Eduka Gunju 23

Page 1

ĠUNJU 2023

Għal aktar informazzjoni dwar il-ħinijiet tal-ftuħ, skennja dan il-Kodiċi QR.

SKOPRI

DINJA ĠDIDA

TA’ GĦARFIEN

www.esplora.org.mt

ESPLORA | Interactive Science Centre Villa Bighi, Kalkara KKR 1320 - Malta

Għal iktar informazzjoni ċempel fuq 2360 2301 jew ibgħat imejl fuq info@esplora.org.mt

Esplora ċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza kien kofinanzjat mill-ERDF Esplora ntgħażel bħala wieħed mill-proġetti emblematiċi mill-Kummissjoni Ewropea

Huwa ta’ pjaċir li qiegħed inwasslulkom ħarġa oħra tas-suppliment edukattiv ta’ kull erba’ xhur Eduka. Biex xieraq din il-ħarġa tinkludi informazzjoni dwar il-ħidma li saret f’dan il-qasam fl-aħħar ġimgħat min-naħa tal-Ministeru u d-Direttorati tal-Edukazzjoni.

Ma jonqsux ukoll artikli oħra interessanti fosthom minn Abby Camilleri Pearson li tagħti ħarsa lejn kif it-teknoloġija assistiva tista’ tkun fundamentali fit-tagħlim.

U xi ngħidu wkoll għall-paġni ddedikati għat-tfal żgħar tagħna ppreparati minn Rita Azzopardi, bl-għan li nħeġġuhom ukoll jaqraw aktar u jkollhom imħabba lejn il-qari. Elaine Azzopardi tkompli tgħaddilna aktar informazzjoni dwar il-prattika ta’ mindfulness u inizjattiva nteressanti li ħadet dan l-aħħar hi u sħabha għall-ġid tat-tfal.

Inwasslulkom ukoll informazzjoni dwar il-proġett Connected Classrooms li ġie mniedi dan l-aħħar mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, Ewropej u l-Kummerċ u anke dwar it-twaqqif tal-AIMS. Ma tonqosx ukoll l-informazzjoni ta’ kull edizzjoni relatata mal-magazine Sagħtar,

Għal darb’oħra dan għandu jkun suppliment interessanti għal kull membru tal-familja. Finalment, ħajr speċjali jmur lejn id-diversi kollegi kontributuri li għamlu din l-edizzjoni oħra ta’ tagħrif interessanti u lejn Joellson Bezzina li bħas-soltu ħa ħsieb id-disinn u lejn Rachel Sladden, edukatriċi li tassistini filpreparazzjoni tal-materjal.

Jekk intom, qarrejja tagħna, tkunu tixtiequ li niddiskutu xi temi partikolari nitlobkom ukoll tibgħatuli email fuq kennethvella@hotmail.com. Finalment nawgura Sajf ta’ mistrieħ lill-istudenti u l-edukaturi kollha tagħna.

Disinn: Joellson Bezzina - Union Print Co.Ltd - design@unionprint.com.mt

Avviżi: Tel: 2590 0200 - adverts@unionprint.com.mt

Ħajr: Rachel Sladden

3

Insaħħu l-ambjent edukattiv

Ftit jiem oħra u għal sena oħra l-istituzzjonijiet edukattivi jagħlqu l-bibien tagħhom għal sena skolastika oħra. Jibdew il-vakanzi vaganzi tas-Sajfsajf, tant mistennija kemm mill-edukaturi u wkoll mill-istudenti, li wara xhur ta’ edukazzjoni, assessjar u eżamijiet, ikunu qed jistennew bil-ħerqa dawk il-ġimgħat ta’ mistrieħ.

Għall-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, ix-xhur tas-Sajf sajf huma t-tkomplija tax-xogħol. Speċjalment fejn jidħol l-ambjent edukattiv.

Matul is-sena jsir xogħol kbir ta’ manutenzjoni, riġenerazzjoni, tisbiħ u hemm ukoll proġetti kbar ta’ bini ta’ skejjel. Madankollu, kif l-iskejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi jagħlqu

l-bibien tagħhom għall-edukaturi u l-istudenti, jinfetħu għal tim kbir ta’ ħaddiema tal-Ministeru u wkoll tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada, li jibdew għaddejjin b’xogħol li waqt li l-klassijiet u l-iskejjel ikunu okkupati, ma jkunx jista’ jsir.

Gruppi ta’ ħaddiema jibdew għaddejjin b’tibjid, tranġar u dak kollu li jkun hemm bżonn biex meta l-iskejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi jerġgħu jibdew sena skolastika ġdida, dawn ikunu jistgħu jilqgħu lill-edukaturi u lill-istudenti f’ambjent ferm aħjar.

Apparti dan ix-xogħol, jibqa’ għaddej xogħol ieħor ta’ infrastruttura. Dan ix-xogħol li jsir mill-Fondazzjoni gGħall-Iskejjel ta’ Għada huwa wieħed kontinwu u qed jara l-bini ta’ skejjel ġodda, estensjonijiet, tisbiħ u riġenerazzjoni.

4

B’hekk pajjiżna jibqa’ għaddej b’xogħol li permezz tiegħu qed intejbu bil-kbir l-ambjent edukattiv.

Tnejn minn dawn il-proġetti li qed tieħu ħsieb l-FTS huma f’Għawdex. Tajjeb li ngħidu li dan l-aħħar l-FTS irċeviet ċertifikazzjoni msejjħa Equality Mark b’rikonoxximent għall-impenn tagħha dwar ugwaljanza tal-ġeneru fuq il-post tax-xogħol u wkoll tas-servizzi li toffri b’eċċellenza.

Ix-xogħol fuq dawn iż-żewġ proġetti kbar fl-infrastruttura edukattiva f’Għawdex miexi ġmielu u meta jitlesta, kemm l-istudenti li jattendu fil-Kumpless Edukattiv tar-Rabat, Għawdex, kif ukoll fl-Iskola Primarja tan-Nadur, se jkollhom ambjent edukattiv mill-aqwa. Dawn iż-żewġ proġetti flimkien qed isir investiment fihom ta’ €24.3 miljun.

Fl-iskola tan-Nadur qed isir proġett ta’ tisbiħ estensiv u disinn mill-ġdid tal-ispazji miftuħa mingħajr ma nħarġu t-tfal mill-iskola. Il-proġett tal-Kumpless Edukattiv tar-Rabat imbagħad huwa wieħed uniku għall-gGżejjer Maltin.

Il-bini ta’ Skola Primarja ġdida fir-Rabat, Għawdex, li se tieħu post dik preżenti u li għandha madwar 160 sena, huwa proġett b’investiment ta’ madwar €18-il miljun u jinvolvi wkoll it-tkabbir u l-immodernizzar tal-Iskola Medja fl-istess kampus.

Dan il-Kumpless Edukattiv tar-Rabat, Għawdex huwa l-uniku wieħed tax-xorta tiegħu f’pajjiżna. Ix-xogħol ta’ kostruzzjoni tlesta aktar kmieni f’Ġunju u bħalissa qed isir x-xogħol mekkaniku u installazzjonijiet elettriċi, inkluż l-installazzjoni ta’ diversi servizzi tal-elettriku, l-ilma, l-arja kundizzjonata, u servizzi tat-teknoloġija tal-informatika.

Dan il-kampus jinkludi ċentru għall-ħarsien tat-tfal, kindergarten, Skola Primarja, Skola Medja, Senior SchoolSkola Sekondarja, kif ukoll is-Sixth Form u faċilitajiet sportivi ġodda.

Ix-xogħol ta’ skavar u kostruzzjoni saru taħt is-sorveljanza ta’ arkeoloġisti tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għaliex fis-sit instabu fdalijiet arkeoloġiċi u biex ikunu preservati tajjeb inbena ċentru ta’ interpretazzjoni arkeoloġika fi ħdan il-binja tal-iskola.

