Bħalissa għaddej proċess parlamentari biex titwaqqaf l-Awtorità għall-Azzjoni dwar il-Klima p2
L-IMPATT TAL-EUROPEAN GREEN DEAL
Nota mill-Edituri
Meta tara f’hiex tinsab l-Unjoni Ewropea ma tistax ma tistaqsix fejn huma l-forzi progressivi fl-Ewropa. L-Unjoni Ewropea llum qiegħda tiffaċċja kriżijiet li l-ebda stat Ewropew waħdu ma jista’ jiffaċċja waħdu jew jipprova jsolvihom waħdu. Fost dawn il-kriżi tal-bidla fil-klima u l-effetti tagħha.
Xi ħaġa pożittiva li ħadmet ħafna fuqha l-Unjoni Ewropea, għalkemm internament kellja kunflitti fuqha, kienet il-Green Deal. Dan jista’ jitqies bħala pass ‘l quddiem.
Il-mistoqsija imma hi kemm dawn il-pjani huma biżżejjed?
Tqum din il-mistoqsija għax illum kollox hu bbażat fuq is-suq u fuq il-konsum.
Kif nistgħu ngħinu verament l-ambjent jekk se nibqgħu nikkonsmaw b’mod esaġerat?
Kif nistgħu nagħtu nifs lill-ambjent ta’ madwarna jekk dejjem se nibqgħu nibbażaw kollox fuq żieda fil-konsum?
Kif nistgħu ngħinu l-ambjent jekk il-politika se tibqa’ dik li jkun hemm tkabbir ekonomiku, u aktar ma jkun kbir dan it-tkabbir aktar aħjar?
Bħalissa għaddej proċess parlamentari biex titwaqqaf l-Awtorità għall-Azzjoni dwar il-Klima
- Il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġiija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir
Il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir għandu sehem attiv fin-negozjati dwar il-Green Deal Ewropew, fejn flimkien ma’ ministeri u entitajiet oħra jara li l-impenn li għandu pajjiżna, b’mod speċjali fl-oqsma tal-ambjent, l-enerġija u t-tibdil filklima, ikun wieħed koordinat. Fil-fatt, il-Ministeru bħalissa għaddej bil-proċess parlamentari biex titwaqqaf l-Awtorita għall-Azzjoni dwar il-Klima li ukoll se jkollha rwol importanti biex tkompli tgħin lil pajjiżna jilħaq il-miri Ewropej u internazzjonali li għandu u li wkoll joħorġu minn dan il-Patt Ewropew.
II-European Green Deal u I-kwalità tal-arja
Waħda mit-tliet azzioniiiet ewlenin tal-'European Green Deal' hiia ż-'Zero Pollution Action Plan' li tiffoka fuq il-kwalita' tal-arja, il-ħamrija u l-baħar. Pajjiżna diġa għamel progress b’saħħtu f'dan is-settur, bilqalba mill-heavy fuel oil għall-gass, l-introduzzjoni ta’ trasport pubbliku b'xejn li jinkludi wkoll tal-skejjel, l-użu tal-ferries, il-proġett tax-shore-to-ship, u l-għajnuna finanzjarja fuq ix-xiri ta’ vetturi fost oħrajn.
Il-European Green Deal u l-iskart
Diġà twettqu għadd ta’ riformi regolatorji f’diversi setturi matul is-snin li għaddew, inkluż l-iskart, bħal:
• ġestjoni tal-materjal tal-iskart tal-kostruzzjoni u t-twaqqigħ, kif ukoll r-reġjonalizzazzjoni tas-sistema talġbir tal-iskart (Recovery and Resilience Plan);
• restrizzjoni fis-suq ta' ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss (Single Use Plastic Strategy);
• introduzzjoni tal-Iskema ta’ Rifużjoni tal-Kontenituri tax-Xorb (Long Term Waste management Plan)
Barra minn hekk, Malta tinsab fil-proċess li twaqqaf infrastrutturi ġodda bħall-impjant tal-Waste to Energy u l-Impjant tal-Ipproċessar ta’ skart Organiku, bħala parti mill-istrateġija ECOHIVE. Fl-2023, il-Ministeru inawgura wkoll il-Multi Material Recovery Facility u l-Material Recovery Facility (it-tnejn iffinanzjati parzjalment milCohesion Fund).
Il-European Green Deal u l-ilma
Il-Green Deal mexxa diversi inizjattivi li jikkontribwixxu b’mod pożittiv għat-titjib tal-kwalità tal-ilma f’Malta.
Dawn l-inizjattivi jinkludu fost oħrajn l-Action Plan to protect and restore marine ecosystems for sustainable and resilient fisheries u il-Biodiversity Strategy to 2030.
Dawn jkomplu jikkonsolidaw l-azzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-politika tal-UE dwar l-ilma. Malta se tkun qed tibbenefika minn €7 miljun fondi talUE taħt il-European Maritime, Fisheries and Aquaculture Fund (EMFAF) biex timplimenta proċessi ta’ ġestjoni flambjent tal-baħar li jimmiraw il-manutenzjoni jew ilkisba ta’ Favourable Conservation Status ta’ habitats u speċi tal-baħar fi ħdan is-siti tal-baħar Natura 2000, u ta’ Status Ambjentali Tajjeb fiż-żoni marittimi usa’ skont l-għanijiet tad-Direttiva tal-UE (MSFD).
Il-European Green Deal fil-kuntest tal-energija u t-tibdil fil-klima
Malta ġiet allokata €328 miljun f’għotjiet taħt ilfond REPowerEU, biex tkun tista’ tinvesti fi proġetti ta’ enerġija rinnovabbli u ssaħħaħ dan is-settur b’investiment fin-network tad-distribuzzjoni u tinvesti f’metodi innovattivi bħalma huma sistemi ta’ batteriji għall-ħażna tal-enerġija.
Mix-xahar id-dieħel, kumpaniji jistgħu japplikaw għal skema ġdida li nediet il-Malta Enterprise biex tgħin lillprivat jagħmel il-qalba ambjentali fit-trasport.
L-iskema tindirizza żewġ tipi ta’ proġetti: wieħed biex kumpanija jkollha l-infrastruttura tagħha biex tiċċarġja l-vetturi u l-ieħor biex minflok tikri vetturi li jaħdmu bil-petrol jew id-diesel, tmur għal flotta ta’ vetturi li ma jniġġsux.
