ĠUNJU 2022
Għal aktar informazzjoni, jew jekk tixtieq kopja stampata tal-kotba, ikkuntattja lil Servizzi Ewropej f’Malta - 2200 3300jew ibgħat email - info.sem@gov.mt. Ktieb għaż-żgħażagħ ta’ 14 u 15-il sena Ktieb għat-tfal ta’ 11 u 12-il sena Fis-Sajf tgħallem dwar l-Unjoni Ewropea Tista’ tniżżel dawn il-kotba f’format diġitali minn fuq is-sit sem.gov.mt/latest-updates/publications
Hekk kif qiegħed nersqu lejn tmiem sena skolastika oħra qiegħed nerġgħu nwasslulkom edizzjoni oħra tas-suppliment ta’ kull erba’ xhur Eduka li jitqassam b’xejn mal-gazzetta It-Torċa. Din il-ħarġa tkompli tibni fuq dak li wassalnilkom fix-xhur li għaddew. Is-suppliment qabel xejn jinkludi intervista ma’ Abby Camilleri Pearson dwar it-teknoloġija assistiva u l-użu tar-robotika fl-edukazzjoni u fis-Sajf. Naraw ukoll kif qiegħed tkompli tinxtered l-imħabba lejn l-ilsien Malti fost it-tfal permezz ukoll tarrivista Sagħtar.
3
Dr Kenneth Vella Editur
Minn din l-edizzjoni wkoll nintroduċu rubrika ġdida, dik tal-ex Ministru talEdukazzjoni u tal-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo fejn magħna jiddiskuti diversi temi relatati mad-dinja tal-edukazzjoni. Eduka żgur li għandu jkun suppliment interessanti għal kulħadd. Grazzi lill-qarrejja tagħna tal-kummenti u s-suġġerimenti li bagħtulna fil-ġimgħat li għaddew. Grazzi wkoll lil Robert Caruana li ħa ħsieb id-disinn. Jekk intom, qarrejja tagħna, tkunu tixtiequ li niddiskutu xi temi partikolari nitlobkom ukoll tibgħatuli email fuq kennethvella@hotmail.com
EDITORJAL
Robert Caruana - design@unionprint.com.mt | Avviżi: Tel: 2590 0200 - adverts@unionprint.com.mt
Fil-paġni ddedikati liċ-ċkejknin tagħna, Rita Azzopardi tkompli twasslilna stejjer b’temi differenti, poeżiji u li jqajmu interess. Inkomplu naqraw ukoll aktar dwar inizjattivi li ħa dan l-aħħar u li se jieħu fil-ġimgħat li ġejjin il-Kunsill Malti għaxXjenza u t-Teknoloġija permezz tar-rubrika ta’ Dr Jeffrey Pullicino Orlando. L-edukatriċi u esperta dwar mindfulness, Elaine Azzopardi, tikteb dwar kif din il-prattika tista tiġi mplimentata anki fin-natura u tagħti ħarsa lejn attivita’ li ġiet organizzata flimkien ma’ BirdLife Malta. Corinne Cilia, psikoterapista, tagħti ħarsa lejn l-assistenza li għandna nagħtu lill-preadoloxxenti u l-ġenituri tagħhom.
Żgur li t-teknoloġija tista’ tassisti u tiffaċilita mhux ftit it-tagħlim tat-tfal f’kull livell tal-edukazzjoni. Iżda dan mhux kollox għax użu tajjeb tat-teknoloġija matul l-iskola obbligatorja jgħin ukoll eventwalment meta l-istudent iħalli l-bank tal-iskola u jibda jaħdem f’setturi differenti. Dwar dan tkellimna ma’ Abby Camilleri Pearson, edukatriċi li tħarreġ ukoll edukaturi fl-użu tat-teknoloġija fl-edukazzjoni.
X’diffikultajiet qed jesperjenzaw l-istudenti tagħna meta jiġu biex jaqraw?
EdukatriċiAbbydinjametakifkemmlitajjebtagħlimindipendenzatwassalnaassistivaIt-teknoloġijatista’għall-fit-tagħna,linkununafuhawngħajnunagħaż-żgħarukollgħall-kbarjaffrontawid-tax-xogħolCamilleriPearson,
4
Saż-żmien li l-istudenti jkunu fl-iskola sekondarja, jista’ jkun diffiċli li ssolvi id-diffikultajiet tal-qari li setgħu ilhom għaddejjin matul is-snin primarji u bikrin. Allura nemmen li t-teknoloġija assistiva fl-iskejjel għandha tiġi implimentata mill-bidu tas-snin edukattivi ħalli malewwel għarfien ta’ xi diffikultà jindirizzaw il-problema b’mod xieraq u effettiv. Din it-teknoloġija assistiva tista’ tiffaċilita ħafna l-ħajja ta’ studenti b’Dyslexia u SpLD. Għal bosta snin edukaturi, kapijiet tal-iskejjel, assoċjazzjonijiet u membri fid-Dipartiment talEdukazzjoni ħadmu bla waqfien biex iżidu u jkompli jgħarrfu lill-ġenituri u l-pubbliku dwar id-dyslexia u diffikultajiet ta’ tagħlim speċifiċi marbuta mal-qari u ftehim ta’ taħrig. L-edukaturi jaħdmu ħafna biex jgħinu lil kull student biex jitgħallem u jaċċelera fl-edukazzjoni tiegħu biex ikun ta’ suċċess. L-istudenti li għandhom dyslexia jew SpLD ħafna drabi jsibu li anke kompitu sempliċi quddiemhom jikkawżalhom sentimenti kbar ta’ għeja, konfużjoni, ansjetà u biża’ kbira. Iħossu sentimenti ta’ falliment u frustrazzjoni jekk ma jingħatawx l-għajnuna meħtieġa.
It-teknoloġija assistiva tista’ ħafna drabi tintuża biex tissostitwixxi l-qarrej uman (human reader). Jekk inneħħu l-human reader għal ċertu individwi, awtomatikament l-istudent jibda jħossu aktar responsabbli tal-qari u t-tagħlim tiegħu. Huma jsiru indipendenti u jħossuhom aktar kapaċi u huwa għalhekk li r-reader pen tgħin lill-individwu jitgħallem b’mod awtonomu. Din l-għodda tista’ tiġi użata wkoll minn individwi fuq il-post tax-xogħol biex jkomplu l-ħajja tagħhom b’indipendenza u trankwilità.