Il-proġett tal-Iskola Primarja tan-Nadur jinvolvi t-tisbiħ estensiv tal-iskola primarja eżistenti, b’investiment ta’ €6.3 miljun u għalih hemm fondi taħt il-Programmi NextGenerationEU permezz tal-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza ta’ Malta.

Apparti t-tisbiħ komplet tal-iskola minn ġewwa u minn barra, il-proġett jinkludi d-disinn mill-ġdid tal-ispazji miftuħa u rikreattivi, kif ukoll il-ħolqien ta’ spazji ġodda għat-tagħlim ta’ suġġetti ekstra-kurrikulari, fosthom dance studio taż-żfin, music roomkamra tal-mużika, literacy roomkamra tal-litteriżmu, theatre studiostudio tat-teatru, u klassijiet għall-arti. Se tkun indirizzata wkoll l-aċċessibbiltà fil-binja biex din tkun skont il-liġi u se jkunu introdotti diversi miżuri effiċjenti fl-enerġija.

Ix-xogħol ta’ tisbiħ f’din l-iskola qed isir f’żewġ fażijiet, bix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fl-ewwel fażi huma lesti u bħalissa qed isiru x-xogħlijiet mekkaniċi u elettriċi, u xogħol ieħor. Il-proġett se jkun lest għas-sena skolastika 2023-2024.

5

Prospetti għal aktar opportunitajiet edukattivi

L-opportunitajiet għall-istudenti u wkoll għall-edukaturi aktar ma’ jgħaddi ż-żmien, aktar qed jitwessgħu. Meta wieħed jara d-diversi prospetti li ġeneralment ikunu ppubblikati qabel jibda s-Sajfsajf, wieħed jara firxa wiesa’ wiesgħa ta’ opportunitajiet li qed ikunu ppreżentati kemm lill-istudenti u kif uwkoll lill-edukaturi.

L-istudenti llum -il- ġurnata għandhom opportunitajiet aktar minn qatt qabel biex ikomplu bl-istudji edukattivi tagħhom, imma anki l-edukaturi jistgħu jkomplu għaddejjin itejbu l-qagħda professjonali tagħhom.

L-aħħar prospett li tnieda kien dak ta’ l- Giovanni Curmi Higher Secondary School għas-sena skolastika 2023/24, li għal sena oħra jinsab online biex ikun milħuq aħjar u b’mod interattiv mill-istudenti prospettivi kollha tal-GCHSS.

Din l-istituzzjoni edukattiva post-sekondarja tipprovdi edukazzjoni permezz tal-iżvilupp sħiħ tal-abbiltajiet tal-istudent u l-prospett huwa riflessjoni ta’ din il-missjoni. Huwa prospett li jħares lejn l-istudent bħala ċentru tal-edukazzjoni, u jagħti opportunitajiet biex l-istudent ikompli għaddej fil-kisba tal-edukazzjoni tiegħu, marbuta

tal-istudent prospettivi tal-GCHSS, u għalhekk iħares lejn l-abbiltajiet varji li għandhom l-istudenti u kif il-GCHSS tista’ toħroġ l-aħjar elementi edukattivi tal-istudenti. Il-GCHSS hija pass ’il quddiem mill-ħajja sekondarja tal-istudent – b’edukazzjoni aktar avvanzata u wkoll speċjalizzata. Dan iwassal biex l-istudenti mhux biss jiksbu edukazzjoni fis-suġġetti li l-aktar jinteressawhom, imma importanti wkoll li l-istudenti jiksbu ħiliet importanti għall-karriera li jagħżlu.

Din l-istituzzjoni edukattiva post-sekondarja, permezz tal-firxa wiesgħa ta’ suġġetti li toffri, tagħti lill-istudenti pedament sod li permezz tiegħu jkollhom l-aħjar u l-aqwa transizzjoni bejn il-bank tal-iskola u d-dinja adulta, u dik tax-xogħol.

Matul is-sajf, il-GCHSS qed toffri wkoll opportunità għal sessjonijiet ta’ konsultazzjoni lil dawk interessati mal-membri tat-Tim ta’ Gwida u Pariri tal-iskola.

L-appuntamenti għal dan il-għan jistgħu jsiru fuq 21431407 jew b’email: gchss.guidance@ilearn.edu.mt.

Il-kampus tal-GCHSS se jkun miftuħ għall-istudenti prospettivi u l-ġenituri/kustodji tagħhom fil-21 ta’ Ġunju 2023 mill-10.00am sal-12.00pm u mis-6.00pm sat-8.00pm biex dawk li jattendu jkunu jistgħu jaraw il-kampus u jiksbu aktar informazzjoni dwar il-korsijiet u l-programmi li

L-istudenti jistgħu jżommu kuntatt mal-iskola permezz tas-sit elettroniku https://www.gchss.edu.mt/ jew permezz tal-paġna ta’ Facebook: https://www.facebook.

L-ewwel sejħa għall-applikazzjonijiet jiftħu fl-20 ta’ Lulju u jagħlqu fl-14 t’Awwissu. It-tieni sejħa tiftaħ f’nofs Settembru. Il-prospett jinsab fis-sit elettroniku: https://www.gchssprospectus.com.

Anki l-edukaturi u l-ġenituri/kustodji tal-istudenti għandhom diversi opportunitajiet kemm biex itejbu l-qagħda professjonali tagħhom u l-ġenituri biex ikunu jistgħu jaħdmu aħjar ma’

Il-Prospett għall-Istitut għall-Edukazzjoni għas-sena akkademika 2023-2024 ukoll tnieda ftit tal-ġimgħat ilu u fih 40 kors ta’ kwalifika, 47 korsijiet qosra akkreditati, 34 sessjoni mhux akkreditati immirati għall-ġenituri/kustodji tat-tfal u 49 sessjoni mhux akkreditati għall-edukaturi biex ikomplu jsaħħu l-ħiliet tagħhom.

6

Dan il-prospett jinkludi 4 korsijiet ta’ kwalifiki ġodda, Bachelor of Education (Hons) Media Literacy; Master of Education Teaching Students with Disabilities; Master of Education (Top-Up) u Master in Applied Educational Leadership (Top-Up).

Kull sena akkademika, l-Istitut għall-Edukazzjoni qed ikabbar l-opportunitajiet għall-edukaturi biex dawn ikomplu jitħarrġu fil-professjoni tagħhom. Dan l-istitut qed jagħmel ġid kbir lill-ġenerazzjonijiet li telgħin, għaliex qiegħed jagħti opportunitajiet kbar lill-edukaturi u wkoll għall-ġenituri. Investiment fir-riżors uman biex ikollna sistema edukattiva kontinwament aġġornata.

Il-prospett fih firxa vasta ta’ korsijiet fl-isfera edukattiva bil-għan li jipprovdu lill-edukaturi bi strateġiji effettivi ħalli jkunu jistgħu jindirizzaw il-bżonnijiet edukattivi tal-lum filwaqt li l-korsijiet iħarsu wkoll lejn l-iżvilupp tal-edukatur għal professjonist uniku u olistiku.

Mal-Istitut għall-Edukazzjoni hemm ukoll kollaborazzjoni ta’ entitajiet oħra. Għalhekk biex permezz tagħhom dak li joffri l-prospett huma verament opportunitajiet ta’ kwalità għolja għall-edukaturi u għalhekk jirawwem komunitajiet ta’

biex jitkattru l-opportunitajiet għal dawk li jridu karriera f’dan is-settur.

Bħalissa fl-Istitut għall-Edukazzjoni hemm madwar 400 persuna li qed jitħarrġu biex jiksbu kwalifika u 57 parteċipant f’korsijiet qosra u akkreditati. Matul din is-sena akkademika resqu iktar minn 135 ġenitur biex jitħarrġu f’suġġetti varji u biex ikunu iktar ippreparati biex jgħinu lit-tfal tagħhom filwaqt li 173 edukatur ieħor għażlu sessjonijiet ta’ taħriġ mhux akkreditat.

