Nota mill-Edituri
L-ekonomija tibqa' primarja fuq l-aġenda tal-Gvern bl-implimentazzjoni tal-viżjoni ekonomika tiegħu għal l-għaxar snin li ġejjin, kif ukoll bl-istrateġija tiegħu għas-settur finanzjarju.
Tibqa’ primarja għax il-pajjiż għandu bżonn jikkonsolida n-niċeċ ekonomiċi fejn pajjiżna jeċċella kif ukoll jiddiversifika f'setturi ġodda li jistgħu jiġġeneraw nifs ġdid u jiġbed investiment barrani.
Tibqa’ primarja ukoll għax ilkriżi internazzjonali u l-impatt tagħha fuq pajjiżi ġirien kif ukoll Malta ma kienx żgħir. Fuq kollox però l-ekonomija tibqa’ primarja għax l-inflazzjoni baqgħet tippersisti jekk mhux ukoll tikber bl-impatt inevitabbli li għandha fuq il-konsumatur li jħossha kull meta jmur jixtri l-bżonnijiet primarji tiegħu, kull meta joħroġ jiekol u kull meta jħallas l-kera. Ikunu żbaljat ngħidu li l-Gvern baqa passiv f'dan il-mument partikolari.
Attwalment kemm din is-sena, kif ukoll is-sena li għaddiet ilGvern Malti għamel investiment mal-biljuni tal-ewro bil-għan li l-prezzijiet tal-enerġija, tal-fjuwils u tal-gass, fost l-oħrajn, sabiex jibqgħu stabbli. Dan ifisser li minn Frar tas-sena li għaddiet, il-kontijiet kollha relatati mal-enerġija baqgħu l-istess, bħal ma kienu qabel ma bdiet il-gwerra fl-Ukrajna.
Ikunu żbaljati jekk ngħidu hekk ukoll għax l-sforz tiegħu f'setturi speċifiċi tal-ekonomija huma evidenti.
Pero’ jkun korrett ukoll ngħidu li hemm hafna aktar x'jista jagħmel il-Gvern biex jikkontolla l-abbuż fil-prezzijiet. Hemm ħafna aktar x'jista jagħmel biex jistimola ekonomija aktar vibranti u proattiva. Hemm ħafna aktar x'jista’ jagħmel biex ma jħarisx l-għajxien ta' kull wieħed u waħda minnha mhux biss fl-immedjat imma anke fis-snin li ġejjin
#24 22 ta' Lulju 2023
Nirayl Grech
“Irridu nġeddu setturi ekonomiċi preżenti f’pajjiżna...” p3 | “Li l-ħajja għoliet mhux perċezzjoni imma realtà” p7
? ?
Omar Vella
L-ISPEJJEŻ MOĦBIJA ASSOĊJATI
MAL-ĦADDIEMA
BARRANIN
Ħaddiema barranin jistgħu jipprovdu diversi benefiċċji lin-negozji u lill-ekonomiji, bħall-iffrankar tal-ispejjeż, id-diversifikazzjoni talħiliet, u l-flessibbiltà ta’ kif isir ix-xogħol. Madankollu, hemm ukoll spejjeż assoċjati mal-impjieg ta’ ħaddiema barranin li n-negozji u s-socketa’ in generali għandhom jikkunsidraw.
Xi wħud minn dawn l-ispejjeż huma pjuttost ovvji bħall-ostakli lingwistiċi u kulturali u l-integrazzjoni. Hemm spejjez ukoll relatati mar-riżorsi u l-infrastruttura tal-pajjiż. Madankollu, fl-opinjoni tiegħi, l-aktar spiża sinjifikanti li ħafna drabi tiġi injorata, hija dik relata mal-progress fit-tul u l-viżjoni strateġika u ekonomika tal-pajjiż.
Kif nafu lkoll, Malta hija gżira żgħira filMediterran, b'densità ta' popolazzjoni estremament għolja u riżorsi naturali limitati li jagħmluna niddependu ħafna fuq itturiżmu, li minnu nnifsu diga jitfa pressjoni fuq il-pajjiz ghax jkabbar il-popolazzjoni.
Jidher car, li l-istress fuq l-infrastruttura talpajjiz minħabba iz-zieda fil-popolazzjoni, jitlob li Malta tibdel mill-aktar fis il-mudell ekonomiku taghha. Dan ifisser li d-direzzjoni strateġika ta’ Malta għandha tiffoka fuq iżżieda fil-produttività u l-użu ta’ teknoloġiji ġodda u aktar effiċjenza
Madankollu, nemmen li qed nillimitaw iċ-ċansijiet tagħna li niksbu dan kollhu billi qeghdin nistrieħu fuq iz-zieda ta’ ħaddiema barranin. Ippermettuli nispjega. Għalkemm m'hemmx statistika xierqa, mhuwiex sigriet li l-maġġoranza talħaddiema barranin jokkupaw impjiegi baxxi u huma kkumpensati b'pagi relattivament baxxi. Bħala riżultat, in-negozji lokali qed isibu aktar faċli biex jirreklutaw ħaddiema barranin milli jinvestu f'teknoloġija ġdida. Dan iwassal ukoll għal effetti sekondarji li jirriżultaw f’aktar impjiegi li jinħolqu biex iservu d-domanda miżjuda għal oġġetti bażiċi, iżda ħalli ma nikkumplikawx l-affarijiet u nħallu dan il-punt għal artiklu ieħor.
Il-punt l-ieħor li għamilt hawn fuq jirrigwarda l-produttività. F'termini sempliċi ħafna, il-produttività tirrelata mal-valur miżjud li kull impjegat jipproduci fil-pajjiz.
Kif wieħed jistenna li l-produttività għal kull ħaddiem tiżdied iktar ma l-ħaddiem ikollu għarfien u esperjenza. L-istatistika turi li it-tibdil f’ħaddiema barranin huwa ogħla mit-tibdil għall-ħaddiema lokali. Dan huwa enfasizzat aktar mill-istatistika relatata malpopolazzjoni.
