DIĊEMBRU 2021
3
EDITORJAL Huwa ta’ pjacir li qiegħed inwasslulkom ħarġa oħra tassuppliment edukattiv ta’ kull erba’ xhur Eduka, li jitqassam b’xejn malgazzetta It-Torċa. Qabel xejn din l-edizzjoni ma tonqosx milli jkollha artikli relatati ma’ dan iż-żmien sabiħ tal-Milied. Insibu fost l-oħrajn artiklu miktub minn Dr Jeffrey Pullicino Orlando dwar dak li hemm imħejji għat-tfal tagħna min naħa ta’ Esplora għal żmien il-Milied. Għaċ-ċkejknin tagħna hemm ukoll il-paġni ta’ Rita Azzopardi, blgħan li nħeġġuhom ukoll jaqraw aktar u jkollhom imħabba lejn il-qari. Elaine Azzopardi, edukatriċi u kwalifikata f’mindfulness tkompli tgħaddilna aktar informazzjoni dwar din il-prattika u Abby Camilleri Pearson tagħti ħarsa lejn risorsi u rigali li wieħed jista jakkwista f’dan iż-żmien u li jgħinu lit-tfal jitħarrġu fir-robotika. F’din l-edizzjoni ssibu wkoll artikli oħra ta’ interess fosthom dwar it-tagħlim tul il-ħajja u s-servizzi offruti mill-Fondazzjoni għasServizzi u l-Ħarsien Soċjali. Għal darba oħra dan għandu jkun suppliment interessanti għal kull membru tal-familja. Finalment, ħajr speċjali jmur lejn id-diversi kollegi kontributuri li għamlu din l-edizzjoni oħra ta’ tagħrif interessanti u lejn Robert Caruana li bħas-soltu ħa ħsieb id-disinn. Jekk intom, qarrejja tagħna, tkunu tixtiequ li niddiskutu xi temi partikolari nitlobkom ukoll tibgħatuli email fuq kennethvella@hotmail.com Finalment il-Milied it-Tajjeb u s-Sena t-Tajba lill-qarrejja kollha tagħna. Dr Kenneth Vella Editur
Disinn: design@unionprint.com.mt Avviżi: Tel: 2590 0200 - adverts@unionprint.com.mt
L-Impjiegi fil-coding jintużaw f' ĦAFNA KARRIERI
DATA ANALYST
XJENZA Ix-xjentisti jużaw il-programming
tal-kompjuter biex janalizzaw ir-riżultati tal-esperimenti tagħhom.
INĠINIER
TEKNOLOĠIJA TALINFORMATIKA
L-Inġiniera jużaw il-programming biex jiddisinjaw u jittestjaw prodotti ġodda u u jagħmlu riċerka.
Id-designers jużaw għodda diġitali biex jikkrejaw websites u jiddisinjaw il-prodotti li nixtru.
Professjonisti tal-IT jiktbu software li jintuża għal kollox, minn ħolqien ta' apps għal sewqan ta' karozzi.
eSkills eSkills Malta Foundation
ARTI U DISINN
/ESkillsMalta
@eSkills_Malta
www
eskills.org.mt
medium.com
Id-Data Analysts jużaw ilprogramming tal-kompjuter biex janalizzaw l-informazzjoni u jsolvu l-problemi fin-negozju u l-finanzi.
i n e i h d e i mil rivista r a m R a t ħ g a S
www.saghtar.org.mt
I
l-Milied reġa’ magħna, u miegħu waslet ukoll l-edizzjoni tar-rivista Sagħtar ta’ Diċembru! Fiha ssibu numru ta’ stejjer u poeżiji, kurżitajiet, artikli, logħob, kompetizzjonijiet u paġni sbieħ relatati malMilied u l-festi ta’ dawn iljiem, fost l-oħrajn.
Barra minn hekk nixtiequ nesprimu s-sodisfazzjon tagħna li ltqajna ma’ ħafna minnkom fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, li ttella’ fil-bidu ta’ Novembru li għadda. Minn tfal sa adulti ġew, raw ir-rivisti l-ġodda u anke dawk antiki li kellna esebiti. Tkellimna fuq il-memorji li ħafna minnkom għandkom tarrivista, partikolarment ta’ meta kontu studenti fuq il-bankijiet tal-iskola. Kellna wkoll ħafna inkoraġġiment għall-edizzjonijiet il-ġodda, li ntlaqgħu tajjeb, flimkien ma’ suġġerimenti tajbin ta’ x’nistgħu ninkludu. Infakkrukom li fis-sit saghtar.org.
mt issibu l-edizzjonijiet passati kollha tar-rivista Sagħtar mill-1971 ’l hawn imtellgħin onlajn, li tistgħu tarawhom b’xejn, flimkien ma’ numru sabiħ ta’ siltiet moqrija. Tistgħu wkoll tabbonaw jew tixtru r-rivisti bil-waħdiet flimkien ma’ numru ta’ kotba wkoll. Jekk ikollkom xi mistoqsijiet inħeġġukom tiktbulna fl-indirizz info@saghtar.org. mt. Dawn ir-ritratti li qed taraw huma tal-edizzjoni l-ġdida fjamanta ta’ Di ċembru 2021. Minn qiegħ qalbna naw gurawlkom l-isbaħ Milied ta’ mistrieħ u sena ġdida 2022 mimlija risq u barka.
5
6
validazzjoni ta’ forom differenti ta’ tagħlim Il-valid az li jident zjoni ta’ tagħl im mhu ifi x forma u l-kom ka, jevalwa, u li ji petenz i miksu ċċertifika form u informali hu formali ba wa pro u a ċess ħiliet u informali. L-is matul il-ħaj ja lment l-għarfi e kompe p k n e o , r p il m t a ezz t ħilie l-va ten definiti. Il-valid zi jiġu vvalida lidazzjoni hu a’ tagħlim mh t w a triq alte ti skond ux zzjoni t a li jipp a’ rn e s ja ta’ rik attiva li perm tagħlim mhu tandards okk rmetti li xf up onoxxim ez ent għa z tagħha l-ka ormali u infor azzjonali mali hij ndidati ll-espe a ji rjenza t agħhom stgħu jiksbu g ħot.