Prospett ieħor li tnieda ftit tax-xhur ilu kien dak tal-MCAST għas-sena akkademika 2023-24 b’9 korsijiet ġodda u joffri 200 kors minn livell bażiku għal korsijiet fil-livelli ta’ Baċċellerat u Masters. Il-kwalifiki vokazzjonali li joffri l-kulleġġ jinkludu element qawwi ta’ tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol biex l-istudenti jgawdu minn tagħlim prattiku f’diversi suġġetti, inklużi l-arti kreattiva, ix-xjenza applikata, l-inġinerija, is-servizzi fil-komunità, u l-informatika.

Tajjeb li jingħad li fl-MCAST, l-istudenti reġistrati fulltime żdiedu bi 8% meta mqabbla mas-sena akkademika preċedenti, u aktar studenti għażlu korsijiet relatati maxxjenzi u l-inġinerija. Hemm impenn biex l-istudenti jkunu jistgħu jiksbu il-karriera li jixtiequ filwaqt li l-MCAST joffri ambjent ta’ tagħlim inklussiv. Il-kulleġġ jaħdem mill-qrib ma’ aktar minn 2,000 kumpanija biex jiżgura r-rilevanza fit-tagħlim filwaqt li jieħu ħsieb il-ħtiġijiet ta’ popolazzjoni studenteska diversa.

Il-prospett jista’ jitniżżel direttament mill-website tal-kulleġġ mcast.edu.mt. Il-pubblikazzjoni tinkludi rekwiżiti ta’ dħul, kontenut tal-korsijiet u informazzjoni dwar karrieri.

7

X’nistgħu nagħmlu bil-Metaverse

Il-Metaverse hu spazju diġitali fejn in-nies jiltaqgħu u jinteraġixxu virtwalment. Xi pjattaformi attwali li jmissu mal-Metaverse joperaw bħala logħob, xi wħud bħala networks soċjali, u xi wħud bħala postijiet fejn in-nies imorru biex joħolqu u jqassmu l-kontenut.

Logħob

Spazji għal-logħob bil-VR huma ideali għall-Metaverse, u digà ji urmaw porzjon kbir minn dak li l-iżviluppaturi se jibnu fuqu.

Tissoċjalizza

Avatars jistgħu jiġu modi kati u esperjenzi dinamiċi tal-grupp se ji aċilitaw era ġdida ta’ interazzjoni soċjali l-Metaverse.

Tixtri

Ħwienet virtwali se jippermettu lill-parteċipanti tal-Metaverse li jinteraġixxu magħhom u jixtru ħwejjeġ kemm diġitali kif ukoll reali, oġġetti sportivi, u aktar.

Taħdem

Issa li wieħed jista’ jaħdem mid-dar ttex sejħiet biex tidħol spazji virtwali għal raġunijiet professjonali.

Tiltaqa' biex tikkollabora, tiddisinja, tagħmel reviżjoni u tipprovdi servizz lil klijent virtwalment.

sors: stambol.com

Tara

Fil-Metaverse l-konsum tal-kontenut se jagħti lok għal esperjenzi robusti u immersivi u dimensjonijiet kompletament ġodda b’impenn.

8
www /ESkillsMalta @eSkills_Malta eskills.org.mt

CodeSprintMT

–eżerċizzju li jqarreb l-edukazzjoni u l-industrija

CodeSprintMT hija kompetizzjoni indirizzata lejn studenti tat-teknoloġija diġitali, imma hija wkoll eżerċizzju importanti biex l-edukazzjoni titqarreb dejjem aktar lejn l-industrija u għalhekk isservi ta’ eżerċizzju f’oqsma li għandha bżonn l-ekonomija tal-lum.

Il-kKompetizzjoni li hija organizzata mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, li. Il-Ministeru qiegħed kontinwament jesplora modi ġodda biex jimminimizza d-distakk bejn l-edukazzjoni u l-industrija, filwaqt li jara li jagħti opportunitajiet biex dak li jitgħallmu l-istudenti fl-iskejjel ikun kuntestwali ma’ dak li jiġri fuq il-post tax-xogħol.

Il-kompetizzjoni tanalizza l-ħiliet ta’ studenti sekondarji, studenti post-graduatepostgradwati tal-Computing u Teknoloġija tal-Informatika, studenti undergraduate universitarji u mill-edizzjoni tas-sena li għaddiet żdiedet ukoll il-kategorija ġdida għall-i żviluppaturi stabbiliti tas-software.

Id-dinja tinsab f’evoluzzjoni industrijali kontinwa u wieħed mis-setturi li huwa fuq quddiem nett huwa t-trasformazzjoni diġitali. L-ekonomiji dinjin qed jinbidlu u qegħdin isiru aktar dipendenti fuq id-dinja diġitali. Dan qed iwassal biex kuljum jinbtu opportunitajiet ġodda fis-suq tal-impjiegi u magħhom il-bżonn ta’ ħaddiema li jkollhom ħiliet ġodda.

Il-Ministeru qed jaħdem ħalli jrawwem studenti, anki minn età żgħira, f’dawn is-suġġetti. Din hija rabta bejn l-edukazzjoni u l-innovazzjoni għal tisħiħ tat-teknoloġija

diġitali. Bħala pajjiż irridu naraw li nkomplu nagħtu l-importanza li hemm bżonn fl-iskejjel tagħna f’tagħlim marbut mar-revoluzzjoni industrijali: robotika,; teknoloġija tal-informatika, system integration, augumented reality, u cybersecurity. Il-qofol ta’ dan kollu huwa wieħed, li jkollna aktar kapital uman li huwa mħarreġ f’dan is-settur.

Il-ħidma mill-Ministeru qed isir b’diversi modi, mhux biss bl-introduzzjoni u bl-użu ta’ għodda diġitali fl-iskejjel, imma wkoll b’mod prattiku. Għaddejja ħidma wkoll miċ-Ċentru tax-Xjenza fi ħdan il-Ministeru, anki bi sħab ma’ entitajiet privati, fil-każs ta’ CodeSprintMT ma’ ICE Malta.

Għal din is-6 edizzjoni ta’ CodeSprint, ir-reġistrazzjoni hija miftuħa sat-23 ta’ Ġunju. Il-kompetizzjoni se ssir f’Lulju b’mod virtwali. Fost premjijiet oħra, ir-rebbieħa jingħataw programmi ta’ studju fuq livell internazzjonali.

9

MINN RITA AZZOPARDI

Ħarġa kulturali

James u Nicole kienu iktar qishom aħwa milli kuġini. Kont tarahom dejjem flimkien qishom id-dell ta’ xulxin. L-għaxqa tagħhom kienet meta kienu jiltaqgħu għand in-nannu Karmenu, raġel li għalkemm kien ilu li qabeż is-sittin sena kien għadu fuq ruħu donnu farfett. U iktar kienu jkunu fis-seba’ sema meta n-nannu kien joħodhom f’waħda mill-‘ħarġiet kulturali’ kif kien iħobb isejħilhom hu. U malli jisimgħu ‘ħarġa kulturali’ it-tfal erħilhom jogħxew jaraw fejn se tkun l-avventura li jmiss man-nannu Karm! James kien dilettant sew tal-fotografija. Għalhekk għal dawn il-ħarġiet kien ikun armat bil-kamera tar-ritratti mdendla ma’ għonqu b’ċinga sewda.

“Fejn se mmorru nann?” staqsewh iż-żewġ kuġini eċitati.

“Illum nerħulha lejn ir-Rabat u l-Imdina. X’taħsbu?” qalilhom in-nannu.

“Iva nann. L-Imdina tassew togħġobni lili. Is-sena l-oħra kellna ħarġa ma’ tal-iskola u niftakar li l-għalliema kienet qaltilna li l-Imdina kienet magħrufa bħala ‘Il-Belt Siekta’.”

“Illum ma nieħdu xejn magħna. Imbagħad għal nofsinhar ngħaddu nieklu żewġ pastizzi tajbin, xi tgħidu?”

