Eduka Diċembru 2023

Page 1

DIĊEMBRU 2023


4


3

H

uwa ta’ pjacir għalija li qiegħed inwasslulkom ħarġa oħra tas-suppliment edukattiv ta’ kull erba’ xhur Eduka, li jitqassam b’xejn mal-gazzetta It-Torċa. Qabel xejn din l-edizzjoni ma tonqosx milli jkollha artikli li jfakkruna f’dan iżżmien sabiħ tal-Milied. Insibu fost l-oħrajn artiklu miktub minn Alexander Powell dwar il-presepju tipiku Malti u t-tradizzjoni relatata mal-presepju. Għaċ-ċkejknin tagħna hemm ukoll il-paġni ta’ Rita Azzopardi, ukoll dwar dan iż-żmien tant sabiħ u li mingħajr dubju għandhom l-għan li nħeġġu lit-tfal jaqraw aktar u jkollhom imħabba lejn ilqari. Fir-rubrika tiegħu dwar il-lingwa Maltija, il-Professur Charles Briffa jagħti ħarsa lejn kliem u terminoloġiji li huma assoċjati ma’ żmien il-Milied. Abby Camilleri Pearson tagħti ħarsa lejn risorsi u rigali li wieħed jista jakkwista f’dan iż-żmien u li jgħinu lit-tfal jitħarrġu firrobotika. F’din l-edizzjoni ssibu wkoll artikli oħra ta’ interess fosthom dwar is-servizzi offruti mill-Fondazzjoni għas-Servizzi u l-Ħarsien Soċjali. L-edukatriċi Elaine Azzopardi tagħti ħarsa lejn konferenza li ttellgħet ix-xahar li għadda u li fiha ħa sehem ilfilosfu Finlandiż Frank Martela. Għal darb’oħra dan għandu jkun suppliment interessanti għal kull membru tal-familja. Finalment, ħajr speċjali jmur lejn id-diversi kollegi kontributuri li għamlu din l-edizzjoni oħra ta’ tagħrif interessanti, lejn l-edukatriċi ħabrieka Rachel Sladden li tassistini f’kull edizzjoni u lejn Joellson Bezzina li bħas-soltu ħa ħsieb id-disinn. Jekk intom, qarrejja tagħna, tkunu tixtiequ li niddiskutu xi temi partikolari nitlobkom ukoll tibgħatuli email fuq kennethvella@hotmail.com Finalment il-Milied it-Tajjeb u s-Sena t-Tajba lill-qarrejja kollha tagħna. Dr Kenneth Vella Editur

Disinn: Joellson Bezzina - Union Print Co.Ltd - design@unionprint.com.mt Avviżi: Tel: 2590 0200 - adverts@unionprint.com.mt Ħajr: Rachel Sladden


4

Sena ta’ ħidma

Ħ

arsa lura lejn is-sena li waslet biex tintemm turi ħidma bla waqfien f’wieħed missetturi l-aktar importanti f’pajjiżna – l-edukazzjoni. Huwa fatt mhux kontestat li l-edukazzjoni hija l-bażi ta’ komunità b’saħħitha u rikka, u fuq kollox settur li fuqu tistrieħ l-ekonomija ta’ pajjiżna. Kif għadna kemm rajna fil-budget għas-sena li ġejja, is-settur edukattiv kompla jingħata spinta ’l quddiem, għaliex is-settur edukattiv huma filqalba tal-ħidma li qed issir. Budget li jalloka investiment ta’ €910 miljun għallMinisteru li jkopri l-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u minn dawn €870 miljun għas-settur edukattiv. L-edukazzjoni u t-taħriġ huma pilastru importanti biex jittejbu l-kwalitajiet talħaddiema Maltin u Għawdxin ħalli jkunu huma li jaħtfu l-aqwa opportunitajiet.

Permezz tal-investiment fl-edukazzjoni Malta se tkompli tissaħħaħ billi jkun hemm investiment fil-ħiliet tan-nies. Matul is-sena li waslet biex tintemm sar ħafna xogħol. Kienet sena ta’ ħidma biex titfassal millqiegħ nett l-Istrateġija Nazzjonali għallEdukazzjoni l-ġdida li se tieħu lil dan issettur lejn is-sena 2030 u ‘l hinn minnha. Ikunu inutli l-miżuri kollha li jiddaħħlu fis-settur, jekk f’pajjiżna ma’ nagħtux edukazzjoni ta’ kwalità. Edukazzjoni li hija rilevanti għal kull persuna fis-settur, b’mod individwali. Strateġija li mhux biss tpoġġi l-persuna fiċ-ċentru, imma wkoll permezz talpilastri msejsa fuq il-benesseri, il-ħiliet kif ukoll l-inklużjoni, tara li pajjiżna jkollu edukazzjoni ta’ kwalità. Edukazzjoni li tieħu rwol deċiżiv fit-tfassil tal-futur talindividwi u s-soċjetà.

Il-qafas teoretiku tal-Istrateġija Nazzjonali għall-Edukazzjoni huwa msejjes fuq il-kunċett ta’ evoluzzjoni u trasformazzjoni, proċess li jirrikonoxxi l-kisbiet passati u jibni fuqhom, waqt li fl-istess ħin jorjenta ruħu għall-esiġenzi tal-lum u tal-futur. Sena li rat konsultazzjoni bla preċedent li involviet laqgħat ma’ partijiet ikkonċernati kemm interni kif ukoll esterni. Strateġija li nbniet mill-qiegħ, l-ewwel nett mal-edukaturi, li huma msieħba importanti li għandhom ilfutur ta’ wliedna għal qalbhom. Imma konsultazzjoni wkoll ma’ kull settur. Sena li rat diversi strateġiji jiġu aġġornati u li huma wkoll parti importanti minn din l-istrateġija. Id f’id ma’ din l-istrateġija hemm ukoll ħidma permezz tal-Kunsill Nazzjonali għall-Ħiliet biex tiġi żviluppata Strateġija Nazzjonali għall-Ħiliet. Pajjiżna huwa


5 impenjat li jżid l-isforzi biex tkun indirizzata d-differenza fil-ħiliet, dawk magħrufa bħala skills gap. Għalhekk hemm ħidma biex tkun evalwata u jkun hemm ħsieb mill-ġdid tal-mod kif pajjiżna jħares lejn liema ħiliet huma meħtieġa fid-dinja tax-xogħol kemm dik tal-lum kif ukoll dawk futuri.

minn €70 miljun.

