SETTEMBRU 2022
Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Clifton Grima iwasslilna l-messaġġ tiegħu flokkażjoni tal-ftuħ ta’ din is-sena skolastika ġdida. Niddiskutu wkoll il-ħidma li saret f’dan il-qasam fl-aħħar xhur u xi inizjattivi li se jittieħdu matul din is-sena skolastika. Inwasslilkom anki suġġerimenti dwar kif il-ġenituri jistgħu jippreparaw lit-tfal tagħhom għall-ftuħ ta’ sena skolastika ġdida.
Huwa ta’ pjaċir għalija li qiegħed inwasslulkom ħarġa oħra tas-suppliment edukattiv ta’ kull erba’ xhur Eduka, li jitqassam b’xejn mal-gazzetta It-Torċa. Biex xieraq din il-ħarġa tinkludi informazzjoni dwar il-bidu ta’ sena skolastika ġdida.
Is-sena skolastika t-tajba lil kulħadd.
Għal darba oħra dan għandu jkun suppliment interessanti għal kulħadd. Finalment, ħajr speċjali jmur lejn id-diversi kollegi kontributuri li għamlu din l-edizzjoni oħra ta’ tagħrif interessanti u lejn Robert Caruana li bħas-soltu ħa ħsieb id-disinn. Jekk intom, qarrejja tagħna, tkunu tixtiequ li niddiskutu xi temi partikolari nitlobkom ukoll tibgħatuli email fuq kennethvella@hotmail.com.
Dr Kenneth Vella Editur
ma’ Abby Camilleri Pearson it-tagħlim tarrobotika u l-coding u l-importanza tagħhom anki fit-tagħlim tat-tfal. Ma’ dan hemm ukoll artiklu informattiv dwar il-ġimgħa ddedikata għall-coding li ssir ix-xahar id-dieħel. Artiklu ieħor joffri wkoll informazzjoni dwar il-magazine Sagħtar u l-użu tiegħu matul is-Sajf.
Disinn: Robert Caruana - design@unionprint.com.mt
Avviżi: Tel: 2590 0200 - adverts@unionprint.com.mt
Ma jonqsux ukoll artikli oħra interessanti minn Dr Jeffrey Pullicino Orlando dwar dak li hemm imħejji għat-tfal tagħna min naħa ta’ Esplora għax-xhur li ġejjin. U xi ngħidu wkoll għallpaġni ddedikati għat-tfal tagħna min naħa ta’ Rita Azzopardi, għalliema tal-Primarja, bl-għan li nħeġġu lil uliedna biex jaqraw aktar u jkollhom imħabba lejn il-qari. Ma’ Elaine Azzopardi, esperta fil-qasam ta’ mindfulness inkomplu naraw il-benefiċċji ta’ din il-prattika u l-attivitajiet innovattivi li ġew organizzati matul is-Sajf li Niddiskutugħadda.wkoll
3
4
L-edukazzjoni dejjem kienet u se tibqa’ prijorità assoluta tal-gvern, għaliex din hija ċ-ċavetta tal-mobbiltà soċjali u biex pajjiżna jkollu ħaddiema mħarrġa skont id-domanda tas-suq tax-xogħol. Il-mument li jitwaqqaf l-investiment fledukazzjoni jkun il-mument li l-pajjiż jieqaf jinvesti f’għada.
Dr Clifton Grima
mill-qalb lil kulħadd għallbidu tas-sena skolastika u akkademika ġdida. L-istudenti ż-żgħar ġodda se jingħaqdu f’sistema edukattiva li tpoġġi l-aħjar interessi tagħhom l-ewwel. L-edukaturi dedikati tagħna se jkunu hemm biex jappoġġjaw, irawmu u jgħinu f’kull stadju tal-ħajja edukattiva Nemmentagħhom.
Waraedukaturi.dan ix-xogħol kollu hemm tim kbir tal-Ministeru, fuq quddiem ilFondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada li tieħu ħsieb mhux biss it-tfassil, il-
ta’ pajjiżna għaddej minn tibdil. Tibdil li qed jara l-aġġornament kontinwu ta’ dak kollu li jifforma lil dan is-settur, mhux biss l-istrateġiji li jiddefenixxu l-qasam vast tas-settur, imma wkoll it-titjib flinfrastruttura edukattiva tagħna.
Il-ħajja hija bbażata fuq l-iżvilupp u dan l-iżvilupp huwa l-bażi tal-ħajja tagħna. Jekk nieħdu din fil-perspettiva taledukazzjoni, fil-qosor, l-edukazzjoni hija l-iżvilupp kollu tal-personalità tal-
Għaddejjin diversi proġetti infrastrutturali li huma parti minn investiment bla preċedent li qed isir fl-iskejjel tal-pajjiż. Dan apparti ħidma kbira li saret matul is-sajf biex nagħmlu manutenzjoni, tisbiħ u rranġar taliskejjel tagħna. Dan qed nagħmluh għaliex nemmnu li t-tagħlim lil uliedna rridu nagħtuh ukoll fl-aħjar ambjent edukattiv possibbli. Ambjent xieraq kemm għall-istudenti u wkoll għall-
Dankuljum.huwa
tit jiem oħra l-Iskejjel u l-Istituzzjonijiet Edukattivi jerġgħu jiftħu l-bibien tagħhom għal sena skolastika ġdida wara l-vaganzi tassajf. Għal ħafna din is-sena li se tibda hija tarġa oħra fil-mixja edukattiva tagħhom, kemm jekk fl-iskejjel primarji, medji u sekondarji, postsekondarji u wkoll fl-Istituzzjonijiet Terzjarji. Hemm dawk iċ-ċkejknin li għalihom se tkun l-ewwel darba li se jmissu mas-sistema edukattiva talMerħbapajjiż.
individwu. L-edukazzjoni hija l-proċess tal-formazzjoni tal-bniedem – u huwa għalhekk li l-edukazzjoni hija meħtieġa għal kulħadd. Hija l-bażi għall-iżvilupp personali kif ukoll għall-iżvilupp soċjoekonomiku ta’ pajjiżna. Imma hija wkoll motivazzjoni u għajnuna biex kull student ikun jista’ jikseb ħiliet li jgħinu lil kull individwu fil-ħajja futura tiegħu, ta’
l-qofol tal-edukazzjoni li qed nagħtu lil-uliedna fl-Istituzzjonijiet Edukattivi tagħna. Imma nkompli nżid ma’ din l-affermazzjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda: permezz tas-sistema edukattiva qed naraw li wliedna jkollhom l-għarfien kollu possibbli biex għada pitgħada jkunu ċittadini denji talpajjiż u fuq kollox ċittadini responsabbli. Dan kollu apparti l-opportunitajiet kbar li qed nagħtu biex l-istudenti jkomplu jimxu lejn il-futur li huma joħolmu li jkollhom, għaliex l-Edukazzjoni mhix biss Is-setturil-kurrikulu.edukattiv
pjanti u wkoll dak kollu li hemm bżonn sal-anqas ħaġa, imma wkoll li jaraw li l-iskejjel ikunu mibnija skont il-ħtiġijiet moderni tal-lum, u jkunu aċċessibbli għal kulħadd. Huwa wkoll awgurju għal futur sabiħ lill-istudenti kollha.