Għal din l-iskema hemm ivvutati seba’ miljun ewro u nofs u l-applikazzjonijiet se jibqgħu jintlaqgħu sal-aħħar ta’ Settembru.
Il-Malta Enterprise nediet skema li għandha l-għan tgħin lill-kumpaniji jagħmlu bidliet favur l-ambjent fil-mezzi ta’ trasport tagħhom. Il-Green Mobility Scheme għandha l-għan tassisti lill-kumpaniji biex jinvestu f’infrastruttura biex jiċċarġjaw il-vetturi elettriċi u biex minflok vetturi konvenzjonali jikru flotta ta’ vetturi elettriċi jew li ma
jniġġsux.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise Kurt Farrugia spjega li biex kumpanija tkun eliġġibli għal din l-iskema, trid tkun reġistrata mal-Malta Business Registry, trid timpjega minn tal-anqas ħames persuni full-time, topera minn uffiċċji kummerċjali lliċenzjati u tkun eliġibbli li tirċievi għajnuna skont regolamenti Ewropej.
Fil-qasam taċ-charging infrastructure se nkunu qed nassistu billi ngħinu fuq ir-rata ta’ interessi tal-loan li wieħed jieħu biex jagħmel dik l-infrastruttura jew inkella jekk hemm differenza li tibqa’ mill-assistenza li se nagħtuh jeħodhom bħala tax credits.
Kurt Farrugia – Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise Żied li parti oħra mill-iskema hija indirizzata għal dawk il-kumpaniji li jridu jikru vetturi li ma jniġġsux. Qal li dan se japplika għal kuntratti ġodda ta’ minn tal-anqas 12il xahar u li f’dan il-każ il-Malta Enterprise se tkun qed
tagħti kreditu ta’ taxxa li jitla’ sa 60 fil-mija għal kumpaniji żgħar, jiġifieri li jħaddmu inqas minn 50 persuna. Fil-każ ta’ kumpaniji ta’ daqs medju, jiġifieri li jħaddmu bejn 50 u 250 persuna l-għajnuna hi sa 40 fil-mija, filwaqt li għal kumpaniji kbar li jħaddmu aktar minn 250 persuna, l-għajnuna hi sa 20 fil-mija.
Il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri qal li fid-dawl tat-tibdil fil-klima li hija fost l-akbar sfida li għandha d-dinja llum, l-Unjoni Ewropea diġà għamlet miri ambizzjużi fosthom li sas-sena 2035 ma jinbigħux aktar vetturi li jaħdmu bil-petrol jew bid-diesel. Żied li b’din l-iskema ġew identifikati oqsma li jgħinu fil-qalba ambjentali u li mhumiex indirizzati bi skemi oħra.
L-applikazzjonijiet mill-kumpaniji jibdew jintlaqgħu mix-xahar id-dieħel sal-aħħar ta’ Settembru. Għal din l-iskema hemm ivvutati seba’ miljun ewro u nofs.
X’INHI L-EU GREEN DEAL?
Il-Patt Ekoloġiku Ewropew huwa programm deskritt fil-linji gwida politiċi tal-President li jmiss tal- Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen. Hija għandha l-għan li tagħmel l-Ewropa l-ewwel kontinent newtrali għall-klima sal-2050, filwaqt li tingħata spinta lill-kompetittività tal-industrija Ewropea u tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta għar-reġjuni u ħaddiema affettwati.
Il-preservazzjoni tal-ambjent naturali u l-bijodiversità tal-Ewropa, strateġija 'farm to fork' għal ikel sostenibbli, u pjan ta’ azzjoni ġdid għall-ekonomija ċirkolari huma elementi ewlenin oħra.
X’ħidma qed issir f’dan ir-rigward?
It-triq għall-klima newtrali- Il-Patt Ekoloġiku Ewropew għandu l-għan l-Ewropa jkollha klima newtrali sal2050. Biex dan iseħħ, il-Kummissjoni
pproponiet il-Liġi Ewropea dwar il-Klima, li tistabbilixxi wkoll mira ġdida u aktar ambizzjuża ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ mill-inqas 55 % sal2030. , meta mqabbel mal-livelli tal-1990.
Il-ħarsien tal-ambjent u l-oċeani- L-ibħra, l-oċeani u l-ambjent tal-Ewropa huma sors ta’ ġid naturali u ekonomiku għallEwropa. Permezz tal-Green Deal, jridu jiġu ppreservat u pproteġuti biex ikun hemm assigurazzjon li jkomplu
jsostnuna fil-futur.
Il-prijoritajiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew jinkludu:
• Protezzjoni għall-bijodiversità u l-ekosistemi
• Tnaqqis tat-tniġġis tal-arja, tal-ilma u talħamrija
• Mixja lejn ekonomija ċirkolari
• Titjib tal-ġestjoni tal-iskart
• Żgurata s-sostenibbiltà tal-ekonomija blu u s-setturi tas-sajd
Ir-riċerka u l-innovazzjoni-Li ssir l-ewwel kontinent tad-dinja newtrali għall-klima sal2050 hija opportunità ta’ darba fil-ħajja biex jiġu mmodernizzati l-ekonomija u s-soċjetà talUE u jiġu orjentati mill-ġdid lejn futur ġust u sostenibbli.
Ir-riċerka u l-innovazzjoni se jkollhom rwol ċentrali li:
• jaċċelleraw u jinnavigaw it-tranżizzjonijiet meħtieġa
• d-dimostrazzjoni u t-tnaqqis tar-riskju ta’ soluzzjonijiet
• l-involviment taċ-ċittadini fl-innovazzjoni soċjali
It-Trasport- Bħalissa l-emissjonijiet tat-trasport jirrappreżentaw madwar 25 % tal-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra tal-UE. Permezz tal-EU Green Deal sal-2050, eħtieġ li jkun hemm bidliet ambizzjużi fit-trasport. Tant, li qed jiġi ssuġġerit biex ikun hemm tnaqqis ta' 90 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra relatati mat-trasport.