Matul is-sena li għaddiet rajna t-twettiq ta’ aktar proġetti infrastrutturali f’dan is-settur. Proġetti li saru kemm millFondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada u wkoll mit-tim kbir ta’ ħaddiema talMinisteru.

Matul din is-sena rajna wkoll titjib fl-istipendji li jingħataw l-istudenti. Riforma fl-Istipendji preskritti u ta’ Prijorità Għolja fl-Università ta’ Malta u l-MCAST biex jintlaħqu l-ħtiġijiet talkapital uman ta’ Malta. Investiment ieħor edukattiv dirett fl-istudent ta’ madwar €6.5 miljun mifrux fuq tliet snin. Għal darb’oħra għola l-massimu ta’ sigħat li student jista’ jaħdem mingħajr ma jitlef l-istipendju li issa qiegħed għal 30 siegħa.

Rajna għalhekk skejjel ġodda f’Ħal Għaxaq, fir-Rabat, Malta, u wkoll isSala/Teatru u Faċilitajiet Sportivi f’Santa Luċija. Se jitlesta x-xogħol fl-Iskola tanNadur u l-Iskola tal-Imsida, u s-sena d-dieħla l-Kumpless Edukattiv fir-Rabat, Għawdex. Se jkompli għaddej ir-rinovar u modernizzar ta’ diversi skejjel madwar Malta u Għawdex, fosthom l-iskola Primarja ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi. Dawn il-proġetti biss ilaħħqu investiment fl-infrastruttura edukattiva ta’ ftit inqas

Se jinbdew il-fażijiet preliminarji fuq l-iskejjel Primarji ġodda fil-Mosta u filMellieħa. Il-proġett waħdu tal-Mellieħa huwa investiment qrib it-€22 miljun. Se jinbeda xogħol fl-Iskola tal-Arti Viżwali u Performattiva.

L-ikbar investiment li l-pajjiż jista’ jagħmel huwa fl-aqwa riżors li għandu - ir-riżors uman. Dan qed isir b’mod konkret billi għal sena oħra tnedew seba’ skemi ta’ boroż ta’ studju b’valur totali ta’ aktar minn €5 miljun. Skemi li

huma opportunità oħra għall-istudenti biex ikomplu l-istudji tagħhom u jiżviluppaw aktar l-għarfien u l-ħiliet tagħhom. Din kienet ukoll sena li eżatt kif skada l-ftehim settorjali tal-edukaturi, bdew mal-ewwel id-diskussjonijiet għal ftehim settorjali ġdid. Diskussjonijiet li kif kien imwiegħed u kif se jitwettaq, se jara li l-edukaturi jingħataw rikonoxximent għal ħidmiethom. Rikonoxximent mhux biss ta’ żieda qawwija u sostenibbli fis-salarji, imma wkoll titjib fil-pakkett kollu. Din kienet sena li fis-settur edukattiv rat ħidma bla waqfien. Ħidma li hija bbażata fuq konsultazzjoni u diskussjonijiet. Ħidma li hija indirizzata bi prijorità biex il-pajjiż jara li l-istudent jingħata dak kollu possibbli biex jilħaq l-aspirazzjonijiet tiegħu. Ħidma li se tkompli tintensifika matul is-sena li deħlin fiha.


6

Nitgħallmu dwar l-Unjoni Ewropea Sa mill-1 ta’ Mejju 2004, Malta hija Pajjiż Membru tal-Unjoni Ewropea. Dan ifisser li kull ċittadin Malti huwa ċittadin talUnjoni Ewropea. Bħala ċittadini tal-Unjoni Ewropea, aħna ngawdu minn ħafna drittijiet u opportunitajiet daqs ċittadini oħra tal-pajjiżi membri fl-Unjoni. Min-naħa l-oħra importanti li nkunu ċittadini attivi Ewropej billi ngħixu l-valuri tar-rispett lejn l-oħrajn u d-drittijiet tagħhom, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza u l-ordni.

Biex nagħmlu hekk irridu nkunu nafu aktar dwar l-Unjoni Ewropea. Is-sit elettroniku, ‘Rokna tat-Tagħlim’ huwa mod wieħed kif nitgħallmu aktar dwar l-Unjoni Ewropea permezz ta’ materjal u logħob fuq diversi suġġetti bħal tagħrif dwar x’inhi u tagħmel l-Unjoni Ewropea u kif taħdem. Minbarra materjal għall-istudenti ta’ kull età, ir‘Rokna tat-Tagħlim’ fiha wkoll materjal għall-għalliema. Sabiex tiskopri iktar fuq dan is-sit ara l-video hawn, jew żur il-paġna - https://learning-corner.learning.europa. eu/index_mt