Imma bini biss ma jiswa xejn. Għaliex il-binja hija binja sabiħa imma mejta jekk ma jagħtuhiex il-ħajja l-edukaturi, l-istudenti, u wkoll il-ġenituri. Mhux biss bit-tagħlim, imma bil-parteċipazzjoni tal-istudenti fl-attivitajiet extrakurrikulari, f’attivitajiet sportivi u f’attivitajiet kulturali li jsiru minn kull skola li għandna fil-pajjiż.
Merħba mill-qalb lil kulħadd għall-bidu tas-sena skolastika u akkademika ġdida
Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar id-Drittijiet tat-Tfal hija ċara: tafferma li kull tifel u tifla għandhom dritt għal edukazzjoni li twassal lit-tifel u t-tifla biex jiżviluppaw sal-potenzjal sħiħ tiegħu jew tagħha.
F
Matul din is-sena skolastika hemm proġetti li se jitlestew, oħrajn li se jkompli x-xogħol fuqhom u oħrajn li se jibdew. Hemm ukoll miżuri li se jiddaħħlu, kif wegħedna matul ilkampanja elettorali li għaddiet. Għaliex l-edukazzjoni tibqa’ dejjem prijorità. Prijorità li fil-quċċata tagħha hemm dejjem l-istudent.
Kollox isir bi djalogu u diskussjoni. Għalhekk intenni dak li għidt meta ngħatajt ir-responsabiltà ta’ dan ilMinisteru: l-uffiċċju tiegħi huwa dejjem miftuħ għal dawk kollha li jridu jiddiskutu, jipproponu u jressqu ‘l quddiem suġġerimenti li jwasslu għal ħidma flimkien b’risq is-settur u l-istudenti tagħna.
Mill-ġdid, awguri lill-istudenti u l-edukaturi kollha u wkoll il-ġenituri u l-kustodju ta’ wliedna, li huma parti importanti mill-ħajja ta’ kull student u studenta.
Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni
li nista’ nitkellem għan-nom tal-edukaturi kollha meta ngħid dawn jinsabu ħerqana biex jilqgħukom lura fliskejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi talpajjiż. Għalhekk mill-ewwel nawgura lill-istudenti kollha sena edukattiva mill-aqwa. Kif nawgura wkoll lil dawk li bid-dedikazzjoni u d-determinazzjoni tagħhom qed jaraw li l-istudenti jirnexxu - l-edukaturi kollha.
Żewġ offerti
1. Abbonament għal tmien kopji stampati, minn Ottubru 2022 sa Mejju 2023, bi prezz imraħħas: €25 minflok €30. L-offerta valida sat-30 ta’ Settembru 2022;
Għaldaqstant ngħidulkom: fittxu, sibu, ħudu pjaċir segwu, aqraw, ipparteċipaw, ħeġġu lil ħaddieħor u żidu l-entużjażmu għall-qari! B’hekk tkunu qed titimgħu l-immaġinazzjoni, ilkurżità, u anki titgħallmu fatti ġodda dwar dak kollu li nsibu madwarna. U tidħku waħda wkoll biċ-ċajt u artikli umoristiċi li dejjem ikun hemm minn xahar għal ieħor.
Għeżież ħbieb ta’ Fondazzjoni Sagħtar, Nittamaw li tinsabu tajbin!
Apparti dawn, Fondazzjoni Sagħtar qed tħejji wkoll numru ta’ proġetti li ser ikunu qegħdin jitwettqu matul is-sena skolastika li jmiss. Dawn jinkludu Sagħtarin, Xjen-Tek, kotba ġodda u proġett ieħor ġdid sabiex inkomplu nsaħħu t-tagħlim tal-Malti fl-iskejjel. Aktar tagħrif ser ikompli jingħata fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin, u allura komplu segwuna ħalli tkunu minn tal-ewwel li ssiru tafu bihom meta jitħabbru d-dettalji!
Bħalissa x-xogħol tagħna għaddej qatigħ fuq diversi proġetti, ilkoll bl-għan li jkomplu joħolqu materjal interessanti li jħeġġeġ il-qari. Kemm jekk rivista stampata, jekk fuq laptop, tablet jew mowbajl permezz tal-app, kull tifel u tifla għandhom valanga ta’ materjal frisk li kontinwament qiegħed jiżdied ma’ kull ħarġa tas-Sagħtar!
Is-Sagħtar fi SkolaSajf
L-app tas-Sagħtar Tistgħu tniżżlu l-app tas-Sagħtar minn Google Play jew mill-Apple Store. Fiha ssibu verżjoni usal-aktartar-rivista,tal-edizzjonijietdiġitalikollhamill-bidunettwaħdariċenti,ħafnaaktar!
F’Lulju u Awwissu Fondazzjoni Sagħtar ipparteċipat fi Skola Sajf, fejn saru numru ta’ attivitajiet relatati mal-qari bil-Malti. Fost dawn kien hemm poeżija, li bħala parti mill-attività inkludiet ukoll kompetizzjoni bi premju, u anki logħba bilkliem (fittiexa – wordsearch). Il-Fondazzjoni hija sodisfatta bil-parteċipazzjoni tagħha u tirringrazzja lil kull min kien involut biex kienet suċċess. B’mod speċjali nirringrazzjaw lill-istudenti li pparteċipaw bi ħġarhom fl-attivitajiet organizzati minnha u ħadu sehem fil-kompetizzjoni biex jirbħu abbonament fisSagħtar għas-sena skolastika li jmiss.
Idħol www.saghtar.org.mt/hanut għal aktar informazzjoni.
Nieħdu gost naqraw!
Fil-ġimgħat li ġejjin ser ikun hemm ukoll logħbiet ġodda li ser ikunu mħabbra esklussivament f’din l-app. Jiġifieri komplu segwuna!
Sadattant ħa ntukom ukoll togħma żgħira minn dak li qed tagħmel Fondazzjoni Sagħtar.
2. Offerta ideali għall-iskejjel u gruppi oħra. Tapplika għal grupp ta’ 10 abbonamenti jew iktar. L-abbonamenti jinxtraw għall-prezz ta’ €25 l-wieħed. Din l-offerta ma tagħlaqx.
5
Bħalissa għandna żewġ offerti għas-Sagħtar tas-sena skolastika li ġejja:
Qabel xejn huwa importanti li qabel l-ewwel jum tal-iskola l-ġenituri u l-kustodji jagħmlu minn kollox biex lil uliedhom idahhluhom f’rutina, speċjalment rutina ta’ ħin bħal per eżempju fiex ħin għandhom jidħlu jorqdu u fiex ħin iqumu fil-għodu għalliskola. Huwa essenzjali li t-tfal ikollhom biżżejjed siegħat ta’ mistrieħ. Raqda tajba tgħin littfal jaqtgħu ċertu stress relatat mal-ewwel jiem tal-iskola. Jekk it-tifel jew it-tifla jiftħu qalbhom miegħek bhala ġenitur u jistqarru li qiegħed iħossuhom xi ftit eċċitati, kellimhom b’mod pożittiv, taħtafhomx u fakkarhom xi esperjenzi edukattivi sbieħ li kellhom fis-snin ta’ qabel u proġetti li ħadmu fuqhom flimkien ma’ sħabhom u
Lejn ftuħ ta’ sena skolastika ġdida
Iżda għal ohrajn, dawn l-ewwel jiem jafu jkunu ta’ sfida u kemmxejn diffiċli, speċjalment għal dawk it-tfal li jkunu bdew l-edukazzjoni tagħhom f’xi istituzzjoni ġdida. Matul l-aħħar għoxrin sena saru hafna studji dwar kif it-tfal, speċjalment dawk ta’ eta’ bikrija, għandhom jiġu megħjuna jambjentaw ruħhom fl-iskola u jkollhom bidu tas-sena tajjeb wara l-waqfa tas-Sajf. Ħafna mir-riċerka waslet għallistess tip ta’ rakkomandazzjonijiet u konklużjonijiet.
