OTTUBRU 2023
FAĊLI
TISSEPARA
ISSEPARA KIF SUPPOST Ikteb in-numru għall-borża t-tajba
SKART RIĊIKLABBLI
SKART ORGANIKU
SKART IMĦALLAT
1
2
3
A B J A -T T A Ż R O B IL L- IS K A RT IT FG Ħ U F N.MT IO WASTECOLLECT
1
2
3
3
H
uwa ta’ pjaċir għalija li qiegħed inwasslulkom ħarġa oħra tas-suppliment edukattiv ta’ kull erba’ xhur Eduka, li jitqassam b’xejn mal-gazzetta It-Torċa. F’din l-edizzjoni nwasslulkom qabel xejn informazzjoni dwar il-ħidma u l-inizjattivi meħuda mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Isport, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni. Biex inkomplu napprezzaw aktar ukoll il-lingwa nazzjonali tagħna, minn din l-edizzjoni se nkunu qiegħed inwasslulkom rubrika ġdida dwar l-ilsien Malti ppreparata mill-Professur u Riċerkatur Charles Briffa. Ma jonqsux ukoll artikli oħra interessanti fosthom il-paġni ddedikati għat-tfal tagħna min naħa ta’ Rita Azzopardi, għalliema tal-Primarja, bl-għan li nħeġġu lil uliedna biex jaqraw aktar u jkollhom imħabba lejn il-qari. Ma’ Elaine Azzopardi, esperta filqasam ta’ mindfulness inkomplu naraw il-benefiċċji ta’ din ilprattika u l-attivitajiet innovattivi li ġew organizzati matul ix-xhur li għaddew anki b’kollaborazzjoni ma’ Esplora. Niddiskutu wkoll ma’ Abby Camilleri Pearson it-tagħlim tarrobotika u l-coding u l-importanza tagħhom anki fit-tagħlim tat-tfal. Artiklu ieħor joffri wkoll informazzjoni dwar il-magazine Sagħtar u l-ħidma tal-Fondazzjoni Sagħtar. Għal darba oħra dan għandu jkun suppliment interessanti għal kulħadd. Finalment, ħajr speċjali jmur lejn id-diversi kollegi kontributuri li għamlu din l-edizzjoni oħra ta’ tagħrif interessanti u lejn Joellson Bezzina li bħas-soltu ħa ħsieb id-disinn. Jekk intom, qarrejja tagħna, tkunu tixtiequ li niddiskutu xi temi partikolari nitlobkom ukoll tibgħatuli email fuq kennethvella@hotmail.com. Il-kumplament tas-sena skolastika t-tajba lil kulħadd. Dr Kenneth Vella
Disinn: Joellson Bezzina - Union Print Co.Ltd - design@unionprint.com.mt Avviżi: Tel: 2590 0200 - adverts@unionprint.com.mt Ħajr: Rachel Sladden
4
5
MINN MOĦĦ IL-MALTI minn Prof. Charles Briffa
M
eta niflu l-lingwa tagħna jixirfu xejriet tal-mod kif kienu jaħsbuha dawk ta’ qabilna. F’din il-mentalità nilmħu wkoll kif il-bniedem ibiddel dak li ħaddieħor ikun ħaseb, emmen, u għamel. B’dawn il-kitbiet, f’din is-sensiela, nippruvaw nixħtu ftit dawl fuq il-ħsieb u t-tiġrib tal-antenati tagħna sabiex nifhmu aktar il-kultura lingwistika tagħna. ŻARDA (pl. żardiet). Il-kelma “żarda” tfisser (1) ħajta li tiżżarrad minn drapp (a loose thread of a cloth) u (2) fil ta’ ħabel li jiżżarrad (loose strand of a rope). Il-ħajta mżarrda, jew qiegħda mad-drapp jew qiegħda ’l barra middrapp, qisha trid tiddeċiedi tibqax mad-drapp u jekk naqtgħuha nkunu ċerti (għax ma tibqax mad-drapp). B’dan il-mod ta’ ħsieb inħolqot l-idjoma “qata’ ż-żarda” li għandha diversi tifsiriet: (a) iddeċieda jew ma baqax bejn ħaltejn; (b) neħħa x-xkiel jew id-diffikultà; u (ċ) għamilha ċara ma’ xi ħadd li ma kellux ċans (għal xi ħaġa) u għalxejn jibqa’ jinsisti. Ilkelmiet “żarda” u “żarrad” għandhom l-istess għerq; u fl-Għarbi nsibu żarada li tfisser tgħallaq lil xi ħadd b’ħabel, u nsibu wkoll żirad bit-tifsira ta’ ħabel biex tgħallaq ġemel. Jidher li hemm konnessjoni figurattiva bikrija bejn it-tagħliq b’ħabel u l-qtugħ tat-tiżrid ta’ ħabel jew drapp. Jista’ jkun li t-tagħliq, fil-mentalità antika, kien jiddeċiedi darba għal dejjem issoluzzjoni ta’ mġiba mhix mixtieqa. bniedem – “Bniedem” huwa ħliqa umana, persuna. Il-kelma fil-Malti ġejja minn “bin Adam” frażi fl-istat kostrutt li eventwalment tat kelma komposta li setgħet kienet fil-bidu xi ħaġa bħal “binadam” fejn l-ewwel “a” hija twila, u din dgħajfet sa xejnet l-“i” ta’ “bin” u nbidlet f’“ie” biex tat il-portmantò “bniedem” li hija sintesi (imsawra bit-twaħħid tal-ħsejjes taż-żewġ kelmiet) li twaħħad iż-żewġ tifsiriet ta’ bin + adam. Fl-Għarbi nsibu ibn adam fis-sens ta’ uman; imma flGħarbi l-kunċett dejjem baqa’ jitfisser