7

MINN MOĦĦ IL-MALTI mill-Prof. Charles Briffa QRAJNA Fil-folklor tagħna nsibu l-espressjoni “d-daqq tal-qrajna”. Il-kelma “qrajna” (little horn) hija diminuttiv ta’ “qarn”, jiġifieri tfisser qarn żgħir. Fil-bidu ta’ Diċembru t-tfal Għawdxin kienu jmorru għand tal-laħam biex jagħtihom xi qarn ta’ barri jew ta’ baqra. Imbagħad, wara li jnixxfuh, kienu xi jiem qabel il-Milied jinġabru wara l-bieb tal-iskola għad-“daqq talqrajna”; jiġifieri, kulħadd kien joqgħod idoqq il-qarn tiegħu. GAWGAW Fil-folklor jissemma l-“gawgaw” li kien il-ħares li jdher lejlet il-Milied. Dan il-gawgaw kien monstru li flimgħoddi bih kienu jbeżżgħu lit-tfal imqarbin; kien jitfisser bħala waħx li kien joħroġ f’lejlet il-Milied jgħajjat għajta li twaħħax. U l-antenati tagħna kienu jemmnu wkoll li bniedem li kien jitwieled f’nofsillejl ta’ lejlet il-Milied kienu jlaqqmuh il-“gawgaw”. Anzi dari ġieli wkoll kienu dan it-terminu jużawh bħala laqam mogħti lil xi ħadd ikrah biex ixebbhuh ma’ din il-ħlejqa tal-biża’. Il-ġrajja folkloristika tgħid li jekk il-gawgaw, “meta kien joħroġ idur u jgħajjat, f’nofsillejl tal-Milied, kien ibill mustaċċih bin-nida tallejl, ix-xitwa kienet tkun għaddiet, jekk le, kien ifisser li x-xitwa kienet tkun għadha ġejja.” (Il-Miklem Malti) Varjanti tal-kelma huma “babaw, bawbaw, kawkaw, qawqaw”. MILIED It-terminu “Milied” (l-uniku nom mimmat fil-Malti li juri żmien) ġej mill-Għarbi milad li tfisser birthday, imma fl-Għarbi tal-Insara nsibu l-frażi nominali milad jasugħ almasiħ (il-birthday ta’ Ġesù l-Messija) li tqassret għal għid almilad (il-festa

tal-birthday) li l-Malti kompla qassar u żamm biss “Milied” u rriservaha għattwelid ta’ Ġesù. Jiġifieri, ingastata fit-tifsira tal-kelma hemm “it-twelid ta’ Ġesù”. KAVATELL Din il-kelma nsibuha fl-espressjoni l-“kagħak tal-kavatell” li huwa ħelu Għawdxi li nsibuh fil-Milied u fl-Ewwel tas-Sena biss. Dan il-kagħak talkavatell isir billi jinħmew strixxi rqaq ta’ għaġina tal-ħelu, u mbagħad dawk l-istrixxi jbilluhom f’taħlita bl-għasel, spices, u kultant anki b’xi xorb; wara jingħataw forma tonda ta’ torri. Malprogress bdew iservu dan il-kagħak tal-kavatell bil-custard jew b’xi krema mħabbta u anki b’xi frott frisk. De Soldanis jagħti “kavata” (għaġina ħelwa miksija bl-għasel); għalkemm il-kelma ġejja mill-Isqalli, it-tifsira hija purament Maltija – “kavatell” hija varjanti ta’ “kavata”. Fl-Isqalli t-terminu cavata huwa terminu mużikali fis-sens ta’ ħruġ ta’ noti minn strument, imma fl-Isqalli wkoll insibu cavatuni li tfisser għamla ta’ għaġina f’forma ta’ pajp/tubu, speċi ta’ kannelloni. (VSII 182) BOXING DAY L-għada tal-Milied illum insibuh bħala l-Boxing Day. Tradizzjonalment kienu jingħataw il-kaxxi tal-Milied dakinhar; dawn il-kaxxi (li kienu jkunu x’aktarx tal-fuħħar) kien ikun fihom xi flus li kienu jinġabru fil-Milied millapprentisti; l-għada tal-Milied, il-kaxxi kienu jinkisru u l-flus jinqasmu bejn kulħadd. Biż-żmien spiċċaw il-kaxxi tal-fuħħar u bdew jingħataw xi rigali jew xi flus lin-nies tas-sengħa li jkunu ħadmu lil xi ħadd – imma baqa’ l-isem ta’ boxing day (i.e. il-ġurnata tal-kaxxi tar-rigali). U llum ir-rigali jingħataw lil kulħadd.

QARINŻA Il-“qarinża” kienet għamla ta’ rexta folk għall-Ewwel tas-Sena. Fl-aħħar tas-sena, ġemgħa daqqaqa bilkitarri kienu joħorġu billejl, fl-irħula, iduru t-toroq u jdoqqu ferħanin wara l-bibien ta’ nies magħrufa u sinjuri biex jaqilgħu xi ħaġa tal-flus; u kultant dawn il-qarinżisti kienu wkoll jaqilgħu xi tixriba. Il-kelma “qarinża” x’aktarx li ġejja mill-Għarbi tal-Alġerija qarinda li hija għamla ta’ kitarra/mandolina). STRINA Il-kelma “strina” d-dizzjunarji jgħidu li ġejja mit-Taljan strenna (rigal li wieħed jagħti/jirċievi f’okkażjoni ta’ festa annwali); u din hija mnissla milLatin strena (rigal ta’ xewqat sbieħ) minn strenus (qawwi, b’saħħtu). Filpronunzja “strina” hija eqreb lejn ilLatin strena milli lejn it-Taljan strenna; allura jista’ jkun li l-Malti ħadha direttament mil-Latin u dan jista’ jkun minħabba li l-kunċett tal-għoti tarrigali x’aktarx li kien jinstab l-aktar fost il-Maltin tal-klassijiet għolja li kien ikollhom xi ftit tal-edukazzjoni. Issa fil-Malti tal-lum din il-kelma għandha dan it-tifsir: (a) l-Istrina bħala l-ewwel tas-sena; (b) strina bħala rigal (ġeneralment ta’ flus) liż-żgħar fl-ewwel tas-sena; u (ċ) l-Istrina bħala maratona fund-raising għall-ħabta tal-Milied – i.e. maratona ta’ ġbir ta’ flus għall-istituti tal-karità l-għada tal-Milied, jiġifieri fil- Boxing Day.