6
Kulll-għalliema.ġenitur għandu jsib ukoll fejn jista, il-ħin li jakkumpanja jew jiġbor it-tifel jew it-tifla mill-iskola. Kun żgura li ibnek jew bintek għandu/għandha idea wkoll dwar kif inhi mqassma l-iskola, fejn hu l-gym, il-bitħa, l-uffiċju tas-surmast u anki postijiet oħra ta’ interess fl-istess binja. B’dan il-
Fi ftit tal-jiem oħra, eluf ta’ studenti Maltin ta’ kull eta’ jirritornaw l-iskola għall-ftuħ ta’ sena skolastika ġdida, żmien eċċitanti mhux biss għal kull min jaħdem f’xi istituzzjoni edukattiva bħali iżda anki għall-istudenti nfushom u t-tfal. Għal uħud mit-tfal l-ewwel jiem tal-iskola huma jiem eċċitanti u ta’ stimolu li matulhom jagħmlu ħbieb ġodda u jsiru jafu aħjar lillgħalliema tagħhom u għal uħud anki l-iskola.
mod it-tfal iħossuhom ukoll aktar kunfidenti għax ikunu familjari mal-postijiet importanti fl-iskola.
Il-bidu ta’ sena skolastika ifisser ukoll ħin dedikat għal xiri ta’ materjal għal użu fl-iskola. Anki dan għandu jkun ħin li fih tikber ir-relazzjoni bejn ilġenitur u t-tifel jew tifla. It-tfal għandhom jingħataw ukoll ċertu responsabilita’ fix-xiri ta’ dan il-materjal u l-istationery li se jkunu qiegħed jużaw matul is-sena. Dan basta li jsir f’ċertu parametri u jkun hemm certu restrizzjonijiet fl-infieq ta’ dan il-materjal. Huwa importanti li fi tmiem il-jum tal-iskola, speċjalment matul l-ewwel jiem, il-ġenituri jiddedikaw ħin biex jiddiskutu mat-tfal l-andament tal-ġurnata tal-iskola. Madanakollu mistoqsijiet bhal - Kif mort l-iskola ? Kif kienet il-ġurnata llum? huma importanti izda m’humiex biżżejjed. Huwa essenzjali li l-ġenituri jitolbu lit-tfal jelaboraw fit-tweġibiet tagħhom. Fuq kollox bil-mod kif jirreaġixxu juru lit-tfal li qiegħed jieħdu interess f’dak li qiegħed jingħad.
Rwol il-ġenituri
Ħafna drabi jissemma wkoll ix-xogħol li jingħataw it-tfal għad-dar min naħa tal-għalliema. Għalkemm ir-riċerka turi li t-tfal li jingħataw aktar xogħol għad-dar ma jmorrux aħjar minn dawk li jingħataw anqas, huwa importanti li l-ġenituri jieħdu interess fix-xogħol mogħti lil uliedhom. Il-ġenituri għandhom jistaqsu lit-tfal dwar l-attivitajiet u l-proġetti li ħadmu fuqhom l-iskola u fejn hu possibli, xogħol li jkunu għamlu t-tfal l-iskola għandu jiġi esebit madwar id-dar. Fil-fatt fl-aħħar snin daħlet sew l-użanza li ċertu xogħol tat-tfal bħal disinji jiġu mwaħħla ma’ bibien ta’ kmamar jew ma’ aċċessorji li nsibu fil-kċina bħal fridge.
Il-ġenituri jagħmlu tajjeb ukoll jekk iżommu kuntatt u kommunikazzjoni kontinwa mal-iskola. Għandhom jimpenjaw ruħhom f’attivitajiet organizzati mill-għaqdiet tal-ġenituri jew mittmexxija tal-iskola. B’dan il-mod ikunu qiegħed juru lil uliedhom li huma verament għandhom interess fl-edukazzjoni tagħhom, li bħalhom huma kburin b’din l-istituzzjoni edukattiva u fuq kollox attivitajiet bħal dawn jagħtu lill-ġenituri l-opportunita’ li jaqsmu l-ħsibijiet u d-dubji tagħhom ma’ ġenituri bħalhom u anki mattmexxija
Kuljum il-ġenituri li wliedhom għadhom f’livell primarju, speċjalment fis-snin bikrin, għandhom isibu ħin li jaqraw ktieb jew xi paġni ta’ ktieb ma’ wliedhom. M’għandix għalfejn nisħaq kemm hu importanti l-qari għat-tfal. Dan jgħinhom jitgħallmu jesprimu ruħhom, jgħinhom jitgħallmu kliem ġodda u anki jkunu aktar kreattivi. Fortunatament, illum ħafna libreriji pubbliċi madwar il-gżejjer Maltin għandhom ukoll għażla wiesgħa ta’ kotba ghall-qari, anki bil-lingwa tagħna. Għalhekk huwa essenzjali li matul ilġimgha l-ġenituri jsibu ħin jieħdu lil uliedhom f’xi librerija pubblika wkoll u jaraw li dawn jagħżlu xi kotba skont il-gost tagħhom u fuq kollox skont l-eta’ tagħhom. Għandhom ukoll jieħdu interess speċjali fil-kotba li jaqraw it-tfal.
Dawn huma biss suġġerimenti li diversi studji jenfasizzaw bl-għan li t-tfal ikollhom bidu ta’ sena skolastika tajba. Nieħdu l-opportunita’ biex nawguraw is-sena t-tajba lil kull min għandu għal qalbu l-edukazzjoni ta’ wliedna. Nittamaw ukoll li din is-sena ma tkunx affettwata mill-imxija talCOVID19 bħal kif kienu s-sentejn ta’ qabel.
7
għandhom jingħataw ikel nutrittiv u li jogħġob lilhom. Anki mil-lunch taliskola, il-ġenituri jistgħu jindunaw jekk uliedhom qiegħed ikunux kuntenti l-iskola. Il-ġenituri għandhom jibdew jirriflettu ftit jekk it-tfal iġibu lura ħafna mil-lunch tagħhom u f’sitwazzjoni bħal din għandhom jiġbdu minnufih l-attenzjoni talgħalliema jew tal-kap tal-iskola.