I
t-tagħlim huwa maqsum fi tliet kategoriji: tagħlim formali, tagħlim mhux formali u tagħlim informali. Matul il-proċess tat-tagħlim, l-individwu jikseb informazzjoni, ideat u valuri biex jakkwista għarfien, ħiliet u kompetenzi. It-Tagħlim Formali jista’ jiġi deskritt bħala tagħlim li jseħħ b’mod strutturat u f’ambjent organizzat, bħal università, istituzzjoni edukattiva jew fuq il-post tax-xogħol. It-tagħlim formali huwa intenzjonat mill-perspettiva tal-istudent u jista’ jwassal għal kwalifika. It-Tagħlim Informali normalment jinkiseb minn diversi attivitajiet fil-ħajja ta’ kuljum bħall-post tax-xogħol, rikreazzjoni u l-attivitajiet mal-familja. L-għanijiet jistgħu jintlaħqu b’mod mhux intenzjonat, u mingħajr l-għarfien jew il-perspettiva tal-kandidat. It-Tagħlim mhux formali huwa definit bħala tagħlim li jseħħ fil-kuntest ta’ attivitajiet ippjanati oħra barra mis-sistema edukattiva formali. Normalment, it-tagħlim mhux formali mhuwiex neċessarjament maħsub bħala tagħlim iżda fih komponent ta’ tagħlim importanti.
Hemm diversi benefiċċji li wieħed jista’ jikseb permezz talvalidazzjoni. Il-validazzjoni ta’ għotja ta’ rikonoxximent iżżid il-valur u tgħin biex tivvalida l-ħiliet u l-kompetenzi kollha li wieħed ikun kiseb tul ħajtu. Biż-żieda dejjem tikber tal-mobilità madwar il-pajjiżi tal-UE u okkupazzjonijiet differenti, ilħtieġa għall-validazzjoni tal-ħiliet kisbet prominenza matul is-snin. Meta jintervista individwu b’għotja ta’ rikonoxximent ivvalidata, min iħaddem isibha aktar faċli biex jidentifika liema kapaċitajiet għandu dak l-individwu, peress li l-ħiliet u l-kompetenzi kollha disponibbli jkunu ġew identifikati. Il-validazzjoni hija wkoll għodda għall-promozzjoni tal-impjiegi u għall-avvanz fil-karriera.
B’validazzjoni ta’ għotja ta’ rikonoxximent, wieħed ikollu opportunitajiet indaqs bħal sħabu bi kwalifiki formali. Pereżempju, wieħed jista’ japplika għall-istess xogħol bħal individwu bi kwalifika formali. Minbarra l-prospetti ta’ impjieg, bil-validazzjoni wieħed jista’ jagħżel ukoll li jkompli
7 fl-istudji tiegħu permezz tar-rikonoxximent tas-sistemi ta’ tagħlim preċedenti (RPL). Il-validazzjoni tgħin sabiex tagħti setgħa u sodisfazzjon lill-individwi għal futur aħjar peress li tivvalida l-kisbiet personali tagħhom.
L-Istandards Okkupazzjonali Nazzjonali (NOSs) jelenkaw sett ta’ kriterji li jindikaw il-livell ta’ stennija ta’ għarfien f’impjieg, qasam jew settur partikolari. L-istandards okkupazzjonali jistgħu jiġu riveduti minn żmien għal żmien biex jirriflettu l-ħtiġijiet tal-industrija. L-Istandards Okkupazzjonali Nazzjonali jidderieġu l-iżvilupp tal-kurrikulu u jispeċifikaw il-kompetenzi li l-ħaddiema jeħtieġ li jkollhom. Dawn jistgħu jgħinu biex jiċċertifikaw lill-ħaddiema permezz tal-validazzjoni ta’ tagħlim mhux formali u informali, jippromwovu l-mobilità tal-ħaddiema u jiffaċilitaw ilproċess tal-ingaġġ għal min iħaddem. Min iħaddem jista’ jagħmel awditjar tal-ħiliet u jidderieġi l-iżvilupp professjonali tal-forza tax-xogħol. L-Istandards Okkupazzjonali Nazzjonali jistabbilixxu standards ta’ kwalità fis-setturi u jippromwovu l-mobilità tal-ħaddiema fis-suq tax-xogħol Ewropew u lil hinn.
Il-proċess ta’ validazzjoni ġie mfassal biex ikun ċar, ġust, trasparenti u kunfidenzjali. Il-kandidati jingħataw il-gwida meħtieġa tul il-proċess sabiex tiġi ffaċilitata l-esperjenza ta’ validazzjoni tagħhom. Matul il-proċess ta’ validazzjoni, l-assessuri jidentifikaw il-firxa ta’ għarfien, ħiliet u kompetenzi li wieħed ikollu f’settur partikolari. Il-portafoll huwa importanti ħafna, peress li permezz tiegħu l-assessuri se jkollhom idea ta’ kemm il-kandidat kiseb riżultati ta’ tagħlim matul snin ta’ esperjenza. Il-portafoll jista’ jinkludi dettalji personali, esperjenzi ta’ xogħol, kurrikulu, referenzi minn min iħaddem jew professjonisti oħra, dokumenti relatati ma’ kwalifiki formali, ritratti u klipps awdjo u/jew viżivi rilevanti għall-validazzjoni li tkun qed tintalab. Matul l-istadju tal-valutazzjoni, l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi tal-kandidat jitqabblu mal-istandards okkupazzjonali nazzjonali. Il-valutazzjoni tista’ tkun fil-forma ta’ dibattitu jew intervista fejn il-kandidat jippreżenta l-għarfien permezz ta’ komunikazzjoni u ħiliet soċjali. Tista’ sseħħ ukoll permezz ta’ metodi dikjarattivi fejn, il-portafoll jiġi diskuss u b’hekk jiġu inklużi dikjarazzjonijiet ibbażati fuq l-evidenza fil-preżentazzjoni. Forma oħra ta’ valutazzjoni hija permezz ta’ osservazzjoni fejn il-kandidat jipparteċipa f’xenarju ta’ xogħol simulat jew reali waqt li jkun osservat mill-assessuri. Il-kandidati jistgħu wkoll juru l-kompetenzi tagħhom dwar suġġett speċifiku bil-fomm jew bil-miktub permezz ta’ testijiet u eżamijiet. Għal-livelli aktar baxxi tal-MQF, l-eżami bil-miktub jsir fil-forma ta’ mistoqsijiet b’għażla ta’ tweġibiet. Arranġamenti alternattivi jistgħu jiġu pprovduti fuq talba għal dan.