fil-binja tal-wiċċ minn frażi, filwaqt li fil-Malti l-kunċett intgħaġen f’terminu wieħed u minnu nissel forom oħra (tal-femminil “bniedma” u tal-plural “bnedmin”). Fl-ilsien Lhudi l-kelma adam tfisser bniedem u l-kelma adamah tfisser trab tal-art: it-twaħħid tal-kunċetti adam-adamah jafferma x-xejra materjali tal-bniedem. Ittradizzjoni dejjem ħadet il-kelma “Adam” bħala nom propju. Allura fiddawl ta’ dan kollu, il-kelma “bniedem” jista’ jkollha etimoloġikament dawn iż-żewġ tifsiriet: (a) bin Adam – i.e. kulħadd jitqies bħala wild Adam (l-ewwel bniedem: il-proġenitur tal-umanità); u (b) raġel tal-art – i.e. maħluq minn Alla mit-trab. KALDARUN (pl. kaldaruni) – Dan huwa reċipjent kbir tal-metall li jiflaħ sħanat qawwija. Fil-Latin insibu l-verb calere (saħħan) u l-aġġettiv caldus (sħun) li jagħtu caldarius (tajjeb għas-sħana) u caldaria (banju sħun) li tat il-kelma Franċiża Qadima tat-tramuntana caudiere u l-Ingliża Medjevali caldron/cauldron. Fil-kultura Latina nsibu l-caldarium (kamra sħuna f’banju qadim Ruman). Minn caldarius tnisslet il-kelma calderonus fil-Latin Medjevali (irrekordjata fi Piacenza fl-1266) li minnha ġiet itTaljana calderone (misjuba hekk f’G. Boccaccio fl-1353) fis-sens ta’ grosso recipiente per farvi bollire qualche cosa. Mit-Taljan imbagħad ġiet ilkelma “kaldarun” li jista’ jkun li daħlet kmieni fil-Malti. Sa nofs is-seklu 20, il-mara Maltija kienet għadha tgħalli l-ħwejjeġ il-bojod fil-kaldarun biex jibqgħulha bojod. Fil-kultura qadima Maltija nsibu “l-kaldarun tal-erwieħ” li kien kaldarun minestra li fl-antik kienu jsajru l-kapuċċini biex jitimgħu lill-foqra f’Novembru, ix-xahar talmejtin, bħala suffraġju għall-erwieħ. mdanna (pl. mdanen). “Imdanna” tfisser kunjata (mother-in-law), u hija mnissla minn “madonna” (sinjura) li ġejja mit-Taljan mia donna (my lady, madam) mil-Latin mea domina. Dan
it-terminu “mdanna” kien wieħed ta’ rispett, jiġifieri titlu ta’ rispett għal mara ta’ qagħda għolja, bħal meta l-qaddejja kienu jindirizzaw lis-sinjura tagħhom. Jidher li kien jintuża wkoll għal omm il-mara jew ir-raġel bħala titlu ta’ rispett fis-soċjetà qadima, għax għandna qawl li jgħid, “Biex l-imdanna toqgħod mal-kenna, iddar trid tkun ġenna” – “imdanna” tfisser mother-in-law u “kenna” tfisser daughter-in-law. Imma maż-żmien it-terminu “kunjata” ħa post it-terminu “mdanna” u qaċċtu mill-użu x’aktarx minħabba s-similarità ma’ “ndannata”. PASTAŻ (pl. psataż, pastażi). Bħala nom “pastaż” ifisser (a) reffiegħ, ġarrier, burdnar, porter, u (b) travu barrani f’saqaf, ġejża (i.e. travu riffied biex iżomm travi oħra), cross-beam; u bħala aġġettiv (li jista’ jintuża wkoll bħala nom) ifisser (ċ) ħamallu, baxx, bla edukazzjoni, vulgari. Il-kelma ġejja mill-Isqalli bastasu li hi varjanti ta’ vastasu, u nsibu t-tliet tifsiriet tagħha: (a) ġarrier, (b) travu oħxon, u (ċ) bniedem baxx, ir-riffraff. Jiġifieri, il-kelma bastasu għandha t-tifsiriet ta’ “reffiegħ”, “travu”, u “vulgari” kif insibu fil-Malti (li allura jidher li ħadhom mill-Isqalli). Mela t-tifsira oriġinali tidher li kienet ta’ “reffiegħ” li tinsab fit-tifsira ta’ ġejża (i.e. it-travu li jżomm travi oħra); issa minħabba li r-reffiegħ tat-tagħbijiet fis-soċjetà minn dejjem kien tal-klassi l-baxxa jew xi lsir, tnisslet l-assoċjazzjoni mal-klassi l-baxxa u l-ħamallaġni. Jiġifieri, it-tielet tifsira hija estensjoni semantika (u figurattiva) tal-ewwel tifsira.