F’dan il-kuntest nisħaq ukoll kemm hu importanti li jkun hemm komunikazzjoni regolari u kontinwa bejn it-tmexxija tal-iskola, l-għalliema u anki l-ġenituri. Huwa essenzjali li l-ġenituri jżommu kuntatt u kommunikazzjoni miftuħa mal-għalliema ta’ wliedhom. L-għalliema żgur li tinforma jew jinforma lill-ġenituri jekk jinnotaw li t-tifel jew tifla tagħhom ikollu diffikulta’ soċjali, psikoloġika jew fl-istudju. Minn naħa l-oħra anki l-ġenituri għandhom iħossuhom obbligati li jinfurmaw lillgħalliema anki b’xi diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu d-dar minn żmien għal żmien, fosthom mard fil-familja, separazzjonijiet jew tibdil fix-xogħol tagħhom li jafu wkoll joħolqu ċertu ansjeta’ fittfal. L-għalliema u l-kapijiet tal-iskejjel huma professjonisti, għandhom ikunu fdati u fuq kollox murija r-rispett li jistħoqqilhom.
Kommunikazzjoni regolari u effettiva
Xogħol għad-dar
Għall-iskola,tal-iskola.it-tfal
Esplora programmbi edukattiv ġdid għas-sena skolastika Għas-seba’ sena konsekuttiva, iċ-Ċentru Interattiv għax-Xjenza Esplora, nieda programm edukattiv ġdid għall-iskejjel. Permezz ta’ dan il-programm mimli attivitajiet, u l-metodi ta’ tagħlim li Esplora jħaddan, ser inkomplu nqanqlu l-passjoni lejn is-suġġetti tax-Xjenza, Teknoloġija, Inġinerija u Matematika (STEM). Photo credit: Matt KontributThompsonminn Dr Jeffrey Pullicino Orlando Chairman Eżekuttiv Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija 8
Din is-sena ser inkunu qed noffru żewġ xows interattivi ġodda għallistudenti fl-iskejjel tal-primarja. Wieħed minnhom bl-isem ta’ Colours Everywhere, huwa xow li ser ikun qed jiġi offrut għall-istudenti minn ħames sa tmien snin, bl-għan li nkomplu nesponu studenti ta’ età żgħira għas-suġġett tal-kimika. Fix-xow nużaw diversi esperimenti biex naraw l-applikazzjoni tal-kimika fil-ħajja ta’ kuljum, kif ukoll fil-laboratorju. Flimkien nesploraw kif nistgħu nagħrfu d-differenza bejn sustanzi aċidużi u dawk alkalini billi nużaw indikaturi li jbiddlulhom il-kulur, nesperimentaw x’kuluri jifformaw meta l-metalli jkollhom reazzjoni kimika, kif ukoll ninvestigaw kif dawn jintużaw fil-logħob tan-nar.
Hekk kif ir-restrizzjonijiet tal-COVID-19 ġew rilaxxati, b’ħeġġa kbira nħabbru li l-operat taċ-Ċentru Esplora b’rabta mal-iskejjel, ser imur lura għan-normal minn Ottubru tal-2022. Apparti minn hekk ser nerġgħu noffru workshops hands-on li tant aħna magħrufin għalihom. Minn rakkonti ta’ stejjer biex nesploraw il-pjanti sa anke missjonijiet fuq ilqamar. Il-workshops ser joffru spazju għal għarfien, ħiliet u kompetenzi ġodda b’modi differenti, bħal ngħidu aħna:.
• Lunar Mission 1.0, li ser jagħti opportunità lillistudenti tal-iskola medja sabiex iħejju ruħhom għal-missjoni fuq il-qamar permezz tal-użu talMatematika u l-ikkodjar ta’ apparat robotiku. Workshops oħrajn jinkludu suġġetti tant importanti bħas-sigurtà onlajn, li permezz ta’ serje ta’ ħaġa moħġaġa, l-istudenti jridu jwaqqfu lill-hacker milli jidħol fis-sistema tagħna.
9
• Akkwatiku, li huwa workshop ieħor ibbażat fuq logħba. Dan il-workshop huwa offrut għall-istudenti talBijoloġija sabiex jgħinhom jesploraw introduċejnatal-planetarju,interessatiGħalta’sfruttaruf’ekosistematal-interdipendenzal-importanzabilanċjata,jqanqalgħarfienfuqtas-sajd,uspeċiħutpartikolari.dawkkollhalihumaaktarf’esperjenzadinis-senafilmġdidbl-isemta’
Apparti mill-programm edukattiv, Esplora ser ikun qiegħed jorganizza attivitajiet speċjali għall-festi popolari annwali bħall-Halloween, il-Milied u l-Karnival, dejjem b’tema xjentifika u interattiva għall-familji. Inħeġġuk iżżur Esplora mal-familja biex tattendu għal dawn l-attivitajiet. Infakkrukom fl-offerta tal-edukaturi li jistgħu jibbenefikaw minn entratura b’xejn kif ukoll minn skont ta’ 10% mill-EsploraShop. Aktar informazzjoni fuq il-benefiċċji għall-edukaturi tista’ tinkiseb mis-sit programmInteressatesplora.org.mt/a-special-gift-for-all-the-educators/https://issirtafaktardwarx’joffril-Esplora?Il-edukattivhuwaaċċessibblionlajnfuqis-sitelettronikuwww.esplora.org.mt.Għall-prenotazzjonijiettal-iskejjel,inħeġġuktagħmelkuntattmagħnapermezztal-imejlbookings@esplora.org.mtjewbit-telefonfuq23602299.
• Little Sprouts, li ser ikun qed jgħin studenti talkinder jesploraw x’għandhom bżonn il-pjanti biex minn żerriegħa jikbru fi pjanta, f’forma ta’ rakkont interattiv.
Lest biex tesplora, taħseb u Narawktimmaġina?l-Esplora!
Magic Globe. Film imfassal fuq storja ħelwa fejn naraw tifla ċkejkna bl-isem ta’ Mia li b’kumbinazzjoni tiskopri makkinarju astronomiku misterjuż li jintuża biex tbiddel l-istaġuni tad-dinja. L-istudenti għandhom opportunità li jifmhu sewwa u b’mod immersiv kif bidla fl-istaġuni tista’ tħalli effett fuq id-dinja. Ta’ min isemmi li l-EsploraPlanetarium huwa mgħammar b’sistema ta’ hearing loop system għall-benefiċċju ta’ nies li jagħmlu użu minn hearing aid sabiex inwasslu esperjenzi aħjar u aktar inklussivi.
Apparti minn għażla vasta ta’ workshops, planetarium films u xows, fl-Esplora noffru wkoll korsijiet biex nappoġġjaw lill-edukaturi fl-iżvilupp professjonali tagħhom. Kors li, sena wara l-oħra, tant kellu rispons pożittiv huwa dak bl-isem ta’ STEM through Storytelling. Il-kors għandu l-għan li jgħin lill-edukaturi jiskopru kif jistgħu jagħmlu użu minn stejjer biex iqanqlu l-interess tat-tfal dwar is-suġġetti STEM. Huwa ddattat għalledukaturi bikrija u edukaturi fl-iskejjel primarji u jista’ jiġi bbukkjat matul is-sena.