8

EDUKA GĦAT-TFAL MINN RITA AZZOPARDI

Il-Milied mal-familja F tit suġġerimenti żgħar imma sinifikanti u ħelwinta’ kif tista’ tgawdi l-Milied mal-familja tiegħek u mal-ħbieb:

• oħroġ xi board game u ilagħbu flimkien waqt li tixorbu xi tazza kokotina sħuna u tieklu xi biċċa Christmas Log tajba

• kompetizzjoni għall-iktar ġersi tad-daħk tal-Milied

• ipprova agħmel dar magħmula mill-għaġina talgingerbread u iddekorawha flimkien

• iffilmja lilek u l-familja b’messaġġ sabiħ tal-Milied u ibagħtu lill-familjari/ħbieb li jgħixu barra minn Malta • itfgħu xi film sabiħ tal-Milied u ħudu gost waqt li tieklu ftit popkorn • ħeġġeġ lil xi membru adult mill-familja jilbes ta’ Father Christmas u ħudu ritratt miegħu • osserva u ħu gost tara d-dwal differenti li jsebbħu l-irħula u l-bliet tagħna • morru araw xi pantomima jew xi kunċert tal-Milied bħala familja • inġabru madwar is-siġra tal-Milied u aqraw xi storja sabiħa tal-Milied • ippjana ġurnata ‘ħamra u ħadra’. Ħeġġeġ lill-familjari u ħbieb biex tiltaqgħu għal xi movie night jew tieħdu xi ħaġa tajba flimkien u tilbsu xi ħaġa ħamra jew ħadra tal-Milied

• ħajjar lil min jieħu ħsiebek biex tmorru żżuru xi anzjan jew anzjana li taf li jkunu weħidhom u li m’għandhom lil ħadd min iżurhom • ikteb messaġġi sbieħ tal-Milied (anke permezz ta’ email) lil qrabatkom jew lill-ħbieb • agħmlu xi kraft sabiħa tal-Milied • sibu ħin apposta fejn iżżejnu flimkien is-siġra tal-Milied • żejjen ukoll mal-bieb ta’ barra • iżirgħu l-ġulbiena u ħudu pjaċir issaqquha u tarawha tikber minn darba għal oħra • sibu ħin lejn l-aħħar tal-ġurnata, inġabru madwar ix-xbiha tal-Bambin fil-maxtura u kantaw xi innijiet tal-Milied

X’idea dik... aqra iktar dan il-Milied! Ħ

eġġeġ lil xi membru adult mill-familja tiegħek u għal dan il-Milied agħmlu din is-siġra tal-Milied b’differenza. Xi ġmiel! Kulma għandek bżonn huma ftit kotba skont l-etajiet tat-tfal tiegħek. Jekk trid tista’ wkoll tgeżwirhom fil-karti tal-Milied. Ippustjahom wieħed fuq l-ieħor skuntrati sakemm toħloq forma ta’ siġra. Tista’ wkoll iżżejjinha b’xi ftit tinsel jew xi sett bozoz li jaħdem bil-batteriji. Poġġi wkoll xi stilla jew anġlu fuqnett tas-siġra. Imbagħad, kuljum agħżlu wieħed minn dawn ir-‘rigali’ biex taqraw flimkien.


L-Istorja tal-Erba’ Xemgħat

M

ela darba, f’kamra mdaqqsa, kien hemm girlanda magħmula mill-ħaxix u erba’ xemgħat jixegħlu. Il-fjamma tagħhom, għalkemm kienet qed tnemnem, kienet tagħti d-dawl lil dik il-kamra mudlama. L-ambjent tal-kamra kien wieħed kalm u pjaċevoli...kważi kważi stajt tisma’ lill-erba’ xemgħat jitkellmu!

L-ewwel xemgħa li tkellmet qalet: “Jiena jisimni Paċi. Imma d-dinja saret wisq mimlija gwerer, ġlied, għira u mibegħda bejn il-bnedmin. Ħadd ma jridni nixgħel iżjed.” U hekk ix-xemgħa Paċi ntfiet. Imbagħad tkellmet xemgħa oħra: “Jiena l-Imħabba. Imma llum il-ġurnata ftit huma dawk li jafu eżatt xi nfisser jien. Mhux kulħadd jaf l-importanza tiegħi u għalhekk ħafna jiddeċiedu li jwarrbuni, li jitfuni fil-ħajja tagħhom.” B’qalbha sewda, ix-xemgħa Imħabba ntfiet ukoll. Issa kien imiss lit-tielet xemgħa li ssemma’ leħenha. “Jiena jisimni Ferħ. Ma tantx jagħmel sens li nibqa’ nixgħel għax ma tantx hawn min għadu jfittex il-ferħ ta’ veru.” U

bħax-xemgħat ta’ qabilha, din ix-xemgħa ntfiet ukoll. Dak il-ħin daħal tifel ċkejken fil-kamra. Malli rahom qalilhom: “Hawn x’ġara? x’qegħdin tagħmlu? Għaliex mitfijin? Mela ma tafux li xogħolkom hu li tibqgħu mixgħula? Jien nibża’ mid-dlam.” It-tifel tant kien imdejjaq li nfaqa’ jibki. Imbagħad ir-raba’ xemgħa qaltlu b’leħen ħelu: “Tibżax. Toqgħodx tibki. Jien għadni mixgħula. Flimkien nistgħu nerġgħu nixegħlu lit-tlieta l-oħra. Jiena t-Tama.” B’għajnejh minfuħa mill-biki, it-tifel ħa x-xemgħa f’idu u beda jixgħel it-tliet xemgħat l-oħra. It-tama tagħna m’għandha tmut qatt. Anzi għandna nużawha biex nerġgħu nkebbsu l-imħabba, l-ferħ u l-paċi li nkunu tlifna minn qalbna. Issa li bdejna żmien l-Avvent, żmien it-tħejjija, żmien il-preparazzjoni, tajjeb li nħallu dawn ix-xemgħat jixegħlu f’ħajjitna!