6
L-MCAST: Pass ieħor għal edukazzjoni ta’ kwalità F
il-jiem li għaddew tnediet il-liġi l-ġdida tal-Kulleġġ Malti għall-Arti, x-Xjenza u t-Teknoloġija, magħruf aħjar bħala l-MCAST. Pass ieħor li qed jistabbilixxi din l-istituzzjoni edukattiva bħala Kulleġġ li mhux biss blinvestiment dirett fl-istudent, imma b’kull mod possibbli, qed tara li tpoġġi lill-istudent fiċ-ċentru. Kulleġġ li qed iħares lejn il-futur b’serjetà, biex ikompli javvanza fledukazzjoni ta’ kwalità li qed jingħata l-istudent. Il-liġi l-ġdida tal-MCAST mhux biss hija pass ieħor biex tissaħħaħ din l-istituzzjoni u l-opportunitajiet ta’ tagħlim għal kulħadd, imma hija wkoll pass ieħor għal edukazzjoni ta’ kwalità. Għalhekk din il-liġi l-ġdida hija importanti biex l-MCAST ikollu awtonomija akbar, aktar responsabbiltajiet kif ukoll riżorsi biex ikompli jipprovdi l-ħiliet li jeħtieġ pajjiżna għad-dinja tax-xogħol tal-lum u tal-futur. Meta nitkellmu dwar l-istejjer ta’ suċċess tal-MCAST, mhux qed insemmu biss is-suċċess ta’ istituzzjoni edukattiva, imma fuq kollox is-suċċess ta’ eluf ta’ studenti, iktar minn 40,000 fi 23 sena. Studenti li eċċellaw fit-tagħlim tagħhom u li qed ikomplu javvanzaw fil-karriera tagħhom. Il-pjan strateġiku tal-MCAST 2022-2027 stabbilixxa bħala mira ewlenija l-għan li jsir kulleġġ tal-komunità. Fl-2022, l-istudenti fl-MCAST taw aktar minn 55,000 siegħa ta’ xogħol volontarju permezz tal-programm Community Social Responsibility, għalhekk importanti li l-kulleġġ, permezz tal-liġi l-ġdida, ikun hemm għal kulħadd. L-MCAST hija l-ewwel istituzzjoni ta’ edukazzjoni ogħla f’Malta li għandha l-leġiżlazzjoni tagħha indipendentement mill-Att dwar l-Edukazzjoni. Il-liġi l-ġdida saħħet il-bord tat-tmexxija billi inkludiet fih l-istudenti u l-membri tal-istaff; wessgħet il-mandat tagħha biex tinkludi r-rwol li għandha l-industrija u d-dmir lejn il-komunità. L-MCAST jaħdem ma’ aktar minn 2,300 kumpanija u hija meħtieġa aktar kollaborazzjoni, aktar kumpaniji li jagħmlu l-apprendistati ta’ kwalità parti millmissjoni tagħhom. Din il-leġiżlazzjoni ġdida tibgħat messaġġ importanti li hemm post għal kulħadd fl-MCAST. Dan issa se jkun rifless f’rappreżentanza wiesgħa fil-livelli kollha ta’ governanza. Il-bidu pożittiv għal din is-sena akkademika jawgura tajjeb, fejn kellna żieda fl-applikazzjonijiet f’kull istitut. Se nkomplu bl-impenn tagħna lejn l-istudenti biex nipprovdulhom l-aħjar ambjent u opportunitajiet biex jikbru, jitgħallmu u jaħdmu.
7
L-għan ewlieni tal-kulleġġ huwa li jippermetti lill-istudenti jilħqu l-potenzjal tagħhom, sfida importanti fil-ħidma li għaddejja lejn l-aqwa kwalità ta’ tagħlim, u f’dan, ilkulleġġ għandu dmir li jkun inklussiv u joffri l-għajnuna li hemm bżonn biex kull student jirnexxi.
applikazzjoni fl-2018 u 8,408 fl-2023.
Jekk tħares lejn statistika marbuta mal-MCAST tara storja ta’ suċċess kontinwa. Mhux biss li tul dawn l-aħħar snin, flMCAST sar investiment qawwi fl-infrastruttura edukattiva, biex jiġi mmodernizzat il-kampus u l-ambjent edukattiv, imma storja ta’ suċċess fejn jidħlu l-istudenti.
Fejn jidħlu studenti f’suġġetti STEM, hemm żieda ta’ 16% reġistrati f’kors full time relatat ma’ STEM fuq medda ta’ 5 snin, meta kien hemm 2,864 fl-2018 din is-sena hemm 3,327. Interessanti li kien hemm żieda ta’ 66% firreġistrazzjonijiet minn studenti femminili f’korsijiet relatati ma’ STEM fuq medda ta’ 5 snin. Fl-2018 kien hemm 574 reġistrazzjoni, din is-sena kien hemm 955. Żdiedu wkoll il-gradwati femminili minn kors relatat ma’ STEM. Din hija żieda ta’ 49% fuq medda ta’ 4 snin. Fl-2018 kien hemm 218 u s-sena li għaddiet dan in-numru tela’ għal 325.
Fejn jidħlu applikazzjonijiet full time, din is-sena kien hemm 21% żieda meta mqabbel mal-2022. Dan in-numru ma jinkludix applikazzjonijiet li daħlu mit-tielet sejħa. Fuq medda ta’ ħames snin kien hemm żieda ta’ 25%, b’6,720
F’dawk li huma applikanti ġodda kien hemm żieda ta’ 27% meta mqabbel mal-2022. Fuq medda ta’ 5 snin kien hemm żieda ta’ 43% f’applikanti ġodda (2018: 2,824; 2023: 4,035).