Energy Investment Limited, huma d-distributuri lokali uffiċjali tal-iscanning pens f’Malta, joffru sessjonijiet ta’ online demos għal kull individwu kif ukoll għall-iskejjel. Jagħtu wkoll ġimgħa prova ta’ reader pen lil kull min tinteressah. Waqt din il-ġimgħa tingħata kwalunkwe għajnuna meħtiega biex jifhmu kif dan l-apparat jaħdem. Dan is-servizz huwa bl-ebda obbligu li tixtri. Jagħtu provi kif ukoll taħriġ lill kwalunkwe skola, ġo Malta u Għawdex, li hi interessata timplementa din it-teknoloġija assistiva fis-sistema edukattiva tagħha. Jekk tixtri din ir-reader pen is-servizz ta’ assistenza tibqa’ tingħata kull meta hemm bzonn.
Dawn ir-reader pens jistgħu jintużaw fl-eżamijiet tal-MATSEC?
Kull ġenitur jew individwu jista’ jikkuntattjana fuq (+356) 2131 7486 biex jagħmel appuntament għal prova biex jaraw kif jaħdem dan l-apparat. Nistgħu wkoll nitkellmu mal-iskejjel jekk ikunu interessati biex ikunu jafu iktar dwar dan is-servizz li qegħdin noffru, u dan isir mingħajr l-ebda obbligu li jixtru. L-għan tagħna hu wkoll li nkabbru għarfien ta’ din it-tip ta’ teknoloġija assistiva f’pajjiżna. Wieħed jista’ wkoll iżur is-sit elettroniku tagħna www.digital.com.mt biex jixtri jew jagħmel kuntatt magħna.
5
It-teknoloġija assistiva tista’ twassal għallindipendenza?
Iva. Il-bord tal-eżamijiet tal-MATSEC irreveda l-linji gwida tal-Aċċess fejn kull student li japplika għall-eżamijiet tal- MATSEC li seħħew mill-2020 ‘il quddiem jista’ jkun eliġibbli għal reader pen skont il-proċeduri meħtieġa li jridu jiġu validati. Ir-reader pens li jintużaw fl-eżamijiet ikollhom biss it-text-to-speech facility u mhux id-dizzjunarju. Din il-gwida tiddikjara li r-reader pen tista’ tiġi użata minn kull individwu li japplika għal dan l-aċċess biex isir kompletament indipendenti waqt l-eżami tiegħu. Hekk ma jkollhomx bżonn human reader biex tassistihom. Jużaw biss ir-reader pen indipendentament. Id-Dipartiment tal-Edukazzjoni fetaħ skema biex jgħin lil dawk l-istudenti li jikkwalifikaw għal dan l-apparat biex jintuża filħidma tagħhom ta’ kuljum biex jersqu lejn l-eżamijiet b’aktar kunfidenza. Dawn ir-reader pens jistgħu jinxtraw lokalment?
Ir-reader pen qed tbiddel il-pajsaġġ tat-tagħlim għall-istudenti li għandhom dyslexia jew diffikultajiet biex jaqraw u jinterpretaw il-kliem miktub. Din irreader pen qisha pinna li tikteb biha, imma daqsxejn aktar goffa. Huma apparat li jista’ jinġarr kullimkien bla problemi. Tista’ żżommah f’idejk, filpocket tal-but tal-ġakketta jew qalziet u tqabbad il-headphones kull meta trid taqra xi kelma jew kuntest. Dan l-apparat isir parti integrali ta’ ħajtek biex jgħinek taqra kulma għandek bżonn tul il-ġurnata tiegħek, kemm l-iskola, kif ukoll meta tmur tixtri ġo ħanut. It-text-to-speech facility fuq ir-reader pen tippermetti lill-istudenti jisskenjaw it-test li jkollhom quddiemhom u awtomatikament l-apparat jaqralhom lura dak it-test mill-ispeaker, jew billi tqabbad earphones u tisma’ għal kwiet waħdek. Ċerti reader pens għandhom ukoll il-facilità li tisskenja kelma u ttik it-tifsira tagħha. Allura tgħin lill-istudenti jfittxu kliem li ma jkunux ċerti minnhom weħidhom u ma jkollhomx bżonn jgħollu jdejhom biex jistaqsu lill-għalliem.
X’tagħmel ir-reader pen?
6
Jidher li anki sal-lum 405 miljun tifel u tifla għadhom ma rritornawx lura fl-iskejjel b’mod sħiħ. 147 miljun tifel u tifla tilfu aktar minn nofs sena skolastika jkunu fil-klassi. UNICEF, l-organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar it-tfal filpajjiżi li qed jiżviluppaw, ħarġet rapport jismu: ‘It-tfal tassew qed jitgħallmu?’ u fih tipprova twieġeb dawn il-mistoqsijiet:
Biex nirkupraw mill-Covid
Kont inkun naf kemm kapijiet ta’ skejjel huma tajba billi xħin tgħaddi mill-kurituri magħhom it-tfal jiġru lejhom u huma jafu l-isem ta’ kull tifel u tifla Issa wara sentejn bil-maskri, reġgħu bdew isiru jafuhom millġdid. Jidher li waħda mill-effetti tal-Covid hi li iżolat lit-tfal u naqqset il-ħila soċjali li jikkomunikaw u jkunu flimkien. It-tfal u l-għalliema batew fil-Covid mad-dinja kollha, anki fis-saħħa mentali tagħhom.
Hemm rapport dwar pajjiżi oħra li tassew inkwetanti: il-qari mar lura b’7 snin; kwart tal-istudenti fl-età ta’ 14 marru lura ħafna fil-matematika u tfal ta’ 11 qishom jafu l-matematika li suppost ikunu jafu fl-età ta’ 7 snin. Biex nimxu ’l quddiem fl-edukazzjoni tajjeb li aħjar nippruvaw nifhmu sew fejn qegħdin u kif ġejna affettwati.
din kienet sena oħra skolastika mimlija sfidi u dis-sena bir-realta’ diffiċli wkoll talpandemija Covid. Xi ġimgħat ilu t-tfal reġgħu lura l-iskola bla maskra, ferħanin għax reġgħu bdew jieħdu r-ruħ. Reġgħu bdew juru wiċċhom. Sħabhom bdew jiskoprulhom wiċċhom mill-ġdid. L-għalliema u l-mexxejja tal-iskola wkoll reġgħu bdew jiskopru lit-tfal mill-ġdid wara sentejn imħarbta bil-Covid.
W
• X’taħriġ u riżorsi għandhom bżonn l-għalliema biex jinkiseb lura dak li ntilef fis-sentejn li għaddew.
