Budget 2024: X'mistenni minnu? p3 | “Nistenna li l-Budget 2024 se jkun qiegħed joffri kontinwità u stabbiltà” p5
L-INFLAZZJONI GHADHA MAGHNA
Nota mill-Edituri
L-inflazzjoni għadha magħna u kif stqarr riċentament, il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana għadha ‘l bogħod milli terġa’ lura għal dak li kienet qabel, jiġifieri fil-livell ta’ 2%. Tant li għal din is-sena, il-pajjiż qed jimmira li jkollu defiċit ta’ madwar 5%. Messagġ car u realistiku lill-industrija li-sfidi ekonomiċi għallaħħar kwart ta’ din is-sena kif ukoll għas-sena 2024 ser jippersistu.
Sfida li huwa l-qofol tal- Economic Note: How the Maltese Faces Inflationary Pressures ppublikata ix-xahar li għadda, li titlob lil-Gvern jindirizza b'mod deċiż imma għaqli il-konsum biex l-inflazzjoni ma tibqax tippersisti u wisq aktar teskala. Il-Gvern huwa msejjaħ jinidirzza l-inflazzjoni biex pajjiżna ma jbatiex l konsegwenzi li l-inflazzjoni ħalliet fuq ekonomiji ta' pajjiżi ġirien tagħna.
Sfida li wkoll wasslet għal sejħa minn diversi entitajiet u msieħba soċjali fosthom; il-Kamra tal-Kummerċ kif ukoll l-Partit Nazzjonalista biex tiġi varata mudell ekonomiku ġdid għal pajjiżna. Id-domanda hawn tkun; għandna nħarsu lejn mudell totalment ġdid jew nibnu fuq il-mudell kurrenti? Domanda pertinenti għax fuq din il-premessa pajjiżna ser jiddeċiedi id-destin ekonomiku tiegħu.
Sfida però, li kienet tkun ikbar li kieku l-Gvern ma ħax deċiżjonijiet strateġiċi biex itaffiha fosthom permezz tas-sussidji fil-kontijiet tad-dawl, fil-kontijiet tal-petrol u d-diesel, permezz tal-għajnuna li taha fl-importazzjoni tal-qmugħ u tal-ġwież, kif ukoll permezz ta’ għajnuniet oħrajn fosthom dawk li mistennija li jkunu mħabbra fil-budget li jmiss.
Fuq kollox, li l-Gvern ma jistax jindirizza il-problema tal-inflazzjoni waħdu. Jeħtieġ sforz kollettiv li jinkludi il-kontribut tal-industrija kif ukoll ta’ kull wieħed u waħda minnha. Hemm bżonn ta’ sens komun. Hemm bżonn li l-interess u l-gwadan personali ma jipprevalix. Il-prijorità għandha tkun fuq l-interess komuni. Il-prijoritá għandu tkun Malta. Dan jista jsir biss jekk l-importaturi, u kull komponent tal-katina eknomika ta’ pajjiżna ma tabbużax. Dan jista sir biss jekk l-industrija tifhem illi kull abbuż għandu impatt fuq it-tarf tal-lazzil-konsumatur.
Sfida iebsa għax l-abbuż kien, għadu u jibqa imma s-sens komun f’dan il-mument tant kruċjali għal-pajjiżna għandu jinkoraġġina biex ma nħarsux sa xiber imneħirna imma nħarsu lil hinn biex l-sfida tal-inflazzjoni tiġi megħluba u l-ekonomija lokali tibqa’ tipprospera.
Il-Budget 2024 li se jiġi ppreżentat fit-30 ta’ Ottubru li ġej se jħares lejn il-prijoritajiet u l-isfidi li l-Gvern irid ikompli jindirizza f’diversi oqsma. L-aktar ħaġa importanti tibqa’ l-għaqal fit-tmexxija tal-finanzi talpajjiż.
BUDGET 2024 X'MISTENNI MINNU?