8
L-Użu tat-Teknoloġija u r-Robotika fl-Edukazzjoni Minn Abby Camilleri Pearson, edukatriċi li tispeċjalizza fit-taħriġ ta’ għalliema dwar robotika u teknoloġija
I
ż-żieda tat-tablets mal-kurrikulu nazzjonali diġà poġġiet it-tfal f’livell għola fejn jidħol l-użu tat-teknoloġija fl-edukazzjoni. It-teknoloġija ma tibdiex u tispiċċa b’apparat wieħed. Irridu nespandu u nesponu lit-tfal għal għodod diġitali differenti. L-istudenti jeħtieġ li jkunu esposti għal robots, biex itejbu l-ħiliet loġiċi u l-ħsieb komputazzjonali tagħhom biex jitgħallmu wkoll kif jipprogrammaw. Diġà hemm provi li tfal ta’ erba’ jew ħames snin jistgħu jitgħallmu l-bażi ta’ programmar u lingwaġġ tal-kompjuters qabel ma jkunu jafu jiktbu u jaqraw. Il-ħsieb komputazzjonali huwa ta’ vantaġġ għal karrieri diversi fis-setturi kollha. Ir-robotika tagħti lill-istudenti spinta biex jesploraw numru kbir ta’ metodi ta’ kif jitgħallmu. Li tara studenti jkabbru l-passjoni tagħhom f’suġġetti li qatt ma bassru li kienu ser isiru tant iħobbu
huwa affaxxinanti. Dawn l-għodod diġitali fl-edukazzjoni isawru formazzjoni ta’ timijiet, joħolqu mexxejja u l-potenzjal tal-istudenti jispikka. Ir-robotika tista’ tgħallem lill-istudenti kif jikkomunikaw fid-diversi pjattaformi teknoloġiċi u jimplimentaw il-metodu STEAM bil-potenzjal kollu tiegħu, waqt li jiggwidaw il-kurżità tal-istudenti. Rajt personalment kif l-istudenti jkollhom seba’ mitt sena biex jitilqu mill-klassijiet tradizzjonali u jmorru għal-lezzjonijiet bl-aħħar teknoloġiji wara l-iskola. L-istudenti jistgħu jingħataw xogħol li jġegħelhom jiskopru l-materjal huma stess. Ikabbru l-ħila li jfittxu l-informazzjoni li għandhom bżonn fi kwalunkwe ħin u kwalunkwe post mingħajr il-bżonn li jkollhom għalliem magħhom. Wara kollox, l-informazzjoni hemm qiegħda: wieħed irid biss jitgħallem kif isib dik it-tajba. B’dan il-mod,
9 l-għalliema jistgħu jiffokaw fuq abbiltajiet importanti li għadhom bżonn l-istudenti tagħhom, minflok ma jinħlew jgħaddulhom ammonti ta’ informazzjoni. Hekk tikber l-abbiltà li wieħed jaħdem b’mod kollaborattiv fuq proġetti. Jeħtieġ li l-istudenti jitgħallmu aktar kif għandhom jaħdmu ma’ oħrajn fuq ix-xogħol. Waħda mill-ħiliet l-iktar importanti hija kif għandek tikkollabora f’komunità. Din l-għodda qed tgħin lill-istudenti u lilna biex nitkellmu l-istess lingwaġġ, opportunità li żgur m’għandniex naħluha. Is-sabiħ tar-robotika hu li t-tfal jimxu ’l quddiem u javvanzaw skont l-abbiltà tagħhom. Li jattendu lezzjonijiet tar-robotika jgħin lil kull individwu. Meta jkunu fehmu ċertu kunċetti, nibdew ngħallmuhom kunċetti itqal u ħafna mill-prodotti li nużaw għandhom din il-faċilità li tħalli t-tfal javvanzaw meta jkunu lesti huma. Nibdew nużaw bini ta’ robots aktar avvanzati, fejn indaħħlu sensors biex jipprogrammaw ir-robots b’aktar sekwenzi interessanti. Aħna nużaw Engino Eduċation fuq livell għola, kif ukoll Il-VEX Education biex ikomplu jiżviluppaw l-abbiltajiet tagħhom f’attivitajiet interessanti u motivanti għall-età tagħhom. Jekk għandhom ukoll ix-xeħta aktar lejn ix-xjenza jistgħu jidħlu fid-dinja talLittleBits fejn wieħed joħloq ċirkwiti vasti b’apparat differenti u tħalli l-imaġinazzjoni tigri bihom. Tista’ tgħid li tul is-snin kollha fl-iskola, għandna prodott li jgħinhom javvanzaw fl-abbiltajiet tagħhom. Tibda minn fejn tibda, qatt mhu tard biex titgħallem kunċetti addattati għalik. Għal aktar informazzjoni fuq korsijiet tar-robotika fissajf żur is-sit elettroniku robocoach.com.mt. Jekk tixtieq aktar informazzjoni fuq prodotti li aħna noffru kif ukoll servizz ta’ konsultazzjoni minn Edukaturi speċjalizzati f’dan il-qasam agħmel kuntatt magħna. Tistgħu wkoll taraw u tixtru varjazzjoni vasta ta’ apparat edukattiv minn fuq is-sit elettroniku tagħna www.digital.com.mt.