9


10

Teknoloġija assistiva bħar-reader pen twassal student b’diffikultajiet fil-qari għall-indipendenza Intervista ma’ Abby Camilleri Pearson, edukatriċi li tħarreġ għalliema fit-teknoloġija diġitali

Diversi studenti tas-sekondarja fl-iskejjel tal-Istat u tal-Knisja ngħataw reader pen biex jegħlbu l-isfidi li għandhom fil-qari li bis-saħħa ta’ din it-teknoloġija assistiva qed ikollhom aċċess adegwat għall-kurrikulu, biex jistudjaw u jagħmlu l-eżamijiet b’inqas diffikultà. Bis-saħħa ta’ din l-għodda l-istudenti qegħdin ikabbru l-kunfidenza u l-indipendenza fit-tagħlim tagħhom. Irreader pen qed tagħtihom l-għajnuna neċessarja biex inaqsu l-ansjetà minħabba l-isfidi fil-qari li jkunu qed jiffaċjaw. X’diffikultajiet qed jesperjenzaw l-istudenti tagħna meta jiġu biex jaqraw? Saż-żmien li l-istudenti jkunu fl-iskola sekondarja, jista’ jkun diffiċli li ssolvi d-diffikultajiet tal-qari li setgħu ilhom għaddejjin matul is-snin primarji u bikrin. Allura nemmen li t-teknoloġija assistiva fl-iskejjel għandha tiġi implimentata mill-bidu tas-snin edukattivi ħalli mill-ewwel għarfien ta’ xi diffikultà jindirizzaw il-problema b’mod xieraq u effettiv. Din it-teknoloġija assistiva tista’ tgħin ħafna l-ħajja ta’ studenti b’Dyslexia u SpLD. Għal bosta snin edukaturi, kapijiet tal-iskejjel, assoċjazzjonijiet u membri fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni ħadmu bla waqfien biex iżidu u jkompui jagħrfu lillġenituri u l-pubbliku dwar id-dyslexia u diffikultajiet ta’ tagħlim speċifiċi marbuta mal-qari u ftehim ta’ taħriġ. L-edukaturi jaħdmu ħafna biex jgħinu lil kull student biex jitgħallem u jaċċelera fl-edukazzjoni tiegħu biex ikun ta ’suċċess. L-istudenti li għandhom dyslexia jew SpLD ħafna drabi jsibu li anke kompitu sempliċi quddiemhom jikkawżalhom sentimenti kbar ta’ għeja, konfużjoni, ansjetà u biża’ kbira. Iħossu sentimenti ta’ falliment u frustrazzjoni jekk ma jingħatawx l-għajnuna meħtieġa. X’tagħmel ir-reader pen? Ir-reader pen qed tbiddel il-pajsaġġ tat-tagħlim għallistudenti li għandhom dyslexia jew diffikultajiet biex jaqraw u jinterpretaw il-kliem miktub. Din ir-reader pen qisha pinna li tikteb bija, imma daqsxejn aktar goffa. Huwa apparat li jista’ jinġarr kullimkien bla problemi. Tista’


11

żżommha f’idejk, fil-but tal-ġakketta jew qalziet u tqabbad il-headphones kull meta trid taqra xi kelma jew kuntest. Dan l-apparat isir parti integrali minn ħajtek biex jgħinek taqra kulma għandek bżonn tul il-ġurnata tiegħek, kemm l-iskola, kif ukoll meta tmur tixtri ġo ħanut. It-text-to-speech facility fuq ir-reader pen tippermetti lill-istudenti jiskenjaw it-test li jkollhom quddiemhom u awtomatikament l-apparat jaqralhom lura dak it-test mill-ispeaker, jew billi tqabbad ilheadphones u tisma’ għall-kwiet waħdek. Ċerti reader pens għandhom ukoll il-facilità li tiskenja kelma u tagħtik it-tifsira tagħha. Allura tgħin lill-istudenti jfittxu kliem li ma jkunux ċerti minnhom weħidhom u ma jkollhomx bżonn jgħollu idhom biex jistaqsu lill-għalliem. It-teknoloġija assistiva tista’ twassal għall-indipendenza? Teknoloġija assistiva tista’ ħafna drabi tintuża biex tissostitwixxi lill-qarrej uman (human reader). Jekk inneħħu lill-qarrej uman għal ċertu individwi, awtomatikament l-istudent jibda jħossu aktar responsabbli tal-qari u t-tagħlim tiegħu. Huma jsiru indipendenti u jħossuhom aktar kapaċi u huwa għalhekk li r-reader pen jgħin lill-individwu jitgħallem b’mod awtonomu. Din l-għodda tista’ tiġi użata wkoll minn individwi fuq il-post tax-xogħol biex il-ħajja tagħhom tkompli b’indipendenza u trankwilità. Dawn ir-reader pens jistgħu jintużaw fl-eżamijiet talMATSEC? Iva. Il-Bord tal-Eżamijiet tal-Matsec irreveda l-Access Arrangement guidelines fejn kull student li japplika għalleżamijiet tal- MATSEC li ser iseħħu mill-2020 ’il quddiem jista’ jkun eliġibbli għal reader pen skont il-proċeduri meħtieġa li jridu jiġu validati. Ir-reader pens li jintużaw fl-eżamijiet