Jekk il-kriterji kollha meħtieġa indikati fl-istandards okkupazzjonali nazzjonali jkunu ġew issodisfati, il-kandidat jirċievi ċertifikat ta’ validazzjoni uffiċjali ta’ għotja ta’ rikon-
oxximent maħruġ mill-MFHEA. “Għotja ta’ Rikonoxximent” f’Malta tirreferi għal titlu ta’ ċertifikazzjoni ta’ tagħlim miksub permezz ta’ korsijiet li m’għandhomx in-numru meħtieġ ta’ krediti fil-livell speċifiku tal-MQF biex jitqiesu bħala “Kwalifika”. Kwalifika tinkiseb meta Korp tal-Għoti ta’ Rikonoxximent jiddetermina li individwu jkun kiseb riżultati ta’ tagħlim skond standards f’termini ta’ deskritturi tal-livell fuq l-MQF u numru ta’ krediti kif speċifikat fir-Rapport ta’ Referenzjar. Kwalifika hija r-riżultat formali ta’ proċess ta’ valutazzjoni.
Il-Qafas Malti tal-Kwalifiki huwa bbażat fuq il-prinċipji u l-għanijiet tar-riżultati tat-tagħlim li sussegwentement huma marbuta mal-Validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali. Ir-riżultati tat-tagħlim kollha huma evalwati, u l-istudent jikseb krediti allokati għall-unitajiet fi ħdan il-programm sabiex jikseb l-għotja ta’ rikonoxximent jew il-kwalifika. L-istituzzjonijiet jiddeterminaw l-ammont ta’ xogħol meħtieġ sabiex jinkiseb il-grupp partikolari ta’ riżultati tat-tagħlim. Is-sigħat totali ta’ tagħlim huma determinati min-numru ta’ krediti assenjati lill-Unità. Is-sigħat ta’ tagħlim huma maqsuma f’sigħat ta’ kuntatt, sigħat ta’ prattika sorveljata, sigħat ta’ studju personali, u sigħat ta’ assessjar. Dan huwa soġġett għar-rekwiżiti minimi nazzjonali ta’ akkreditazzjoni ta’ ħames sigħat ta’ tagħlim ta’ kuntatt dirett għal kull kreditu assenjat.
L-MFHEA organizzat il-webinar finali tal-Għodda tal-Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali tal-UE dwar il-Validazzjoni ta’ Tagħlim Informali u Mhux Formali, nhar it-Tlieta 7 ta’ Diċembru 2021. Ara aktar hawn; www.mfhea.mt
8
Is-servizz benniena fi ħdan l-fsws
JOSEPHINE MUSCAT, Manager tas-Servizz - Servizzi tas-Saħħa
F
ost il-ħafna servizzi li toffri l-Aġenzija Appoġġ fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, hemm is-servizz tal-Benniena. Dan huwa servizz li jagħmel parti mis-Servizz ta’ Ħidma Soċjali fi ħdan l-Isptar Mater Dei. Is-servizz Benniena joffri għajnuna ħolistika lil nisa tqal u lill-familji tagħhom, li jkunu qegħdin jesperjenzaw diffikultajiet soċjali bħal dawk finanzjarji, vittmi ta’ vjolenza domestika, problemi fir-relazzjonijiet, abbuż minn sustanzi eċċ. Is-servizz tal-Benniena jintervjeni wkoll meta jkun hemm minuri li jkunu qed jistennew tarbija. Dan is-servizz jagħti sapport kontinwu lil dawk l-ommijiet li għal xi raġuni t-tqala tagħhom ma tkunx kif mixtieqa minħabba xi kumpli kazzjonijiet fiżiċi jew ta’ saħħa mentali. Is-servizz tal-Benniena huwa miftuħ ukoll għal minuri li jkunu rikoverati fl-isptar u jkunu qegħdin jaffaċċjaw diffikultajiet soċjali. Fost l-interventi li l-Ħaddiema Soċjali joffru hemm dak li jakkumpanjawhom waqt viżti li jkollhom ma’ professjonisti mediċi, jagħtu informazzjoni neċessarja kif ukoll isiru żjatrat fid-djar fejn ikun hemm il-bżonn. Il-ħaddiema soċjali jgħinu
wkoll billi jirreferu lill-klijenti għas-servizzi fil-komunità skont il-bżonn tal-persuna u tal-familja tagħha. Nistgħu ngħidu li jkollna ħafna stejjer ta’ suċċess fejn il-ħaddiema soċjali tkun tista’ tara tibdil għall-aħjar fil-ħajja tal-persuna, minn meta tkun bdiet taħdem magħha għal meta tkun lesta biex tkompli bil-ħajja indipendenti. Fost is-suċċessi li esperjenzajna kellna dak tat-tfajla Rosa, li kienet riferuta lis-servizz Benniena minħabba l-fatt li apparti li kienet qed tistenna tarbija, kienet qed issofri minn abbuż ta’ vjolenza domestika. Hija kienet tesperjenza kontroll kontinwu mis-sieħeb tagħha, inkluż dwar id-deċiżjonijiet tagħha personali. Bil-għajnuna tal-Ħaddiema Soċjali, Rosa setgħet tieħu ċertu deċiżjonijiet biex tagħmel dawk it-tibdiliet neċessarji bil-għan li tibdel is-sitwazzjoni tagħha. Rosa rnexxielha jkollha t-tarbija, issib xogħol u b’hekk setgħet anke tikri fejn toqgħod u tgħix ħajja indipendenti flimkien mat-tarbija tagħha. Maria kienet każ ieħor ta’ suċċess li jim-
liena b’kuraġġ biex inkomplu bix-xogħol tagħna fl-interess tal-klijenti tagħna. Maria ġiet riferuta lis-servizz Benniena għall-fatt li kienet tabbuża minn sustanzi illeċiti. Hija għandha żewġt itfal. Maria ħadmet ħafna mal-professjonisti involuti, fejn bl-għajnuna u s-sapport li ngħatat, irnexxielha tqum fuq saqajha. Maria rnexxielha żżomm l-impjieg tagħha u finanzjarjament kienet indipen denti biex tħallas il-kera u tieħu ħsieb li l-bżonnijiet ta’ wliedha jiġu milħuqa. Hija baqgħet tirċievi l-għajnuna biex ma terġax tirrikorri għall-vizzju tad-droga. Din is-sitwazzjoni għenet bis-sħiħ lil Maria biex ittejjeb ir-relazzjoni tagħha mal-familjari. Min jixtieq aktar tagħrif, jista’ jċempel lill-Aġenzija Appoġġ fl-Uffiċċju tal-Ħaddiema Soċjali fl-isptar Mater Dei fuq 25455507. Wieħed jista’ wkoll jiġi l-uffiċċju fejn tistgħu ssibuna fl-ewwel sular, bejn is-7.30am u l-5.30pm.