10
Poeżija – Nivvjaġġaw
EDUKA GĦAT-TFAL MINN RITA AZZOPARDI
Il-papà għandu karozza ħamra nar
Frank rikeb il-ferrovija
li biha jwassalni l-iskola u lura d-dar.
li waslitu għand iz-zija.
Iz-ziju Marc mar Għawdex bil-vapur
Katarin marret il-Belt b’tal-linja
u xħin wasal lura xtara mutur.
u qagħdet iddur sa filgħaxija.
Marija marret dawra bil-ħelikopter u Ġanni dar dawra bl-iskuter.
I
n-nannakola hija waħda mill-iktar insetti ħelwin u żgħar li jsebbħu l-kampanja Maltija. Jingħarfu mill-kulur tagħhom aħmar ileqq u t-tikek suwed faħma. Madanakollu, fid-dinja kollha, jeżistu iktar minn 5,000 speċi differenti. L-iktar speċi komuni f’Malta hija n-nannakola tal-faqqus il-ħmir. Id-dieta tagħha tikkonsisti biss f’ħaxix li ġej mill-familja tal-ħjar u d-dulliegħ. Din in-nannakola ma tikolx insetti oħra bħallmaġġoranza tan-nannakoli l-oħra.
In-nannakola
Il-ġisem tan-nannakoli adulti għandu forma tonda li ssir ċatta fil-qiegħ u daqs medju ta’ bejn 7 u 8 mm. Għalkemm ġisimhom huwa żgħir, mhux diffiċli biex tarahom. Dan għaliex in-nannakoli tal-Faqqus il-Ħmir għandhom kulur oranġjo skur li jikkuntrasta sew mal-weraq ħodor tal-pjanti. Kull ġewnaħ għandu 6 tikek suwed fuqu. Tnejn minn dawn it-tikek xi kultant jistgħu jkunu tant viċin illi jidħlu f’xulxin u jiffurmaw marka akbar. Barra minn hekk, il-ġwienaħ ta’ din l-ispeċi huma miksijin b’ħafna suf mikroskopiku illi jgħin lin-nannakola ma tiżloqx. Peress li din l-ispeċi hija erbivora, tista’ tkun ta’ ħsara għallprodotti agrikoli. Fost dawn il-prodotti, in-nannakola tattakka l-iktar il-pjanti tal-ħjar, tad-dulliegħ, tal-bettieħ u tal-qara aħmar.
Il-kamra tiegħi
J
iena Sofia. Jiena noqgħod ġo dar kbira u sabiħa. Fiddar għandna kċina kbira, tliet kmamar tas-sodda, kamra tal-banju u s-salott. Fis-salott għandna televixin modern. Fuq il-bejt għandna kamra fejn ommi tonxor il-ħwejjeġ meta tagħmel ix-xita. Għandna wkoll garaxx żgħir. Fil-garaxx missieri jdaħħal il-karozza, ir-rota tiegħi u xi kaxxi tal-injam b’ħafna imbarazz.
L-isbaħ kamra hija l-kamra tas-sodda tiegħi. Hija kamra żgħira imma wisq għal qalbi. Hemm is-sodda, xkaffa kollha kotba tal-istampi u ġugarelli, desk u siġġu komdu. Hemm tieqa wkoll u purtiera vjola ċar bil-fjuri sofor. Mal-ħajt għandi fann abjad. Il-kamra tiegħi togħġobni ħafna!
11
Londra
L
ondra, il-belt kapitali u l-ikbar tal-Ingilterra, hija wkoll waħda mill-eqdem bliet fid-dinja. Hija mibnija fuq ixxmara Thames. Għal snin twal, Londra ilha magħrufa bħala ċentru għall-kultura u għall-kummerċ. Londra hija belt antika mimlija siti storiċi u ta’ interess. Sa mis-sena 1066, ir-Rejiet u l-Irġejjen jiġu inkurunati ġo knisja sinjura u sabiħa msejħa Westminister Abbey. Irreġina tal-Ingilterra tgħix ġewwa l-Palazz ta’ Buckingham. Il-Parlament Ingliż jiltaqa’ ġewwa l-Palazz Westminister. Hawnhekk inisbu wkoll l-arloġġ tant famuż, il-Big Ben. ItTorri ta’ Londra huwa fost l-eqdem bini li jinsab f’din il-belt. Għal sekli sħaħ dan it-torri kien iservi bħala ħabs. Minbarra dawn il-postijiet storiċi, Londra tgawdi wkoll minn xenarji mill-isbaħ. Hyde Park huwa l-ikbar ċentru miftuħ
f’Londra. Ma’ Hyde Park hemm ukoll il-Ġnien Kensiington li flimkien jiffurmaw park kbir. Minbarra dawn insibu wkoll il-Pjazza Trafalgar u Piccadily Circus. Londra hija magħrufa wkoll għall-mużewijiet. Fost dawn ta’ min isemmi l-Mużew Brittaniku li huwa l-eqdem mużew pubbliku fid-dinja kollha. Fih insibu bosta teżori antiki. Hemm mużewijiet oħra fosthom mużewijiet tal-arti. Londra sservi wkoll bħala ċentru għall-arti bħat-teatru u l-mużika. Insemmu l-Globe Theatre fejn isiru ħafna rappreżentazzjonijiet ta’ Shakespeare kif ukoll it-Teatru Nazzjonali. Wieħed jista’ wkoll igawdi mużika mill-isbaħ ġewwa r-Royal Opera House u r-Royal Festival Hall.