Iż-żewġ kuġini rikbu fil-karozza tan-nannu u t-tlieta li huma rħewlha lejn ir-Rabat. L-ewwel post li żaru kien il-Katakombi ta’ San Pawl fir-Rabat. In-nannu spjegalhom li dawn il-katakombi huma eżempji tajbin ħafna ta’ ċimiterji Rumani li ntużaw sar-raba’ seklu W.K. Kienu tħaffru barra mill-Imdina għax ma kienx permess li jidfnu l-mejtin fil-belt. James affaxxina ruħu jħares lejn il-pitturi sbieħ fuq il-ħitan. Ħa ritratt wieħed wara l-ieħor ta’

dawn il-pitturi li kienu saru fl-aħħar żminijiet tar-Rumani f’Malta.

Intilfu jħarsu u jiflu d-dettalji ġewwa l-katakombi. Lin-nannu ħadulu rasu bil-mistoqsijiet dwar kull ħaġa li raw. In-nannu erħilu jweġibhom sal-inqas dettall u jagħtihom l-informazzjoni li talbuh.

“Fjakkajt jien,” qal James hekk kif ħarġu mill-katakombi.

“Nofsinhar ilu sew li daqq,” qal in-nannu waqt li ħares lejn l-arloġġ. “Immorru nieħdu xi ħaġa tajba?”

Iż-żewġ kuġini qablu miegħu. Għalhekk imxew lejn il-karozza u ġibdu lejn in-naħa tal-Imdina. In-nannu dam idur mhux ħażin sakemm sab post vojt fejn jipparkja.

Wara li kielu u xorbu dak li kienu ordnaw, in-nannu qalilhom biex jidħlu sal-Villa Rumana li kienet tefgħa ta’ ġebla ’l bogħod mill-ħanut tal-ikel.

“Xi ġmiel,” qalet Nicole hekk kif daħlu ġewwa.

“U kemm hawn turisti!” stagħġeb kuġinuha.

“Il-Villa Rumana hija waħda mill-iktar attrazzjonijiet turistiċi popolari li għandna Malta,” spjegalhom in-nannu.

“Din id-dar tagħtina idea ta’ kif kienu jgħixu s-sinjuri Rumani waqt li kienu l-ħakkiema ta’ Malta.”

“Ara x’inhu sabiħ dak il-mużajk,” għajtet Nicole waqt li ppuntat b’subgħajha lejn mużajk imlewwen fin-nofs tal-kamra li juri friskatur (bħal banju żgħir) u żewġ għasafar.

EDUKA GĦAT-TFAL
10
11

Tliet personaġġi importanti li ħallewna s-sena li għaddiet

Ir-Reġina Eliżabetta II

• Twieldet fil-21 ta’ April 1926.

• Ġiet inkurunata Reġina tal-Ingilterra fit-2 ta’ Ġunju

• Kienet tħobb ħafna ż-żwiemel u l-klieb, speċjalment

• Kienet l-unika persuna fl-Ingilterra li kellha permess issuq mingħajr liċenzja.

• Kienet supporter tal-Arsenal.

Il-plejer Brażiljan Pelè

• Twieled fit-23 ta’ Ottubru 1940.

• Matul il-karriera twila tiegħu fil-logħba tal-futbal, Pelè skorja 1283 gowl f’1363 logħba.

• Kien ingħata t-titlu tal-‘Plejer tal-Futbal tas-Seklu’ mill-FIFA.

• Ħafna jqisuh bħala l-aqwa plejer fl-istorja tal-futbal

• Miet fid-29 ta’ Diċembru 2022.

Il-Papa Benedittu XVI

• Twieled fis-16 ta’ April 1927 bħala Joseph Aloisius Ratzinger.

• Twieled il-Ġermanja u għex taħt il-ħakma tan-Nazi mmexxija minn

• Huwa serva bħala Papa bejn is-sena 2005 u s-sena 2013.

• Kien l-ewwel Papa f’600 sena li

• Miet fil-31 ta’ Diċembru 2022.

12

Insalvaw iż-żwiemel

Meta kont żgħir niftakar li aħna t-tfal konna naffaxxinaw ruħna nsegwu l-avventuri ta’ supereroj bħal Batman, Superman u Wonder Woman .... Ma’ din il-lista llum il-ġurnata nżidu lil Avengers, Captain America u l-Fantastic Four, fost ħafna oħrajn. Dawn il-karattri kbar f’għajnejna kienu jistgħu jagħmlu l-impossibbli biex isalvaw id-dinja u jiġġieldu l-ħażin. Ma kien hemm xejn u ħadd li seta’ jwaqqafhom milli jgħinu lill-oħrajn, anke jekk xi drabi kienu jweġġgħu huma. Għalina dawn kienu eroj.

Meta bdejt nikber bdejt ninduna li fil-ħajja tagħna, hemm ħafna eroj li ta’ kuljum, bix-xogħol tagħhom, jgħinu lill-oħrajn. Il-pulizija, it-tobba, il-pumpiera, is-suldati, biex inkun semmejt ftit minnhom. Imbagħad hemm grupp ieħor ta’ nies, jissejħu voluntiera, li huma wkoll huma eroj għax joffru l-ħin tagħhom għall-oħrajn.

L-eroj li se niltaqgħu magħhom f’din l-istorja ma jilbsux mantell u lanqas jgħattu wiċċhom b’xi maskra biex ma jagħrafhom ħadd. Dawn huma nies voluntiera li huma l-eroj għal grupp kbir ta’ żwiemel li mingħajrhom kienu jispiċċaw għall-qatla.

F’razzett fis-Siġġiewi, ’il bogħod mill-istorbju tat-toroq traffikużi u maqtugħ mill-kumplament talbini hemm santwarju fejn fih jgħixu żwiemel li sfaw abbandunati. Numru żgħir ta’ voluntiera jieħdu ħsiebhom u jaraw kif jagħmlu biex ma jkun jonqoshom xejn. Grazzi għal dawn in-nies b’qalb tad-deheb u għaddonazzjonijiet tal-pubbliku, kull sena numru kbir ta’ żwiemel jingħataw ċans ieħor li jgħixu ħajja sabiħa u komda.

L-età tal-voluntiera tvarja mhux ħażin. Min hu pulizija, min dentista, min għalliema, min għadu l-iskola ... sa raġel pensjonant imur jagħti daqqa t’id. Ma kinitx ħaġa faċli li wara jum skola jew xogħol imorru jgħinu f’dan is-santwarju taż-żwiemel. Imma ż-żwiemel kienu għal qalbhom wisq. Min jaf x’kien isir minnhom li kieku ma kienx dan ir-razzett mibdul f’santwarju għaż-żwiemel?

Ir-razzett mhux dejjem kien kif inhu llum. Sa ftit xhur ilu kien razzett mitluq u abbandunat minn kulħadd. Imma l-voluntiera ħadmu lejl u nhar sabiex biddluh fil-ġenna tal-art għal dawn l-imsejkna żwiemel.

Ir-razzett kien nieqes minn kollox, imma kien tajjeb ħafna għall-voluntiera li kienu ilhom ifittxu post aħjar u ikbar għal madwar erbgħin żiemel u debba. Ħadmu bla nifs biex fi ftit xhur iż-żwiemel kollha setgħu jinġiebu mill-post ċkejken fejn kienu għal dan il-post addattat għalihom.

Iż-żwiemel! Sitta u tletin b’kollox! Ma’ dawn, biex iżewqu l-grupp, debba u poni ċkejken. Ħafna minnhom żwiemel tat-trott jew tal-galopp. Kollha kellhom storja differenti imma simili fl-istess ħin. Kollha kienu spiċċaw hemm għal raġuni waħda – la ma kinux għadhom tajbin għat-tiġrijiet jew għax-xogħol, ħadd ma riedhom iktar.

