fuq bażi volontarja. Nofs dawn it-tfal jgħixu ma’ foster families waqt li n-nofs l-ieħor jgħixu f’ Djar tat-Tfal. Id-Direttorat imexxi wkoll is-servizzi nazzjonali tal-fostering u l-adozzjonijiet. Permezz ta’ uffiċini ġodda li qed jinbnew f’Santa Venera, dan id-direttorat se jkompli jtejjeb isservizzi tiegħu għall-ġid tal-minuri fis-soċjetà.
L-FSWS illum taħdem ukoll fil-qasam tal-komunità fejn issir ħidma għall-iżvilupp tal-komunità kif ukoll għall-ħidma soċjali fil-komunità (social work in the community). Din il-ħidma titwettaq mill-Aġenzija għas-servizzi Terapewtiċi u tal-Komunità (ACTS). L-għan ta’ din l-Aġenzija huwa li taħdem kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, filwaqt li ssaħħaħ l-iżvilupp talkapital uman u komunitarju.
Fi ħdan l-FSWS insibu wkoll l-Aġenzija Sedqa li taħdem qatigħ kontra l-Abbuż tad-Droga. Minbarra s-servizzi li toffri fiċ-Ċentru tad-Detox, l-Aġenzija Sedqa toffri wkoll servizzi oħrajn. Fost dawn hemm is-servizzi ta’ rijabilitazzjoni f’Ħal Farruġ, servizzi psikoloġiċi, servizzi ta’ prevenzjoni mifruxin ma’ diversi sferi fis-soċjetà, kif ukoll servizzi fil-komunità. F’Ġunju tal-2018 l-FSWS waqqfet ukoll direttorat ġdid f’Għawdex speċifikament biex testendi l-assistenza u l-appoġġ tagħha lil persuni vulnerabbli f’Għawdex. Il-Fergħa ta’ Għawdex tiġbor fi ħdanha diversi servizzi b’risq dawk kollha li jgħixu fuq il-gżira, irrispettivament jekk humiex Għawdxin imwielda u jgħixu f’Għawdex, Maltin li ġew jgħixu f’Għawdex għal raġunijiet varji, kif ukoll barranin li qed jissetiljaw fil-gżira Għawdxija.
L-FSWS hija mpenjata li tkompli tiżviluppa s-servizzi tagħha skont l-esiġenzi u l-bżonnijet tas-soċjetà, biex tibqa’ dejjem fuq quddiem nett u ttejjeb is-solidarjetà soċjali fil-gżejjer Maltin. B’hekk ikun qed jitwettaq ilmotto li l-FSWS qegħdha HAWN GĦALIK!
lftali qalbek u darek...azgliel ii-fostering. Cempel: 1778 Website: https//www.fsws.gov.mt Fondazzjoni gnal Servizzi ta' f=tarsien Socjali Hawn glialik