12
Strateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni li tpoġġi l-persuna fiċ-ċentru
13
F
il-ġimgħat li ġejjin se titnieda għall-konsultazzjoni pubblika l-Istrateġija Nazzjonali talEdukazzjoni l-ġdida għas-sitt snin li ġejjin, li se tittrasforma s-settur billi fiċ-ċentru tagħha tpoġġi lill-istudent.
dinja reali, mal-isfidi li toffri u biex pajjiżna jżomm mal-progress li qed isir, l-imsieħba soċjali, l-edukaturi jridu jkunu fuq quddiem fit-tfassil tal-perkors tat-tiġdid tas-settur edukattiv.
Is-settur edukattiv għandu jkollu fiċ-ċentru tiegħu lill-istudenti u din l-istrateġija taħdem propju għal dan. Strateġija li tħares ukoll il-benesseri tal-istudenti u biex is-sistema edukattiva tiġi ttrasformata ħalli tkompli issir edukazzjoni aktar sħiħa li tara li kull tifel u tifla għandhom potenzjal differenti, li kull student u studenta għandhom l-aspirazzjonijiet tagħhom għall-futur. Strateġija għalhekk li tgħin biex dawn jilħqu dak il-potenzjal. Fl-istess waqt is-sistema edukattiva trid tipproduċi individwi li jkollhom il-ħiliet neċessarji biex isibu posthom fid-dinja tax-xogħol.
L-edukaturi għandu jkollhom rwol akbar ta’ policy-makers u hemm bżonn li jkunu integrati aħjar firriċerka u fit-teħid tad-deċiżjonijiet, kif sar fil-konsultazzjoni għal din l-istrateġija ġdida. Pajjiżna jaf u jirrikonoxxi li kull persuna li tilħaq ilpotenzjal tagħha fil-perkors edukattiv tafu lill-edukaturi, u għalhekk li l-edukaturi kienu ċentrali fit-tfassil ta’ din l-istrateġija.
Is-settur edukattiv għandu f’idejh ċ-ċwievet tal-ħolm tat-tfal. Ċwievet li wkoll jagħtu direzzjoni lil pajjiżna. L-istrateġija bdiet tinbena mill-qiegħ nett. Saru numru kbir ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni mal-edukaturi, li ħadu sehem b’mod attiv biex taw l-opinjoni kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tagħhom għal din l-istrateġija. Il-Ministeru għall-Edukazzjoni għaraf il-bżonn li kull strateġija, kull triq li twassal lil dan is-settur tant importanti biex iżomm il-pass mad-
Parti importanti mis-settur edukattiv huma l-imsieħba soċjali, mhux biss dawk li jmissu b’mod dirett massettur, imma wkoll dawk li permezz tal-ħidma tagħhom imissu maledukazzjoni ta’ uliedna. Għalhekk dawn ukoll kienu parti importanti mittfassil ta’ din l-istrateġija. Din l-istrateġija tifhem ukoll li l-edukazzjoni m’għandiex tipproduċi ħaddiema, imma għandha tipproduċi nies li għandhom il-ħiliet li jwassluhom biex jaddattaw ruħhom, ikunu kapaċi jsolvu l-problemi li jsibu quddiemhom, u allura jkunu kapaċi jsibu ruħhom fid-dinja tax-xogħol. Pajjiżna jrid jassigura li jattrezza lill-uliedna għas-suq tal-impjiegi tal-futur, għalhekk din hija strateġija
importanti għaliex trid tħares mhux biss lejn illum, imma wkoll lejn dak li qed jevolvi kemm fis-settur edukattiv, imma wkoll fis-suq tax-xogħol. Il-qofol tal-eżerċizzju li sar b’dawn il-konsultazzjonijiet, u li se jwasslu għal din l-Istrateġija l-ġdida, huwa li tinkiseb edukazzjoni ta’ kwalità, imma fil-qalba hemm il-potenzjal talindividwu, l-istudent. Strateġija li għandha pilastri li huma importanti għall-perkors edukattiv. Fil-Ministeru għall-Edukazzjoni bħalissa għaddej eżerċizzju li se jittrasforma s-settur, allura nitkellmu dwar il-proċess ta’ trasformazzjoni. Dan huwa bażi tal-Istrateġija Nazzjonali għall-Edukazzjoni 20242030. Strateġija li bħala pilastri prinċipali qed tara li l-persuna tkun verament fiċ-ċentru, jitħarsu l-benessere tal-persuna, l-inklużjoni u wkoll il-kisba edukattiva (education achievement). Qed issir ħidma fuq miżuri ta’ prevenzjoni u mhux biss ta’ kumpens. Dan ifisser li minn inizjattivi, l-istrateġija se tmur għal programm li jkun iffukat fuq blokok, bħal litteriżmu (literacy), numeriżmu (numeracy) u litterimu diġitali (digital literacy). Issa l-Istrateġija se toħroġ għallkonsultazzjoni pubblika, biex b’hekk fit-tfassil tad-dokument finali, kull settur tal-pajjiż ikun ġie kkonsultat.