Il-Kummissjoni Ewropea adottat sett ta’ proposti biex tagħmel il-politiki tal-UE dwar il-klima, l-enerġija, it-trasport u t-tassazzjoni tajbin bilgħan li jitnaqqsu l-emissjonijiet netti tal-gassijiet serra b’mill-inqas 55 % sal-2030, meta mqabbla mal-livelli tal-1990.
L-industriji- Il-Green Deal hija strateġija ġdida ta’ tkabbir tal-UE, li għandha l-għan li tittrasforma l-UE f’soċjetà aktar ġusta u prospera, b’ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva, mingħajr emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra sa nofs is-seklu.
Il-Finanzi u l-Green Deal:
Biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti mill-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Kummissjoni wiegħdet li timmobilizza mill-inqas €1 triljun f'investimenti sostenibbli matul l-għaxar snin li ġejjin.
30 % tal-baġit multiannwali tal-UE (2021-2028) u l-istrument uniku tal-UE NextGenerationEU (NGEU) biex tirkupra mill-pandemija talCOVID-19, ġew allokati għal investimenti ekoloġiċi.
Il-pajjiżi tal-UE jridu jiddedikaw mill-inqas 37 % tal-finanzjament li jirċievu taħt il-Faċilità ta’ Rkupru u Reżiljenza ta’ EUR 672.5 biljun għal investimenti u riformi li jappoġġaw l-objettivi tal-klima.
L-investimenti u r-riformi kollha li għandhom jiġu ffinanzjati b'dan il-mod m'għandhomx jagħmlu ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali tal-UE. Il-Kummissjoni, f'isem l-UE, biħsiebha tiġbor 30% tal-fondi taħt NGEU permezz talħruġ ta' bonds ħodor.
“In-negozjati
servew bħala
eżempju ta’ prattiċi tajbin
fir-relazzjonijiet industrijali”
- Il-Kap Eżekuttiv tal-FSWS Alfred Grixti dwar il-ftehim kollettiv ġdid li se jtejjeb il-kundizzjonijiet ta’ madwar 1,000 ħaddiem tal-Fondazzjoni
Aktar kmieni din il-ġimgħa kien issiġillat ftehim kollettiv ġdid għal madwar 1,000 ħaddiem tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali li se jtejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol u d-dħul tagħhom. Fl-istess waqt dan il-ftehim se jsaħħaħ il-progress fil-karriera ta’ dawn il-ħaddiema, b’titjib fittaħriġ u l-iżvilupp personali tal-ħaddiema kollha tal-entità governattiva.
F’kummenti mal-gazzetta l-Ekonomija, il-Kap Eżekuttiv tal-FSWS Alfred Grixti qal li l-ftehim milħuq huwa xhieda tanġibbli li l-Gvern mhux biss japprezza l-ħidma tal-professjonisti kollha tal-FSWS imma qed jagħmel dan bil-fatti grazzi għal titjib sostanzjali fil-paga bażika, fl-allowances u fil-kundizzjonijiet – ewlenin fosthom dawk li jħeġġu u jinkoraġġixxu lill-impjegati biex ikomplu bit-taħriġ għall-iżvilupp professjonali tagħhom.
“Kif għedt fid-diskors tiegħi: wasalna għal dan il-ftehim mhux biss mingħajr ma saru azzjonijiet industrijali imma anki mingħajr biss it-theddid ta’ azzjonijiet industrijali... in-negozjati saru mingħajr għajjat u storbju u mingħajr logħob għall-gallarija minn l-ebda naħa... Il-UĦM għamlu xogħolhom b’mod sod u tenaċi, ma ċedewx pulzier
ma tawniex walk-over imma kienu għalkollox professjonali u responsabbli,” tenna jgħid is-Sur Grixti.
Il-Kap Eżekuttiv tal-FSWS innota wkoll li dawn in-negozjati u l-eżitu tagħhom servew bħala eżempju ta’ prattiċi tajbin fir-relazzjonijiet industrijali. “Għax f’dawn it-tip ta’ negozjati mhix kwistjoni ta’ min jirbaħ u min jitlef... irid jirbaħ kulħadd u l-ftehim irid ikun tajjeb għal kulħadd... u fil-każ tagħna jrid ikun ftehim li ma jinsiex l-end user tagħna, lill-aktar minn 23,000 persuna vulnerabbli li għandna l-unur u l-privileġġ li ngħinu u nakkumpanjawhom kuljum.”
Qabel l-iffirmar tal-ftehim, tkellem il-Prim Ministru Robert Abela li nnota kif dan il-ftehim jirrikonoxxi l-ġid li jagħmlu dawn il-ħaddiema b'imħabba li għandhom u juru lejn xogħolhom u mal-klijenti tagħhom. Dr Abela saħaq li dan mhuwiex xi ftehim kollettiv iżolat u fakkar kif fl-aħħar snin ġew issiġillati ftehimiet kollettivi u settorjali importanti.
Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon qal li dan il-ftehim ikompli jsaħħaħ il-progress tal-karriera f'din il-profess-
joni tant importanti għal pajjiżna. “Aktar minn hekk imma, dan il-ftehim kollettiv huwa parti essenzjali u vitali fil-katina ta' tmexxija, fejn ħafna minn dawn il-professjonisti huma jew gradwati jew għandhom ħafna snin ta' esperjenza jew it-tnejn u għaldaqstant, dan għandu jkun rikonoxxut bil-fatti u b'titjib fis-salarji u fil-kundizzjonijiet," stqarr il-Ministru Michael Falzon. Tkellem ukoll is-Segretarju Ġenerali tal-UHM Voice of the Workers Josef Vella, li faħħar ix-xogħol tal-ħaddiema soċjali li tant jagħmlu ġid fis-skiet, b'piż emozzjonali u ħidma bla ħinijiet. “Huwa t'unur għalina bħala UHM li niffirmaw ftehimiet bħal dawn li se jkomplu jtejbu l-kundizzjonijiet ta' madwar elf ħaddiem. Kemm tagħmel frott u xi kwalità ta' frott tiddependi mill-ħidma tal-ħaddiema infushom, u għalhekk nappella għal ħidma akbar f'dan is-settur tant importanti," stqarr Vella. Jippresedu l-iffirmar tal-ftehim kollettiv flimkien malPrim Ministru Abela u l-Ministru Falzon kien hemm is-Segretarji Permanenti Joyce Cassar u Mark Musù.