“Għad fadal ħafna xi jsir hawn ġew,” kienet qaltli Claire, waħda mill-voluntiera li tmexxi l-post. “Imma mhux se naqta’ qalbi. Għalihom kollox nagħmel. Bl-għajnuna ta’ kulħadd jirnexxilna.”

13
Mintiex Waħdek! Aħna hawn għalik Ċempel Aġenzija Sedqa: 233885110 Hawn għalik Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali

“Connected Classrooms”– Pont Edukattiv bejn Malta u l-Etjopja

Waqt iż-żjara uffiċjali tiegħu fl-Etjopja f’Mejju ta’ din is-sena, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg kellu l-opportunità li jżur l-iskola Kidane Mehret, skola li għandha rabta storika ma’ Malta li sal-lum il-ġurnata hija mmexxija minn Sister Laetitia Borg. F’din iż-żjara l-Ministru Borg nieda proġett edukattiv bl-isem ta’ “Connected Classrooms” li twaqqaf mill-Ambaxxata ta’ Malta ġewwa l-Etjopja permezz ta’ inizjattiva ta’ Assistenza ta’ Żvilupp imnedija mill-Ministeru tal-Affarjiet Barranin, Ewropej u l-Kummerċ.

Permezz ta’ din l-inizjattiva l-proġett ‘Connected Classrooms’ ħoloq rabta virtwali bejn l-iskola Kidane Mehret f’Addis Ababa u l-iskola Mater Boni Consilii St. Joseph ta’ Raħal Ġdid biex b’hekk isiru skambji edukattivi u kulturali virtwali bejn iż-żewġ pajjiżi waqt li wkoll tingħata għajnuna għat-tagħlim tal-lingwa Ingliża minn għalliema Maltin permezz ta’ teknoloġija diġitali. Fi kliem il-Ministru tal-Affarjiet Barranin, Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg, “Proġetti bħal dawn juru l-ħidma li jkun qed jagħmel il-Gvern Malti sabiex jassisti u jgħin fl-iżvilupp ta’ pajjiżi oħra.”

Sr Laetizia Borg, il-kap tal-iskola f’Etjopja tenniet l-impatt pożittiv ta’ dan il-proġett fuq studenti miż-żewġ pajjiżi.

Sr Borg spjegat kif kienet il-ħolma tagħha li jitwaqqaf laboratorju tat-teknoloġija tal-informatika b’kompjuters ta’ teknoloġija avvanzata u konnessjoni tal-internet adegwata.

“Il-ħolma tiegħi saret realtà mat-tlestija ta’ dan il-proġett, li l-għan ewlieni tiegħu huwa li ngħaqqad studenti ta’ Kidane Mehret ma’ studenti Maltin sabiex ikollhom issetgħa bis-saħħa tat-Teknoloġija tal-Informatika jiksbu ħiliet lingwistiċi u konjittivi, kif ukoll li jwessgħu t-tagħlim tagħhom permezz ta’ skambji kulturali.”. Min-naħħa tal-Iskola St. Joseph Mater Boni Consillii iS-surmast Dr. Kenneth Vella, li hu wkoll l-Ambaxxatur mhux Residenti ta’ Malta għall-Estonja u l-Finlandja, esprima x-xewqa

tiegħu illi proġett innovattiv bħal dan jikber u jinxtered bil-parteċipazzjoni ta’ skejjel oħra Maltin, grazzi għal din l-inizjattiva innovattiva. Hu rringrazzja lill-Ambaxxatur għall-Etjopja, Djibouti u l-Unjoni Afrikana tal-ħidma tiegħu biex dan il-proġett ikun suċċess.

Bħala parti minn dan l-iskambju virtwali l-istudenti Maltin u dawk mill-Etjopja ddiskutew suġġetti ta’ interess fosthom il-kultura, ikel tipiku, l-isport preferit, passatempi kif ukoll tagħrif dwar pajjiżhom. B’hekk l-istudenti kellhom opportunità jużaw ħiliet mil-lezzjonijet tal-ict biex jikkomunikaw ma’ studenti f’pajjiżi ohra. L-għalliema ta’ St. Joseph Mater Boni Consillii Cristina Mifsud u Mary Grace Grech, qalu li ‘Grazzi għal dan il-proġett, l-istudenti kellhom ifittxu informazzjoni storika u kulturali dwar Malta u l-Afrika. Din kienet opportunità importanti fejn l-istudenti setgħu jikkomunikaw u jsiru jafu studenti mill-iskola Kidane Mehret fl-Etjopja. Esperjenza li ma jinsew qatt’.

Waqt iż-żjara tiegħu, Dr Ian Borg tenna, “L-edukazzjoni hija l-aktar settur importanti li fih nistgħu nkomplu ninvestu speċjalment biex ngħaqqdu t-tfal tal-iskola tagħna flimkien. Saħaq ukoll li permezz ta’ proġett bħal dan qed nassistu għar-relazzjonijiet bejn Malta u l-Etjopja, li sejrin b’saħħithom….U se nkomplu nagħtu s-sehem tagħna sabiex insaħħu jew nibnu pontijiet bejn Malta u l-Etjopja.

Il-progett ‘Connected Classrooms’ huwa ffinanzjat mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ b’nefqa ta’ €37,000 li jkopru x-xirja ta’ 21 kompjuter bit-tagħmir kollu, sistema ta’ internet u taħriġ estensiv għall-għalliema miż-żewġ pajjiżi. Il-ħsieb huwa illi l-proġett jikber billi jiżdiedu skejjel Maltin u mill-Etjopja kif ukoll minn pajjiżi ġirien bħal Rwanda li esprimew ix-xewqa li jipparteċipaw fit-tieni fażi tal-proġett. L-Ambaxxata ta’ Malta fl-Etjopja tinsab lesta biex tgħin skejjel Maltin li jixtiequ jipparteċipaw f’dan il-proġett.

15
G’Manġia 21226020 - B’Kara 21490213 - Żebbuġ 21465768 - Fgura 21673332 Naxxar 21 431 152 - B’Buġia 21421 976 - Rabat 21450845 - Luqa 21895248 Qormi 21488950 - Attard 21418315 - San Ġwann 21383947 THE CATHEDRAL OPTICAL one hour service 16

Mindfulness

Prattika li fil-bidu ta’ din is-sena qsamnieha ma’ grupp ta’ tfal u żgħażagħ b’koperazzjoni mal-Malta Trust Foundation

minn Elaine Azzopardi, edukatriċi speċjalizzata fil-prattika ta’ Mindfulness

Għeżież qarrejja, Hekk kif bdejna s-sena 2023, Mindfulness with Elaine ġiet imqabbda minn The Malta Trust Foundation sabiex tieħu sehem fi Programm Tbissima, li hu proġett imniedi minn din l-istess imsemmija entità. F’dan il-proġett, il-lokalità tal-Marsa ġiet magħżula sabiex tfal u żgħażagħ igawdu minn attivitajiet bħalma torganizza Mindfulness with Elaine fejn b’mod volontarju, ġew offruti erba’ sessjonijiet bl-għan li jtejbu l-ħajja ta’ dawk li pparteċipaw.

Fl-erba’ sessjonijiet li qattajna flimkien, kellna l-opportunità li nagħmlu diversi attivatijiet u naqsmu flimkien diversi temi li jiġu mgħallma f’mindfulness ... temi li kollha huma essenzjali għal saħħa mentali sana. Fost dawn it-temi, tkellimna dwar li nsiru nafu aħna min aħna, is-sensi, il-gratitudni u l-emozzjonijiet.

Aħna min aħna

L-importanza li nagħrfu li aħna lkoll persuni uniċi b’ħiliet u abbiltajiet differenti. Meta nitgħallmu nesploraw lilna nfusna nkunu kapaċi niddistingwu bejn dak li aħna tajbin fih u dak li forsi għandna bżonn aktar taħriġ għax jaf insibuh ftit diffiċli. Dan se jwassal biex nagħrfu x’għandna bżonn biex nieħdu ħsieb tagħna nfusna u nikbru fiżikament, emozzjonalment u psikoloġikament.