Fl-2021 u fl-2022, il-popolazzjoni barranija totali kienet tammonta għal 102k u 123k rispettivament. Dawn il-figruri wiehed jista jasal ghalihom mic-ċifra tal-immigrazzjoni ta' 33k u ċifra ta l-emigrazzjoni ta' 12k. Fl2021, il-ħaddiema barranin totali ammontaw għal 78K jew 76% tal-popolazzjoni barranija totali. Iċ-ċifri tal-impjiegi tal-2022 għadhom mhumiex ippubblikati iżda jekk nassumu li l-istess perċentwali tal-2021 għadhom hemm fl-2022, l-ammont totali ta’ haddiem barranin kieu jammontaw għal ftit inqas minn 94k. Dan ifisser li ż-żieda fil-ħaddiema barranin bejn l-2021 u l-2022 kienet tammonta għal 16k iżda ħaddiema barranin ġodda totali ammontaw għal 25k hekk kif madwar 9k ħaddiem barrani telaq min Malta.. Għalhekk, mill-ammont ta’ haddiem barranin attwali (94k), aktar minn 25k ilhom impjegati f'Malta għal inqas minn sena li jammonta għal 27%. Dan huwa persentaġġ estremament għoli peress li jkun diffiċli ħafna għan-negozji u l-pajjiż inġenerali li jżid l-produttività tiegħu jekk ikollu kontinwament jissostitwixxi l-ħaddiema tiegħu b’oħrajn ta’ inqas esperjenza.
Biex isir paragun bejn nies tal-lokal u barranin, fl-2022, 12% tal-barranin kollha telqu mill-pajjiż meta mqabbla ma’ 0.2% biss tan-nies tal-lokal. Fl-aħħar nett, nixtieq nikkonkludi li l-haddiema barranin kienu kruċjali għat-tkabbir ekonomiku ta’ Malta, madankollu, jeħtieġ li nbiddlu l-mudell ekonomiku tagħna peress li mhux sostenibbli fit-tul.
2 EKONOMIJA | 22 ta’ Lulju 2023
KURT MUSCAT Advisory Services - EMCS
“IRRIDU NĠEDDU SETTURI EKONOMIĊI PREŻENTI F’PAJJIŻNA U NSIBU NIĊEĊ
ĠODDA EKONOMIĊI”
IL-MEMBRU PARLAMENTARI DARREN CARABOTT DWAR L-EKONOMIJA F’PAJJIŻNA
Dan intqal mill-Membru Parlamentari
Darren Carabott f’intervista li kellu ma’ dan il-ġurnal, fejn irrimarka li madwar għaxar snin ilu Malta infetħet għas-settur finanzjarju, tal-gaming, tal-avjazzjoni u tal-farmaċewtika. Huwa enfasizza li dawn is-setturi huma importanti ħafna u li hemm bżonn l-Gvern ikompli jaħdem sabiex inkomplu nkabbru dawn is-setturi minħabba l-fatt li joħolqu xogħol ta’ kwalità.
F’Malta qed ikollna diversi investimenti anke dawk barra minn xtutna. F’dan irrigward, id-Deputat Parlamentari qal li bħalissa għandna numru ta’ investaturi u intrapriżi Maltin liqegħdin ikabbru l-prodott tagħhom barra mill-pajjiż. Hawnhekk, Carabott enfasizza dwar ilfatt li jekk ikollok servizz jew prodott Malti li jagħmel suċċess barra minn xtutna mhux biss iwassal għal tkabbir flinfluwenza u fl-ekonomija Maltija, imma jwassal ukoll sabiex il-Maltin jingħataw
Malta huwa ikkunsidrat bħala pajjiż żgħir meta kkumparat ma’ pajjiżi oħra madwar id-dinja. Għalhekk minħabba li pajjiżna huwa ċkejken, din tagħmilna kemmxejn diffiċli li nikkompetu ma’ pajjiżi oħra fil-qies tal-ekonomija. Huwa għalhekk importanti li kull individwu jemmen fl-innovazzjoni sabiex b’hekk jinstabu aktar niċeċ ġodda ekonomiċi.
opportunitajiet li jikbru barra minn pajjiżna wkoll.
Huwa żied jgħid; “Għalhekk Malta għandha bżonn li terġa’ tikseb reputzzjoni mill-aħjar fuq skala internazzjonali. L-ewwelnett għax irridu nibqgħu nieħdu ħsieb l-investimenti barrani li jsir f’pajjiżna, u dan billi jkollna qafas regolatorju b’saħħtu pero’ fl-istess waqt effiċjenti, sempliċi sabiex tinvesti u pakkett attraenti għall-investimenti”.
Semma wkoll li reputazzjoni tajba tista’ twassal sabiex l-investituri u intrapriżi Maltin isibuha aktar faċli li jidħlu fi swieq internazzjonali.
Għal Carabott, iż-żewġ setturi li storikament kellhom u għad għandhom saħħa kbira minħabba l-qagħda ġeograika huma s-setturi tal-marittimu u tat-turiżmu.
Il-Membru Parlamentari qal li dawn is-setturi jiddependu fuq l-influwenza
Maltija barra minn xtutna. Qal ukoll li jemmen bis-sħiħ li f’dawn is-setturi hemm opportunitajiet kbar iżda jista’ jagħti l-każ li m’aħnex nisfruttaw biżżejjed il-kapaċtajiet u li hemm iktar spazju fejn dawn għandhom jikbru.
Wieħed mis-setturi li kien parti integrali mill-ekonomija f’pajjżna kien is-settur tal-kostruzzjoni. Fuq dan s-settur partikolari, il-Membru Parlamentari Darren Carabott qal li dan is-settur huwa weħed important, b’mod speċjal għaliex huwa ħolq importantiminn katina li tiġbed miegħu numru ta’ prodotti u servizzi. Fuq l-istess settur, Carabott qal “Il-kostruzzjoni kabbar indirettament numri ta’ swieq oħra differenti. Għalhekk il-Partit Nazzjonalista dejjem insistejna sabex inħarsu lejn dan is-settur, filwaqt li indaħħlu liġijiet li jassguraw aktar regolamenti għall-iżvilupp sigur u sostenibbli”.