15
Mindfulness Prattika li matul din is-sena qsamniha b’diversi modi ma’ gruppi differenti ta’ tfal fl-Esplora Interactive Science Centre
Għeżież qarrejja, Is-sena 2023 kienet waħda speċjali għall-entità tagħna, Mindfulness with Elaine, hekk kif ħejjejna numru ta’ sessjonijiet interessanti ġewwa l-Esplora. Dan wara li ftit ilu ffirmajna ftehim ta’ kollaborazzjoni ma’ din l-istituzzjoni edukattiva ewlenija. Dawn is-sessjonijiet kienu jinvolvu li jiġu mgħallma b’mod interattiv diversi temi relatati ma’ mindfulness filwaqt li fl-istess ħin jiġu wżati r-riżorsi li jinsabu ġewwa l-Esplora. Permezz ta’ din l-amalgazzjoni, l-istudenti mhux biss gawdew minn dak li l-Esplora għandha x’toffri, izda wkoll setgħu jifhmu b’mod aktar prattiku diversi temi bħal gratitudni, kindness, l-użu u l-qawwa tas-sensi tagħna u l-bżonn li nieħdu ħsieb aktar tagħna nfusna u tal-oħrajn għal saħħa mentali sana. Ċertament, waħda mill-aktar sessjonijiet li ntlaqgħet tajjeb mill-istudenti kienet dik tan-naħal u l-apprezzament fejn fil-ġurnata tas-sezzjoni ta’ mindfulness, l-istudenti kellhom l-opportunita` jattendu wirja li kienet qed tiġi esibita ġewwa l-Esplora propju fuq it-tema tan-naħal. Filwaqt li setgħu jaraw b’għajnejhom n-naħal għaddejjin bil-ħidma tagħhom għall-produzzjoni tal-għasel, setgħu wkoll jifhmu l-importanza li dawn in-naħal għandhom fis-sistema ekoloġika tad-dinja. Setgħu japrezzaw ix-xogħol bieżel ta’ dawn il-krejaturi tant żgħar li mingħajrhom, il-fjuri, ilħaxix u l-frott jaf jiġi meqrud b’riskju li jigu affetwati wkoll l-annimali li jiddependu minn dan l-ikel, inkluż il-bniedem. Permezz t’hekk, l-istudenti setgħu jifhmu kemm hu importanti li napprezzaw dak kollu li għandna f’ħajjitna, kemm l-affarijiet il-kbar imma saħansitra anki l-affarijiet iż-żgħar. L-istudenti kienu kapaċi jiddentifikaw diversi affarijiet li huma stess għandhom f’ħajjithom u jkunu grati għalihom. Ħejjew vażetti ta’ gratitudni u kitbu noti ta’ x’jistgħu jkunu dawn l-aprezzamenti għal kull wieħed u waħda minnhom. Fost il-ħafna noti li nkitbu nsibu ringrazzjamenti lejn il-membri tal-familja tagħhom, lejn l-annimali domestiċi li għandhom, lejn il-ħbieb u l-għalliema tagħhom. Pero`, mhux biss … kien hemm min għaraf li tqum b’saħħtek kull filgħodu kemm fiżikament u kemm mentalment, huwa wkoll importanti u għandna nuru sens ta’ gratitudni lejn dan. Dan inkluda wkoll apprezzament lejn diversi partijiet ta’ ġisimhom bħarriġlejn sabiex jimxu, l-idejn biex jiktbu, il-qalb tħabbat u l-għajnejn biex jaraw fost oħrajn. L-istudenti setgħu mbagħad iżejnu dawn il- vażetti kif jixtiequ u jeħduwhom
minn Elaine Azzopardi, edukatriċi speċjalizzata fil-prattika ta’ Mindfulness
id-dar sabiex ta’ kuljum ikomplu jżiedu ma’ dawn in-noti ta’ apprezzament. Ma setax jonqos li f’dawn is-sezzjonijiet, ninkludu wkoll mumenti meditativi fejn l-istudenti kellhom l-opportunita` jitħarrġu mhux biss fuq in-nifs, eżerċizzji li dejjem nisħqu li huma importanti, iżda wkoll li jitgħallmu jagħmlu dik il-pawsa f’mumenti fejn iħossuwhom mgħarrqa bixxogħolijiet u l-istress li l-ħajja taf tippreżentalhom. Ħadna xi kummenti ta’ xi studenti li kienu preżenti fejn qalulna li tassew ħadu pjaċir. Dan hu rifless fil-fatt li ħafna minnhom attendew għas-sessjonijiet segwenti. Il-ġenituri tagħhom irringrazzjawna minn qalbhom tal-messaġġi utli li għaddejna lit-tfal tagħhom filwaqt li irrikonnoxxew li dawn ser jibqgħu jużawhom u jservuhom tul ħajjithom kollha. L-entita` tagħna tixtieq tħeġġeġ lil kull min hu interessat jattendi xi waħda minn dawn is-sessjonijiet, biex jagħmel kuntatt magħna permezz tal-paġna tagħna ta’ Facebook bl-isem, Mindfulness with Elaine. Is-sessjoni li jmiss f’Esplora se ssir nhar is-Sibt 11 ta’ Novembru 2023. Ftakru li qatt ma huwa tard, ibdew mil-lum.