Hekk kif tgħaddi l-festa ta’ Santa Marija u jibda joqrob Settembru, il-vetrini tal-ħwienet talistationery u tal-kotba jibdew jimtlew bil-basktijiet tal-iskola, bid-djarji għas-sena skolastika l-ġdida, u ħafna affarijiet oħra li intom l-istudenti jkollkom bżonn għas-sena skolastika l-ġdida. Oħrajn iwaħħlu xi stiker kbira bil-famużi kelmiet BACK TO SCHOOL .... u inti, trid jew ma tridx, avolja jkun għadu s-sajf u ż-żmien tal-baħar u tal-ġelati jkun għadu fl-aqwa tiegħu, tibda taħseb fir-ritorn tiegħek lejn l-iskola.
EDUKA għat-tfal minn Rita Azzopardi
Lura lejn l-iskola L-iskola L-iskola... bini kbir, sabiħ u kkulurit. Fiha mmorru biex nitgħallmu, nilagħbu u nagħmlu ħafna ħbieb. Klassijiet imdaqqsin u Immabl-ixkafefbil-kotbamimlijinubil-bankijiet,ubis-siġġijiet.fuqkolloxbl-għalliemaubit-tfallijagħtul-ħajjalill-iskola.Mingħajrhomikunbinivojtblaħoss.Hekkinħobbhal-iskola...bl-ilħnatat-tfaljitgħallmuferħanin. 10
Għalhekk huwa tajjeb li issa li se nerġgħu lura għar-rutina tax-xitwa nqassmu l-ħin tagħna tajjeb. Hemm ħin għal kollox. Hemm ħin għax-xogħol imma hemm ħin għal-logħob ukoll. Iż-żmien ta’ ‘Lura lejn l-iskola’ għandu jkun żmien sabiħ. Għandu jkun żmien li fih tkomplu tikbru u titgħallmu. Żmien ta’ avventuri u esperjenzi ġodda. Żmien li nfittxu u nesploraw. Is-sena skolastika t-tajba lilkom ilkoll!
U issa LURA LEJN L-ISKOLA wasal. Huwa sabiħ li tkun ferħan u eċitat forsi b’xi basket ġdid li għandek, jew biżżarbun ġdid li żanżant u tajjeb li dawn tibża’ għalihom. Imma huwa importanti wkoll li fil-bidu ta’ din is-sena skolastika l-ġdida nagħmlu BACK TO SCHOOL b’saħħtu wkoll fl-affarijiet tal-iskola, fis-suġġetti li se titgħallmu u tagħmlu dejjem l-aħjar li tistgħu.
Ħafna tfal Eġizzjani ma kinux jattendu l-iskola. Minflok, is-subien kienu jmorru jaħdmu fl-għelieqi ma’ missierhom jew jitgħallmu xi sengħa oħra. Il-bniet kienu jitgħallmu jħitu u jsajru. Imbagħad kien hemm it-tfal sinjuri. Dawn kienu jitgħallmu jaqraw, jiktbu u l-matematika. Il-bniet li kienu ġejjin minn familji sinjuri kienu jitgħallmu jaqraw u jiktbu d-dar.
Fil-Greċja l-bniet kienu jirċievu l-edukazzjoni tagħhom id-dar. Ħafna kienu jitgħallmu jiktbu u jaqraw. Issubien li kienu ġejjin minn familji sinjuri kienu jibdew jattendu l-iskola ta’ seba’ snin. Ħafna minnhom kienu jwassluhom l-iskola l-ilsiera tal-familja tagħhom.
Dawn kienu jitgħallmu l-aritmetika, jaqraw u jiktbu kif ukoll il-poeżiji u l-mużika. L-edukazzjoni fiżika kienet tingħata importanza kbira ħafna fil-Greċja. Ħafna subien kienu jipprattikaw iż-żfin u l-atletika.
Kif kienu jitgħallmu t-tfal ħafna snin ilu?
L-edukazzjoni fl-Eġittu tal-qedem
EDUKA għat-tfal minn Rita Azzopardi
It-tfal ta’ familji sinjuri Rumani kienu jiġu mgħallma minn tutor id-dar stess. Oħrajn kienu jibdew l-iskola fl-età ta’ seba’ snin. Dawn l-iskejjel kienu jsejħulhom Ludus. FilLudus it-tfal kienu jitgħallmu jiktbu u jaqraw u jaħdmu ftit aritmetika ħafifa. Is-subien kienu jibqgħu tilgħin fl-iskejjel sekondarji fejn kienu jitgħallmu l-ġeometrija, l-istorja, il-leteratura u kif ukoll kienu jingħataw lezzjonijiet speċjali biex ikunu oraturi tajbin, jiġifieri l-ħila li jitkellmu filpubbliku.
L-edukazzjoni f’Ruma tal-qedem 11
L-edukazzjoni fil-Greċja tal-qedem
8 - 23 T’O T TUBRU 2022 “Kullħadd jista’ jitgħallem il-coding!” < X’inhi l-EU CodeWeek? > L-EU Code Week tiċċelebra l-kreattività, issolvi l-problemi permezz ta' kollaborazzjoni waqt il-coding u waqt attivitajiet oħra ta' teknoloġija Irreġistra bla ħlas għall-korsijiet online fuq: eskills.org.mt/codeweek2022 @codeEUMalta@codeWeekEU L-EBDAESPERJENZA TA' CODINGMAHIMEĦTIEĠA 12
13
In-numrukbir.ta’
Għal aktar dettalji żur https://eskills.org.mt/en/codeweek2022
Il-EU CodeWeek ta’ din is-sena se ssir mit-8 ta’ Ottubru sat-23 ta’ Ottubru. Din is-sena l-EU CodeWeek qed tiċċelebra l-għaxar anniversarju tagħha. Għal numru ta’ snin l-eSkills Malta Foundation appoġġat din l-inizjattiva Ewropea b’suċċess konsiderevoli. Malta konsistentement spiċċat l-ewwel jew it-tieni post bl-aktar avvenimenti organizzati per capita mill-2017. Il-Fondazzjoni taħdem ħafna biex iżżomm dan ir-rekord stellari tagħha.
Għal darb’oħra din is-sena, il-Kunsill Lokali tal-Isla u l-Iskola Primarja tal-Isla ħarġu bi pjan kreattiv biex jorganizzaw workshop ta’coding għan-nanniet tagħhom waqt CodeWeek. Din il-proposta meraviljuża, li hija kompletament konformi mal-missjoni tal-Fondazzjoni li tintroduċi l-coding għal kulħadd, għandha l-appoġġ sħiħ tailFondazzjoni.Wieħedma
jistax isemmi l-EU CodeWeek mingħajr ma jakkredita l-iskejjel, kemm skejjel tal-Gvern kif ukoll dawk tal-Knisja, li jiffurmaw parti integrali mis-suċċess annwali ta’ Malta waqt l-EU CodeWeek!