Qabell-edukaturi.nagħmluxi
Evarist Bartolo
aslu l-vaganzi u ftit mistrieħ mill-iskola mistennijagħall-għalliema.għall-istudentikemmkifukollVaganziumistħoqqagħax
• x’inhuma l-effetti tal-Covid fuq it-tfal u l-għalliema u kif intlaqtet il-ħidma edukattiva?
• X’għajnuna għandhom bżonn biex jiksbu lura dak li tilfu?
• Kemm waqgħu lura t-tfal minħabba l-Covid?
pass ġdid fil-mixja edukattiva hemm bżonn inkunu nafu fejn qegħdin. Inkella niċċaqalqu bla direzzjoni u bla sens. Ilkoll flimkien: ministeru, skejjel ta’ kull qasam, MATSEC ... hemm bżonn tevalwaw sew il-ħsara li għamel ilCovid u t-tiswija li trid issir. Inkella għas-snin li ġejjin se nkunu qed nibnu fuq ir-radam tal-Covid, mhux fuq il-blat.
Anki fl-edukazzjoni biex tkun taf fejn sejjer, trid tkun taf fejn tinstab u mnejn ġej. Fl-iskejjel li żort fl-aħħar ġimgħat u minn dak li qaluli l-għalliema u l-mexxejja tal-iskejjel, il-Covid ħarbat l-edukazzjoni fis-sentejn li għaddew. L-istess kliem qed jingħad mad-dinja kollha. Issa li bdew sew it-tħejjijiet għas-sena skolastika l-ġdida, għall-ġid tat-tfal, l-għalliema, il-ġenituri u l-poplu kollu aħjar naraw sew xi ħsara u tħarbit għamel il-Covid fil-qasam edukattiv. Mhux biss tefa’ lura t-tagħlim tat-tfal imma laqat ukoll ħażin is-saħħa mentali tattfal u
deċiżjonijiet serji u tkompli tissaħħaħ il-ħidma meħtieġa dwar kif se jiġu mgħallma bl-aktar mod effettiv il-Malti u l-Ingliż. Hemm bżonn ta’ kordinazzjoni sħiħa u appoġġ kbir mill-uffiċjali edukattivi u għalliema biex jiġu indirizzati sew dawn l-isfidi li minnhom jiddependi l-futur tat-tfal u anki tal-ilsien tagħna l-Malti, li se jmut, jekk ma niħdux ħsiebu meta t-tfal tagħna, kemm ta’ ġenituri Maltin kif ukoll ta’ pajjiżi oħra, qed jitkellmuh inqas u inqas.
Importanti li l-edukaturi jiġu rispettati tassew minn dawk li jmexxu l-edukazzjoni, mill-ġenituri, mis-soċjetà kollha kemm hi. L-edukaturi hemm bżonn jiġu rispettati u kkonsultati bis-serjetà f’dak li jkun għaddej fl-edukazzjoni. L-edukaturi jħossuhom għajjenin u mifnijin minn wisq tibdil f’salt mhux ippjanat fejn tidħol bidla ġdida meta dik li għadha kemm dahlet lanqas ingħatat ċans taħdem.
L-edukaturi jħossu li ħajjithom saret mimlija b’wisq mili ta’ karti li qed joqtol il-gost li tgħallem. Hemm bżonn li l-professjonalità tal-għalliema tiġi rikonoxxuta u jkun hemm titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol għax se nispiċċaw bi problema kbira li ftit żgħażagħ iridu jsiru għalliema.
Tajbin kemm huma tajbin l-intenzjonijiet tal-bidliet, ħafna bidliet edukattivi mad-dinja kollha ma jitgawdewx mhux għax ma jkunux meħtieġa iżda għax jiddaħħlu bl-għaġla u bla ħsieb u bla tħejjija sew. Il-bidliet iridu jiġu ppjanati u kordinati sew: Bidliet fis-sillabi għandhom jintrabtu sew ma’ bidliet fil-learning outcomes u jsaħħu lil xulxin u mbagħad jiġu wkoll riflessi fl-eżamijiet biex hekk it-tfal u l-għalliema ma jispiċċawx mirduma taħt ħafna kontenut, sillabi ma jispiċċaw qatt fejn iridu jtellqu mal-ħin biex ilaħħqu u nispiċċaw li m’għandniex ħin għall-edukazzjoni fl-iskola għax iġri u ġerri biex tlaħħaq.
Sfida oħra li qed jiffaċċjaw iżjed skejjel hija t-tagħlim bil-Malti u bl-Ingliż meta eluf ta’ tfal minn ħafna pajjiżi differenti issa qed jattendu l-iskola mat-tfal Maltin u Ghawdxin. Dan iġib sfidi kbar għall-edukaturi u studenti. B’liema lsien se jiġu mgħallma? Kif se jitgħallmu l-Malti u l-Ingliż meta għandek tfal fejn iżżewġ ġenituri huma Maltin, oħrajn b’ġenitur wieħed Malti u allura anki d-dar jużaw ilsien ieħor u oħrajn fejn iż-żewġ ġenituri huma Hemmbarranin.bżonn
Kitibli Trevor Żahra u qalli:
“Naqbel miegħek mija fil-mija. Jekk ma rridux li l-Malti jisparixxi għalkollox milliskejjel tagħna jeħtieġ li lit-tfal barranin ngħallmuhom JITKELLMU bil-Malti. Ma noqogħdux ngħabbuhom bil-Malti MIKTUB, bir-regoli grammatikali u dettalji tekniċi oħra. Ngħallmuhom qabel kollox JITKELLMU bil-Malti. Kif għedt tajjeb, din għandna nittrattawha bl-akbar urġenza u bi pjan strutturat. Jekk ma nagħmlux dan, fi ftit tassnin oħra, il-Malti se jgħosfor għalkollox milliskejjel tagħna. U dan ikun ifisser IL-BIDU TAT-TMIEM għal ilsienna.”
7
Dawk li qed jgħallmu diġà u għad m’għandhomx il-kwalifiċi kollha hemm bżonn jingħataw iżjed opportunitajiet biex jiksbu l-kwalifiki meħtieġa. Sadattant irid isir xogħol biex dawk fi professjonijiet oħra li jridu jsiru għalliema jistgħu jagħmluh dan wara li jkunu għamlu programmi ta’ pedagoġija.