• L-ismijiet huma mibdula għal raġunijiet ovvji.
10 minn Rita Azzopardi
li Mela darba waħda, ħafna u ħafna snin ilu, f’villaġġ ’il bogħod ’il bogħod qalb il-muntanji, deher dragun ċkejken jismu Pino. Pino kien dragun gustuż, ta’ lewn aħdar b’par ġwienaħ oranġjo. Imma Pino kellu problema kbira ... ma kienx jaf jikkontrolla n-nar li kien jitfa’ minn ħalqu ta’ spiss. Il-Milied kien qorob sew u l-abitanti kollha kienu ħerqana jżejnu l-pjazza tar-raħal bilgirlandi u l-ponsjetti. L-irġiel tal-Kunsill talImperatur Nazju kienu qed jaħdmu lejl u nhar jarmaw is-siġra tal-Milied li kienet se tinkixef u tinxtegħel il-Ħadd ta’ wara. Dik is-sena riedu jiksru r-rekord tal-ikbar siġra li qatt ġiet imżejna. Kollox kien lest għaċ-ċelebrazzjoni. Il-jum tant mistenni fl-aħħar wasal. Malli saru s-sitta ta’ filgħaxija kulħadd beda jinġabar
n u g a r id-d a m e l b o r p u l kel
fil-pjazza madwar is-siġra enormi li kienet mgħottija b’biċċa drapp ħamra pepprin. Pino, flimkien mal-ħabiba tiegħu Katrina, ukoll kienu miġbura. L-aħħar li waslu kienu l-Imperatur flimkien ma’ martu, l-Imperatriċi Imelda. Kulħadd beda jċapċap mal-wasla tagħhom. Wara taħdita li ma riedet tispiċċa qatt mingħand l-Imperatur, wasal il-ħin tant mistenni. Is-servi tal-Imperatur telgħu ma’ sellum twil. Qabdu tarf kull wieħed minn dak illiżar kbir u kixfu s-siġra fost iċ-ċapċip qawwi talfolla miġbura. Imma f’daqqa waħda ġara dak li ħadd ma basar li se jiġri - bil-ferħ u l-eċitament li qabdu Pino beda jitfa’ n-nar minn ħalqu bla kontroll u l-girlanda u s-siġra saru rmied. Innies ħassewhom bħal vulkan se jiżbroffa għalih. Miskin Pino! Ħassu ddiżappuntat bih innifsu. Telaq jiġri lejn daru u ma ried ikellem lil ħadd.
IL-KEWKBA TIRRAKKONTA
Bil-mod wasalna diġà fit-Tielet Ħadd tal-Avvent. Matul din il-ġimgħa niftakru fil-ferħ li beda jinħass hekk kif it-twelid talMessija beda dejjem iktar joqrob. Waqt li narmaw u nħarsu lejn il-presepji armati fid-djar tagħna u f’postijiet oħra, ta’ min jieqaf u jaħseb x’kienu jirrakkuntaw dawk il-pasturi li kieku setgħu jitkellmu. Żgur li l-ferħ, flimkien mal-qtigħ il-qalb ta’ dan il-vjaġġ ma ħassewhx biss Marija u Ġużeppi. Numru mdaqqas ta’ nies, ħafna minnhom nies sempliċi ta’ bla skola, bħar-ragħajja, kienu qed jistennew din il-miġja. Min jaf x’kienu jgħidulna dwar l-istennija għal dan il-jum kbir. Kull wieħed iżewwaq ir-rakkont mil-lenti tiegħu. Hekk bħalma għamlet Stella, il-kewkba li titpoġġa fuq l-għar ta’ Betleħem f’post prominenti fejn jaraha kulħadd. Jiena Stella, il-Kewkba li eluf ta’ snin ilu kelli missjoni speċjali x’naqdi. Ġejt fdata b’biċċa xogħol li l-ebda kewkba oħra qatt ma kellha ... u tassew inħossni onorata u kburija mhux għax ismi tniżżel fl-istorja tad-dinja, iżda għax jiena kont parti minn din l-istorja ta’ mħabba. Niftakar qisu lbieraħ li bdejt dan il-vjaġġ. Dak iż-żmien irragħajja kienu jkunu qed jirgħu n-nagħaġ tagħhom anke matul il-lejl. Kulħadd kien mehdi b’xogħlu ... żgur li ħadd ma basar li dak li kienu ilhom jistennew kien se jitwieled hemm ġo għar. Iddawl tiegħi serva wkoll biex anke nies mill-bogħod ħafna jaraw meta jkun twieled. Kont jien li wassalt lit-tlett irġiel għorrief ġewwa l-għar ta’ Betleħem. Kemm kont xgħelt kburija dakinhar fuq dak id-daqsxejn ta’ għar. Ridt inħabbar dan it-twelid speċjali ta’ din it-tarbija speċjali. Ridt naqsam ma’ kulħadd dan il-ferħ, it-tama u l-paċi li ġab fid-dinja dan it-tifel kbir. It-tliet għorrief kienu għorrief tassew għax għarfu l-bżonn ta’ dan is-Salvatur fil-ħajja tagħhom u fittxewh sa ma sabuh.