Il-Fondazzjoni dejjem qed tfittex partijiet interessati ġodda biex jieħdu sehem flEUCodeWeek, u din is-sena kkollaborat mal-Fondazzjoni tas-Servizzi Edukattivi biex tipprovdi sessjonijiet ta’ coding fi 30 Ċentru SkolaSajf madwar Malta permezz tad-Data Science Malta. Dawn is-sessjonijiet, li huma parti mill-EU CodeWeek ta’ din is-sena, kienu suċċess
għalliema tal-UE CodeWeek li joffru lezzjonijiet tal coding b’xejn matul l-EUCodeWeek din is-sena stabbilixxa livell għoli ġdid. L-MCAST għal darb’oħra qiegħed minn ta’ quddiem billi joffri studenti u alumni tal-IT li se jkunu qed jagħtu wkoll korsijiet ta’ coding b’xejn fuq suġġetti bħallUżu ta’ Wordpress biex tiżviluppa Web site għal Introduzzjoni għall-PhP u Kunċetti ta’ Programmazzjoni bil-Java.
EU CodeWeek 2022
inħeġġeġ lillqarrejja tagħna sabiex jintegraw mindfulness fil-ħajja tagħhom ta` kuljum u tassew nemmen li permezz ta` dan il-kors tas-sajf, irnexxielna proprju nwasslu dan lill-istudenti tagħna. Jien minn qalbi nixtieq nirringrazzja lil kull min ifforma parti mill-organizzazzjoni ta` din l-esperjenza; lil entitajiet li kull gimgħa laqgħuna bi ħġarhom; lillistudenti tal-enerġija, l-entużjażmu, id-dedikazzjoni, u l-imħabba li wrew; u lill-ġenituri u gwardjani legali li emmnu fina u li kull ġimgħa, bi ħġarhom, kienu jġibu lit-tfal tagħhom. Grazzi mill-qalb. Għal aktar informazzjoni, nistedinkom issegwu l-paġna tagħna fuq facebook, Mindfulness with Elaine.
L-annimali kellhom importanza integrali f’dan il-programm għax għenu biex l-istudenti jagħrfu kif jintegraw magħom, kif jieħdu ħsiebhom, filwaqt li jkunu konxji tal-emozzjonijiet tagħhom matul dan il-proċess. L-emozzjonijiet ħarġu wkoll waqt il-plays li raw ġewwa t-Teatru Manoel, kif ukoll waqt li huma stess kienu qed jieħdu sehem fi ftit minnhom. Bosta osservaw diversi emozzjonijiet, min kien eċċitat għax tela’ fuq il-palk għall-ewwel darba, u min kien naqra beżgħan! Fuq kollox li tirreċta fuq il-palk tal-Manoel hija emozzjoni indimentikabbli.
15
Prattika li dan is-sajf kienet esperjenza b’differenza.
minn Elaine Azzopardi edukatriċi speċjalizzata fil-prattika ta’ Mindfulness
Hekk kif is-sajf wasal fi tmiemu, hekk ukoll waslet fi tmiemha l-esperjenza innovattiva ta` mindfulness li nedejna matul it-tliet xhur tas-sajf li għadda. Kienu ġimgħat impenjattivi fejn kellna l-opportunita` nżuru bosta siti, wara kollaborazzjoni estensiva bejn l-entita` tagħna, Mindfulness with Elaine u diversi entitajiet madwar Malta, fosthom it-Teatru Manoel, Piscopo Gardens, l-Akkwarju Nazzjonali ta` Malta, Nenu The Artisan Baker, Klabb Kotba Maltin, Ġnien is-Serenita` ġewwa Santa Luċija, RMJ Horse Rescue, BirdLife Malta u farmhouse privata li ospitatna u li fiha t-tfal mhux biss kellhom ċans jgħumu iżda anki jitimgħu u jieħdu ħsieb l-annimali.
Għeżież qarrejja,
“Kemm ħadt pjaċir speċjalment meta morna fil-ġnien ta` Santa Luċija u qgħadna nisimgħu lill-awtriċi taqralna silta mill-ktieb tagħha f’dik il-ħemda u sbuħija tal-ġnien”, qalilna student ieħor li jattendi s-sekondarja. Il-ġenituri min-naħa l-oħra, għalkemm ma kinux preżenti, setgħu jaraw kemm it-tfal mhux biss ħadu gost waqt dawn is-sessjonijiet iżda apprezzaw ilprattika li ġew mgħallma matulhom, eżercizzji li huma ta` benefiċċju għal dawn iċ-ċkejnin tul ħajjithom kollha, speċjalment jekk jibqgħu Personalmentjipprattikawhom.dejjem
emozzjonalment u psikologikament ukoll. Meta żorna Nenu The Artisan Baker, l-istudenti mhux biss tgħallmu dwar kif kienu jaħdmu l-fran flimgħoddi, iżda kellhom l-opportunita` li jippreparaw il-ftira tagħhom fi gruppi ta` tnejn. Dan għen biex jitgħallmu jaħdmu flimkien u hekk jikbru soċjalment ukoll.
Ħadna xi kummenti tal-parteċipanti fejn stqarrew magħna li tassew kienet esperjenza sabiħa u unika. Studenta qaltilna li s-sessjonijiet kienu interessanti għax għamilna ħafna attivitatjiet sbieħ: “Kollha għoġbuni imma naħseb l-aktar waħda għal qalbi kienet meta żorna l-akkwarju għax jien jogħġbuni ħafna l-ħut u t-tpinġija. Dawk il-kuluri ġol-akkwarju kienu wisq sbieħ u meta rajt il-ħut jgħumu, xtaqt kont qed ngħum magħhom, xi ġmiel! Imbagħad mal-għalliema tagħna komplejna nibnu fuq li rajna għax użajna t-tpingija bħala prattika biex nikkalmaw f’mumenti stressanti”.
Kull ġimgħa stajna ngawdu l-ġmiel li kull sit kellu x’joffri filwaqt li nisimgħu esperti jkellmuna fuq l-istorja tal-post bħal pereżempju kif ġie mwaqqaf jew inkella x’inhu l-użu tiegħu llum, u fl-istess ħin, aħna bħala entita`, ersaqna lejn kull esperjenza b’moħħ u qalb miftuħa u b’approċċ ta` mindfulness. Biex nieħdu idea, meta morna Piscopo Gardens, ilparteċipanti żergħu xtieli tal-ġirasol u tgħallmu kif għandhom jieħdu ħsiebhom sabiex dawn jikbru u jgħixu b’saħħithom, dak li bl-Ingliż nsejħu nurture. Din l-attivita’ giet ikkombinata ma` mindfulness billi l-parteċipanti esploraw lilhom infushom sabiex jitgħallmu jagħrfu x’għandhom bżonn biex jieħdu ħsieb tagħhom infushom, li dan eventwalment ħa jwassal biex huma jikbru mhux biss fiżikament iżda
kodingRobotika,ut-tfal
X’tip ta’ attività u materjal tarrobotika hawn għal etajiet differenti?