Is-sensi

L-importanza li tassew nesperjenzaw is-sensi f’kull ħaġa li nkunu qegħdin nagħmlu. Hawnhekk il-parteċipanti ħadu sehem f’eżerċizzju interattiv fejn

kull wieħed u waħda minnhom setgħu jesperjenzaw b’ċerta reqqa s-sensi tagħhom: xi ħaġa li aktar ma nikbru aktar tibda titlef dan is-sens għax ma nibdew napprezzaw ċertu affarijiet. Permezz tal-eżerċizzju ta’ mindful eating, il-parteċipanti setgħu jerġgħu jġibu ħaj is-sens tax-xamm, tas-smigħ, tal-ħars, tal-mess u tat-togħma ... u ngħiduha kif inhi, din tal-aħħar tgħidx kemm intgħoġbot!

Gratitudni

L-importanza li nagħrfu napprezzaw dak kollu li għandna f’ħajjitna. Hawnhekk ġibna l-parteċipanti konxji li l-kilba li wieħed dejjem ifittex dak li m’għandux, ma twassal xejn għajr ħlief nuqqas ta’ kuntentizza. Għal kuntrarju, meta jibdew jagħrfu japprezzaw l-affarijiet iż-żgħar li hemm diġà f’ħajjithom, bħal qalb tajba, familja u ħbieb sinċiera, jitgħallmu jgħixu ħajja aktar serena u kuntenta.

L-emozzjonijiet

L-importanza li nkunu konxji ta’ kif qed inħossuna fil-mument preżenti. Hawnhekk il-parteċipanti kellhom l-opportunità li jitgħallmu fuq id-diversi emozzjonijiet li xi darba jew oħra żgur esperjenzaw f’xi sitwazzjoni ta’ ħajjithom. Tgħallmu jiddistingwu bejn li jirreaġixxu u jirrispondu għal dawn is-sitwazzjonijiet differenti billi jantiċipaw messaġġi li ġisimhom ikun qed jurihom minn qabel, bħal pereżempju tferfir fl-istonku meta jkunu qegħdin jaffaċċjaw xi sitwazzjoni stressanti. Barra minn hekk, ipprattikajna flimkien x’jistgħu jagħmlu f’dawn il-mumenti bħal

pereżempju l-użu tan-nifs kif se naraw fil-paragrafu li ġej.

Meditazzjoni

Ma setax jonqos li fil-ħin li qattajna flimkien, introduċejna eżerċizzji li jinvolvu n-nifs. Kif dejjem tkellimna f’dawn l-artikli, in-nifs huwa l-ankra fejn nistgħu nitfgħu l-attenzjoni tagħna speċjalment f’mumenti diffiċli u ta’ stress. Ma ninsewx li n-nifs qiegħed dejjem magħna, ma jitlaqna qatt, allura nistgħu nqisuh bħala l-ħabib tagħna li ħa jissaportjana f’mumenti bżonjużi. Għalhekk, din il-prattika kienet parti integrali mit-taħriġ li tajna lil dawn iż-żgħażagħ.

L-esperjenza tal-parteċipanti

Ħadna wkoll xi kummenti tal-parteċipanti fejn qalulna li kienet esperjenza tassew meraviljuża għalihom fejn tgħallmu diversi kunċetti li ħa jservuwhom tul ħajjithom kollha, filwaqt li esprimew ukoll li xtaqu li kellna aktar sessjonijiet flimkien. Fl-aħħar mill-aħħar, kif stqarret waħda minnhom, tgħallmu ħafna u ħadu gost jaħdmu flimkien fi gruppi, ħila li ċertament għenithom jikbru soċjalment ukoll.

L-entità tagħna, żgur ħa tibqa’ tiftakar il-ħin prezzjuż li qattajna flimkien ma’ dawn iż-żgħażagħ. Aħna min- naħa tagħna nħeġġu lil kull min hu interessat li jingħaqad magħna jew li jsir jaf aktar informazzjoni, sabiex isegwi l-paġna tagħna ta’ Facebook bl-isem, Mindfulness with Elaine.

17

Sena Sagħtar… u Sagħtarin!

Dalwaqt tispiċċa l-iskola u nibdew is-sajf! B’xorti tajba kienet sena sabiħa – is-Sagħtar jidher li qed tkun ta’ suċċess mal-istudenti, l-għalliema, il-ġenituri u kull min iħobb jaqra bil-Malti.

Din is-sena kabbarna r-rivista bi 8 faċċati kull xahar, minn 48 għal 56 faċċata. B’hekk ilħaqna iktar il-gosti ta’ kulħadd, inkludejna varjetà ta’ kitbiet u kittieba, u offrejna iktar informazzjoni u divertiment. Żidna sew ukoll il-kompetizzjonijiet, ġieli 8 jew 9 f’ħarġa waħda! Kull xahar intrebħu:

• rota

• 2 logħbiet (board games)

• madwar 12-il ktieb

Jiġifieri b’kollox fis-sena skolastika ntrebħu:

• 8 roti

• 16-il logħba (board game)

• kważi 100 ktieb

Mill-qalb nirringrazzjaw lil min ħa sehem u fuq kollox lill-isponsors, tal-premjijiet u l-kontribuzzjonijiet tagħhom.

L-artikli, l-istejjer, il-poeżiji u l-kitbiet l-oħra fis-Sagħtar ġew kemm mingħand awturi magħrufin kif ukoll mingħand oħrajn “ġodda”. Dan huwa tajjeb għax is-Sagħtar irid ikun ta’ kulħadd. Kellna anki numru ta’ studenti li kitbu fis-Sagħtar, sinjal sabiħ ħafna li juri li fostkom it-tfal hemm min iħobb il-kitba. Taqtgħux qalbkom u ibqgħu iktbu. Intom il-ġenerazzjoni t’għada, li tridu żżommu l-lingwa u l-letteratura ta’ pajjiżna ħajjin. Għalhekk inħeġġukom tibagħtulna l-kitbiet tagħkom għas-sena d-dieħla fl-indirizz korrispondenza@saghtar.org.mt.

Minbarra f’avvenimenti nazzjonali bħall-Comic Con u l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, Fondazzjoni Sagħtar fittxet li tkun preżenti fil-komunità anki bi proġett f’Għawdex li rnexxa bil-kbir. Matul is-sena għalliema professjonali ltaqgħet b’mod regolari mal-istudenti Għawdxin fl-iskejjel tagħhom, bl-iskop li permezz tas-Sagħtar u Sagħtarin tgħin

fl-edukazzjoni primarja tagħhom, speċjalment fit-tagħlim tal-Malti, permezz ta’ lezzjonijiet fil-klassi.

Komplejna nkabbru anki l-app tas-Sagħtar. Infakkrukom biex tniżżluha b’xejn mill-Google Play jew l-App Store. Fiha ssibu kull edizzjoni tar-rivista s’issa u tistgħu tisimgħu xi siltiet jinqraw (bħalma tistgħu tagħmlu mis-sit www. saghtar.org.mt), issegwu xi vidjows u taqraw l-aħħar aħbarijiet tal-Fondazzjoni. Dalwaqt intellgħu wkoll l-ewwel 2 logħbiet. Nittamaw li tieħdu gost bihom u li nkabbru din is-sezzjoni fil-futur qrib.

Il-proġett Xjen-Tek kien ukoll suċċess. Permezz ta’ mudelli tal-kartun li jinbnew u jiżżejnu għall-gosti tagħkom wassalna kunċetti sempliċi tax-xjenza u t-teknoloġija, bħall-mekkaniżmu tal-lieva u l-fus, l-istudju tal-kuluri u l-effett tal-vulkan, l-idea ta’ hot air balloon jew rokit, u l-idea tal-arloġġ tax-xemx u l-pinnur tar-riħ.