Min jaħseb li ssir għalliem, għall-paga, għall-vaganzi u għal xi xogħol faċli, ma jafx x’qed jgħid. L-aħjar għalliema saru għalliema u LSEs biex iservu lill-istudenti, biex itejbulhom ħajjithom u jgħinu jedukaw ġenerazzjoni ġdida ta’ Maltin u Għawdxin. Jieħdu gost meta jaraw lillistudenti tagħhom mexjin ’il quddiem u jirnexxu. Jiddispjaċihom meta minkejja li jagħmluh l-almu tagħhom kollu ma jirnexxilhomx jgħinu lillistudenti jimxu ’l quddiem.
Bżonn ta’ iżjed rispett serju
L-isfida tal-ilsien
L-istudenti jqattgħu kuljum sigħat fl-iskola imma l-edukazzjoni tagħhom mhix affettwata biss minn dak li jiġri fl-iskola iżda wkoll minn dak li jiġri lit-tfal fil-familja u fis-soċjetà. Jekk hemm il-problemi d-dar, faqar, vjolenza, tħarbit … dan jolqot ħażin lit-tfal u ma tantx jistgħu jgawdu mill-iskola. Għalhekk biex it-tfal igawdu tassew milledukazzjoni hemm bzonn politika li tneħħi l-faqar mis-soċjetà u tgħin lill-familji jiffaċċjaw l-isfidi tal-ħajja moderna.
ari għadna nużaw l-frażi ‘kompli l-iskola u gradwa, sabiex tkun moħħok mistrieħ għal ħajtek kollha’. Meta nqisu li qed ngħixu f’soċjetà bbażata fuq l-informazzjoni, it-teknoloġija u l-bidla, wieħed jinnota kif it-tagħlim m’għandux ikun marbut biss mal-edukazzjoni obbligatorja u għolja, imma għandu jkun tul il-ħajja u għal kulħadd.
It-tagħlim teżor...huwa
R
8
Waħda mill-ftit affarijiet li hi kostanti u kontinwa fil-ħajja tal-lum, hi l-bidla nnifisha. Il-bidla, li filparti l-kbira tagħha, hi xprunata mix-xjenza u t-teknoloġija, qiegħda sseħħ b’rata dejjem aktar mgħaġġla. Ħajjet kull persuna ddominata mill-avvanzi fir-riċerka u l-innovazzjoni, li minn banda għandhom il-potenzjal li jtejbu l-kwalità tal-ħajja, però minn band’oħra qed isawru użanzi ġodda b’rata mgħaġġla ħafna. L-użu ta’ robots għat-tindif fid-djar, karozzi elettroniċi ġodda, kummerċ online, arloġġi smart, u affarijiet oħra huma ftit mill-ħafna bidliet filħajja ta’ kuljum, li r-riċerka u l-innovazzjoni ġabu magħhom tul dawn l-aħħar għexiren ta’ snin. Dan kollu jsostni l-ħtieġa u l-importanza tat-tagħlim tul il-ħajja u l-abbiltà tal-persuni fissoċjetà tagħna li jadottaw kompetenzi ġodda.
Chairman Eżekuttiv MCST
tagħna wkoll li naraw kif inwieżnu lil min għandu sfidi akbar biex jilħaq l-aspirazzjonijiet tat-tagħlim tiegħu. Irrikonoxximent li l-persuni mhumiex grupp omoġenju huwa importanti ferm għax b’hekk wieħed qed jagħraf il-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-individwi. F’soċjetà li kontinwament tinbidel, Esplora huwa ċentru kommess favur it-tagħlim inklussiv tax-xjenza, teknoloġija, inġinerija u matematika (STEM).
Infatti, il-Kummissjoni Ewropea tqis il-kompetenza msejħa ‘Learning to Learn’ bħala waħda millkompetenzi ewlenin li kull adult għandu jkollu. Kull tip ta’ edukazzjoni, kemm dik formali u anke mhux formali, għandha tindirizza l-iżvilupp ta’ kompetenzi ewlenin u ħiliet bażiċi għal kulħadd, minn età bikrija għal tagħlim tul il-ħajja. Ilkompetenzi ewlenin jinkludu l-għarfien, il-ħiliet, u l-attitudnijiet meħtieġa għat-twettiq u l-iżvilupp personali, l-impjegabbiltà, l-inklużjoni soċjali, u ċ-ċittadinanza attiva. Wara l-proċess tal-iskola obbligatorja, l-edukazzjoni kontinwa għall-adulti hija kruċjali sabiex wieħed jitħarreġ f’aktar ħiliet u kompetenzi, isaħħaħ ħajtu b’mod personali, jifhem l-iżviluppi fix-xjenza u t-teknologija, ikompli jikber fil-karriera tiegħu, u/jew jerġa’ jidħol lura fid-dinja Hijatax-xogħol.r-responsabbiltà
Jiena nħeġġeġ lil kull persuna sabiex tiżviluppa it-tagħlim,ninvestugħat-tagħlim,passjoniulif’soċjetàbbażatafuqgħaxkifjgħidil-proverbjuĊiniż‘it-tagħlimhuwateżor...lijsegwililsidukullimkien’.
Photo credit: Matt Thompson
Esplora huwa meqjus bħala ċ-Ċentru Nazzjonali tax-Xjenza fejn mhux biss jikkomunika x-xogħol siewi marbut mar-riċerka u l-innovazzjoni li jsir mid-dipartimenti tekniċi tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija (MCST), imma anke jservi bħala punt ta’ referenza għal dak kollu relatat mal-komunikazzjoni ta’ STEM fuq livell nazzjonali. Punt kruċjali għaċĊentru dejjem kien l-allaċċjament ta’ dawn is-suġġetti mal-ħajja ta’ kuljum, mal-industrija u impjiegi u mal-interessi tal-pubbliku, sabiex dejjem juri r-relevanza u l-importanza tagħhom.
Esplora kien iddikjarat bħala proġett emblematiku mill-Kummissjoni Ewropea. Inħossni kburi li l-MCST xprunat ‘il quddiem dan ilproġett tant mistenni u bżonjuż għas-soċjetà tagħna. Issa nħares ‘il quddiem għall-proġett nazzjonali li jmiss – dak tal-EsploraNatura. EsploraNatura ser ikun l-aħħar parti addizzjonali taċ-Ċentru Esplora li ser ikun ikopri l-area ta’ Bighi kollha. L-EsploraNatura ser ikun qed jesibixxi u jikkollezzjona wirja interattiva ta’ kważi miljun artefatt li preżentament jinsabu fil-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali flImdina, sabiex ċ-Ċentru Esplora mhux biss ikun ċentru ta’ tagħlim mhux formali uniku f’Malta, imma anke f’livell Ewropew.