Biex tinvolvi lit-tfal tiegħek f’dawn il-programmi tar-robotika, tista’ żżur is-sit elettroniku tar-robocoach www. robocoach.com.mt, fejn tista’ ssib korsijiet addattati għal kull età, onlajn kif ukoll fl-iskejjel u ċentri indikati fuq is-sit. Il-prodotti hawn imsemmija li ħafna minnhom nużaw għal dawn il-korsijiet jistgħu jinxtraw minn fuq is-sit elettroniku tagħna www.digital.com.mt
Abby Camilleri Pearson
taqlibhom f’lingwa li l-kompjuter jifhem. Kompjuters jikkomunikaw f’lingwa msejħa binary li tuża 0’s u 1’s biex tiffunzjona. Koders jiktbu l-istruzzjonijiet bl-użu tal-language programming ta’ dak il-prodott jew programm li qegħdin jużaw. Nużaw prodott bħal Kano fejn jgħallimhom x’inhu kompjuter, kif jibnuh u jsolvu avventuri tal-logħob bil-koding. Nafu kemm it-tfal iħobbu l-logħob talkompjuter; allura nużaw avventuri bħal Scottie Go! fejn iridu jgħinu aljen isib il-biċċiet tar-rokit li nkisrulu u waqa’ fid-dinja. Issa minflok imexxuh biljoystick, iridu jipprogrammawh bil-coding blocks. Is-sabiħ tar-robotika hu li t-tfal jimxu ’l quddiem u javvanzaw skont l-abbilità tagħhom. Meta jkunu fehmu ċertu kunċetti, nibdew ngħallmuhom kunċetti itqal u ħafna mill-prodotti li nużaw għandhom din il-faċilità li tħalli t-tfal javvanzaw meta jkunu lesti huma. Nibdew nużaw bini ta’ robots aktar avvanzati, fejn indaħħlu sensors biex jipprogrammaw ir-robots b’aktar sekwenzi interessanti. Hawn nużaw Engino Education fuq livell għola, kif ukoll Il-VEX Education biex ikomplu jiżviluppaw l-abbilitajiet tagħhom f’attivitajiet interessanti u motivanti għalletà tagħhom. Tista’ tgħid li tul is-snin kollha fl-iskola, għandna programmi tar-robotika li jistgħu jattendu biex ikomplu javvanzaw l-abbilitajiet tagħhom. Tibda minn fejn tibda, qatt mhu tard biex titgħallem kunċetti addattati għalik.
Fejn jistgħu jsibu iżjed informazzjoni dawk li jixtiequ jinvolvu t-tfal tagħhom f’dawn ilprogrammi?
Meta tidħol fid-dinja tar-robotika, tidħol f’dinja infinita ta’ riżorsi, materjali u apparat li jolqot kull età. Huwa importanti li nagħrfu xi jwassalna għat-tagħlim benefiċjali. Mit-twelid dejjem nippruvaw nużaw apparat elettroniku li jistimulahom u jgħallimhom. Għalhekk nistgħu wkoll nibagħtu lit-tfal tagħna minn età tenera ta’ tliet snin biex jitgħallmu l-bażi tar-robotika u koding biex jibqgħu jiżviluppaw l-abbilitajiet tul is-snin kollha fl-iskola. Wisq probabbli qegħdin taħsbu ‘Imma kif tista’ tgħallem dan il-kunċett f’din l-età?’. Jien ngħidilkom li importanti li nibdew it-tfal f’dan it-tip ta’ programmi minn età żgħira għaliex dawn l-attivitajiet iwassluhom biex itejbu l-proċessi loġiċi u mentali tagħhom li huma żviluppi ferm importanti.
Il-lezzjonijiet ta’ robotika jħejju lil uliedna għal suġġetti oħrajn fissistema edukattiva?
Imma Ir-robotika u l-koding jgħin lit-tfal tul is-snin edukattivi kollha?
Edukatriċi li tħarreġ għalliema fir-robotika
Mil-bidu nett ta’ dan it-tip ta’ tagħlim wieħed jibda jifhem x’inhu ċertu mekkaniżmu, kif jiffunzjona u xi skop għandu. Bis-saħħa ta’ apparat differenti bħal muturi, dwal u sensors wieħed irid jibni robot li jiċċaqlaq bis-saħħa tal-koding. Eżempju ta’ robot li jista’ jintuża għal dan it-tip ta’ tagħlim huwa l-Robowunderkind. Bil-koding titgħallem toħloq istruzzjonijiet (il-passi f’attività) u
Min età ta’ tliet snin nużaw blocks bħal Engino Education Qboidz li huma magħmulin bil-ħsieb biex it-tfal jibnu mudell fuq istruzzjonijiet sempliċi. Dan jgħin il-moħħ biex jaħdem fuq sistema ta’ sekwenza biex iwassal lill-individwu jibni mudell. Nużaw ukoll robots li trid ittihom int l-istruzzjonijiet biex jimxu. Hawnhekk nużaw bebbuxu ħelu jismu Qobo Robobloq. Nibdew b’movimenti sempliċi bħal “imxi ’l quddiem”, “imxi lura”, “dur fuq ix-xellug” jew “dur fuq il-lemin”. Nibdew infehmuhom li huma fil-kontroll ta’ x’qed jagħmel dan ir-robot. Nużaw ukoll Sphero: robot li jista’ jintuża fuq livelli differenti biex jifhmu li huma kapaċi jikkreaw sekwenza ta’ istruzzjonijiet li r-robot irid jimxi magħhom. Eventwalment nibdew indaħħlu ċerti terminoloġiji itqal fejn il-kunċetti li huma jkunu tgħallmu jibqa’ magħhom u jkomplu jkabbru t-tagħlim fuqhom. Nuzaw apparat elettroniku li jiġi pprogrammat bil-koding bħal littleBits u anke nidħlu fil-kreazzjoni ta’ ħsejjes u noti mużikali bis-saħħa ta’ visual sensors li jigu assoċjati ma’ kulur bl-iSphero specdrums.
17
Ir-robotika u l-koding fil-ħajja tattfal tagħna huwa importanti?
Intervista ma’
Il-programm tar-robotika jipprepara lit-tfal biex jaqsmu problema f’biċċiet żgħar u jitgħallmu jikkreaw soluzzjonijiet loġiċi permezz ta’ sekwenza. Mhijiex kwistjoni ta’ suġġett iżda żvilupp tal-moħħ biex jiġi organizzat b’mod sistematiku u loġiku. Dan il-potenzjal fi bniedem huwa ferm important għal sfidi fil-ħajja ta’ kuljum. Għalhekk programm tar-robotika jista’ jigi inkluż u integrat ma’ kull suġett u aspett fil-ħajja.