ikollhom biss it-text-to-speech facility u mhux id-dizzjunarju. Din il-gwida tiddikjara li r-reader pen tista’ tiġi użata minn kull individwu li japplika għal dan l-aċċess biex isir kompletament indipendenti waqt l-eżami tiegħu. Hekk ma jkollhomx bżonn il-qarrej uman biex jassistihom u jużaw biss ir-reader pen indipendentement. Id-Dipartiment tal-Edukazzjoni fetaħ skema biex jgħin lil dawk l-istudenti li jikkwalifikaw għal dan l-appart biex jintuża fil-ħidma tagħhom ta’ kuljum biex jersqu lejn l-eżamijiet b’aktar kunfidenza. Dawn il-reader pens jistgħu jinxtraw lokalment? Energy Investment Limited, huma d-distributuri lokali uffiċjali tal-iscanning pens f’Malta, joffru tagħrif u għajnuna lil kull individwu kif ukoll għall-iskejjel. Jagħtu wkoll ġimgħa prova ta’ reader pen lil kull min tinteressah. Waqt din il-ġimgħa tingħata kwalunkwe għajnuna meħtieġa biex jifhmu kif dan l-apparat jaħdem. Dan is-servizz huwa bl-ebda obbligu li tixtrih. Jagħtu provi kif ukoll taħriġ lil kwalunkwe skola, ġo Malta u Għawdex, li hi interessata timplementa din itteknoloġija assistiva fis-sistema edukattiva tagħhom. Jekk tixtri din ir-reader pen is-servizz ta’ assistenza jibqa’ jingħata kull meta hemm bzonn. Kull ġenitur jew individwu jista’ jikkuntattjana fuq (+356) 2131 7486 u jagħmel appuntament biex jipprova u jara kif jaħdem dan l-apparat. Nistgħu wkoll nitkellmu mal-iskejjel jekk ikunu interessati biex isiru jafu iktar dwar dan is-servizz li qegħdin noffru, u dan isir mingħajr l-ebda obbligu li jixtru. L-għan tagħna hu wkoll li nkabbru għarfien ta’ din it-tip ta’ teknoloġija assistiva f’pajjiżna. Wieħed jista’ wkoll iżur is-sit elettroniku tagħna www.digital.com.mt biex jixtri jew jagħmel kuntatt magħna.


12

Mindfulness - Prattika li tgħinek tifhem is-sens u l-valur tal-ħajja Minn Elaine Azzopardi, edukatriċi speċjalizzata fil-prattika ta’ Mindfulness

I

l-bniedem huwa pprogrammat b’mod li jipprova jsib sens f’ħajtu. Persuna ssib raġuni għaliex għandha tgħix, tkun kapaċi ġġorr u taffaċċja dak kollu li tiltaqa’ miegħu f’ħajjitha (Baumeister & Vohs; Friedrich Nietzsche/ Victor Frankl). Dawn kienu l-kliem li beda l-konferenza biha Dr Frank Martela meta ġie mistieden f’konferenza dwar is-sens tal-ħajja. L-entità tagħna kienet involuta direttament fl-organizzazzjoni ta’ din il-konferenza. Dr Martela huwa filosofu Finlandiż u riċerkatur fil-psikoloġija ġewwa l-Università Aalto fil-Finlandja. Hu jirriċerka u jipprova jsib risposti għal x’inhuma l-affarijiet li jgħinuna ngħixu ħajja sensata. Wieħed jista’ jistaqsi, x’hemm f’ħajjitna li jagħmel sens? Dan nirreferu għalih permezz tat-terminu ‘meaningful’. Ir-risposta suġġettiva ta’ din se tkun differenti minn persuna għal oħra. Jaf għal xi wħud tfisser li tkun tifforma parti minn familja li tħaddan fiha l-valuri tal-imħabba u l-għaqda. Għal oħrajn li tkun tifforma parti minn għaqda reliġjuża jew li jkollok ħbieb tal-qalb li tissapportjaw lil xulxin jew li tkun bnejt karriera u suċċess. Kollha għandhom tifsira differenti u jappellaw skont x’valur kull persuna jagħti għal kull waħda minn dawn l-affarijiet li ssemmew qabel. Ċertament, kif il-persuna tħares lejn x’tagħmel sens għal ħajjitha se tkun il-forza li se timmotivaha li tibqa’ għaddejja minflok taqta’ qalbha. Ir-riċerka turina li l-benefiċċji li wieħed isib dan is-sens f’ħajjitna huma bosta. Fost l-oħrajn insibu, saħħa fiżika u mentali aktar sana, rata aktar baxxa ta’ dipressjoni, u t-tnaqqis fil-konjittiv relatat mal-età, jimxi b’rata aktar il-mod. Dr Martela tkellem ukoll fuq kif irridu nitgħallmu naċċettaw dawk l-affarijiet li f’ħajjitna ma nistgħux inbidlu. Ma’ din inżid, dawk l-affarijiet li ma nistgħux inbidlu għax m’għandniex kontroll fuqhom. Fil-prattika ta’ mindfulness nitgħallmu nagħmlu billi nkunu konxji ta’ x’inhuma dawn l-affarijiet u nħarsu lejhom b’ċerta kurżità mingħajr ma nitħabblu fihom. Nimmaġinaw li huma qishom karrozzi tal-linja li għaddejjin fit-triq u aħna qed nosservawhom minn fuq il-bankina. Hija għażla tagħna jekk nitilgħux fuq tal-linja jew inkella

nħalluhiex għaddejja. Dan ifisser li jekk inġorruhom magħna jew le jiddependi minna. Fl-aħħar mill-aħħar, għalkemm kull wieħed u waħda minna m’għandniex kontroll tassitwazzjonijiet, għandna kontroll totali fuq kif nirrispondu lejhom. Li nieqfu, nieħdu pawsa u nikkonċentraw fuq in-nifs, kif dejjem tkellimna f’artikli preċedenti, tgħinna ma nirreaġixxux f’dawn il-mumenti. U hekk kif il-Milied qiegħed kważi magħna, din it-teknika hi importanti li nżommuha f’moħħna. Il-Milied huwa marbut ma’ ferħ, festi, rigali u ikel abbondanti. Iżda jaf iġib ukoll diqa għal xi wħud. Għalhekk għandna dejjem niftakru nkunu sensittivi għal ħaddieħor għax kulħadd qiegħed jiġġieled battalja siekta li aħna forsi ma nafux. Nispiċċa bi ħsieb żgħir li qasam Dr Martela mal-parteċipanti fil-konferenza fejn qal li l-bniedem jagħmel sens ta’ ħajtu permezz ta’ kif jirrelata u kemm iħossu konness ma’ ħaddiehor. U allura jien ngħidilkom, kunu ġenerużi dan il-Milied u servu ta’ widna jew u qalb tajba ma’ ħaddieħor, kemm ma’ dawk li tafu li qed iġġarrbu n-niket imma wkoll mal-oħrajn li forsi t-tbatija tagħhom ma tidhirx. L-entità tagħna tixtieq tawgura lill-qarrejja Milied hieni u sena ġdida mimlija tama u prosperità. Għal aktar informazzjoni nħeġġiġkom sabiex isegwu l-paġna tagħna ta’ Facebook bl-isem ta’ Mindfulness with Elaine.