Lanqas lil Katrina. Imma t-tifla ma kinitx se taqta’ qalbha minnu. L-għada stess ħaditlu ħobża ħelwa tal-Milied li kienet ħmiet hi stess fil-forn ta’ missierha li kien furnar. Pino feraħ ħafna b’Katrina u bir-rigal li ħaditlu. Hija kkonvinċietu biex joħroġ minn daru u flimkien marru jagħtu rigal lill-imperatur u lil familtu li kienu miġbura flimkien għallikla tal-Milied. Imma hu kellu jwegħedha li se jagħmel ħiltu kollha u jikkontrolla l-ferħ u l-eċitament tiegħu. U kelmtu żammha! Hekk kif waslu fil-kastell kulħadd ħa qatgħa għax ħasbu li se jinħarqu bin-nar tad-dragun, iżda kif tahom il-kejk tal-Milied bħala rigal u ma ġara xejn ċapċpulu waħda kbira u stednuhom jingħaqdu magħhom għall-ikel. Pino qatt daqs dakinhar ma ħassu daqshekk kburi bih innifsu. Katrina kienet tassew ħabiba ta’ vera.
minn Rita Azzopardi
11
Drawwiet u tradizzjonijiet maltin tal-milied L-Avvent
Il-Prietka tat-Tifel
F’Malta
niċċelebraw
l-Avvent
Il-Purċissjoni tal-Bambin
L-ewwel prietka tat-tifel li saret
bħala żmien ta’ preparazzjoni għat-
kienet
twelid
il-
Dakinhar abbati mill-parroċċa wassal
saret
girlanda tal-Avvent b’erba’ xemgħat
il-messaġġ tal-Milied f’forma ta’ prietka
tal-Mużew
u
xemgħa
lill-folla miġbura fil-knisja għall-qud
u
Jum
il-
diesa ta’ nofsillejl. Illum il-ġurnata
f’purissjoni mit-toroq tal-Ħamrun waqt
Milied. Hija xi ħaġa sabiħa li bħala
għadha mfittxija daqskemm kienet
li kantaw diversi innijiet tal-Milied.
familja ninġabru madwar il-girlanda
snin ilu u tista’ tgħid li huwa ta’ unur li xi
u nkantaw xi għanjiet sbieħ tal-Milied.
ħadd mit-tfal ikun magħżul biex jistudja
ta’
kull
sakemm
Ġesù.
ġimgħa
Nippreparaw nixegħlu
twassalna
għal
fl-1883
ġewwa
Ħal
Luqa.
Kien San Ġorġ Preca li beda din
u jagħmel il-prietka. Illum il-ġurnata anke
Il-Presepju Tista’ tgħid li l-presepju sab ruħu f’kważi f’kull dar u skola. Anke flisptarijiet jintrema wieħed sabiħ. Xi ngħidu mbagħad għall-pasturi li jim lew dawn il-presepji b’tant ħajja? Ovv jament se ssib lill-Bambin ġo maxtura, lill-Madonna u lil San Ġużepp. Ma jonqsux il-baqra u l-ħmara mrekkna sew
fl-għar.
Pasturi
tradizzjonali
oħra jinkludu r-ragħaj bin-nagħaġ,
l-bniet
saru
jagħmluha
it-tradizzjoni fil-Ħamrun. Dakinhar li l-ewwel purċissjoni,
xemgħat
attendew f’idejhom.
membri b’lanterni Għaddew
L-Ikel u l-Ħelu Ma jistax jonqos li bħal kull pajjiż
jew
ieħor, Malta wkoll ikollha l-ħelu u l-ikel
inkella jkunu tifel u tifla li bejniethom
tradizzjonali tal-Milied. Fost dan l-ikel
iwasslu dan il-messaġġ ta’ tama.
ta’ min isemmi l-imbuljuta tal-qastan, il-qagħaq tal-għasel, il-ħasi (li jkun bħal
Il-Ġulbiena Il-ġulbiena
serduq kbir) mimli l-forn bil-patata u qisha
xagħar
ileqq
bajdani li jżejjen l-artali fil-knejjes u
l-bużbież, il-pudina tal-ħobż, il-lażanja u kif ukoll l-imqaret.
titpoġġa ħdejn il-Bambin u l-presepju. Ilha minn żmien żemżem tinżera fiddjar Maltin. Tradizzjonalment hawn min jgħid li l-aħjar li tiżragħha f’Santa
l-għaġeb, ir-rieqed, tal-forn, il-mara
Katerina (25 ta’ Novembru), imma
bil-ħasla u oħrajn. F’xi presepji Maltin saret drawwa sabiħa wkoll li xi drabi
anke fil-Kunċizzjoni (8 ta’ Diċembru) hija
ninkludu pastur ta’ San Ġorġ Preca,
dlam u tissaqqa kif suppost, għid li
li tant kellu għal qalbu l-Milied.
se jkollok ġulbiena sabiħa fi ftit jiem.
ideali.
Ladarba
titpoġġa
fid-
Kurżitajiet dwar oġġetti li nużaw u naraw fi żmien il-Milied
kont taf li? l-holly tirrappreżenta l-kuruna tax-xewk li libbsu lil Ġesù waqt il-passjoni tiegħu? s-siġar tal-Milied magħrufa bħala fir tree jħaddru s-sena kollha u għalhekk huma s-simbolu tal-imħabba dejjiema li Alla għandu għalina? x-xemgħa tirrappreżenta lil Ġesù li huwa d-dawl tad-dinja?
l-idea tal-boċċi li nwaħħlu mas-siġar tal-Milied oriġinat fis-seklu 16 minn raġel Ġermaniż? Dak iżżmien is-siġra kienu jżejnuha bil-frott u l-lewż. Iżda wara li waqa’ ġuħ u għaks fuq il-pajjiż, dan ir-raġel beda jagħmel dawn il-boċċi kkuluriti minflok. l-bastun tal-ħelu li ħafna drabi jkun aħmar u abjad huwa tradizzjoni oħra Ġermaniża u jirrappreżenta l-bastun tar-ragħajja? l-muniti taċ-ċikkulata li xi drabi jagħtuna fi żmien il-Milied oriġinaw mill-ġenerożità ta’ San Nikola li kien dejjem jgħin lill-foqra?