Diskors li kien konċiż
Laqatni b’mod pożittiv id-diskors ta’ l-Eċċellenza tagħha Miriam Spiteri Debono. Id-diskors kien konċiż u mhux wieħed li hu faċli li tagħmel sinteżi iqsar tiegħu. Pero’ għażilt l-iktar sebgħa punti li laqtuni xi għamilt ftit riflessjonijiet dwarhom.
1. L-ewwel nett, innutajt li aċċennat kemm il-darba tul id-diskors tagħha għall-governanza, ir-riformi, l-inkjesti, l-skrutinju tal-operat tal-Gvern, li għandha titkattar il-fiduċja fl-amministrazzjoni, iż-żamma tal-ordni, l-imġiba u standards korretti u li Malta jeħtieġ tiġi rispettata barra minn xtutna. Hi kemm hi ċeremonjali il-kariga tal-president f’Malta, diskors bħal dan jagħti sinjal ċar ta’ fejn hemm x’intejbu.
2. Minghajr ma semmiet reliġjon (u dan ukoll huwa punt notevoli fih innifsu) għamlet ħafna emfasi fuq il-moralita’, fi kliemha, li “dak li nagħmlu, nagħmluh sewwa, u għas-sewwa”. Tkellmet dwar il-kilba għall-flus (problema li sejħitilha “agħar mid-droga”), u l-korruzzjoni li din il-kilba ġġib magħha. Dan b’differenza mill-ambizzjoni li sikwiet nisimgħu dwarha, li kulħadd irid isir sinjur. Bdiet u spiċċat billi irreferijet għal Malta bħala “omm” u naħseb tajjeb li nirriflettu kif qed nittrattaw lil din “ommna” - flok nibqgħu neħilbu minnha, nagħtuha r-rispett li teħtieġ.
3. Għoġbitni wkoll li meta semmiet il-bżonn tas-servizzi provduti mill-istat għall-ġid komuni taċ-ċittadini, għamlet emfasi fuq is-saħħa mentali. Hawn forsi nżid li apparti is-servizz fl-istituzzjonijiet, jeħtieġ ukoll nibdew nindirizzaw il-livelli għolja ta’ nervi li għandna fost il-kbar u t-tfal sabiex ngħixu ħajja iktar feliċi. Kull deċiżjoni tal-gvern, kull investiment u kull nuqqas tiegħu ibiddel il-kwalita’ ta’ ħajja tal-Maltin, b’riperkussjonijiet fuq is-saħħa fiżika jew mentali. Aktar kmieni semmiet ukoll in-nies vulnerabbli u dawk milquta minn mard u diżgrazzji. Mhux aċċettabli għalija li nibqgħu niddependu fuq il-karita’ u l-ġenerożita’ tan-nies floq l-istat għal ċertu mard.
4. Kellha l-kuraġġ ukoll li fost l-ewwel kummenti li għamlet kien hemm dawk dwar il-passi meħtieġa sabiex nintegraw u mhux biss nittolleraw lil barranin. Fil-popolazzjoni tagħna illum, wieħed minn kull tlett ħaddiema huwa barrani. Ma ninsewx li din kienet strateġija ekonomika li qajla ġiet diskussa mal-poplu. Għalhekk hemm ħafna xogħol xi jsir. Semmiet ukoll il-ħtieġa ta’ pjan ekonomiku bla skossi. Ma dan inżid ilħtieġa li nintegraw il-pjanijiet ekonomiċi ma dawk ambjentali u soċjali, sabiex l-id leminija tgħin lix-xellugija.
5. Ħadet l-opportunita’ li ssemmi, anzi li telabora, fuq il-potenzjal tal-vot biż-żewġ terzi tal-kamra biex jinsab consensus fuq ċertu kwistjonijiet (hawn kieku kont insemmi l-ħarsien ta’ l-ambjent) u li s-sistema elettorali teħtieġ ċertu emendi biex tkun aktar qrib lejn id-demokrazija. Jawgura tajjeb kieku isiru laqgħat mal-partiti ż-żagħar mill-iktar fis.
6. Laqtitni li sabet il-ħin biex issemmi il-bżonn li it-tfal jitgħallmu ix-xjenza tal-ħsieb, ħsieb loġiku u raġunat. Dwar it-tfal semmiet wkoll li għandhom joħorgu fil-kampanja. Fil-fehma tiegħi setgħet żiedet li hemm bżonn li inħarsu dak li baqa flok ma nkomplu nisirqu l-ispazji pubbliċi (fl-urban u anke fil-kampanja) u noffruhom fuq l-artal tal-flus.
7. Ma naqsitx milli ssemmi lil Jean Paul Sofia u partikolarment lil Daphne Caruana Galizia b’isimha, u rreferiet għaddemm li għadu jnixxi, bla tlaqliq. Naturalment, tkellmet fuq suġġetti oħra bħall-irwol ta’ Malta fil-politika dinjija u l-paċi, fost oħrajn. Setgħet, forsi, tagħmel aċċenn fuq id-drittijiet tan-nisa u l-kwistjoni ta’ l-abort, fuq il-mod kif qed tintuża l-ħaxixa, fuq l-obeżita’, u fuq it-temi li jeħtieġ intejbu skond indiċi ewropej u dinjin. Pero, fil-fehma tiegħi, minkejja li m’għandiex “bakketta maġika” kien diskors konċiż u kuraġġuż li jawgura tajjeb għal-preżidenza bla wisq frilli u bis-sustanza.
L-INFLAZZJONI
L-inflazzjoni hija mekkaniżmu li tkejjel kif il-prezzijiet jiċċaqilqu ‘l fuq. Kemm ta’ prodotti kif ukoll servizzi. Meta l-inflazzjoni togħlli rasha fi prodotti essenzjali u mportanti għal ħajja ta’ kuljum, dan jikkawża impatt negattivi u sulluzzi lill-ekonomija.