Minn Betlehem sa Greccio L ejlet il-Milied tal-1223, San Franġisk t’Assisi ċċelebra t-twelid ta’ Ġesù Bambin billi waqt il-quddiesa ta’ nofsillejl, f’għar fi Greccio, fuq il-wied ta’ Rieti, irrappreżenta dak li seħħ f’Betlehem 1200 sena qabel. Ried li l-għajnejn tal-bnedmin jaraw dak li Alla għamel għalina meta sar bniedem qalb il-faqar, kien mimdud f’maxtura tal-annimali u nieqes mill-ħtiġijiet kollha li tarbija tat-twelid għandha bżonn. Bil-Bambin fil-maxtura, baqra u ħmara, f’lejl imdawwal mill-fanali u t-torċi li ġew bihom il-patrijiet u n-nies ta’ Greccio, Franġisku intona l-Vanġelu u għamel omelija tal-akbar imħabba, b’għajnejh imxarrba fid-dmugħ, u b’devozzjoni kull darba li jsemmi lit-Tarbija ta’ Betlehem jilgħaq xofftejh biex iħoss il-ħlewwa tal-kelma. Meta Franġisku refa’ l-Bambin minn ġol-maxtura, kien hemm min rah jieħu l-ħajja. Jgħidilna San Bonaventura,” Żgur li Ġesù Bambin ħa l-ħajja fil-qlub ta’ dawk preżenti u li fihom kien rieqed”. Dan il-Milied, il-ġrajja qaddisa ta’ San Franġisk fi Greccio tagħlaq 800 sena. Avveniment li ta ħajja speċjali u tifsira ġdida lill-presepju mqaddes. Il-presepisti u dawk kollha li jħobbu l-presepju qed jiċċelebraw dan l-anniversarju. Presepju kbir artistiku li qed juri din il-ġrajja qaddisa huwa dak ta’ Alex Powell li qed ikun esebit f’Garaxx Nru 40, Triq Ħal Qormi, Ħal Farruġ, Luqa, (quddiem il-bini l-ġdid tal-Isptar San Vinċenz de Paule). Dan hu presepju li ilu jiġi armat mill-1988, 35 sena. Presepju, b’pasturi artistiċi maħduma mill-artist Pierre Bugeja, li l-partikolarità tiegħu ilha snin tidħol ġo fih, taħt l-istess sema’ mkewba li taħtha qegħdin il-pasturi. Mela wieħed ikun jinsab qalb ix-xeni biex iħossu parti minnhom. Ix-xeni juru diversi misteri bħat-tħabbira divina tal-Anġlu lil Marija Verġni, u ż-żjara lil Eliżabetta, it-tfittxija għall-kenn f’Betlem u t-twelid mistiku ta’ Ġesù Bambin flimkien mat-tħabbira tal-anġlu lir-ragħajja fqajra, il-wasla tal-maġi fuq iż-żwiemel u l-ħarba tal-Familja Mqaddsa lejn l-Eġittu. Fl-okkażjoni tal-anniversarju li qed

niċċelebraw, din is-sena qed tiżdied ix-xena tal-ġrajja għażiża fi Greccio, meta l-fqajjar Franġisku refa’ t-tarbija ta’ Betlehem minn ġol-maxtura, imdawwar mill-patrijiet sħabu u n-nies tal-post. Waqt li żżur dan il-presepju, ħalli litTarbija ta’ Betlehem tieħu l-ħajja f’qalbek bħal dawk li kienu preżenti fi Greccio 800 sena ilu. Esperjenza li m’għandekx titlef dan il-Milied. Il-presepju se jkun għall-wiri mill-Ħadd 17 ta’ Diċembru 2023 sal-Ħadd 7 ta’ Jannar 2024, kuljum mill-5.30pm sat8.30pm, Ħdud u festi mill-10.00am sa nofsinhar u mill5.30pm sat-8.30p.m. Gruppi li jkollhom bżonn xi ħinijiet differenti jistgħu jaċċessaw il-paġna ta’ facebook ta’ Alexander Powell u jħallu messaġġ jew email alex27powell@gmail.com, jew iċempel 79701927.

PRESEPJU

Minn Betlehem sa Greccio 800 sena mill-Presepju ta’ San Franġisk t’Assisi 1223-2023

Garaxx Nru 40, Triq Ħal Qormi, Ħal Farruġ, Luqa

Mis-17 ta’ Diċembru 2023 sas-7 ta’ Jannar 2024 5.30pm sa 8.30pm Ħdud u Festi 10.00am-12.00pm 5.30pm -8.30pm