Dr Jeffrey Pullicino Orlando
9
EDUKA għat-tfal minn Rita Azzopardi
Narratur: Omm Ġaħan irranġat ftit xagħarha, qabdet il-portmoni u telqet tħaffef lejn il-knisja li kienet tefgħa ta’ ġebla ’l bogħod mid-dar.
Ġaħan: (qam u beda jittewweb) Aħjar nilbes u mmur għax ħalli għaliha ommi kemm tgerger jekk nidħol tard.
Narratur: Mela darba f’raħal żgħir f’Malta kien jgħix tifel jismu Ġaħan. Ġaħan ma tantx kellu moħħu jilħaqlu u kien jifhem kollox litteralment. Jum fost l-oħrajn, il-Ħadd, omm Ġaħan kienet sejra l-knisja waqt li Ġaħan, ta’ tfajjel għażżien li kien, kien għadu mgeddes taħt il-friex. Ġaħan u l-biebĠaħan u l-bieb
Mill-ħrejjef ta’ Ġaħan
Ġaħan: Iva ma mhux se ndum.
Ġaħan: Mhux int għedtli ma biex niġbed il-bieb warajja! Jien għamilt kif għedtli int.
10
Ġaħan: Iva ma ... imma ħallini noqgħod ftit minuti oħra hawn għas-sħana tal-friex.
Ommu: Ġaħan! Jiena sejra nisma’ quddiesa. Inti x’se tagħmel? Ġej miegħi?
Ommu: Ara jiena se mmur għax inkella ma nilħaqx post quddiem. Inti ddumx, ftehmna?
Narratur: Omm Ġaħan malajr indunat dak il-ħoss x’kien.
Ommu: Ġaaaaħaaaan .... hemm x’għamilt? Mhux ta’ b’xejn kulħadd qed jidħak ... daħħakt raħal bik!
Ommu: (minn isfel) U tinsiex tiġbed il-bieb warajk xħin toħroġ.
Narratur: Ġaħan, qabel beda triqtu lejn ilknisja, qala’ l-bieb minn postu, rabtu b’ħabel mal-ħabbata u kaxkru warajh sa ma daħal filknisja waqt l-omelija.
Ommu: (konfuża) Dan x’ħoss hu? Qisu terremot. U kemm se jdum ma jiġi dak l-imbierek ta’ tifel li għandi.
Ġaħan: Iva ma ħalli f’idi.
hemm ġew maqful ma’ dawk in-nagħaġ kollha! Kemm kien kuntent xħin beda jimmaġina x’ikla kien se jagħmel dik il-lejla! Bla ma jaf kif in-ngħas ħadu, għalaq għajnejh u raqad.
Imma malajr inbidlitlu l-burdata xħin lemaħ lir-ragħaj ftit ’il
“Uff!”bogħod.nefaħ il-lupu. “Dan dejjem hawn! Irrid naħseb fi pjan kif neħles minnu.” Hekk kif kien għaddej jonfoħ u jgerger, fil-
Hekk kif beda jisbaħ, il-lupu ħareġ inkiss inkiss mill-għar tiegħu u baqa’ sejjer lejn l-għolja. Mat-triq seta’ jxomm sew ir-riħa tan-nagħaġ. Mat-triq qagħad attent li ħadd ma jarah. Il-lupu kien makakk biżżejjed u kien jaf kif kellu jasal ħdejn in-nagħaġ qisu ħalliel. Hekk kif wasal filquċċata tal-għolja, lemaħ xena mill-isbaħ – merħla nagħaġ ħoxnin u mlaħħmin kienu qed jirgħaw u jieklu l-ħaxix. Il-lupu ħassu ferħan se jtir.
Il-ħin għadda u hekk kif beda jidlam, ir-ragħaj sejjaħ linnagħaġ biex idaħħalhom lura f’posthom. Il-lupu mexa magħhom. Imbagħad, ir-ragħaj għalaq il-grada. Il-lupu ħaseb x’ikla kien se jkollu dik il-lejla
Mat-triq ir-ragħaj ftakar li kellu jieħu miegħu xi laħam biex isajru għax li kellu d-dar kien spiċċa. Għalhekk dar lura u kif daħal fejn kien hemm in-nagħaġ, ħareġ issikkina, qabad l-ewwel nagħġa fil-qrib u qatilha. Hekk kif beda jġorr in-nagħġa mejta nduna li dik ma kienet nagħġa xejn, iżda l-lupu makakk u brikkun!
Il-lupuliebesta’ nagħġa
11
EDUKA għat-tfal minn Rita Azzopardi
Malajr malajr libes dik il-biċċa ġild u mar bil-mod il-mod jitħallat mal-merħla tannagħaġ. Ħadd ma nduna bih ... la n-nagħaġ u lanqas ir-ragħaj. Bi ftit paċenzja, ħaseb bejnu u bejn ruħu, seta’ jieħu dak li ried.
Ir-ragħaj qal, “Ried jidħak bija u spiċċa ħażin. Sewwa jgħidu li l-affarijiet mhux dejjem huma kif jidhru minn barra!”
ġenb lemaħ bħal biċċa ġild tan-nagħaġ. Malajr ġieh ħsieb f’moħħu. Qagħad b’seba’ għajnejn fuq ir-ragħaj u xħin rah aljenat kien pront ħareġ minn fejn kien moħbi, ħatafha bi snienu u reġa’ daħal jistaħba.
U aħna konna nitgeddsu iktar flimkien, is-sebgħa li aħna, nistennew, nistennew sakemm Papà Toto jibda Mela,jirrakkonta.għeżież
żgħar tiegħi, din il-ġrajja tibda eżattament f’din id-dar, f’din il-kamra, f’din ilqoffa fejn qegħdin intom... Niftakar qisu lbieraħ. Kont rieqed raqda fil-fond hawnhekk f’din l-istess qoffa. Ħoss qawwi ta’ riħ ivenven qajjimni. Għallbidu ħsibtni qed noħlom imma ma kontx. Il-bibien u t-twieqi tad-dar bdew iċekċku u ħsibthom se jinqalgħu minn posthom. F’daqqa waħda l-bieb infetaħ beraħ u għalhekk jien ħriġt barra. Fit-triq kien hemm paniku sħiħ. Kulħadd kien qed jiġri ma jafx x’se jaqbad jagħmel. Dorothy ippruvat iddaħħal it-tiġieġ lura f’posthom, imma kien kollu għalxejn.