L-inflazzjoni tista’ taffettwa kull prodott jew servizz, li jinkludu fost materji oħra, l-kirjiet, ikel, mediċina, energija, li huma prodotti essenzzjali, kif ukoll prodotti kosmetiċi, vetturi, ħwejjeġ u affarijiet anċillari oħrjan, li wieħed forsi jista’ jgħaddi mingħajrhom għal ċertu żmien. Iżda meta l-inflazzjoni tkun mifruxa fuq ħafna prodotti u servizzi f’daqqa, dan iġib miegħu tħassib mill-konsumentur, il-produttur, n-negozji u l-importanturi
Banek ċentrali żviluppaw mekkaniżmi bħalma għamlu l-Istati Uniti bir-riserva federali. Dan jistabbilixxu tragward ta’ inflazzjoni, eżempju 2% u jiżviluppaw modi kif iżommu dan il-persetaġġ taħt kontroll, speċjalment meta dan jinqabeż b’mod rapidu jew b’mod eċċessiv.
L-inflazzjoni hija ta’ tħassib ukoll għaliex tiżvaluta l-ammont ta’ flus li jkunu ġew imġemma. Dan għaliex is-saħħa tax-xiri tal-konsumatur tonqos, id-dipendenza fuq dawn il-flus imġemma tikber u l-valur tagħhom jonqos. Sitwazzjoni li tista’ taffettwa wkoll pensjonijiet privati
maħsuba għal żmien l-irtirar li s-saħħa tagħhom tonqos għaliex bl-istess flus se tixtri inqas prodotti u servizzi. Għaldaqstant, l-inflazzjoni taffettwa wkoll flus imġemma anke bi ħsieb għallirtirar tal-persuna.
Biex nagħtu eżempju prattiku, jekk persuna investiet f’stocks jew bonds b’ rata ta’ interess ta’ 5% u l-inflazzjoni togħla bi 3%, dan ifisser li r-rata talinteress fuq l-investiment tkun tnaqqset b’mod awtomatiku għal 2%.
X’ inhuma l-fatturi prinċipali wara l-inflazzjoni?
- Ir-rata li biha qed jogħlew il-prezzijiet tas-servizzi u prodotti fl-ekonomija - meta l-prezzijiet tal-produzzjoni jogħlew, bħal ma huma l-mataerja prima jew salarji - meta jkun hemm żieda f’daqqa u b’saħħitha għal ċertu servizzi jew prodotti għaliex il-konsumatur ikun lest li jħallas aktar biex jikseb dak il-prodott jew servizz
Inflazzjoni marbuta mal-prezz talproduzzjoni
Dan jiġri meta l-infalzzjoni sseħħ minħabba li l-prezzijiet jogħlew minħabba żieda fil-prezz tal-produzzjoni, bħal materja prima. F’tali ċirkostanza, id-domanda tibqa’ l-istess imma l-produzzjoni tonqos minħabba ż-żieda fil-produzzjoni. B’riżultat, l-ispejjes addizzjonali tal-produzzjoni tintefa’ fuq il-konsumatur bħala prezz għola fuq ilprodott finali.
Eżempju ta’ dan nistgħu narawh fiż-żieda ta’ prodotti bħaż-żejt, il-metall u prodotti simili, għaliex dawn jintużaw biex jiġu produċuti prodotti oħra. Eżempju ieħor huwa li jekk il-prezz tar-ram jogħla, kumpaniji li jipproduċu apparat bħal arja kundizzjonata eċċ, dawn se jogħllu l-prezzijiet tagħhom għal konsumatur, anki jekk id-domanda għall-apparat ta’ arja ikkondizzjonata ma tiżdiedx.
Is-salarji ukoll jaffettwaw il-prezz talproduzzjoni u normalment huma
element ewlieni u qawwi ta’ tħassib għan-negozji. Meta l-ekonomija ta’ pajjiż tkun sejra tajba u jkun hemm ftit jew xejn nies jirreġistraw għax-xogħol, dan jikkawża nuqqas ta’ riżorsi umani u allura n-negozji jafu jirrikorru għal żidied filpagai sabiex jattiraw l-aħjar ħaddiema, xi ħaġa li twassal għal żieda fil-prezz talproduzzjoni.
Diżastri naturali wkoll jimpattaw b’mod negattiv fuq il-prezzijiet. Pereżempju jekk ikun hemm għargħar li jħarbtu għelieqi sħaħ bl-ilma, il-prezz tal-prodott ikollu jgħola, b’impatt negattiv fuq l-ekonomija
Inflazzjoni marbuta mad-domanda
Tali nflazzjoni tista’ tkun ikkawżata minn domanda qawwija għal prodott jew servizz parikolari. Meta jkun hemm żieda fid-domanda fuq firxa wiegħsa ta’ proditti, il-prezz jiżdied b’mod kostanti. Meta ż-żieda fid-domanda tibqa' kostanti u fit-tul, dan jista’ jwassal ukoll għal sfidi ekonomiċi u jaf iħalli mpatt fuq l-ekonomija tal-pajjiż, speċjalment jekk
ikun pajjiż żgħir.
Fi sfera ekonomika ideali, il-kunfidenza tal-konsumatur ittendi li tikber meta pajjiż ikollu rata baxxa ħafna ta’ qgħad, u aktarx li f’sitwazzjoni simili wieħed jibda jara’ żieda fis-salarji ta’ ċertu setturi. It-tkebbir ekonomiku, minnu nnifsu jista’ jkollu impatt fuq l-ammont li l-konsumatur jonfoq u dan awtomatikament iwassal għal żieda fiddomanda fis-suq. Bil-flus fil-but in-nies jonfqu.
Meta d-domanda tikber għal servizz jew prodott partikolari, dan se jkun skars fis-suq. Meta tiġri din l-iskarzezza, il-konsumatur, la għandu l-flus fil-but, jintendi li jħallas aktar biex jikseb dak li jixtieq. Hawn fejn jidħol il-prinċipju ekonomiku ta’ domanda u provista. Irriżultat iwassal għal inflazzjoni.
Il-kumpaniji u negozji, bla dubju li jikkontribwixxu wkoll għall-inflazzjoni. Kumpanija li prodott tagħha jkun mitlub ħafna, anke jekk m’hemmx skarsezza, kultant jogħllu l-prezz sempliċiemnt għax il-klijent ikun lest iħallas l-ammont miżjud biex x'jikseb il-prodott. Kumpanji oħra li jipproduċu prodotti essenzzjali, jistgħu ukoll jaqgħu f’din it-tentazzjoni. Madankollu, dan jista’ jiġi newtralizzat bil-prinċipju tad-dmanda u provista.