Xjen-Tek għandu premju abbinat miegħu fl-aħħar tas-sena skolastika; għalhekk inħeġġukom tibagħtulna ritratti u vidjows tal-mudelli tagħkom fl-indirizz korrispondenza@ saghtar.org.mt sal-aħħar ta’ Ġunju.

Din is-sena wkoll ħriġna b’suċċess l-ewwel edizzjoni ta’ Sagħtarin għas-snin bikrin, ktieb tal-attivitajiet li fih l-istudenti ż-żgħar isibu attivitajiet ta’ tpinġija, logħob, taqbiliet ħelwin u qari ieħor ħafif u attivitajiet interessanti u addattati għalihom, li jintroduċuhom għall-ħiliet lingwistiċi u jgħinuhom jibdew jibnu livell b’saħħtu ta’ litteriżmu. Dan wassalna biex is-sena d-dieħla noffruh bħala abbonament għal erba’ ħarġiet, bejn Novembru u Mejju.

Inħeġġukom tabbonaw minn kmieni għas-sena d-dieħla, kemm għas-Sagħtar kif ukoll għal Sagħtarin. L-aħjar mod hu li tabbonaw bħala grupp jew skola – kellmu lill-għalliema tagħkom biex tagħtuhom isimkom u l-ħlas. Inkella tistgħu tabbonaw b’mod individwali minn www. saghtar.org.mt/hanut – xorta bi prezz imraħħas – u tirċevuh bil-posta d-dar.

L-ikbar suċċess f’dan kollu huwa intom il-qarrejja! Jekk ma tkunux intom, u kieku ma tħobbux il-qari u d-divertiment bil-Malti, is-Sagħtar u Sagħtarin ma jkollhomx għalfejn jeżistu. Għalhekk nirringrazzjawkom li tapprezzawhom, u nerġgħu niltaqgħu f’Ottubru għal sena oħra ta’ qari u gost!

19

“Teknoloġija Assistiva bħar-reader pen twassal student b’diffikultajiet tal-qari għal independenza”

Intervista ma’ Abby Camilleri Pearson, edukatriċi li tħarreġ għalliema fl-użu tat-teknoloġija fit-tagħlim

Diversi studenti tas-sekondarja fl-iskejjel tal-istat u tal-Knisja ingħataw reader pen biex jegħlbu l-isfidi li għandhom fil-qari u li bis-saħħa ta’ din it-teknoloġija assistiva qed jkollhom aċċess adegwat għall-kurrikulu, biex jistudjaw u jagħmlu l-eżamijiet b’inqas diffikultà. Bis-saħħa ta’ din l-għodda l-istudenti qegħdin ikabbru l-kunfidenza u l-independenza fit-tagħlim tagħhom. Ir-reader pen qed itihom l-għajnuna neċessarja biex inaqsu l-ansjetà minħabba l-isfidi fil-qari li jkunu qed jaffaċjaw.

X’diffikultajiet qed jesperjenzaw l-istudenti tagħna meta jiġu biex jaqraw?

Saż-żmien li l-istudenti jkunu fl-iskola sekondarja, jista’ jkun diffiċli li ssolvi d-diffikultajiet tal-qari li setgħu ilhom għaddejjin matul is-snin primarji u bikrin. Allura nemmen li t-teknoloġija assistiva fl-iskejjel għandha tiġi implimentata mill-ewwel snin ħalli mal-ewwel għarfien ta’ xi diffikultà jindirizzaw il-problema b’mod xieraq u effettiv. Din it-teknoloġija assistiva tista’ tgħin ħafna l-ħajja ta’ studenti b’Dyslexia u SpLD.

Għal bosta snin edukaturi, kapijiet tal-iskejjel, assoċjazzjonijiet u membri fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni ħadmu bla waqfien biex iżidu u jkompli jagħrfu lil ġenituri u l-pubbliku dwar id-dyslexia u diffikultajiet ta’ tagħlim speċifiċi marbuta mal-qari u ftehim ta’ taħriġ. L-edukaturi jaħdmu ħafna biex jgħinu lil kull student biex jitgħallem u jaċċellera fl-edukazzjoni tiegħu biex ikun ta’ suċċess. L-istudenti li għandhom dyslexia jew SpLD ħafna drabi isibu li anke kompitu sempliċi quddiemhom jikkawzalhom sentimenti kbar ta’ għeja, konfużjoni, ansjetà u biża’ kbira. Iħossu sentimenti ta’ falliment u frustrazzjoni jekk ma jingħatawx l-għajnuna meħtieġa.

X’tagħmel ir-reader pen?

Ir-reader pen qed tbiddel il-pajsaġġ tat-tagħlim għall-istudenti li għandhom dyslexia jew diffikultajiet biex jaqraw u jinterpretaw il-kliem miktub. Din ir-reader pen qisha pinna li tikteb biha, imma daqsxejn aktar goffa. Hija apparat li jista’ jinġarr kullimkien bla problemi. Tista’ żżommha f’idejk, fil-but tal-ġakketta jew qalziet u tqabbad il-headphone kull meta trid taqra xi kelma jew kuntest. Dan l-apparat isir parti integrali ta’ ħajtek biex jgħinek taqra kulma għandek bżonn tul il-ġurnata tiegħek, kemm l-iskola, kif ukoll meta tmur tixtri go ħanut. It-text-to-speech facility fuq ir-reader pen tippermetti lill-istudenti jiskenja t-test li jkollhom quddiemhom u awtomatikament l-apparat jaqralhom lura dak it-test mill-ispeaker, jew billi tqabbad earphones u tisma’ għal kwiet waħdek. Ċerti reader pens għandhom ukoll il-facilità li tiskenja kelma u tagħtik it-tifsira tagħha. Allura tgħin lill-istudenti jfittxu kliem li ma jkunux ċerti minnhom weħidhom u ma jkollhomx bżonn jgħollu jdejhom biex jistaqsu lill-għalliem.

It-Teknoloġija assistiva tista’ twassal għall-indipendenza?

Teknoloġija assistiva tista’ ħafna drabi tintuża biex tissostitwixxi human reader. Jekk inneħħu l- human reader għal ċerti individwi, awtomatikament l-istudent

20

jibda iħossu aktar responsabbli tal-qari u tat-tagħlim tiegħu. Huma jsiru indipendenti u jħossuhom aktar kapaċi u huwa għalhekk li r-reader pen tgħin lil individwu jitgħallem b’mod awtonomu. Din l-għodda tista tiġi wżata wkoll minn individwi fuq il-post tax-xogħol biex ikomplu l-ħajja tagħhom b’indipendenza u trankwilità.

Dawn ir-reader pens jistgħu jintużaw fl-eżamijiet tal-MATSEC?

Iva. Il-Bord tal-Eżamijiet tal-Matsec irreveda l-Access Arrangement guidelines fejn kull student li japplika għall-eżamijiet tal-MATSEC jista’ jkun eliġibbli għal reader pen skont il-proċeduri meħtieġa li jridu jiġu validati. Ir-reader pens li jintużaw fl-eżamijiet ikollhom biss it-text-to-speech facility u mhux id-dizzjunarju. Din il-gwida tiddikjara li r-reader pen tista’ tiġi wżata minn kull individwu li japplika għal dan l-aċċess biex isir kompletament indipendenti waqt l-eżami tiegħu. Hekk ma jkollhomx bżonn human reader biex tassistihom. Jużaw biss ir-reader pen indipendentement. Id-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni fetaħ skema biex jgħin lil dawk l-istudenti li jikkwalifikaw għal dan l-appart biex jintuża fil-ħidma tagħhom ta’ kuljum biex jersqu lejn l-eżamijiet b’aktar kunfidenza.

Dawn ir-reader pens jistgħu jinxtraw lokalment?