Hawnhekk għamel referenza dwar il-
fatt li s-settur tal-kostruzzjoni għandu l-kapaċita’ li jekk ma jġiex regolat u imbuttat fid-direzzjoni t-tajba ta’ sostenibbilita,dan kapaċi jtellef numru ta’niċeċ ekonomiċi oħra. Irrefera għal bini bħala forma ta’ espressjoni tal-kultura u tal-popolazzjon li bnietu.
Meta mstoqsi dwar xi jħoss li għandhom ikunu l-punti ewlenin sabiex l-ekonomija Maltija tkompli tikber, Darren qal li l-kbar punt mhuwiiex biss sabiex l-ekonomija tkompli tkber, imma l-fatt li din trid tibda tinħass min-nes li qegħda verament tikber.
F’dan ir-rigward, huwa żed jgħid li hemm bżonn li l-ekonomija Maltija. tagħmel mxja lejn tkabbir b’opportunitajiet ta’ xogħol ta’ kwalità li jwasslu għa kwalità ta’ ħajja aħjar.
Carabott temm jgħid li bil-limitazzjoni ta’ art li għandna, ma nistgħux nibqgħu nħarsu lejn ekonomija li tikber bin-numri.
3 22 ta’ Lulju 2023 | EKONOMIJA
Nirayl Grech
Onor. Darren Carabott
Insaħħu s-sigurtà fit-toroq
X’għamilna?
Żieda fl-infurzar u l-ispezzjonijiet fit-toroq
Introduċejna multi eħrex
Qed inwaqqfu Kummissjoni
Investigattiva għas-Sigurtà fit-Trasport
Saħħaħna d-direttorat fi ħdan
Transport Malta
Ninkludu s-sigurtà fit-toroq
bħala parti mill-kurrikulum
Nintensifikaw il-kampanji edukattivi
Jisaħħaħ l-irwol tal-Kunsill għasSigurtà fit-toroq
Se nintroduċu tests għal għarrieda kontra d-droga
4 EKONOMIJA | 22 ta’ Lulju 2023 10 | Il-Ħadd 16 ta’ Lulju 2023
754,258 PASSIĠĠIER
F'Ġunju fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta
Ix-xahar ta’ Ġunju kien it-tielet xahar konsekuttv li mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta għaddew aktar minn 700,000 passiġġier. Filfatt, f’Ġunju ta’ din is-sena ġew irreġistrati li għaddew 754,258 passiġġier.
Fi stqarrija l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qal li fid-29 ta’ f’Ġunju għaddew iżjed minn 30,000 passiġġier hekk kif eluf ħadu vantaġġ minn tmiem il-ġimgħa twil li ħabat eżatt mat-tmiem tas-sena akkademika għal diversi istituzzjonijiet edukattivi f’Malta.
L-akbar suq jibqa’ dak Taljan hekk kif ikkontribwixxa għal kważi 25% talmoviment tal-passiġġieri.
L-ammont ta’ passiġġier li għaddew ifisser żieda sostanzjali ta’ 4.5 fil-mija fuq il-moviment tal-passiġġieri rreġistrat fl-istess xahar tal-2019
Filwaqt li l-postijiet disponibbli fuq it-titjiriet qabżu dawk tal-2019 b’1.8 filmija, seat load factor ta’ 873,580 fisser ukoll żieda minn 84.1 fil-mija f’Ġunju 2019 għal 86.3 fil-mija matul ix-xahar li għadda.
L-aktar ħamest iswieq importanti tista’ tgħid li baqgħu l-istess bħal dawk tas-sena li għaddiet. L-Italja żammet postha bħala l-aktar suq importanti li kkontribwixxa għal 24.5 fil-mija tal-moviment tal-passiġġieri, segwit mir-Renju Unit, il-Ġermanja, li reġgħet sabet postha bħala t-tielet l-aktar destinazzjoni importanti, Franza u Spanja.
5 22 ta’ Lulju 2023 | EKONOMIJA
Riformi li se jbiddlu drastikament is-settur tal-bini u l-kostruzzjoni
F’dawn l-aħħar ġimgħat f’pajjiżna ħassejna kommossjoni fuq livell nazzjonali lejn il-karba ta’ omm li tilfet lil binha f’inċident fatali fuq il-post tax-xogħol. Mara li bil-kuraġġ u d-determinazzjoni tagħha waslet appell b’saħħtu lill-ogħla istituzzjonijiet tal-pajjiż biex issir ġustizzja ma’ binha, Jean Paul Sofia. Karba li żgur ma waqgħetx fuq widnejn torox u li wasslet għat-twaqqif ta’ inkjesta pubblika mill-Prim Ministru Robert Abela, biex hekk kif wiegħed lil din il-familja, issir ġustizzja u ssir malajr kemm jista’ jkun.
Fid-dawl ta’ dan kollu, ma nistgħux ma nsemmux irrealtajiet preżenti tas-settur tal-bini u l-kostruzzjoni, settur li kulħadd jaqbel li huwa wieħed importanti ferm għall-andament ekonomiku tal-pajjiż Dan huwa wkoll settur li għal deċenji sħaħ ma rax fih l-ebda tiġdid u li ħalla fih lok ta’ bosta abbużi li rriżultaw f’numru konsiderevoli ta’ inċidenti, traġedji u fatalitajiet. Ma’ xi wħud saret ġustizzja iżda ma’ ħafna oħrajn għad hemm stennija li ilha tkaxkar għal diversi snin. Sitwazzjoni li filpoplu qajmet xejn ħlief rabja lejn settur li jifforma parti essenzjali mill-ekonomija ta’ pajjiżna.