Minn aspett ekonomiku:
• Għall-2024, pajjiżna jidher li se jibqa’ jkollu rata ta’ tkabbir ta’ madwar 4.4%
• L-inflazzjoni mistennija tonqos għal 3.7%
• Id-deficit huwa mbassar li se jkun fil-livell ta’ 4.5%
• Dan id-defiċit mistenni jinżel taħt it-3% tal-GDP sal-2027
• Id-dejn f’pajjiżna se jibqa’ taħt is-60%
• Strateġija nazzjonali edukattiva ġdida
1 2 3 4
• Mira li titnaqqas ir-rata ta’ dawk li jitilqu kmieni (għal inqas minn 9.0%) sa 2030
• Se jkompli l-kunċett tal-life long learning (b’mira li jkun hemm mill-inqas 57.6% tal-adulti bejn 25 u 64 sena li jipparteċipaw)
• Se jinħareġ il-pjan tal-implimentazzjoni tal-politika l-ġdida talavjazzjoni mnedija aktar kmieni din is-sena
• Kemm l-importazzjoni u l-esportazzjoni mstennija jikbru b’pass aktar mgħaġġel fl-2024
• Il-konsum tal-famlji mistenni jiżdied bi 3.8%
• Il-kumpens għall-impjegati mistenni jiżdied bi 8.1%
• Tkomplija tal-istrateġija tal-amministrazzjoni tat-taxxa tad-dwana sal-2025
• Investiment fl-immodernizzar fis-sistema tal-IT talamministrazzjoni
• Strateġija fiskali bi pjan li telimina defiċit eċċessiv fl-erba’ snin li ġejjin
Minn aspett ambjentali:
• Tkompli il-ħidma biex jintlaħqu l-miri tal-2050 għal ekonomija ħielsa mill-karbonju
• Se jkomplu l-inċentivi fuq il-vetturi elettriċi, inklużi dawk kummerċjali
• Masterplan ta’ infrastruttura ġdida kommisjonata bejn l-2025 u l-2030
• Inizjattivi ta’ sapport għal investiment f’sistemi ta’ enerġija rinovabbli f’residenzi, fis-setturi kummerċjali u l-intrapriżi
• Se tkompli l-allokazzjoni tal-fondi għall-installazzjoni talfiltrazzjoni tal-ilma sabiex jonqos l-użu tas-single-use plastic fissettur domestiku
• Kontinwazzjoni tal-programm Project Green b’investiment ta’ €700 miljun fuq medda ta’ 7 snin b’kontinwazzjoni ta’ riabilitazzjoni ta’ diversi widien fost l-oħrajn
• Titjib fl-estetika b’aġġornament tal-pjan strateġiku mill-Awtorità tal-Ippjanar
Minn aspett soċjali:
• Il-mekkaniżmu tal-COLA addizzjonali mistenni jkollu impatt pożittiv b’mod partikolari fost l-anzjani
• Fejn jidħlu tipi ta’ familji differenti, dan il-mekkaniżmu se jgħin l-iktar lil familji b’ġenitur wieħed
• Rekord ta’ investiment f’units ta’ akkomodazzjoni soċjali li mistennija jiżdiedu b’terz
• Jissaħħu l-inizjattivi tal-housing soċjali u affordabbli biex jiġu megħjuna segmenti diversi tas-soċjetá (riġenerazzjoni infrastrutturali)
Minn aspett infrastrutturali:
• Sistema tat-trasport aktar sigura, sostenibbli u li tħares l-ambjent
• Tiġdid tal-mudell nazzjonali tat-traffiku li għandu jinkludi soluzzjonijiet fis-sistema tat-trasport sal-2030
• Proġetti kapitali fir-reġjun tal-Port il-Kbir li se jżidu l-aċċessibilità għal dawk b’restrizzjonijiet ta’ immobilita fosthom fl-Isla u l-Kalkara
• Titjib fl-infrastruttura tal-enerġija b’ċentri ta’ distribuzzjoni u substations ġodda u infurzar ieħor
• Titjib fil-livelli tas-separazzjoni tal-iskart u introduzzjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni tar-rimi tal-iskart b’mod illegali
• Investiment fis-servizzi tal-ilma għal titjib kontienwu tal-kwalità tiegħu
L-eSkills Malta Foundation Tniedi EU
CodeWeek 2023
L-EU CodeWeek se tibda fl-2023 bil-kbir!