EDUKA għat-tfal minn Rita Azzopardi
12
Is-sajfIs-sajf
Lil missieri niftakru jgħidilna, “Jiena u Dorothy konna t-tnejn hemm. Din l-istorja, Dorothy ma qalitha lil ħadd, lanqas liz-ziju Henry u liz-zija Em għax dawn ma kinux jemmnuha. Darba qaltli li la tikber u jkollha t-tfal kienet se tgħidilhom għax it-tfal, mhux bħall-kbar, huma jafu kif jemmnu. Issa intom il-ġriewi bħat-tfal, le? Għalhekk naf li nista’ ngħidilkom u intom temmnuni. Araw kemm intom iffortunati: se tkunu tafu b’din il-ġrajja qabel kulħadd, minbarra Dorothy, ovvjament, u jien.”
temp sħun, ġelati kisħin, baħar sabiħ, ngħumu kuljum, niġru u nilagħbu. Vaganzi, xorzijiet u dgħajjes. Inħobbu wisq is-sajf għax ma jkollix skola l-istaġun favorit tiegħi s-sajf!huwa
“Jiena hemm kont”. Hekk kien jibda r-rakkont tiegħu missieri Toto. Meta kont nisimgħu jgħid dan il-kliem, kont inħoss ġismi jqum xewk xewk għax kont naf li kien se jirrakkontalna r-rakkont tas-saħħar ta’ Oż. Konna sebgħa b’kollox, jiena u ħuti l-ġriewi l-oħra.
L-istorjatas-Saħħarta’Oż...kifirrakkuntatamill-kelb
“Bravu s-sabiħ tiegħi! Imma issa rridu ninżlu nistkennu fil-kantina. Izziju qal li ġejja maltempata qawwija. Iz-ziju Henry u z-zija Em qegħdin jistennewna. Imma jien ma stajtx inħallik warajja għażiż tiegħi. Jien naf li inti ma tħobbux id-dlam imma hekk hemm bżonn isir u jogħġbok jew ma jogħġbokx, int ġej miegħi.”
Dak il-ħin kien għadu d-dawl u t-tiġieġ ma kinux imdorrijin jidħlu jorqdu qabel ma tinżel ix-xemx.
f’ħalqi u hi millewwel fehmet x’kont għamilt.
The Wizard of Oz as told by the dog ta’ Michael Morpurgo)
Fl-aħħar, iz-zijiet u Dorothy irnexxielhom idaħħlu t-tiġieġ u l-annimali l-oħra tar-razzett f’posthom. F’daqqa waħda buffura riħ qawwija tajret il-kappell tat-tibna minn fuq ras iz-ziju Henry. Bħal kull kelb fidil lejn sidu, tlaqt niġri wara l-kappell li beda jtir fl-għoli. Wara xi siegħa mort lura għand Dorothy li nsibha tistennieni fil-parapett biddmugħ f’għajnejha.
(silta tradotta u adattata mill-ktieb
13
Imbagħad, għeżież ċkejknin tiegħi, ġrat xi ħaġa li qatt u qatt ma kont rajt bħalha. Kif dħalna ġewwa, qamet tromba riħ tant b’saħħitha li kaxkret magħha l-platti u l-frieket, is-skieken u l-plattini, it-tazzi u l-kikkri ta’ ġol-kċina. Kollha spiċċaw f’mitt elf biċċa mal-art. Qisu kien terremot. Imbagħad il-bieb ta’ barra ingħalaq b’tisbita u l-ħsejjes u ċ-ċekċik waqfu. Qatt ma bżajt daqs dakinhar. Fil-kamra waqa’ skiet kbir. Skiet taqtgħu b’sikkina.
“Fejn mort Toto?” staqsietni tibki waqt li bdiet tgħannaqni u tagħfasni Urejthamagħha.l-kappell
Għeżież qarrejja, Erġajna ltqajna għal darb’oħra biex inħarsu mill-qrib lejn wieħed millaspetti interessanti li mindfulness għandu x’joffri. Din id-darba ħa nkunu qegħdin nħarsu lejn attività li saret dan l-aħħar mill-entità Mindfulness with Elaine b’kollaborazzjoni ma’ BirdLife FtitMalta.tal-ġimgħat
Barra min hekk, din ir-riserva tilqa’ fiha diversi speċi t’għasafar li jinżlu fiha waqt li jkunu qed ipassu minn pajjiż għal ieħor. Il-parteċipanti kienu xxurtjati biżżejjed li jilmħu ftit minn dawn l-ispeċi, fosthom il-Frasservjent (Black-winged stilt), permezz tal-użu tat-trombi.
Prattika li nistgħu nintegrawha fil-ħajja ta’ kuljum permezz ta’ diversi attivitajiet
BirdLife Malta hija biss waħda mill-ftit entitajiet li Mindfulness with Elaine qed tikkollabora magħha. Dan grazzi għall-programm innovattiv li bħala entità ħriġna bih fl-aħħar xhur u li ser jigi mniedi ftit tal-jiem oħra fejn ħa nkunu qegħdin ningħaqdu ma’ numru ta’ entitatajiet oħra bħat-Teatru Manoel, Piscopo Gardens, l-Akkwarjum Nazzjonali ta’ Malta, Klabb Kotba Maltin, Ta’ Nenu u RMJ Horse Rescue fost oħrajn. Iżda fuq dan u aktar, nitkellmu fis-suppliment li jmiss.
minn Elaine Azzopardi, edukatriċi speċjalizzata fil-prattika ta’ mindfulness
ilu, grupp ta’ studenti kellu l-opportunità li jżur wieħed mis-siti li jieħu ħsieb BirdLife Malta, propju r-riserva Naturali tas-Salina. Din ir-riserva, li tifforma parti minn Natura 2000, hija protetta u fiha nsibu numru ta’ salt pans li ġew mibnija fis-seklu sittax mill-Kavallieri ta’ San Ġwann. Hawnhekk il-parteċipanti assistew għal simulazzjoni ta’ kif isir il-ġbir tal-melħ wara li kienu semgħu bl-importanza tiegħu fi żminijiet mgħoddija propju għaliex il-melħ kien iservi ta’ preservazzjoni tal-ikel peress li f’dawk iż-żminijiet ma kellhomx friġġ.