Iżda nkunu qed nonqsu jekk nsemmu dawn ir-realtajiet u ma nsemmux ir-riformi li qed jintroduċi l-Gvern ta’ Robert Abela biex fis-settur tal-bini u l-kostruzzjoni, jkun hemm aktar responsabbiltà, aktar serjetà u fuq kollox, qabża fil-kwalità. Riformi konkreti u kuraġġużi li se jwettqu bidliet drastiċi f’dan is-settur li tħalla għal rieħu għal ħafna snin mingħajr l-ebda regolamentazzjoni ta’ xejn. Bl-introduzzjoni tal-liċenzjar tal-kuntratturi floqsma tal-iskavar, tat-twaqqigħ u l-bini, il-messaġġ se jkun wieħed, u wieħed ċar – kull min se jikseb liċenzja għandu żewġ għażliet – jew jimxi mar-regoli jew jitlef l-liċenzja u ma jitħalliex ikompli jopera. Min ma japplikax għal liċenzja, mhux se jitħalla jaħdem.
Hawn irrid nimmarka li la darba din ir-riforma tiġi implimentata fit-totalità tagħha, se tkun xejn inqas minn riforma kbira fis-settur tal-bini u l-kostruzzjoni. Wieħed isemmi biss li l-unika liċenzja eżistenti f’dan is-settur hija dik tal-bennejja li ilha teżisti mis-seklu dsatax. Sa din il-ġimgħa stess, il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar, Stefan Zrinzo Azzopardi ħabbar ilpubblikazzjoni tal-Avviż Legali li bih se jibda l-proċess tal-liċenzjar tal-kuntratturi fil-jiem li ġejjin.
Dan wara li fix-xhur li għaddew saret konsultazzjoni pubblika mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni li fiha pparteċipaw mijiet ta’ nies involuti fis-settur. Proċess ta’ konsultazzjoni fejn anke il-partijiet kollha kkonċernati ingħataw l-opportunità f’diversi laqgħat li jaqqsmu l-ħsibijiet tagħhom biex b’mod kollettiv, tiġi ppreżentata din ir-riforma.
Din mhux l-uniku riforma li se tidħol fis-seħħ. Filbidu ta’ Ġunju ta’ din is-sena ġiet fi tmiemha wkoll l-konsultazzjoni pubblika dwar l-Att Ġdid dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Liġi ġdida li se twassal għal ristrutturar fl-Awtorita għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, l-OHSA, sabiex jiġi introdott Tribunal Amministrattiv li jisma’ reati ta’ natura żgħira u b’hekk, titnaqqas id-dipendenza fuq il-Qrati. Dan bil-
għan ewlieni li tissaħħaħ aktar il-kultura favur is-saħħa tal-ħaddiem u jkun hemm rikors aktar mgħaġġel għal ġustizzja.
Il-ħidma ma bdietx ilbieraħ. Għal kuntrarju ta’ kif qed tipprova talludi l-oppożizzjoni, il-Gvern kien proattiv bir-riformi proposti fis-settur tal-bini u l-kostruzzjoni. L-istess Ministru Zrinzo Azzopardi, fid-diskors tiegħu dwar il-miżuri tal-budget f’Novembru 2022 kien digà ħabbar li t-taħdidiet dwar il-liċenzjar tal-kuntratturi kienu wasslu fi tmiemhom – xahar qabel il-mewta traġika taż-żgħażugħ Jean Paul Sofia. Huwa għalhekk evidenti li min ikeskes u min ixerred il-firda, qatt ma jista’ jkollu intenzjoni tajba.
Irridu naraw minn fejn tlaqna u fejn irridu nasslu. Inħoss u diġà jidher ċar, li t-triq li qed naqbdu hija tajba u se twassal biex dan is-settur jissaħħaħ f’kull stadju tiegħu, mill-ippjanar sal-iżvilupp. Proċess li se jissalvagwardja lil ħaddiema, Maltin u barranin, li jaħdmu f’dan is-settur u li jikkastiga lil dawk li, sforz ir-regħba u n-nuqqas ta’ serjetà, jipperikolaw il-ħajja ta’ ħaddieħor jew jipproduċu strutturi ta’ kwalità inferjuri.
6 EKONOMIJA | 22 ta’ Lulju 2023
Marija Sara Vella Gafà – Kandidata tal-Partit Laburista għall-Parlament Ewropew u Sindku tal-Gudja
“Li l-ħajja għoliet mhux perċezzjoni imma realtà”
- Il-Membru Parlamentari Alex Borg
Realtà li pajjiżna qed ngħixu kuljum kawżata primarjament mill-inflazzjoni li baqgħet tippersisti. Iva, għax xhur ilu kien intqal li sa bħal dan iż-żmien l-inflazzjoni kellha terġa’ tiġi lura għan-normal. Dan ma seħħx. Filfatt statistika proviżorja dwar l-inflazzjoni turi li għax-xahar ta’ Ġunju l-inflazzjoni kellha rata ta’ 5.5 filmija, li tfisser tnaqqis ta’ 0.6 fil-mija mix-xahar ta’ qabel. Rata li hi meqjusa għolja u trid titbaxxa ferm aktar biex tkun aċċettabbli. Minħabba din ir-rata għolja ta’ inflazzjoni, il-banek qed jibqgħu għaddejjin bil-pjani li jkomplu jżidu ir-rati ta’ interessi, bil-konsegwenzi kollha li dan iġib miegħu.
Inflazzjoni li qed tirrifletti ruħha f’żieda konsiderevoli fil-prezzijiet. Ċifri tal-NSO juru li l-prezzijiet għal djar privati żdiedu b’7.11 fil-mija fuq Frar tal-2022. L-ogħla rati ta’ inflazzjoni annwali fi Frar 2023 kienu rreġistrati fid-djar (14.27 fil-mija) u fl-ikel (12.19 fil-mija). Min-naħa l-oħra, l-inqas rati ta’ inflazzjoni annwali kienet reġistrata fl-ilma, elettriku, gass u fjuwils (xejn) u trasport u komunikazzjoni (1.96 fil-mija).