Is-suq tal-propjetà
Is-suq tal-propjeta huwa suq li għandu t-tlajja u nżul tiegħu. Jekk l-ekonomija qed tikber u tespandi, u d-domanda għall-propjetà hija għolja, il-prezz tagħha ser jiżdied. L-istess domanda tolqot ukoll materjal ieħor ancillary li jintużaw fl-industrija tal-kostruzzjoni. Id-domanda anke timpatta’ fuq materja bħal ħadidu għodod eċċ... Il-prezz talbini ukoll jista’ jiżdied.
Il-politika fiskali u monetarja ta’ tkabbir
Il-politika fiskali ta’ tkabbir millGvernijiet tista’ żżid l-ammont ta’ dħul diskrezzjonali kemm għan-negozji kif ukoll għall-konsumatur. Jekk gvern inaqqas it-taxxi, in-negozji jistgħu jinfquħ fuq titjib tal-kapital tagħhom, kumpens lill-impjegati, jew espanssjoni li tkun tinħtieġ aktar kiri jew xiri ta’ propjetà. Il-gvern jista’ wkoll jistimula l-ekonomija billi jagħmel investimenti infrastrutturali. Ir-riżultat ikun żieda fid-domanda għal oġġetti u servizzi, li jwasslu għal żidied fil-prezzijiet.
Hekk kif politika fiskali espansjonarja tista’ tixpruna l-inflazzjoni, hekk ukoll tiusta’ ttilef il-politika monetarja. Politika monetarja espansjonali mill-banek ċentrali tista’ tnaqqas ir-rati tal-imgħax. Banek ċentrali bħal riserva federali, jistgħu jbaxxu l-ispiża għall-banek li jsellfu, li jippermetti lill-banek jisilfu aktar flus lin-negozji u lill-konsumaturi. Iż-żeda fil-flus disponibbli fl-ekonomija
tista’ twassal għall-aktar infieq u domanda għal oġġetti u servizzi.
Avalutazzjoni Monetarja
Hafna jifhmu li l-inflazzjoni hija kkawżata minn ħafna flus jiġru wara ftit wisq prodotti. Fi kliem ieħor, il-provvista tal-flus kibret wisq. Skont din it-teorija, il-valur tal-flus huwa suġġett għall-liġi tal-provista u d-domanda li semmejna qabel, bħal kull oġġett ieħor fis-suq. Hekk kif il-provvista tikber, il-valur jinżel. Jekk il-valur tal-flus jonqos, il-qawwa tal-akkwist tagħha tonqos u l-affarijiet isiru relattivament aktar għoljin
Hemm imbgħad it-teaorija tal-kwantità tal-flus, li tista' tiġi mqassra fl-ekwazzjoni tal-kambju, li tgħid li l-provvista tal-flus, immultiplikata bir-rata li fiha jintefqu l-flus fis-sena, hija ugwali għan-nefqa nominali fl-ekonomija. Il-prezzijiet għalhekk jogħlew hekk kif tiżdied il-provvista tal-flus u / jew tiżdied ilveloċità tal-flus minħabba kwatità kostanti ta’ oġġetti fl-ekonomija.
Il-flus jistgħu wkoll jitilfu l-valur minħabba nuqqas ġenerali ta’ fiduċja jew fiduċja fil-flus. Dan jista’ attribwit għall-istabbiltà politika jew nuqqas tagħha.
Kejl tal-inflazzjoni
Hemm ftit metriċi li jintużaw biex titkejjel ir-rata tal-inflazzjoni. Wieħed mill-aktar popolari u komuni huma l-indiċi tal-prezzijiet tal-konsumatur, li jkejjel il-prezzijiet għal basket ta’ oġġetti u servizzi fl-ekonomija, inkluż ikel, karozzi, edukazzjoni, mediċina u rikreazzjoni. Bidliet fil-prezzijiet ta’ dan il-basket, għalhekk, japprossimaw bidliet fil-prezzijiet madwar l-ekonomija kollha. L-indiċi tal-prezzijiet talkonsumatur ħafna drabi huwa l-indikatur ekonomiku tal-għażla wzat għall-kejl tal-inflazzjoni.
Filwaqt li l-indiċi tal-prezzijiet ikejjel il-bidliet fil-prezzijiet għal oġġetti blumnut u oġġetti oħra mħallsa millkonsumaturi, ma jinkludix affarijiet bħal tfaddil u investimenti, u ħafna drabi jeskludi l-infieq minn viżitaturi barrain jew turisti ġewwa pajjiz.
X’qed jagħmel il-Gvern f’pajjiżna?
Ftit tal-jiem ilu ġiet ippublikata stqarrija mill-Ministeru għall-ekonomija li forsi ftit taw każ tagħħa, minkejja li l-effett pożittiv tal-kontenut taggħha qed jolqot b mod pożittiv lill-familji kollha Maltin u Għawdxin. Qed nitkellem dwar il-ftehim li l-Gvern irnexxilu jilħaq fuq l-istabbilita’ tal-prezzijiet ta’ ċertu prodotti.
L-aħħar statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika tikkonferma kemm kien neċessarju u kemm diġà ħalla effett sostanzjali l-patt soċjali “Stabbiltà” li ġie ffirmat f’Jannar li
għadda. Skont l-aħħar statistika l-inflazzjoni matul Frar kienet ta’ 2.3%, tnaqqis ta’ 0.9% meta mqabbla ma’ Jannar ta’ din is-sena. Id-differenza flinflazzjoni bejn Jannar u Frar kienet akbar mid-differenza bejn il-ħames xhur ta’ qabel magħquda flimkien. Dwar il-prezz tal-ikel, l-inflazzjoni bejn Jannar u Frar naqset b’1.2% u dan b’indikazzjoni ċara li l-inizjattiva “Stabbiltà” kienet strumentali f’dan it-tnaqqis.
Minn Settembru tas-sena li għaddiet, filwaqt li l-inflazzjoni fl-Ewropa bdiet nieżla, f’pajjiżna ma niżlitx. Anzi kien hemm perjodi li kienet qed tkompli togħla. Għaldaqstant inbeda eżerċizzju sabiex jiġu identifikati dawk il-prodotti li l-prezz tagħhom kien qiegħed ivarja mhux skont dak Ewropew. Iddiskussjonijiet mas-settur privat waslu għall-inizjattiva “Stabbiltà”, it-tielet patt soċjali fi ftit snin.