14
Sabiex stajna nagħmlu dawn l-osservazzjonijiet, kien jeħtieġ li l-istudenti jitħarrġu f’dan il-qasam billi jittieħed a mindful approach. Għalhekk ħejjejna numru ta’ logħob u attivitajiet fejn fih il-parteċipanti ngħataw iċ-ċans li jipprattikaw hands-on biex itejbu s-sensi Niftakrutagħhom.lifl-artiklu li għadda, tkellimna fuq l-importanza li nkunu konxji tassensi tagħna, jiġifieri konxji aktar tal-ħars, smigħ, xamm, togħma u mess. U propju hekk għamlu dawn it-tfal! L-għarix ġie mibdul f’ambjent maġiku u b’wiċċ daħkani u kuntent, u għajnejn ileqqu bid-daħk, daħlu fl-ispirtu tal-mument. Bl-Ingliż, din insejħulha ‘being in the zone’ jew ‘in the flow’ u hija stat mentali li tgħin persuna jibqa’ fil-mument, bħal donnu jkun kompletament assorbit minn dak li qiegħed jagħmel. Meta wieħed jilħaq dan l-istat, iħossu aktar kuntent, mimli b’aktar enerġija, iffukat u involut flattività. Ħafna mużiċisti u atleti/sportivi jesperjenzaw dan l-istat ta’ flow fejn il-ħin bħal donnu ma jibqax jeżisti u jsibu ruħhom mgħaddsa kompletament fil-biċċa mużika li jkunu qed idoqqu jew fil-logħba li qed jikkompetu. L-istudenti tagħna hekk ġralhom waqt dawn l-attivatajiet tas-sensi u stajna
nosservaw kemm dan għenhom biex josservaw b’ċerta reqqa, kurżità u moħħ miftuħ, filwaqt li japprezzaw b’qalb kbira ’l madwar.
Personalment dejjem infakkar lillqarrejja tagħna li mindfulness huwa mod t’għajxien u permezz ta’ dawn l-attivitajiet qed inqajmu kuxjenza sabiex l-udjenza ċkejkna tagħna titgħallem minn ċkunitha tintegrah bħala parti minn ħajjitha u f’dak kollu li tkun qed tagħmel. Għal aktar informazzjoni, nistedinkom issegwu l-paġna tiegħi fuq facebook, Mindfulness with Elaine.
G’Manġia 21226020 - B’Kara 21490213 - Żebbuġ 21465768 - Fgura 21673332 Naxxar 21 431 152 - B’Buġia 21421 976 - Rabat 21450845 - Luqa 21895248 Qormi 21488950 - Attard 21418315 - San Ġwann 21383947 THE CATHEDRAL OPTICAL one hour service
Corinne Cilia hija l-Kap tal-Iskola Medja tal-Kulleġġ
għalkemm dan il-perjodu jaf ikunu wieħed ta’ ansjetà u ta’ turbulenza kbira kemm għall-ġenituri kif ukoll għall-istess preadolexxenti, xorta waħda jaf ikun żmien ta’ benefiċċju għat-tfal. Xi kultant dawn tal-aħħar jibdew iħossu li l-ġenituri tagħhom ikunu ma mmodernizzawx ruħhom għaż-żminijiet tal-lum u fl-istess waqt ilġenituri jibdew iħossuhom li mhux qed jagħmlu biżżejjed biex jgħinu u jipproteġu lil uliedhom. Għalhekk jibdew jistaqsu u jhewdnu xi jkunu qegħdin jagħmlu ħażin. Biss però l-bażi ta’ kollox hija li jkollok relazzjoni tajba bejn iż-żewġ partijiet. Dan kollu huwa fundamentali waqt dan l-istadju tranżitorju.
Minn banda, l-aħjar mezz għallġenituri huwa li jżommu sod l-komunikazzjoni ta’ bejnhom u t-tfal tagħhom iżda fl-istess ħin għandhom iħallu ċerti spazji meħtieġa sabiex ittfal jikbru u ma jħossuhomx oppressi f’dak li jixtiequ. Ma jonqosx li l-preadolexxenti jibdew jagħtu kas aktar lil sħabhom imma dan ma jkunx ifisser li jħobbu inqas lillfamilja tagħhom. Sempliċiment li jkunu daħlu fi stadju ieħor f’ħajjithom fejn joħorġu minn dik l-isfera protettiva tal-ġenituri tagħhom u jesploraw dinja oħra madwarhom fejn jesperjenzaw diversi relazzjonijiet u ħbiberiji Sfortunatament,ġodda.
L-importanza li żżomm kuntatt mat-tfal preadolexxenti tiegħek.
L-appoġġ lill-preadolexxenti u lill-ġenituri tagħhom
Fl-aħħar edizzjoni ta’ dan il-magażin ktibt dwar kif normalment fil-ħajja ta’ kuljum, iż-żmien ta’ qabel l-adolexxenza, magħruf bl-Ingliż bħala ‘Tweens’, ma tantx jingħata importanza daqs dak ta’ żmien l-adolexxenza. It-tfal ta’ bejn 9 u 12-il sena jidħlu fi żmien ta’ dan it-terminu msejjaħ ‘Tween’. Dan ż-żmien huwa wieħed tranżitorju għaliex jinsab maqbud bejn żewġ livelli bejn dak tat-tfulija u dak tal-adolexxenza. Mingħajr ma nirrealizzaw, fiż-żmien il-pubertà, it-tfal jinbidlu mil-lejl għan-nhar tant li dawk it-tfal li darba kellhom rispett u lealtà lejn il-ġenituri tagħhom jibdew jistaqsu aktar u jibdew jitqanqlu u jirribellaw kontra l-ġenituri tagħhom. Huwa propju għalhekk li nixtieq naqsam magħkom xi pariri siewja li jistgħu jgħinu lil dawk li jinsabu f’dawn is-sitwazzjonijiet.
Maria Reġina fin-Naxxar kif ukoll Psikoterapista fis-settur privat.
minn Corinne Cilia
Nammetti li meta tkun f’din is-sitwazzjoni t-tweġiba mhux dejjem tkun faċli iżda l-ġenitur irid jiftakar li hu huwa l-adult. Min-naħa l-oħra, l-adult irid jifhem li wara kull għajta, daħka vojta jew tidwir tal-għajnejn hemm żvog ħafna drabi f’bikja li mbagħad iwassal awtomatikament għall-apoloġija. Dawn l-azzjonijiet ikunu biss talba biex il-ġenituri jifhmu u jagħtu l-għajnuna li tant għandhom bżonn. Fl-interess ta’ kulħadd huwa importanti li l-ġenituri jitgħallmu ma jeħdux kollox personali. Użajt il-kelma jitgħallmu apposta għaliex naf kemm hu diffiċli biex wieħed jagħmel dan.