Madankollu, huwa l-ikel li ħoloq l-akbar żieda fl-indiċi (+2.62 punti perċentwali). It-tieni u t-tielet l-akbar impatt tkejjel fl-indiċi tad-djar (+1.13 punti perċentwali) u l-indiċi l-oħra ta’ oġġetti u servizzi (+0.65 punti perċentwali), prinċipalment minħabba prezzijiet ogħla tas-servizzi ta’ manutenzjoni tad-djar u prodotti tat-tindif, rispettivament.
Tmur fejn tmur, tiltaqa’ ma’ min tiltaqa, f’Malta u kif ukoll f’Għawdex jgħidulek li l-ħajja għoliet. Iva, għax li l-ħajja għoliet huwa fatt u mhux perċezzjoni. Huwa fatt, li mill-kbir saż-żgħir, iż-żieda fil-prezzijiet qed iħossha meta jagħmel ix-xirja tieħu mill-ħanut talmerċa. Min ftit iktar u min ftit inqas, imma iż-żieda fil-prezzjiet qed iħossa kulħadd meta jiekol barra. Iż-żieda fil-prezzjiet iħossha meta jixtri l-mediċini. Mill-kbir saż-żgħir qed iħossha kuljum f’kull attivita illi jagħmel.
Weħidhom, l-ikel ammonta għal 15.6 fil-mija taż-żieda annwali tal-RPI, filwaqt li s-servizzi tar-ristoranti u l-ikel takeaway ammontaw għal 5.89 fil-mija tal-RPI totali.
Kien l-indiċi tad-djar li rreġistra l-ogħla rata ta’ inflazzjoni annwali ta’ 14.27 fil-mija, li minnhom il-kera rreġistrat rata annwali ta’ 8.85 fil-mija. Materjali għall-manutenzjoni tad-dar irreġistraw rata annwali ta’ 13 fil-mija u s-servizzi għall-manutenzjoni tad-dar irreġistraw rata annwali ta’ 17.39 fil-mija.
Dan qed jwassal biex illum 17 fil-mija tal-poplazzjoni Maltija qed jilgħabuha mal-faqar u jgħoddu salinqas ewro biex iwasslu sal-aħħar tax-xahar. U f’dan il-komponent tas-soċjeta Maltija hemm penzjonanti, persuni li jrabbu t-tfal waħedhom, u familji kbar. 6.4 filmija tan-nies f’riskju ta’ faqar huma nies li qed jaħdmu u xorta waħda mhux jgħixu ħajja dinjituża.
Huwa fatt li ż-żieda li pajjizna qed espejenza, hija xorta inqas minn dik ta’ pajjiżi fl-Ewropa. Huwa fatt ukoll pero li meta ssir dik il-komparativa irridu nżommu f’moħħna li l-pagi, salarji u purchasing power ta’ ċittadini Ewropej huma differenti minn dawk tal-ħaddiema Maltin.
Is-sinjali ta' inflazzjoni ilhom ċari għal dawn l-aħħar tlitt snin u diversi msieħba soċjali kif ukoll l-Oppożizzjoni stess ilha titlob l-Gvern biex jaġixxi primarjament fuq l-abbuż ta' prezzjiet. Ir-realtà hi li llum il-Gvern tilef ilkontroll u l-inflazzjoni qed turi snienha.
Hemm bżonn ta’ azzjoni u direzzjoni biex l-ekonomija lokali terġgħa tiġi fuq saqajha. Hemm bżonn ta’ ideat friski u proattivi biex il-faxex l-aktar vulnerabbli tassoċjeta Maltija ma jibqawx jinfnew bil-piż tal-għoli talħajja. Ideat li għandhom jixprunaw setturi importanti fosthom it-turiżmu, is-settur finanzjarju, il-manifattura kif ukoll id-dinja diġitali u innovativa. Ideat li għandhom jixprunaw l-investiment barrani. Ideat li għandhom jigarantixxu xogħol lil ġenerazzjoni tal-lum u wisq aktar ta’ għada.
Ideat li m’għandhomx jiġu biss f’żieda għal l-għoli tal-ħajja (COLA) imma wkoll kif ħeġġet sena ilu l-Assoċjazzjoni ta’ min iħaddem (MEA) billi ssir prijorita’ fil-proġetti kbar illi l-Gvern jidħol għalihom. Billi jittieħdu deċiżjonijiet li ma jkollox riperkussjonijiet fuq min iħaddem. Billi wkoll jittieħdu deċiżjonijiet li ma jarawx biss sa liber imnihirna.
Jeħtieġ li l-Gvern ikun proattiv. Jeħtieġ li l-Gvern ma jaħbiex l-pjaga tal-għoli tal-ħajja taht it-tapit. Hemm bżonn li l-Gvern jaġixxi. Illum qabel gġada. Jagixxi billi jieħu azzjoni li verament tindirizza l-inflazzjoni. Li verament tixpruna l-ekonomija. Li verament twassal għal normalizzazjoni fl-għejxien tagħna.
7 22 ta’ Lulju 2023 | EKONOMIJA
Riċessjoni, Prezzijiet
rati
BANK ĊENTRALI, LI JIRREGOLA
Ċ-ĊIRKOLAZZJONI TAL-FLUS F’EKONOMIJA, JEMMEN LI BIEX TRAŻŻAN IŻ-ŻIEDA FILPREZZIJIET JEW AĦJAR L-INFLAZZJONI, GĦANDEK TGĦOLLI R-RATA TA’ INTERESSI.
Ta’ spiss nisimgħu kif ukoll naqraw fl-aħbarijiet dwar kif madwar id-dinja irrati tal-interessi qegħdin ivarjaw. Nisimgħu wkoll ilkelma riċessjoni, kelma li naturalment tnissel magħha sens ta’ biża’. Biex nagħmlu sens minn dan kollu, wieħed għandu jifhem eżattament xi jfissru dan il-kliem.