Din se tkun waħda mill-aħħar opportunitajiet biex lil hinn mir-rumanzi tiegħu, il-pubbliku jkun jista’ jiltaqa’ malawtur, minħabba li għadu kif ħabbar li wara karriera ta’ 30 sena ta’ kitba, li fihom ippubblika 21 ktieb, se jirtira għal erba’ snin mid-dinja letterarja sabiex jiddedika aktar ħin għalih innifsu, jieħu biżżejjed żmien biex il-kreattività tiegħu tieħu ħajja ġdida, u jiffoka fuq ambizzjonijiet u aspetti oħra ta’ ħajtu. Huwa qed jippjana li jerġa’ jidħol fiddinja letterarja fl-2026 permezz ta’ rumanz
Boyne huwa l-awtur ta’ diversi rumanzi, kiteb 13-il rumanz għalladulti, sitta għall-qarrejja żgħażagħ u ġabra ta’ stejjer qosra. The Boy in the Striped Pyjamas, li ħareġ fl-2006, ġie adattat għaċ-ċinema, it-teatru, il-ballet u l-opera, u biegħ aktar minn 11-il miljun kopja madwar id-dinja, tant li hu meqjus bħala l-aktar rumanz li qatt inbiegħ minn rumanzier Irlandiż. Rumanzi oħra tiegħu li jitqiesu bħala bestsellers huma The Heart’s Invisible Furies (Doubleday) u A Ladder to the Sky (Doubleday). Boyne rebaħ tliet premji letterarji Irlandiżi, flimkien ma’ diversi premji letterarji internazzjonali oħra, fosthom il-premju Qué Leer li jingħata għar-rumanz tas-sena fi Spanja u l-Premju għall-Paċi Gustav Heinemann fil-Ġermanja. Ir-rumanzi tiegħu ġew ippubblikati f’aktar minn 50 Minnlingwa.din
Il-preżenza ta’ Boyne fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ta’ din is-sena se tkun parti minn tour internazzjonali tal-awtur għall-pubblikazzjoni talaħħar rumanz tiegħu All the Broken Places (Doubleday). Ir-rumanz se jkun fil-ħwienet tal-kotba fir-Renju Unit fil-15 ta’ Settembru 2022, u aktar tard fil-bqija tad-dinja. Ir-rumanz ġie milqugħ tajjeb mill-kritiċi u jkompli fejn ħalla r-rumanz klassiku għaż-żgħażagħ The Boy in the Striped Pyjamas, bi trattament tat-temi tas-sens ta’ ħtija, il-kompliċità u n-niket. Skont Kirkus Reviews jipproduċi “studju kumpless u profond tal-karattru li jevita tweġibiet faċli”. Fis-16 ta’ Settembru, il-ġurnal influwenti The Guardian għażlu bħala l-ktieb tal-ġurnata u stqarr li r-rumanz huwa miktub b’ħila kbira, b’tensjoni ttektek sakemm jaħbtu flimkien il-passat u l-preżent. Boyne jesplora l-aspetti personali profondi li huma konsegwenza tal-gwerra, b’mumenti ta’ vjolenza xokkanti li jiġu bbilanċjati b’mumenti ta’ tenerezza li jħallu effett daqs il-forza tad-dmija mxerrda. L-istess ġurnal jiddikjara li r-rumanz huwa dikjarazzjoni tal-bżonn tal-letteratura biex tixħet dawl fuq l-aktar aspetti mdallma tan-natura talbniedem.
Il-programmġdid.sħiħ
John Boyne, l-awtur talbestseller The Boy in the Striped Pyjamas (David Fickling Books), se jkun il-mistieden internazzjonali ewlieni Nazzjonalital-Festivaltal-Ktieb 2022.
is-sena, il-programm taż-żjarat tal-iskejjel huwa f’kollaborazzjoni ma’ Żigużajg, u waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, Boyne se jkun qed jiltaqa’ mal-qarrejja żgħar tiegħu waqt l-ispettaklu mtella’ nhar il-Ġimgħa blIngliż minn l-istess kollaboraturi. Nhar il-Ġimgħa, 25 ta’ Novembru, filgħaxija, Boyne se jiġi intervistat fuq ħajtu u xogħlu mill-lettriċi u kittieba Leanne Ellul. Fost il-ħafna xogħlijiet tagħha kemm għat-tfal kif ukoll għalladulti, Ellul hija l-awtriċi ta’ Gramma (Merlin Publishers, 2015), rebbieħ talPremju Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ, u Bjuda (2022). Wara l-intervista, Boyne se jkun qed jiffirma personalment kotba minn tiegħu lilludjenza.
John Boyne huwa l-mistieden internazzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2022 18
Għall-aħħar aġġornamenti segwi ktieb. org.mt u l-paġna tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb fuq Facebook.
tal-avvenimenti talFestival Nazzjonali tal-Ktieb li se jittella’ bejn it-23 u s-27 ta’ Novembru se jkun ippubblikat fil-ġimgħat li ġejjin.
Il-bidla għal teknoloġiji nodfa ġġib kwalità ta’ ħajja aħjar u iktar b’saħħitha u opportunitajiet ġodda għall-innovazzjoni, il-modernizzazzjoni u l-impjiegi.
Jekk induru dawra magħna nfusna u mal-mod kif ngħixu, malajr insibu affarijiet li nistgħu nagħmlu biex nagħtu sehemna.
Permezz tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-Unjoni Ewropea qiegħda tieħu azzjoni biex tnaqqas l-emissjonijiet u tgħin fl-adattament għal temperaturi ogħla, bħal fil-produzzjoni ta’ wċuh tar-raba’ iktar reżistenti għan-nixfa, fil-mod kif isir il-bini, bit-tnaqqis tal-plastik u l-immaniġġjar aħjar tal-iskart, u użu iktar sostenibbli tar-riżorsi bħall-ilma u
Kun af aktar dwar x’inhi l-Unjoni Ewropea, x’tagħmel f’35 qasam differenti u kif tieħu d-deċiżjonijiet li jissarrfu f’azzjonijiet biex ittejjeb ilħajja tan-nies. Fittex ‘L-Unjoni Ewropea: x’inhi u fl-internet.x’tagħmel’
Il-mira ewlenija tal-Unjoni Ewropea hi li l-Ewropa ssir l-ewwel kontinent newtrali għall-klima fid-dinja sal-2050.
Tista’ wkoll tikseb aktar tagħrif billi tikkuntattja lil Servizzi Ewropej f’Malta jew Europe Direct Valletta permezz tal-website sem.gov.mt.
L-AZZJONI TAL-UNJONI EWROPEA FAVUR IL-KLIMA
X’tista’ tagħmel int?
Biex jintlaħqu dawn il-miri u ssir din il-bidla favur il-klima, l-Unjoni Ewropea ddedikat ammonti kbar ta’ flus mill-baġit tagħha fuq inizjattivi relatati mal-klima.
Kulħadd jista’ jagħti sehmu biex innaqqsu l-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima. Mill-mod kif nużaw l-enerġija u l-ilma, għall-mod kif nivvjaġġaw, kif niddisponu mill-iskart u l-ikel li nieklu.
Il-pajjiżil-enerġija.tal-Unjoni
Ewropea qablu wkoll dwar miri nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet f’setturi bħattrasport, il-bini u l-agrikoltura.
X’tagħmel l-Unjoni Ewropea?
Jaqbel lilna, jaqbel lid-dinja li ngħixu fiha u jaqbel għallġenerazzjonijiet ta’ warajna.
Iż-żieda fit-temperaturi globali, b’effett taż-żieda fl-emissjonijiet millattivitajiet tal-bniedem, għandhom ħafna konsegwenzi. Temp estrem li jġib għargħar, nixfa u maltempati, joħloq theddida diretta għall-ħajjiet tan-nies, jipperikola l-produzzjoni tal-ikel u joħloq nuqqas ta’ ilma, li mbagħad jista’ jwassal għall-ġuħ, il-kunflitti u l-migrazzjoni tal-massa.
G’Manġia 21226020 - B’Kara 21490213 - Żebbuġ 21465768 - Fgura 21673332 Naxxar 21 431 152 - B’Buġia 21421 976 - Rabat 21450845 - Luqa 21895248 Qormi 21488950 - Attard 21418315 - San Ġwann 21383947 THE CATHEDRAL OPTICAL one hour service