Wara li l-inizjattiva “Stabbiltà” bdiet xahar ilu qed naraw l-inflazzjoni filprezzijiet tal-ikel reġgħet bdiet tonqos u tersaq lejn il-medja Ewropea. Minn data miġbura mill-Eurostat, l-istatistika uffiċjali tal-Unjoni Ewropea turi li fost l-aktar prodotti tal-ikel li raw tnaqqis flinflazzjoni kien hemm evidenti diversi prodotti fl-inizjattiva “Stabbiltà” fosthom il-kafé, marġerina, tonn taż-żejt u ħaxix iffriżat fost l-oħrajn. Rigward il-prezz tal-kafé, filwaqt li madwar l-Ewropa, ilu nieżel għal aktar minn sena, f’Malta wara s-sajf beda jogħla u laħaq rata ta’ sitt darbiet aktar mill-medja Ewropea. Fi Frar ir-rata ta’ inflazzjoni tal-kafé f’pajjiżna naqset minn 15.6% għal 6.5% u ġiet ferm eqreb il-medja Ewropea.
Fil-każ tal-ħaxix iffriżat, it-tendenza tal-prezzijiet f’Malta marret kontra dik madwar l-Ewropa tant li mentri f’pajjiżna l-prezz kompla jogħla, fil-pajjiżi madwarna kienu qed jimmoderaw. Wara d-dħul ta’ “Stabbiltà”, l-inflazzjoni ta’ dawn il-prezzijiet naqset minn 14% għal 7%, u resqet ferm qrib ir-rata flUnjoni Ewropea.
“Stabbiltà” wasslet ukoll għal bidla sostanzjali fil-prezzijiet tal-ħut
ipproċessat, speċjalment it-tonn tażżejt. Wara l-introduzzjoni tal-iskema, l-inflazzjoni f’pajjiżna mid-doppju talmedja Ewropea, daret għal sitwazzjoni fejn il-prezz huwa anqas minn dak li kien sena qabel. B’hekk is-sitwazzjoni ġiet saħansitra aħjar minn dik fl-Ewropa
Fil-każ ta’ prodotti taċ-ċereali, l-andament f’pajjiżna baqa’ jsegwi dak fl-Ewropa, ħlief minn Novembru ’l quddiem, fejn il-prezzijiet kienu bdew jaċċelleraw bil-kontra tal-bqija talEwropa. Wara “Stabbiltà”, l-inflazzjoni naqset minn 13% għal anqas minn 8% f’xahar wieħed biss.
Prodott ieħor fil-lista ta’ prodotti taħt l-inizjattiva “Stabbiltà” li jidher ċar l-impatt huwa fil-każ tal-prezz talmarġerina. Mentri madwar l-Unjoni Ewropea l-inflazzjoni naqset b’mod qawwi tant li ġiet taħt dik f’Malta wara Lulju, f’pajjiżna r-rata tal-inflazzjoni mhux talli naqset imma talli żdiedet. Minn Frar l-inflazzjoni f’dan il-prodott hawn Malta naqset minn 9.2% għal -4.8%. Anke hawn issa t-tendenza ġiet bħal dik madwar l-Ewropa
Barra minn hekk din l-inizjattiva ħalliet impatt anke fuq prodotti oħra tal-ikel li mhumiex fl-inizjattiva. Dwar dan irrappurtat anke l-Aġenzija tal-Kreditu Fitch fejn qalet li din l-inizjattiva waslet għal kompetizzjoni bejn prodotti talikel oħra u għalhekk mistennija tkompli twassal għal aktar roħs fil-prezzijiet.
Huwa evidenti li għal darb’ oħra, dan il-Gvern qed jerġa jkun tarka għallhaddiema u l-familji, dan minbarra ż-żidiet fil-COLA fil-paga minima, filpensjonijiet, fiċ-childrens’ allowance u ċekkijiet ta’ stimulu, is-sussidju l-kontijiet tal-enerġija u l-assistenza lillbdiewa u s-sajjieda kontra l-prezzijiet għoljin internazzjonali. Dan kollu biex kulħadd ikun parti mis-suċċess ekonomiku ta’ pajjiżna.
“L-isfida tat-tibdil fil-klima hi responsabbiltà kollettiva”
- Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja
“Nemmen bis-sħiħ li l-indirizzar tat-tibdil fil-klima hi responsabilità kollettiva u mhux ta’ individwu wieħed. Hi r-responsabiltà tal-Gvern, trade unions, ħaddiema, settur privat, komunitajiet u NGOs. Il-mira li sal-2050 inkunu ħlisna mid-dijossidju tal-karbonju teħtieġ l-impenn ta’ kull ċittadin, negozju, istituzzjoni biex jittieħdu azzjonijiet sinjifikanti lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju.”
Iddikjara dan is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union Josef Bugeja f’intervent li għamel waqt konferenza bit-tema “ClimateON: Today’s Legacy”. Il-konferenza ġabret il-parteċipazzjoni ta’ stakeholders minn oqsma differenti fosthom akkademiċi, xjentisti, is-settur pubbliku, is-settur privat, l-imsieħba soċjali, żgħażagħ u għaqdiet.
Fir-rimarki tiegħu, Josef Bugeja enfasizza li issa huwa l-waqt li nieħdu azzjoni u li ma nistgħux nistennew aktar. Huwa ddeskriva l-ħolqien tal-Awtorità dwar it-Tibdil fil-Klima bħala pass importanti madanakollu jeħtieġ li dak li għandna nagħmlu, nagħmluh malajr.
“Kull persuna tista’ tagħmel differenza billi tadotta prattiċi sostenibbli fil-ħajja tagħha ta’ kuljum, bħat-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija, l-appoġġ ta’ inizjattivi għal enerġija rinovabbli u l-promozzjoni ta’ politiki favur l-ambjent,” kompla jgħid is-Segretarju Ġenerali tal-GWU.
“Billi nrawmu kultura ta’ amministrazzjoni ambjentali u ninkoraġġixxu parteċipazzjoni mifruxa, nistgħu naħdmu flimkien biex intaffu l-effetti tat-tibdil fil-klima u noħolqu futur aktar sostenibbli għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.”