Riċessjoni tfisser nuqqas fil-produttivita’ ta’ ekonomija għal iktar minn perjodu wieħed. Fi kliem iktar sempliċi, dan ifisser li inqas nies qegħdin jaħdmu (jipproduċu), jew inkella li l-valur taxxogħol qiegħed jonqos. Il-pandemija
tal-COVID-19 propju irriżultat f’inqas produttivita minħabba restrizzjonijiet fiżiċi u hemm analisti li għadhom talfehma li d-dinja għadha ma rritornatx lura għal dak il-livell ta’ produzzjoni. Biss, wieħed iħoss li l-produzzjoni u l-ekonomija ma’ rpiljatx mill-pandemija lil hawn?
Ta’ min wieħed jirrimarka kif lokalment, fatturi ekonomiċi ewlenin bħall-ammont ta’ turisti li jżuruna kif ukoll il-qagħad jindikaw li kollox ġie lura għal dak li nqisuħ bħala n-normal, jekk mhux aħjar!
Allura, għaliex dan is-sentiment negattiv ekonomiku? Jekk hawn fatt wieħed li ħadd ma jista’ jinnega huwa li l-prezzijiet tal-oġġetti u s-servizzi, kemm internazjonalment u kemm lokalment żdiedu u b’mod allarmanti. Min iwaħħal
fil-gwerra tal-Ukrajna u min iwaħħal firrgħiba għall-flus. Li hu żgur huwa l-fatt li iktar u iktar nies m’humiex ileħqu malgħoli tal-ħajja.
Bħala riżultat tal-għoli tal-ħajja, bosta banek ċentrali madwar id-dinja, bħallbank ċentrali Ewropew, il federal reserve Amerikan u l-bank ċentrali Ingliż ħassew il-bżonn li jgħollu r-rati tal-interessi. Xi jfisser dan kollu?
L-għan aħħari ta’ kull bank ċentrali huwa li jipprova jżomm il-prezzijiet f’ekonomija stabbli u jużha kull mezz li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu sabiex jilħaq dan l-għan. Bank ċentrali, li jirregola ċ-ċirkolazzjoni tal-flus f’ekonomija, jemmen li biex trażżan iż-żieda filprezzijiet jew aħjar l-inflazzjoni, għandek tgħolli r-rata ta’ interessi.
Dan sabiex il-banek kummerċjali ikollhom jgħollu r-rata tagħhom talimgħaxx. Allura, teoretikament ilprezz tas-self jiżdied, l-infieq jonqos u l-prezzijiet jinżlu. Minkejja li dawn ir-rati ta’ interessi imposti minn dawn il-banek ċentrali leħqu rati rekord, il-prezzijiet xorta għadhom għoljin u għadhom jiżdiedu b’rati eżaġerati!
Dan kollu jindika ħaġa waħda. Minkejja l-isforzi kollha li saru, is-sitwazzjoni ekonomika preżenti ċarament għadha m’hijiex taħt kontroll.
Mhux għax l-awtoritajiet lokali u internazzjonali m’humiex jippruvaw, għaliex intefqu miljuni ta’ ewro f’sussidji, min fuq l-ikel u min bħall-Gvern Malti, issusidja l-elettriku.
8 EKONOMIJA | 22 ta’ Lulju 2023
u
ta’ interessi: X’inhu jiġri eżatt?
Dario Cacopardo
Iżda għaliex dawn l-għodod ekonomiċi konvenzjonali li ntużaw fil-passat, m’humiex iħallu l-impatt mixtieq fis-sitwazzjoni preżenti. Minkejja l-varjazzjoni fir-rati ta’ interessi ir-rota għada ddur u dan għaliex il-problema m’hijiex li r-rota qegħda ddur wisq, iżda għaliex ir-riżorsi primarji bhal materjali essenzjali oħra saru jiswew wisq. Wara kollox, ta’ min wieħed jaħseb ftit u jara naqra dan id-dħul addizjonali f’liem but qiegħed jispiċċa. Qiegħed jieħdu l-Gvern jew qiegħed jieħdu min hu sid dawn irriżorsi bażiċi? Dan id-dħul addizzjonali qiegħed iħalli iktar qliegħ jew le?
Ħafna mistoqsijiet pertinenti u ta’ min jirrifletti fuqhom. Biss l-istatistika u l-fatti inġenerali juru kif madwar id-dinja, kumpaniji li jipproduċu l-essenzjali u l-bażiku, bħal produtturi tal-elettriku u tal-ikel qegħdin jagħmlu profitti ikbar mis-soltu. U dan għas-skapitu ta’ ħaddieħor! U l-Gvern x’jista’ jagħmel eżattament fid-dawl ta’ dan kollu?
Żgur li ma jistax jikkontrolla l-prezzijiet, kif kien isir fil-passat. F’bosta pajjiżi barranin, bħar-Renju Unit ta’ spiss iqum l-argument u d-diskussjoni dwar jekk għandiex tiddaħħal dik li tissejjaħ il-
”Windfall tax”. Essenzjalment din it-taxxa tiġbor lura qliegħ li jkun ġie ġġenerat minn żieda ġenerali fil-prezzijiet.
Jekk hux ġusta jew le huwa argument li jimmerita artiklu għalih. Biss, l-argument ewlieni ta’ min hu favur din it-taxxa huwa dak bbażat fuq il-prinċipju tal-ġustizzja soċjali: Li min jiflaħ iħallas għandu jħallas u ħadd m’għandu jieħu vantaġġ ekonomiku għad-dannu ta’ ħaddieħor, iktar u iktar għad-dannu tal-massa.
Problemi kumplessi jirrikjedu soluzzjonijiet kumplessi. Dan li qegħdin
nesperjenzaw bħalissa huwa differenti minn dak li d-dinja esperjenzat fl-2008 u fi kriżijiet ekonomiċi oħra. Għaldaqstant jirrikjedi miżuri differenti b’kontribuzzjoni ta’ għodod ekonomiċi differenti.