13


14

Fondazzjoni Sagħtar fi żmien il-Milied

Ġurnata wara l-oħra reġa’ wasal Milied ieħor, u Fondazzjoni Sagħtar għandha ħafna x’toffri f’dan iż-żmien sabiħ Claudia Cini. Imma apparti d-dwal u l-kalzetti, għall-Maltin ma jkunx Milied jekk ma jarmawx il-presepju! Il-presepju hu parti integrali mill-Milied tagħna, aspett artistiku u folkloristiku ewlieni fil-kultura ta’ pajjiżna. Imma kif oriġina l-presepju? Taf li bħalissa qed infakkru t-800 sena millewwel presepju, li sar minn San Franġisk t’Assisi? Dan kollu spjegat fid-dettall fl-artiklu ta’ Joseph C. Camilleri. Tiskanta kif il-Milied ukoll għandu assoċjati miegħu numru ta’ mostri leġġendarji, ħafna minnhom maħluqin fl-immaġinazzjoni biex iwissu t-tfal ħa jġibu ruħhom sew fil-Milied u matul is-sena kollha. Il-folklorista Ġużi Gatt jagħtina lista tagħhom, spjegati bl-istil interessanti tiegħu. U min iħobb iħejji xi ħaġa tajba għall-Milied ta’ min jara r-riċetta tal-Christmas log li qed twasslilna Maria Laura Vella Clark, b’ingredjenti bnini u mingħajr ħafna zokkor. Michael Spagnol u Rita Saliba jagħtuna żewġ poeżiji ħelwin relatati mal-Milied, waħda dwar anġlu li ħarab u ma jistax jinstab u l-oħra dwar il-presepju. Dan minbarra poeżija ta’ Mario Azzopardi li qed nerġgħu nippubblikawha wara li dehret l-ewwel darba fir-rivista iktar minn 50 sena ilu, biex niċċelebraw il-patrimonju kbir tas-Sagħtar, u poeżija oħra miktuba minn student fil-paġna “Mill-Pinna Tagħkom” bil-kitbiet tal-istudenti. Dil-paġna, li qed terġa’ ssir regolari kull xahar, fiha wkoll żewġ kitbiet oħra tal-istudenti. Issibu wkoll xi stejjer dwar il-Milied, bħall-paġna regolari talfamilja Borg bi storja dwar il-ħelu tal-Milied, jitfaċċaw Fleur u Lee fl-istorja “Il-Mistieden” ta’ Tanja Cilia, rakkont retro ieħor ta’ Roberta Bajada bit-titlu “Riħa ta’ Milied”, u l-istorja ħelwa “Ir-Reċta tal-Milied” ta’ Maria Attard.

Is-Sagħtar ta’ Diċembru Għal Diċembru 2023 il-Fondazzjoni ħejjiet ħarġa millisbaħ tas-Sagħtar – edizzjoni 381 – b’diversi artikli, stejjer, poeżiji, logħob u kompetizzjonijiet relatati ma’ dan iżżmien maġiku. Ejjew inqallbu l-paġni ta’ din l-edizzjoni u naraw x’qed toffrilna. F’dan iż-żmien kull fejn tħares tara dwal ta’ kull kulur ipetptu u joħolqu atmosfera ferrieħa. Imma taf kif bdew id-dwal tal-Milied, jew il-fairy lights? U l-kalzetta, li nimlewha b’sorpriżi sbieħ għal dawk li nħobbu? Tista’ ssib informazzjoni u kurżitajiet dwar dawn fl-artiklu ta’

Però s-Sagħtar mhux dwar il-Milied biss. Issibu l-proġetti ARTek u Maxti u l-Forom, artikli dwar il-ħwejjeġ, illetteratura klassika, l-ortografija Maltija, il-video games, il-Pjaneta Marte, sportivi famużi u ħlejjaq min-natura, u oħrajn ta’ entitajiet li jaħdmu għall-ġid tas-soċjetà Maltija, il-paġna Stilel dwar il-kantanta żagħżugħa Yulan, ir-Rokna Poetika, il-komik, iċ-ċajt u l-ħaġa moħġaġa, it-tisliba u logħob ieħor u xejn inqas minn 8 kompetizzjonijiet bi premjijiet sbieħ, stejjer u iktar, u l-karattru Bobot, li qed nintroduċuh dax-xahar… Insomma, xalata ta’ qari u gost għal kulħadd!


15

Sagħtarin

magħrufa.

Ix-xahar li għadda ħarġet l-ewwel edizzjoni ta’ Sagħtarin mis-sett ta’ din is-sena. Dan hu ktieb tal-attivitajiet immirat għat-tfal iż-żgħar, mimli logħob, tpinġija u qari u kitba ħafifa. Fih logħob bl-alfabett u n-numri, tqabbil u jigsaw puzzles, il-logħba “Sriep u Slielem”, kitba ħafifa u paġni ta’ tpinġija. It-tfal tas-snin bikrin qed jilqgħuh tajjeb ferm. Wara l-ħarġa ta’ Novembru issa jmiss ta’ Jannar, Marzu u Mejju.

Idħlu fis-sit www.saghtar.org.mt għal aktar informazzjoni u biex tordnawhom.

Pubblikazzjonijiet oħra Fondazzjoni Sagħtar għandha numru ta’ pubblikazzjonijiet oħra li jittrattaw żmien il-Milied: • Il-Milied, Leġġendi u Ġrajjiet (Carmel G. Cauchi) Avveniment importanti bħat-twelid ta’ Ġesù bilfors ikollu marbutin miegħu xi ġrajjiet u leġġendi. Il-ktieb fih seba’ leġġendi magħrufin, waħda oriġinali tal-awtur u erba’ ġrajjiet marbutin mal-Milied li seħħew tassew. • Leġġendi tal-Milied (Carmel G. Cauchi) Ktieb bi tnax-il leġġenda marbutin mal-Milied li jqanqlu sens ta’ ferħ u mħabba, miġburin mill-Ewropa u pajjiżi oħra, miktubin b’Malti sabiħ u bi stil sempliċi u ħelu. • Jiena Kewkba Ċkejkna (Victor Fenech) Waħda mill-iżgħar kwiekeb tirrakkonta l-ġrajja tagħha tal-lejl glorjuż tal-Milied. Il-ktieb mimli illustrazzjonijiet sbieħ, inklużi ritratti tan-NASA u tpinġijiet ta’ artisti

Fondazzjoni Sagħtar tawgura lil kulħadd il-Milied it-tajjeb u sena mimlija risq u barka.



Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.