AGĦŻLU ĠUGARELLI U APPARAT EDUKATTIV DAN IL-MILIED Minn Abby Camilleri Pearson, Edukattriċi
Ġugarelli edukattivi jappoġġjaw l-iżvilupp tat-tfal billi jżi du l-IQ tagħhom, jissodisfaw il-kurżitajiet li jkollhom, jgħinuhom jitgħallmu dwar id-dinja ta’ madwarhom u huma sors kbir ta’ tagħlim. Importanti li nagħrfu liema huma l-aħjar ġugarelli edukattivi li jmissu aspetti differenti ta’ tagħlim li jagħtu wkoll ele menti ta’ kreattività fit-tfal. F’dawn iż-żminijiet ta’ festi meta niġu biex nagħżlu r-rigal tal-Milied, tajjeb li nikkunsidraw rigal edukattiv li jwassal lit-tfal jiżviluppaw mentalment kif ukoll iġib miegħu sfida differenti. Hemm għażla vasta ta’ dawn it-tip ta’ rigali edukattivi u meta tidħol fid-dinja tar-robotika u koding, tidħol f’dinja infinita ta’ riżorsi, materjali u apparat li jolqtu kull età. Huwa importanti li nagħrfu xi jwassalna għat-tagħlim li jkun ta’ benefiċċju. Mit-twelid dejjem nipprovaw nużaw apparat elettroniku li jistimulawna u jgħallmuna. Allura din il-kategorija ta’ tagħlim hija ideali. Importanti li nibdew nintroduċu lit-tfal għal dan it-tip ta’ tagħlim minn età żgħira għaliex dawn il-ġugarelli u apparat iwassluhom biex itejbu l-proċessi loġiċi u mentali tagħhom. Ħa nagħtikom ftit eżempji ta’ apparat li għandna x’noffru. Mill-bidu nistgħu nużaw blocks bħal Engino Education Qboidz li huma magħmulin bil-ħsieb biex it-tfal jibnu mudell fuq istruzzjonijiet sempliċi. Dan jgħin il-moħħ biex jaħdem fuq sistema ta’ sekwenza biex iwassal lil individwu jibni mudell. Hawnhekk jibnu annimali differenti, mostri, kif ukoll għandhom għażla vasta ta’ vetturi u oġġetti differenti li jolqtu kull individwu. Nużaw ukoll robots li trid ittihom int l-istruzzjonijiet biex jimxu. Hawnhekk nużaw bebbuxu ħelu jismu Qobo Robobloq. Nibdew b’movimenti sempliċi bħal “imxi ‘l quddiem”, “imxi lura”, “dur fuq ix-xellug” jew “dur fuq il-lemin”. Nibdew infiehmuhom li huma fil-kontroll ta’ x’qed jagħmel dan ir-robot u jitgħallmu il-bażi tal-koding. Simili tiegħu b’għanijiet kemm xejn differenti għandna il-Matatalab, robot ħelu ieħor li fl-iprogrammar tal-code block. Nużaw ukoll Sphero robot li jista’ jintuża fuq livelli tal-koding u programmar differenti biex jifhmu li huma kapaċi joħolqu u jikkrejaw sekwenza ta’ istruzzjonijiet li r-robot irid jimxi magħhom. Eventwalment nibdew indaħħlu ċerti terminoloġiji itqal. Nibdew infiehmuhom x’inhu ċertu mekkaniżmu, u xi skop għandu bis-saħħa tar-Robowunderkind. Dan u ħafna aktar iwassal għall-bażi tal-koding. Bil-koding titgħallem toħloq istruzzjonijiet (il-passi f’attività) u taqlibhom f’lingwa li
l-kompjuter jifhem. Kompjuters jikkomunikaw f’lingwa msejħa binary li tuża 0’s u 1’s biex tiffunzjona. Koders jiktbu l-istruzzjonijiet bl-użu tal-iprogrammar tal-lingwa ta’ dak il-prodott jew programm li qegħdin jużaw. Nużaw prodott bhal Kano fejn jgħallimhom x’inhu kompjuter, kif jibnuh u jsolvu avventuri tal-logħob bil-koding. Nafu kemm it-tfal iħobbu l-logħob tal-kompjuter; allura nużaw avventuri bħal Scottie Go! fejn iridu jgħinu aljen isib il-biċċiet tar-rokit li nkisirlu u waqa’ fid-dinja. Issa minflok imexxuh bil-joystick, iridu jipprogrammawh bil-blocks tal-coding.Is-sabiħ tar-robotika hu li t-tfal jimxu il’ quddiem u javvanzaw skont l-abilità tagħhom. Meta jkunu fiehmu ċertu kunċetti, nibdew ngħallmuhom kunċetti itqal u ħafna mill-prodotti li nużaw għandhom din il-faċilità li tħalli t-tfal javvanzaw meta jkunu lesti huma. Nibdew nużaw bini ta’ robots aktar avvanzati, fejn indaħħlu sensors biex jipprogrammaw ir-robots b’aktar sekwenzi interessanti. Hawn nużaw Engino Education fuq livell ogħla, kif ukoll il-VEX Education biex ikomplu jiżviluppaw l-abilitajiet tagħhom f’attivitajiet interessanti u motivanti għall-età tagħhom. Jekk għandhom ukoll ix-xeħta aktar lejn ix-xjenza jistgħu jidħlu fid-dinja tal-Littlebits fejn wieħed joħloq ċirkwiti vasti b’apparat differenti u tħalli l-immaginazzjoni tiġri bihom. Tista’ tgħid li tul is-snin kollha fl-iskola, għandna prodott li jgħinhom javvanzaw fl-abilitajiet tagħhom. Tibda minn fejn tibda, qatt mhu tard biex titgħallem kunċetti adattati għalik. Aparti milli nbiegħu dawn il-prodotti noffru wkoll servizz ta’ konsultazzjoni minn edukaturi specjalizati f’dan il-qasam biex jiggwidawkom għal x’inhu l-aħjar apparat li tista’ tixtri għal uliedek. Tistgħu taraw u tixtru din il-varjetà vasta ta’ ġugarelli u apparat edukattiv minn fuq is-sit elettroniku tagħna www.digital.com.mt. Għandna offerti tajbin fiż-żmien tal-Milied li mhux ta’ min jitlifhom! Nawguralkom xewqat sbieħ u l-Milied it-Tajjeb!
