Ekonomija Frar 2024

Page 1

#28

10 ta' Frar 2024

Interviata mal-eks Prim Ministru Joseph Muscat p2 | Introduzzjoni ta’ skema bħal din hija f ’waqtha p3

L-ISFIDA FIL-PREZZIJIET TAL-IKEL F'MALTA

Nota mill-Edituri

Omar Vella

Nirayl Grech

L

-inflazzjoni qed tonqos kemm fiż-Żona Ewro u kif ukoll f’pajjiżna. Dan ġie kkonfermat f’artiklu miktub mid-Deputat Gvernatur talBank Ċentrali, li qal li, filwaqt li l-inflazzjoni qed tonqos kemm fiż-Żona Ewro u anke f’pajjiżna, ġie nnotat li, mit-tielet kwart tal-2023 ’il quddiem, l-inflazzjoni fil-prezz tal-ikel f’pajjiżna bdiet tiddevja minn dik fi prodotti u servizzi oħrajn. Sa Settembru li għadda, l-andament tal-prezzijiet f’Malta kien jixbaħ ħafna dak ta’ Ċipru u tal-Italja. Waqt li minn hemm, imbagħad, l-inflazzjoni fl-oġġetti tal-ikel naqset bi 2.5% fl-Italja u saħansitra b’4.9% f’Ċipru, f’Malta din naqset b’0.5%. Minkejja dawn l-eventwalitajiet iżda, dan l-aħħar f’pajjiżna iddaħħlet fis-seħħ bi ftehim bejn il-Gvern, l-importaturi u sidien ta' ħwienet, skema li l-għan tagħha hu li minbarra roħs filprezz ta' ċertu prodotti, jkun hemm ukoll stabbiltà fil-prezzijiet tal-ikel almenu sal-Budget li jmiss. Din l-inizjattiva flimkien ma’ miżuri oħra hija intenzjonata li sserraħ moħħ il-familji Maltin u Għawdxin, li għad-disa’ xhur li ġejjin, il-prezzijiet ta’ aktar minn 400 prodott essenzjali minn 15il kategorija differenti mhumiex se jogħlew u se jibqgħu stabbli. Wieħed mill-aktar ekonomisti Amerikani rinomati, John Kenneth, kien qal li fl-ekonomija tas-suq il-prezz offrut jingħadd biex jiġi prodott ir-riżultat mixtieq. Filwaqt li nemmnu li l-kompetizzjoni għandha l-vantaġġi tagħha, b'danakollu, jekk is-suq jitħalla jsuq waħdu u għal riħu jaf iħalli konsegwenzi serji l-iktar fuq dawk vulnerabbli għax jista' joħloq ġungla fil-prezzijiet. Jekk jiġri hekk ikompli jitnaqqar il-'purchasing power' tal-familji fil-gżejjer tagħna.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.