16
Għalhekk, permezz ta’ fondi apposta li Fondazzjoni Sagħtar kisbet permezz taliskema VOPS immexxija millKunsill Malti għas-Settur talVolontarjat, issa nħolqot ukoll APP! Iva, app tas-Sagħtar li wieħed jista’ jinstallaha fuq il-mowbajl jew it-tablet tiegħu! Dan jagħmilha iktar faċli u
Aqra r-Rivista: Hawn insibu l-edizzjonijiet kollha passati li ħarġu mill-1971 sal-lum (370 ħarġa). Tistgħu tiftħu liema edizzjoni tridu u taqrawha blikbar faċilità.
L-għan prinċipali tal-app hu li ssostni r-rivista nnifisha biex toffri qari sabiħ bil-Malti li jkun addattat għat-tfal u ż-żgħażagħ tal-lum, u li b’hekk dawn jitgħallmu jużaw dejjem aħjar il-lingwa Maltija, filwaqt li s-Sagħtar ikun magażin attraenti, interattiv u mill-iktar aċċessibbli fiż-żminijiet tal-lum.
pjaċevoli biex taqra s-Sagħtar, tisma’ s-siltiet jinqraw, iżżomm ruħek aġġornat bl-aħħar aħbarijiet dwar ir-rivista u ħafna aktar. Fil-fatt l-app fiha dawn ilfeatures kollha:
fir-rivista u oħrajn ta’ attivitajiet li jkunu saru minn Fondazzjoni
Biex qarrej ikollu aċċess għal dawn il-features kollha jrid jirreġistra bħala membru fil-Fondazzjoni jew jagħmel login permezz tal-username u l-password li jkun irreġistra bihom fis-sit tas-Sagħtar.
Vidjows: Hawn insibu vidjows relatati mal-artikli li jkunu dehru
Awdjo: Minn hawn tistgħu tisimgħu stejjer, poeżiji u artikli mis-Sagħtar moqrija, kultant mill-awturi stess!
Ħanut: Mill-ħanut tistgħu tixtru edizzjonijiet stampati tasSagħtar, tabbonaw fir-rivista għal sena skolastika sħiħa jew tixtru kotba u pubblikazzjonijiet oħra li jogħġbukom.
Huma ħafna t-tfal, ġenituri u anki nanniet li jħobbu s-Sagħtar u li jkunu jistennewh kull xahar biex jaqrawh b’interess. Issena l-oħra ċċelebrajna l-50 anniversarju minn meta beda joħroġ fl-1971. Iva, daqshekk ilu jeżisti s-Sagħtar, 51 sena! U matul dan in-nofs seklu mexa ħafna ’l quddiem, adatta ruħu għaż-żminijiet u llum insibuh ukoll f’verżjoni diġitali apparti l-verżjoni stampata.
USagħtar.ma’dawn, fix-xhur li ġejjin, se jitniedu żewġ features ġodda fl-app: Pinġi (għat-tpinġija ta’ stampi relatati mas-Sagħtar) u Logħob (logħob interattiv għallgost u t-tagħlim fl-istess ħin).
www.saghtar.org.mt 18
U propju dan l-artiklu huwa s-Sagħtar diġitali. Forsi lkoll tafu li hemm is-sit tas-Sagħtar –saghtar.org.mt – biex is-Sagħtar ikun aċċessat b’mod elettroniku minn fuq mowbajl jew tablet fejn u meta jrid il-qarrej. Imma dan ma kienx biżżejjed…
Mela fittxu niżżlu l-app b’xejn minn fuq App Store jew Google Play! Ħudu gost!
Aħbarijiet: Sezzjoni li żżommkom infurmati dwar ir-rivista Sagħtar u b’dak li tkun qed torganizza Fondazzjoni Sagħtar.
Sinjali li juru li l-kompjuter tiegħek għandu VIRUS AntivirusX4 Il-programm tal-antivirus jew rewall f'daqqa waħda jieqaf. 5 Ma tistax taċċessa d-disk drives tiegħek jew il-hard drive. Ma tkunx tipprintja.tista’ 6 Il-kompjuter qed jaħdem bil-mod. 1 informationsecurity.reportSors: 2 Xejn ma jirrispondi meta tikklikkja fuq l-icons u/jew l-applikazzjonijiet tas-software tiegħek ma jaħdmux sewwa aktar. Is-sistema tagħmel restart, teħel u tieqaf bla ebda raġuni. 3 /ESkillsMaltawww @eSkills_Malta eskills.org.mteSkills eSkills Malta Foundation Tibda tara pop-ups strambi li jgħidulek li għandek virus jew li l-kompjuter tiegħek huwa infettat. WARNING! Virus detected 7 An error occured ...9 Ikollok il-problemi biex tipprova tinstalla jew tniżżel antivirus software jew kwalunkwe software ieħor. YOUR COMPUTER MAY BE ALERT!INFECTED DOWNLOAD ! YOUR COMPUTER MAY BE ALERT!INFECTED! YOU HAVE WON!YOUCELLFREEPHONEHAVE WON! ADVERTISMENTADVERTISMENTCELLFREEPHONEPOPUPPOPUP SKIP AD 8 Jitilgħu ħafna reklami u pop-ups fuq l-iscreen. Sinjali li juru li l-kompjuter tiegħek għandu VIRUS AntivirusX4 Il-programm tal-antivirus jew rewall f'daqqa waħda jieqaf. 5 Ma tistax taċċessa d-disk drives tiegħek jew il-hard drive. Ma tkunx tipprintja.tista’ 6 Il-kompjuter qed jaħdem bil-mod. 1 informationsecurity.reportSors: 2 Xejn ma jirrispondi meta tikklikkja fuq l-icons u/jew l-applikazzjonijiet tas-software tiegħek ma jaħdmux sewwa aktar. Is-sistema tagħmel restart, teħel u tieqaf bla ebda raġuni. 3 /ESkillsMaltawww @eSkills_Malta eskills.org.mteSkills eSkills Malta Foundation Tibda tara pop-ups strambi li jgħidulek li għandek virus jew li l-kompjuter tiegħek huwa infettat. WARNING! Virus detected 7 An error occured ...9 Ikollok il-problemi biex tipprova tinstalla jew tniżżel antivirus software jew kwalunkwe software ieħor. YOUR COMPUTER MAY BE ALERT!INFECTED DOWNLOAD ! YOUR COMPUTER MAY BE ALERT!INFECTED DOWNLOAD ! YOU HAVE WON!YOUCELLFREEPHONEHAVE WON! ADVERTISMENTADVERTISMENTCELLFREEPHONEPOPUPPOPUP SKIP AD 8 Jitilgħu ħafna reklami u pop-ups fuq l-iscreen.