13
14
Prattika li tgħinna nkunu sensittivi u preżenti magħna nfusna u mal-oħrajn anke fiż-żminijet tal-Milied ELAINE AZZOPARDI Edukatrici speċjalizzata fil-prattika ta’ mindfulness
H
ekk kif dħalna fix-xahar ta` Diċembru, ma jonqsux iċċelebrazzjonijiet marbuta ma` dan iż-żmien tas-sena, żmien li huwa marbut mal-ferħ. Iżda kif ħa naqraw aktar `il quddiem, dan jaf ifisser ukoll niket u għafsa ta` qalb għal xi wħud. Diċembru huwa assoċjat ma` dwal, tiżjin, rigali, ikliet, festi u ċelebrazzjonijiet. Huwa x-xahar li fih il-Kristjani jiċċelebraw il-festa tal-Milied bħala simbolu talmiġja ta` Ġesù Bambin. F’reliġjonijiet u twemmin ieħor, il-Milied jiġi ċċelebrat billi jiġi ddedikat aktar ħin mal-iżjed nies għeżież għalihom jew billi jiġi promoss ilpaċi, pereżempju. Iżda, irrispettivament minn dan it-twemmin, kulma jmur, dawn iż-żminijiet qed isiru aktar u aktar materjalistiċi u kummerċjali, bilkonsegwenza li qed jintilef il-veru sens tagħhom. Minkejja li huwa żmien tat-tqassim tar-rigali, wieħed tajjeb jistaqsi lilu nnifsu x’inhi dik il-ħaġa li vera jixtieq. Waħda mill-aktar kwotazzjonijiet favoriti tiegħi hija dik ta’ wieħed mill-pijunieri ta` mindfulness, mexxej spiritwali u attivist għall-paċi, Thich Nhat Hanh fejn jgħidilna li l-aktar rigal prezzjuż li nistgħu noffru lil xulxin huwa l-preżenza tagħna maloħrajn. Meta nkunu mindful mal-għeżież tagħna, dawn jiffjorixxu l-fjuri.
“The most precious gift we can offer others is our presence. When mindfulness embraces those we love, they will bloom like flowers.” Huwa importanti hawnhekk li nifhmu li l-preżenza trid tkun kompleta, kemm dik fiżika, kif ukoll mentali. Huwa mument tassew sabiħ u sagru li familja tpoġġi madwar mejda għall-pranzu, kollha filpreżenza ta` xulxin. Iżda din il-preżenza tkun biss fiżika jekk il-membri jintefgħu wiċċhom fuq il-mowbajl waqt dan ilmument tant prezzjuż. Nistedinkom tirriflettu ftit fuq dan u forsi tistgħu taħsbu f’episodji simili fejn permezz ta` dan l-għarfien, ġejtu konxji ta` dan innuqqas fil-preżenza u fl-aġir tagħkom. Nistedinkom ukoll biex f’dan ilperjodu tirriflettu ftit fuq is-sena li waslet biex tintemm, u taraw x’inhuma dawk l-affarijiet li f’ħajjitkom tixtiequ żżommu, tirranġaw jew tneħħu għax forsi m’għadhomx iservukom. Inħeġġiġkom tagħmlu dik it-telefonata lil xi qarib jew ħabib tagħkom li tant forsi ilkom biex tagħmlu iżda kontu qed iżżommu lura milli tagħmluha. Ninkoraġġikom iżżuru xi djar tal-anzjani, nies bi bżonnijiet speċjali jew istituti u żżommulhom kumpanija jew tagħtu daqqa t’id fejn hemm bżonn. Forsi b’din il-pandemija, ġejna restritti milli nagħmlu ħafna minn dan, iżda
15
mis-serenità u l-kuntentizza marbuta ma` dan iż-żmien ta` ferħ. L-ewwel u qabel kollox, dejjem għandna niftakru nieħdu ħsieb tagħna nfusna (self-care) billi nagħrfu meta għandna bżonn nieqfu u niċċekkjaw kif qed inħossuna f’dak il-mument. Meta nagħmlu dan, inkunu kapaċi ngħixu dawn il-mumenti f’armonija magħna nfusna u mal-oħrajn. Minn qalbi, nawguralkom Milied hieni u bidu ta` sena ġdida mill-isbaħ mimlija ferħ, imħabba, paċi u tama. Għal aktar informazzjoni, nistedinkom issegwu l-paġna tiegħi Minkejja dan, nemmen ukoll li huwa fuq Facebook, Mindfulness with Elaine: essenzjali li nagħrfu kemm ħajjitna taf Calming the puppy mind. tkun għaddejja b’ritmu mgħaġġel waqt dawn it-tħejjijiet ta’ ċelebrazzjonijiet. Bejn xiri ta` rigali, tiżjin tad-djar u preparamenti ta` ikliet jekk ħa nospitaw in-nies għall-ikel fi djarna, tinħoloq pressjoni li tista’ ttellifna xejn ma jżommna milli nibagħtulhom kartolina, kitba b’messaġġ ta` tama jew nagħmlulhom telefonata bil-vidjow. Illum, kontra dak li kien jiġri f’dari, għandna ilvantaġġ tat-teknoloġija. Dawn l-atti żgħar (acts of kindness), jafu jagħmlu differenza kbira f’ħajjet ħaddieħor li forsi jkun għaddej minn żmien diffiċli. Fil-fatt, nagħmlu tajjeb jekk f’dawn iż-żminijiet niftakru f’dawk li forsi għaddejjin minn xi tbatija kawża ta` mard, separazzjoni, faqar, inġustizzja, solitudni jew gwerra.
“Int toħlom?
Mhux għall-ħolm ta’ billejl qed ngħid imma għal dak ta’ binhar? Toħlom li xi darba...? Dawn l-istejjer juru x-xewqat u l-ħolm ta’ grupp ta’ żgħażagħ li huma ħbieb. X’jixtiequ jsiru la jikbru? Kif jixtiequ jibdlu l-pajjiż? X’jixtiequ jagħmlu għall-ambjent? X’aspirazzjonijiet għandhom? U dan il-ħolm jista’ jitwettaq? Xi ftit minnu jista’ u forsi xi ftit ieħor, le. L-istejjer ilaqqgħukom ma’ żgħażagħ mimlijin enerġija, altruwiżmu, umiltà, ħolm u empatija. Fuq kollox, ilaqqgħukom ukoll ma’ wħud mill-valuri tal-Unjoni Ewropea.” Clare Azzopardi
Servizzi Ewropej f’Malta u Europe Direct Valletta, għat-tieni sena konsekuttiva żviluppaw ktieb għal studenti ta’ 14 u 15-il sena dwar il-valuri tal-Unjoni Ewropea. Il-ktieb huwa bbażat fuq 10 stejjer fittizji u qosra dwar il-ħajja ta’ kuljum ta’ grupp ta’ ħbieb li jgħixu fl-istess blokka ta’ appartamenti. Il-ħila tal-awtriċi, Clare Azzopardi, twassal lill-qarrejja biex faċilment jidentifikaw lilhom infushom u l-ħolm u l-aspirazzjonijiet tagħhom mal-karattri tal-istejjer tal-ktieb. L-istejjer huma mżewqa b’illustrazzjonijiet dwar il-karattri minn Naomi Gatt. Wara kull storja, il-qarrejja jsibu paġna illustrata bi kwotazzjoni, referenza u ħolqa għal aktar tagħrif dwar dak li twettaq l-Unjoni Ewropea fil-qasam partikolari li joħroġ mill-istorja. It-temi li joħorġu millktieb huma: l-għaqda fid-diversità tal-pajjiżi u ċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea, il-prinċipji tal-moviment ħieles, il-multikulturaliżmu, l-inklużjoni, l-ugwaljanza, id-demokrazija, il-ħarsien ambjentali, l-azzjoni favur il-klima u l-iżvilupp sostenibbli, l-opportunitajiet ta’ studju u xogħol, l-iżvilupp diġitali, l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-volontarjat, l-isport, ir-responabbiltà ċivika u ċ-ċittadinanza attiva.