Biss pero, jeħtieġ li l-awtoritajiet kollha ikkonċernati mhux biss jirrikonoxxu l-problema, iżda li jsibu miżuri li huma sostenibbli li jtaffu dan kollu. Kif jgħid l-Ingliż, “extreme situations call for extreme measures”.
9 22 ta’ Lulju 2023 | EKONOMIJA
It-taħriġ: Iċ-ċavetta t'ekonomija aħjar
Sabiex nieħdu l-ekonomija tagħna fil-livell li jmiss, neħtieġu ninvestu fil-ħiliet ġodda u taħriġ għall-ħaddiema.
• Ħaddiema mħarrġa jattiraw investiment ta’ kwalità
Ninsabu f’sitwazzjoni fejn ir-rata tal-qgħad hija baxxa ħafna, iżda d-domanda għallħaddiema tibqa’ għolja. L-isfida għan-negozji biex isibu ħaddiema hija waħda persistenti. Ħaddiema aktar imħarrġa jfisser li jistgħu jipproduċu prodott aħjar, li jwassal għal ekonomija bbażata fuq il-kwalità mhux il-kwantità. Ħaddiema li jistgħu jipproduċu aktar fi żmien iqsar, u b’hekk jonqos ukoll l-ammont ta’ impjegati meħtieġa. B’riżultat ta’ dan, innaqqsu wkoll id-dipendenza fuq ħaddiema barranin.
L-avvanzi teknoloġiċi u l-awtomazzjoni jkomplu jibdlu l-industriji u l-mudell ekonomiku tagħna. Importanti li nibdew nippjanaw għall-ekonomija ta’ għada u naħdmu fuq ilqafas li għandna biex inkomplu niddiversifikaw. Għalhekk importanti li rridu naraw li l-ħaddiema eżistenti, u dawk futuri jadattaw ruħhom, biex ikunu jistgħu jkomplu javvanzaw ‘il quddiem.
• Ninvestu fil-ħiliet taż-żgħażagħ tagħna
Il-bidliet u l-inċertezzi fit-tkabbir ekonomiku fid-dawl tal-pandemija u l-gwerra, ippreżentaw ħafna sfidi għaż-żgħażagħ. L-investiment għaż-żgħażagħ tagħna biex jiksbu ħiliet ġodda huwa kruċjali, biex kulħadd ikollu kwalità ta’ ħajja aħjar u l-istess ċans li jimxi ’l quddiem.
Dan l-iżvilupp jista’ jieħu forom differenti inkluż taħriġ fuq il-post tax-xogħol, opportunitajiet ta’ apprendistat, u taħriġ vokazzjonali fi skejjel dedikati. L-investiment fil-ħiliet tal-ħaddiema u ż-żgħażagħ jeħtieġ kontribuzzjonijiet sinifikanti fejn l-istituzzjonijiet edukattivi jridu jaħdmu flimkien biex jiffinanzjaw inizjattivi ta’ taħriġ, ifasslu apprendistati, u jipprovdu korsijiet rilevanti għas-suq tax-xogħol.
• Il-prattika essenzjali għall-ħaddiema
Matul l-aħħar snin ġie osservat li l-impjegati jitgħallmu l-aħjar, billi japplikaw it-teorija għall-prattika. It-taħriġ irid ikun addattat għad-dinja tax-xogħol biex ikollna tranżizzjoni aħjar bejn id-dinja edukattiva u dik tax-xogħol. L-apprendistat professjonali joffri l-opportunità lil dawk li jixtiequ jiffokaw aktar fuq il-prattika, skont ix-xogħol speċifiku li jixtiequ jagħmlu.
Biex tpoġġi dan kollu f’kuntest, se nagħti ħarsa lejn ftit eżempji prattiċi ta’ kif trawwem it-talent permezz apprendistat.
• Apprendistat fl-industrija tat-Teknoloġija u l-Analitika tad-Data:
Dan jista’ jsir pereżempju billi l-gradwati reċenti tal-inġinerija tas-softwer u dawk li jbiddlu l-karriera jingħataw opportunità biex jaħdmu fuq proġetti reali flimkien ma’ inġiniera b’esperjenza. Hawnhekk huma jirċievu ‘mentoring’, jattendu ‘workshops’, u jiksbu espożizzjoni għall-aħħar għodod u metodoloġiji ta’ żvilupp ta' ‘softwer’.
Analisti tad-dejta prospettivi, se jkunu jistgħu jipparteċipaw fi programm ta’ sena li jinkludi ‘workshops’ intensivi dwar il-manipulazzjoni tad-dejta, analiżi statistika u viżwalizzazzjoni tad-dejta. Matul l-apprendistat, huma jkunu jistgħu jaħdmu fuq proġetti ta’ dejta reali għall-kumpanija, li jipprovdu għarfien siewi għat-teħid ta' deċiżjonijiet tan-negozju.
• Apprendistat ta' Awtomazzjoni u Robotika f'Kumpanija tal-Manifattura:
Dan jista’ jsir billi pereżempju kumpanija kbira tal-manifattura tinvesti fi programm ta’ apprendistat speċjalizzat iffukat fuq l-awtomazzjoni u r-robotika. Hekk kif il-proċessi tal-manifattura jsiru dejjem aktar awtomatizzati, id-domanda għal tekniċi tas-sengħa tikber. Apprendisti f'dan il-programm se jkunu jistgħu jirċievu taħriġ komprensiv dwar
it-tħaddim u s-soluzzjoni tal-problemi ta’ sistemi avvanzati tar-robotika, PLCs, u tagħmir ta' awtomazzjoni industrijali. Din l-espożizzjoni prattika se tippermettilhom li jkollhom rwoli ewlenin fl-ottimizzazzjoni tal-effiċjenza tal-produzzjoni u ż-żamma talvantaġġ kompetittiv tal-kumpanija.