Energy Investment Limited, huma d-distributuri lokali uffiċjali tal-iscanning pens f’Malta, joffru tagħrif u għajnuna lil kull individwu kif ukoll għall-iskejjel. Jagħtu wkoll ġimgħa prova ta’ reader pen lil kull minn tinteressah. Waqt din il- ġimgħa tingħata kwalunkwa għajnuna meħtieġa biex jifhmu kif dan l-apparat jaħdem. Dan is-servizz huwa bl-ebda obbligu li tixtri. Jagħtu provi kif ukoll training lil kwalunkwe skola, f’Malta u Għawdex, li hi interessata timplementa din it-teknoloġija assistiva fis-sistema edukattiva tagħhom. Jekk tixtri din ir-reader pen is-servizz ta’ assistenza tibqa’ tingħata kull meta hemm bzonn.

Kull ġenitur jew individwu jista’ jikkuntattjana fuq (+356) 2131 7486 biex jagħmel appuntament għal prova biex jara kif jaħdem dan l-apparat. Nistgħu wkoll nitkellmu mal-iskejjel jekk ikunu interessati biex ikunu jafu iktar dwar dan is-servizz li qegħdin noffru, u dan isir mingħajr l-ebda obbligu li jixtru. L-għan tagħna hu wkoll li nkabbru għarfien ta’ din it-tip ta’ teknoloġija assistiva f’pajjiżna. Tista’ żżur www.digital.com.mt.

21

Tgħallem dwar l-Unjoni Ewropea fis-Sajf

Europe Direct Valletta huwa wieħed minn 424 ċentru ta’ informazzjoni li nsibu mxerrdin fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u hu mmexxi minn Servizzi Ewropej f’Malta (SEM).

Kull sena, fl-aħħar tliet snin, Europe Direct Valletta, ippubblika tliet kotba sabiex jgħinu lit-tfal u lill-istudenti ta’ etajiet differenti jitgħallmu aktar dwar l-Unjoni Ewropea. Dawn il-kotba fihom l-informazzjoni b’mod adattat għall-etajiet li huma mmirati għalihom.

Il-kotba huma mżewqin bi stejjer, eżerċizzji prattiċi, illustrazzjonijiet u logħob sabiex jgħinu iktar lill-qarrejja jitgħallmu fatti bażiċi dwar l-Unjoni Ewropea, il-principji u l-valuri taċ-ċittadini Ewropej u l-opportunitajiet u l-benefiċċji għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea.

Il-kotba huma dawn: ‘Discover the European Union with Leo and Myra‘ għal studenti ta’ 8-9 snin, ‘Mas-Siġra tal-Ballut’ għal studenti ta’ 11 u 12-il sena (verżjoni Malti u Ingliż), u ‘#noħlomlixidarba’ għal studenti ta’ 14 u 15-il sena.

Il-kotba jistgħu jitniżżlu f’format diġitali minn fuq is-sit https://sem.gov.mt/latest-updates/ publications. Jekk tixtieq takkwista kopja ta’ dawn il-kotba kkuntattja lil Europe Direct Valletta bin-numru 2779 7320 jew fl-indirizz elettroniku edvalletta.sem@gov.mt.

22

L-Aims għandha l-għan li tgħolli l-livell tal-Isport

L-Awtorità għall-Integrità fl-isport Malti ġiet maħluqa bi skop wieħed u ċar, dak li tgħolli l-livell tal-isport Malti. Bħal kull qasam ieħor, meta jkollok ambjent regolat, kollox jaħdem aħjar u jiżviluppa aktar faċilment. Ambjent regolat ifisser aktar serjetà.

l-Awtorità hija proprju l-Integrità. Integrità fl-isport tieħu diversi xejriet. Tfisser integrità li l-isport ikun nadif minn użu ta’ sustanzi projbiti u manipulazzjoni ta’ riżultati sportivi. Integrità tfisser li kull min hu involut fl-isport, mill-atleti sal-klabbs u federazzjonijiet, iridu jaderixxu ma sett ta’ regoli sabiex tiddaħħal aktar serjetà, dixxiplina u trasparenza u fuq kollox sigurtà fil-faċilitajiet sportivi u wkoll għall-atleti l-aktar dawk minorenni.

L-Awtorità għandha rwol importanti internazzjonalment sabiex intejbu r-reputazzjoni ta’ pajjiżna fil-ġlieda kontra l-manipulazzjoni u l-korruzzjoni fl-isport. Flimkien ma’ dan, l-Awtorità se tkun qed tiżgura li regolamenti finanzjarji imposti minn liġijiet lokali u internazzjonali jkunu infurzati sabiex ma jkunx hemm lok ta’ ħasil ta’ flus fl-isport kollu.

Iċ-cavetta sabiex l-Awtorità tkun effettiva fir-responsabilitajiet tagħha mhijiex biss l-infurzar tal-liġi imma fuq kollox l-edukazzjoni. Li tgħallem lil min hu involut biex jevita li jidħol fi problemi, kif jagħrafhom u x’inhuma l-obbligi u drittijiet tiegħu f’għajnejt il-liġi huwa essenzjali.

Għalhekk l-Awtorità se tkun qed tinvesti ħafna fl-edukazzjoni sabiex twassal għand kulħadd dik l-informazzjoni neċessarja sabiex kulħadd ikun jaf x’għandu jagħmel biex ikun konformi mal-liġi u jitgħallem il-prinċipji bażilari ta’ xi tfisser integrità, mhux biss fl-isport imma integrità fil-ħajja ta’ kuljum

L-isport kopert mill-Awtorità se jkun kemm dak amatorjali u fuq kollox dak kompetittiv. L-Awtorità ilha taħdem fis-silenzju, sa mill-konċepiment, biex tieħu ħsieb dak kollu li jirrigwardja ttestjar u mmaniġġjar ta’ riżultati ta’ doping.

Doping huwa parti essenzjali mill-Awtorità, u dan ix-xogħol isir taħt ir-regolamenti u skrutinju tal-World Anti-Doping Association (WADA). Din l-Assocjazzjoni internazzjnali hija l-awtorità mondjali fuq doping u li kieku pajjiżna ma jsegwix ir-regolamenti tagħha, l-isport lokali jkollu jieqaf. Allura huwa neċessarju li dan ix-xogħol isir tajjeb u b’mod metikoluż.

Kien għalhekk li ngħatat prijorità sabiex isir taħriġ intensiv u professjonali fuq Doping Control Officers (DCOs). Dan it-taħriġ sar b’kollaborazzjoni ma’ NADOSverige li hija l-awtorità għad-doping fl-Isvezja. Dan it-taħriġ kien kruċjali in vista tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li saru f’pajjiżna dan l-aħħar.

Ftit jafu li mingħajr it-testijiet tad-doping, dawn il-logħob ma kinux jistgħu jsiru u kien grazzi għal dawn id-DCOs u x-xogħol professjonali tagħhom li l-logħob seta’ jibqa’ għaddej bla xkiel.

Matul dawn il-logħob l-Awtorità daħlet ukoll sistema innovattiva bħala proġett pilota ta’ Dry Blood Tests u cioe li l-ittestjar għall-sustanzi dopanti jsir b’tingiża ċkejkna, bl-istess mod kif illum il-ġurnata persuna tmur tagħmel testijiet bażiċi tad-demm. Minn dan il-proġett l-Awtorità diġà tgħallmet ħafna dwar dan il-metodu u se tibqa’ tinvesti fih biex meta jsir metodu rikonoxxut globalment, inkunu ppreparati.

L-Awtorità bħalissa tinsab fil-fażi li tikber u tkabbar l-operat tagħha, grazzi għall-fiduċja li l-Ministru u l-Ministeru tal-Edukazzjoni qed juru fl-operat tagħha u l-importanza li se jkollha fuq l-isport Malti inġenerali.

L-Awtorità se tkun ukoll ta’ spalla għall-għaqdiet sportivi kollha biex dawn jaderixxu ruħhom mar-regoli li se tkun qed toħloq, biex kulħadd jikber fl-isport tiegħu bla xkiel.

Ritratt: DOI Clifton Fenech

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.