Idħol fil-website sem.gov.mt fis-sezzjoni inform u publications. Inħallu f’idejk biex taqra l-ktieb, issir taf aktar dwar kif l-Unjoni Ewropea tappoġġja t-twettiq tal-ħolm taż-żgħażagħ u, għaliex le? Toħlom u twettaq il-ħolm tiegħek int ukoll. Għal aktar informazzjoni tista’ tibgħat email lil edvalletta.sem@gov.mt
18
SANTA KLAWS JIRRITORNA GĦAL AKTAR ATTIVITAJIET POPOLARI TAS-SENA!
I
l-Milied huwa l-aktar żmien mistenni tas-sena. Dan il-jum iġib miegħu spirtu ta’ ferħ, għaqda u mħabba fost l-umanità. Dan iż-żmien ta’ festi jġib miegħu wkoll diversi tradizzjonijiet, li tant saru parti integrali minna li ninsew nistaqsu minn fejn ġew jew għaliex jeżistu. Taf minn fejn ġejjin ittradizzjonijiet tiegħek tal-Milied? Jew il-karattri u l-ikel favoriti tiegħek tal-Milied? F’Diċembru nistiednek iżżurna fl-Esplora biex taqta’ din il-kurżità.
Ritratt: MATT THOMPSON
Dr Jeffrey Pullicino Orlando Chairman Eżekuttiv Il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija
Iċ-ċentru interattiv Esplora huwa tassew intenzjonat għal kulħadd. Nieħdu pjaċir nilqgħu fostna udjenza varjata u noffru lill-familji ħin ta’ kwalità flimkien. Ma jistax jonqos li f’dawn iż-żminijiet is-swali fl-Esplora jkunu armati bit-tema u karattri popolari tal-Milied, u ċ-ċentru se jkompli joffri l-programmi t’attivitajiet tant popolari mal-viżitaturi tiegħu. Se jkollok l-opportunità li tattendi għal diversi wirjiet b’tema tal-Milied, fosthom Weatherology li se teħodna fi vjaġġ madwar id-dinja hekk kif nesploraw it-temp u l-klima biex insibu d-destinazzjoni perfetta tal-Milied.
19 Se tkun tista’ tiskopri wkoll x’jiġri mill-ikel li tiekol waqt l-ikliet tal-Milied permezz talwirja Body Wonders, kif ukoll titgħallem kif l-inġinieri implimentaw mezzi ta’ sigurtà flislitta ta’ santa biex jipproteġuh minn kwalunkwe inċident ikrah fl-ajru waqt li jkun qed iqassam ir-rigali tagħna! It-tim tagħna ħaseb ukoll għal programm interessanti bejn it-23 ta’ Diċembru 2021 u s-6 ta’ Jannar 2022. Wirja li żgur m’għandekx titlef hi 12 Days of Christmas fejn toffri spettaklu mimli reazzjonijiet ikkuluriti, mużika u dimostrazzjonijiet tal-moħħ. Ingħaqad u kanta magħna hekk kif din l-għanja famuża tal-Milied se tingħata xeħta xjentifika. Ħsibna wkoll għall-wirjiet marbuta mal-films tal-Milied li jikkaratterizzaw dan l-istaġun. Ingħaqad mal-ekwipaġġ tal-films ta’ Esplora fil-wirja Lights, Camera, Action u għinna noħolqu l-maġija tal-Milied hekk kif nibnu mill-ġdid xi elementi klassiċi ta’ film tal-Milied bl-użu tax-xjenza. Tista’ tipparteċipa wkoll fi Christmas Trail biex tesplora l-esebiti u tiskopri kif ix-xjenza u t-teknoloġija jintużaw fil-produzzjoni tal-films. La qed nitkellmu fuq teknoloġija, tinsiex tiċċekkja l-ispettakli tal-Esploraplanetarium dan il-Milied fejn tassew tkun pass biss ’il bogħod mill-istilel. Iffokat fuq is-suġġett taddinja u l-univers, il-Planetarium joffri esperjenza unika f’Malta u huwa mgħammar blaħħar teknoloġija hekk kif jipproġetta xeni viżwali fuq il-koppla tiegħu. Segwi Wonders of the Night Sky għall-vjaġġ fissistema solari tagħna hekk kif, fost oħrajn, inkunu nistgħu niskopru x’qed jagħmlu l-astronawti fuq l-istazzjon spazjali internazzjonali u naraw kif tidher is-sema lejlet il-Milied. Matul il-perjodu ta’ bejn it-23 ta’ Diċembru 2021 u s-6 ta’ Jannar 2022, ilviżitaturi huma ġentilment mitluba jixtru l-biljetti tad-dħul minn fuq is-sit elettroniku tagħna, https://esplora.org.mt/christmasat-esplora/ Agħmel il-Jum tal-Milied tal-maħbubin tiegħek wieħed memorabbli u eċitanti. Ejja żurna fl-Esplora u pparteċipa fl-attivitajiet tant popolari tagħna. Nixtieq ukoll nieħu din l-opportunità biex nawguralkom ilkoll il-Milied it-tajjeb.
THE CATHEDRAL OPTICAL G’Manġia 21226020 - B’Kara 21490213 - Żebbuġ 21465768 - Fgura 21673332 Naxxar 21 431 152 - B’Buġia 21421 976 - Rabat 21450845 - Luqa 21895248 Qormi 21488950 - Attard 21418315 - San Ġwann 21383947
one hour service