• L-Apprendistat tal-Marketing Diġitali u Kreattiv
Dan jista’ jsir billi l-Aġenzija tagħti opportunità lill-apprendisti biex jaħdmu fuq kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni reali, jitgħallmu kif joħolqu u jimmaniġġjaw reklami diġitali, janalizzaw il-prestazzjoni tal-kampanja, u jimpenjaw ruħhom ma’ udjenzi fil-mira fuq pjattaformi varji. Mat-tlestija, dawn l-apprendisti jiksbu ħiliet prattiċi fil-marketing diġitali, li jagħmluhom aktar siewja għal kwalunkwe tim tal-marketing.
• Ninċentivaw aktar lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin
Dawn l-eżempji prattiċi juru l-effettività tal-apprendistati biex jgħammru individwi b'ħiliet fid-dinja reali u jippreparawhom għal karrieri ta' suċċess f'industriji differenti. Billi nnaqqsu d-distakk bejn it-teorija u l-prattika, aħna nikkontribwixxu għal forza taxxogħol aktar adattabbli u tas-sengħa.
Dan l-investiment huwa kruċjali biex titjieb il-kwalità tal-ħajja tan-nies. Billi ninvestu f'dawn il-prattiki, nistgħu noħolqu ekonomija li tadatta għall-bidliet, tnaqqas il-qgħad, ittejjeb il-produttività, u trawwem l-innovazzjoni. It-tħaddin tal-importanza tal-ħiliet, it-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet huwa kruċjali għall- futur ekonomiku, prosperu u sostenibbli.
10 EKONOMIJA | 22 ta’ Lulju 2023
STEVE ELLUL
L-inflazzjoni tar-Renju Unit taqa’ aktar milli mistenni għal 7.9% f’Ġunju
… Is-swieqi qed jipprezzaw żieda iżgħar fir-rata mill-Bank of England
L-Uffiċju għall-Istatistika Nazzjonali qalet li l-inflazzjoni annwali niżlet għal 8.7% f’Mejju. Din kienet inqas mit-tbassir ta’ 8.2% mill-ekonomisti mistħarrġa mill-midja internazzjonali u mistennija ttemm perjodu ta' erba’ xhur ta' tkabbir fil-prezzijiet li
qabeż it-tbassir. Kien ukoll konformi mat-tbassir ta’ 7.9% mill-BoE f'Mejju u l-inqas minn Marzu tas-sena li għaddiet. Dan filwaqt, li l-isterlina niżlet għal inqas f’ġimgħa, u nnegozjat b’0.6 % 'l isfel kontra d-dollaru għal $1.2952.
L-inflazzjoni ewlenija, li tneħħi l-prezzijiet volatili tal-ikel, l-enerġija, l-alkoħol u t-tabakk, naqset ukoll għal 6.9 %f’Ġunju mill-ogħla livell f’31 sena ta’ 7.1 % fix-xahar ta’ qabel. L-inflazzjoni tas-servizzi naqset għal 7.2 % f’Ġunju minn 7.4% f’Mejju.
Kemm l-inflazzjoni ewlenija kif ukoll dik tas-servizzi huma segwiti mill-qrib minn dawk li jfasslu l-politika tal-BoE biex jieħdu ħsieb il-pressjonijiet tal-prezzijiet sottostanti u domestiċi biex jiddeċiedu dwar ir-rati tal-imgħaxx.
In-negozjanti mistennija jistennew li r-rati tal-imgħaxx tal-BoE jilħqu l-ogħla livell ftit inqas minn 6% kmieni s-sena d-dieħla, meta mqabbla ma’ ftit aktar minn 6% qabel iċ-ċifri tal-inflazzjoni.
L-ekonomisti wkoll bidlu l-aspettattivi tagħhom. Paul Dales, ekonomista ta’ Capital Economics, qal li t-tnaqqis flinflazzjoni ewlenija “x’aktarx mhux se jkunu biżżejjed biex jipprevjeni lill-Bank of England milli jgħolli r-rati tal-imgħaxx fil-bidu ta’ Awwissu minn 5%”.
Inflazzjoni aktar baxxa x'aktarx ittaffi l-pressjoni fuq l-ipoteki wara li t-tkabbir fil-prezzijiet u fil-pagi se jkun aktar b'saħħtu milli mistenni matul ix-xhur ta' qabel kienu mbuttaw l-aspettattivi tarrata tal-imgħaxx u għalhekk il-ħlasijiet għal min jissellef.
Il-Kanċillier Jeremy Hunt qal: "L-inflazzjoni qed tonqos u tinsab fliktar livell baxx minn Marzu li għadda, iżda m'aħniex kompjaċenti u nafu li
l-prezzijiet għoljin għadhom ta’ tħassib kbir għall-familji u n-negozji."
Għalkemm baqgħet f’livelli storikament għoljin, l-inflazzjoni tal-ikel naqset ukoll għal 17.3 % f’Ġunju, minn 18.3 % fix-xahar ta’ qabel.
Id-dejta tal-ONS wriet ukoll li t-tkabbir annwali tal-inputs tal-prezz talproduttur, bħal partijiet u materjali, sar negattiv f’Ġunju għall-ewwel darba minn Novembru 2020. Ir-rata naqset għat-12-il xahar konsekuttiv mill-ogħla rekord annwali tagħha ta’ 24.4% f’ Ġunju 2022 għal inqas minn 2.7% ix-xahar li għadda.
Minkejja t-tnaqqis akbar milli mistenni, it-tkabbir fil-prezzijiet tar-Renju Unit
baqa’ ogħla minn dak f’pajjiżi oħra tal-G7, bl-ekonomisti jwaħħlu taħlita ta’ żieda fl-ispejjeż tal-enerġija u nuqqas ta’ ħaddiema.
F'Ġunju, l-inflazzjoni fl-Istati Uniti naqset għall-inqas 3% f'27 xahar, filwaqt li t-tkabbir fil-prezzijiet niżel għall-inqas 5.5 % f’17-il xahar fiż-żona ewro.
11 22 ta’ Lulju 2023 | EKONOMIJA
12 EKONOMIJA | 22 ta’ Lulju 2023