17
Għall-ewwel darba l-Iskola ta’ Santa Luċija b’Sala u Faċilitajiet Sportivi ġodda
I
nkonvenjent kbir għall-istudenti u l-edukaturi fl-iskola Sekondarja ta’ Santa Luċija, Kulleġġ San Tumas More, intemm wara għexieren ta’ snin b’investiment ta’ €4.6 miljun. Fil-Jum Internazzjonali tal-Għalliem ta’ din is-sena, ġew Inawgurati sala u faċilitajiet sportivi ġodda li permezz tagħhom żgur li l-istudenti u l-edukaturi se jkollhom esperjenza edukattiva ferm aħjar. L-iskola nbniet fis-snin disgħin imma qatt ma kellha sala jew faċilitajiet sportivi u għalhekk l-istudenti u l-edukaturi kellhom jużaw swali barra dan il-Kumpless Edukattiv. Dan huwa investiment dirett ieħor fl-edukaturi u l-istudenti, li permezz tiegħu il-Ministeru qed jara li jkun hemm ambjent edukattiv xieraq u modern f’din l-iskola u b’hekk issa dawn l-istudenti u l-edukaturi għandhom ukoll Sala Teatru u Faċilitajiet Sportivi li jistgħu jużaw mingħajr il-bżonn li joħorġu barra minn dan il-Kumpless Edukattiv. Meta inawgura l-faċilitajiet ġodda, il-Ministru għallEdukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima spjega li din l-inawgurazzjoni saret fil-Jum Internazzjonali ddedikat lill-Edukaturi bi skop. Dan għaliex ried jafferma li l-pajjiż jirrikonoxxi s-sehem imprezzabbli tal-edukaturi fis-settur edukattiv u għalhekk qed jara li dawn ikollhom l-aqwa ambjent fuq il-post taxxogħol tagħhom. Is-Sala li għandha kapaċità ta’ madwar 450 ruħ bil-qegħda, tista’ tintuża għal attivitajiet diversi u wkoll bħala teatru.
Waqt l-inawgurazzjoni l-istudenti tellgħu wirjiet artistiċi u sportivi, u deher biċ-ċar li kollha kemm huma issa jinsabu kuntenti li jistgħu jagħmlu dan fl-iskola tagħhom stess. Maġenb is-sala inbena wkoll kumpless sportiv li jista’ jintuża għal diversi dixxiplini sportivi, fosthom għallbasketball, il-futsal, il-badminton u il-volleyball. Apparti dan, fuq il-bejt ta’ dawn is-swali ġie żviluppat roof garden li żied l-ispazju rikreattiv ta’ barra għall-istudenti. Dan l-investiment huwa intiż biex kemm l-edukaturi u wkoll l-istudenti jgawdu minn spazji ħodor fuq barra, parti mill-viżjoni tal-Ministeru li jieħu ħsieb il-benessere taledukatur u l-istudent anki fl-ambjent edukattiv. Iż-żewġ proġetti eventwalment se jkunu jistgħu jitgawdew ukoll mill-komunità, għaliex il-faċilitajiet għandhom daħliet separati mill-iskola, biex propju ikunu jistgħu jintużaw mill-komunità lokali barra l-ħin tal-iskola. L-investiment infrastrutturali li qed isir fis-settur edukattiv huwa bla preċedent, tant li bħalissa għaddej xogħol ukoll fuq proġetti oħrajn li se jkunu wkoll inawgurati fil-ġimgħat u xhur li ġejjin. Ix-xogħol fuq is-Sala Teatru u l-Faċilitajiet Sportivi sar mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada. Ix-xogħol li qed tagħmel il-fondazzjoni għandu l-għan li permezz tiegħu jkun hemm qabża ’l quddiem fl-infrastruttura edukattiva għall-benefiċċju tal-edukaturi u l-istudenti.
SKOPRI
DINJA GDIDA TA'GHARFIEN
Skennja l-kodiċi QR biex tikseb il-vawċer tiegħek
KIF JAĦDMU L-WEBSITES? Website hija ġabra ta' paġni tal-web li jaħżnu nformazzjoni f'forma ta' test, stampi, vidjows, animazzjoni jew kwalunkwe forma oħra. Website jeħtieġ li jkollha server biex iżżomm id-data fih. L-isem tad-domain huwa bażikament l-isem tal-website u jgħin lill-utent biex isib l-indirizz tal-website.
DNS Il-browser jgħaddi t-talba lis-DNS Server, li jikkonverti l-isem tad-domain fl-IP address tal-website.
Id-DNS Server jgħaddi t-talba lill-main server fejn il-website hi miżmuma.
Is-server prinċipali issa jibgħat ir-rispons lill-web browser jew lill-utent.
Sors: kristarella.com
L-utent idaħħal isem ta' domain jew indirizz ta' website fis-search bar.
TTraveL
Home
offers
Flash Sale Contact
YOUR ADVENTURE STARTS HERE Lorem ipsum dolor sit amet, cons ectetuer adipiscing elit, sed diam nonummy nibh euismod tincidunt ut laoreet dolore magna aliquam erat
Buy now
Il-websites huma magħmula minn fajls li jinkludu stampi, vidjows, u l-code tal-website nnifsu, li jista' jkun HTML statiku jew lingwa dinamika bħall-PHP.
eSkills eSkills Malta Foundation
/ESkillsMalta
Il-browser tal-utent (eż. MS Edge, Chrome, Safari) jaqra l-HTML u kwalunkwe stylesheets u skripts li jakkumpanjawha u juriha kif inhu xieraq.
@eSkills_Malta
www
eskills.org.mt