Is-Sur Bugeja qal ukoll li jemmen li l-irwol talAwtorità għandu jkun li sservi bħala direzzjoni għall-Ministeri kollha biex it-tibdil fil-klima jiġi integrat fis-setturi kollha tat-tfassil tal-politika tal-gvern, inkluż l-iżvilupp ekonomiku, l-ippjanar urban, l-agrikoltura u t-turiżmu.
Dan jiżgura li l-azzjoni klimatika tiġi integrata fl-aspetti kollha tal-governanza u t-teħid tad-deċiżjonijiet. Huwa tkellem ukoll dwar it-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar ħadra u
ekoloġika u sostna li din tista’ toħloq opportunitajiet ġodda għat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi ġodda filwaqt li tnaqqas l-emissjonijiet tal-karbonju.
Malta tista’ tappoġġja l-iżvilupp ta’ industriji ħodor bħall-enerġija rinnovabbli, it-turiżmu sostenibbli, u l-agrikoltura favur l-ambjent permezz ta’ inċentivi ta’ politika u investiment. Però enfasizza li jeħtieġ tranżizzjoni ġusta li ħadd ma jibqa’ lura.
“Flimkien nistgħu naslu però jeħtieġ li nibdew nieħdu azzjoni illum” Is-Sur Bugeja qal li l-unjin qiegħda tipproponi pjan komprensiv u ħolistiku għal tranżizzjoni ġusta għall-ħaddiema, li tiżgura li l-bidla f’industriji ġodda u sostenibbli filwaqt li jissalvagwardjaw l-għajxien u d-dinjità tal-ħaddiema”.
“Nemmnu li għandna nipprijoritizzaw taħriġ għall-ħaddiema f’ħiliet godda u titjieb, imfassla għal rwoli ġodda li ser
jinħolqu bħall-enerġija rinnovabbli, itteknoloġija ekoloġika u l-konservazzjoni.
Permezz ta’ kollaborazzjoni ma’ unjins, gvernijiet u negozji, aħna rridu li f’din it-tranżizzjoni ħadd ma jaqa’ lura, tkun waħda inklużiva li tagħti s-setgħa lill-ħaddiema, ittaffi d-disparitajiet ekonomiċi, u twitti t-triq għal futur aktar ekwu u sostenibbli.”
Tenna jgħid li ż-żieda fl-għarfien pubbliku dwar l-impatti tat-tibdil fil-klima u l-importanza tal-azzjoni klimatika hija kruċjali. Għalhekk enfasizza fuq il-bżonn li jkun hemm kampanji edukattivi kontinwi mmirati lejn l-iskejjel, il-komunitajiet, innegozji u l-ħaddiema dwar kif jistgħu jikkontribwixxu biex irawmu kultura ta’ sostenibbiltà u jinkoraġġixxu lill-individwi jadottaw prattiki li ma jagħmlux ħsara lillambjent. “Flimkien nistgħu naslu però jeħtieġ li nibdew nieħdu azzjoni illum,” temm jgħid is-Segretarju Ġenerali talGWU.
Investiment fl-infurzar għaż-żamma tal-indafa fil-lokalitajiet
Madwar 50 żona pubblika fil-lokalitajiet tar-Reġjun Port li kienu suxxettibbli għar-rimi illegali tal-iskart, issa ġew mgħammra b’kameras tas-sigurtà. Dan
ġie mħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet mis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli flimkien mal-President tal-Kunsill Reġjonali tal-Port Paul Farrugia.
Is-sistemi tal-kameras tas-sigurtà ġew ffinanzjati millKunsill Reġjonali Port, sabiex jassistu lill-kunsilli lokali fi ħdan ir-Reġjun fiż-żamma tal-indafa ta’ dawn il-11 illokalità. Is-sistemi tas-sigurtà huma kollha konnessi mas-sistemi ta’ monitoraġġ tal-Aġenzija LESA sabiex ikomplu jsaħħu l-monitoraġġ u l-infurzar fuq rimi ta’ skart illegali.
Fid-diskors tagħha, is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli faħħret l-inizjattiva u l-impenn talKunsill Reġjonali tal-Port li ħejja pjan sostenibbli sabiex jindirizza l-isfida tal-lokalitajiet tal-Port b’mod li jikkumplimenta mezzi oħra ta’ infurzar. Hija elenkat li dan l-investiment f’aktar infurzar kien importanti, wara li fl-2023 il-kunsilli reġjonali bdew jamministraw il-ġbir tal-iskart domestiku fuq bażi reġjonali u skont l-iskeda nazzjonali tal-ġbir tal-iskart.
“L-infurzar tal-liġijiet kontra r-rimi illegali tal-iskart huwa essenzjali għall-protezzjoni tal-ambjent li ngħixu fih, issaħħa pubblika u l-kwalità tal-ħajja tal-komunità kollha,” saħqet is-segretarju parlamentari.
L-erbgħa żoni li ġew installati l-kameras fil-Belt Valletta jinkludu ż-żona tal-Kamrata, Triq il-Merkanti kantuniera ma’ Triq it-Tramuntana, Triq San Nikola kantuniera ma’ Triq San Pawl u Triq il-Fran kantuniera ma’ Triq San Duminku.
Is-Sindku tal-Belt Valletta Alfred Zammit qal li l-installazzjoni ta’ aktar sistemi tas-sigurtà għallmonitoraġġ u l-infurzar fuq rimi ta’ skart illegali ser jissarrfu f’Belt aktar nadifa u sabiħa, kemm għarresidenti u dawk kollha li jżuru l-Belt Kapitali.
Il-President tal-Kunsill Reġjonali tal-Port Paul Farrugia qal li r-Reġjun Port impenjat li jkompli jaħdem u jassisti lill-kunsilli lokali fi ħdanu sabiex jindirizzaw sfidi li jistgħu jkunu ta’ deterrent għall-kwalità tal-ħajja tar-resident. “Wieħed mill-għanijiet primarji tagħna huwa li nagħtu kwalità ta’ ħajja aħjar, kemm lir-residenti kif ukoll lil kull min iżur il-lokalitajiet fi ħdan ir-Reġjun,” saħaq is-Sur Farrugia.
Għal din il-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm preżenti diversi sindki tal-lokalitajiet fi ħdan il-Kunsill Reġjonali tal-Port.