Bħala parti minn din l-inizjattiva eċċitanti, l-eSkills Malta Foundation qed tirsisti biex tipprovdi sessjonijiet ta’ coding b’xejn. F'dan l-artikolu, ser insiru nafu aktar dwar l-għan tal-EU CodeWeek u kif l-eSkills Malta Foundation qed tagħmel il-coding aċċessibbli għal kulħadd. Din is-sena l-EU CodeWeek se tiġi ċċelebrata bejn is-7 u t-22 ta’ Ottubru 2023.
L-EU CodeWeek hija inizjattiva li tinkoraġġixxi lin-nies ta' kull età biex jesploraw id-dinja talcoding, u l-programming, u l-kreattività diġitali. Il-Fondazzjoni għandha l-għan li tiddimitifika l-arti tal-coding u tenfasizza r-rilevanza tagħha fid-dinja tagħna aktar diġitali. L-eskills Malta Foundation toffri firxa wiesgħa ta' avvenimenti u attivitajiet tal-coding, l-EU CodeWeek tagħti s-setgħa lill-individwi biex jiżviluppaw ħiliet diġitali essenzjali, u jrawwmu l-innovazzjoni u l-kreattività.
L-eSkills Malta Foundation, attur ewlieni fliżvilupp tal-ħiliet diġitali, qed taqdi rwol ċentrali fl-EU CodeWeek 2023. Il-Fondazzjoni qed tisponsorja sessjonijiet ta’ coding b’xejn biex timpenja u teduka parteċipanti ta’ kull età u livell ta’ ħiliet. Dawn is-sessjonijiet huma mfassla biex ikunu aċċessibbli u faċli biex jinftiehmu, u jagħmlu l-coding esperjenza divertenti u ta’ benefiċju għal kulħadd.
Is-sessjonijiet tal-coding huma miftuħa għal kulħadd. Kemm jekk inti għadek fil- bidu jew anke għal dawk li għandhom xi esperjenza ta’ coding, hemm xi ħaġa għalik ukoll. Dawn issessjonijiet ikopru varjetà ta’ suġġetti ta' coding, li jibdew mill-affarijiet bażiċi. Titgħallem kif tikteb linji sempliċi ta’ coding, kif toħloq websajts, tiżviluppa apps tal-mobile, u anke tesplora suġġetti avvanzati bħall-intelliġenza artifiċjali u r-robotika. Is-sessjonijiet huma mfassla biex ikunu hands-on u interattivi. Int tkun iggwidat minn għalliema b'esperjenza li jaqsmu f’kunċetti kumplessi f'passi faċli biex jinftiehmu. Ukoll, int ikollok l-opportunita’ tesperimenta b'kodiċi reali u tara kif taħdem fil-prattika.
Lestu għal vjaġġ diġitali eċċitanti fl-2023 b'CodeWeek! Irreġistra fuq bit.ly/465Wfii biex tipparteċipa fis-sessjonijiet ta' coding b'xejn. Issessjonijiet ser jiġu organizzati kemm online kif ukoll fuq il-post.
Barra minn hekk, din is-sena l-Fondazzjoni b’kollaborazzjoni ma’ skejjel privati, tal-knisja, u indipendenti qed torganizza avveniment eċċitanti ta’ coding bl-isem “Coding Festa Hour”. Din hija opportunità kbira għall-iskejjel biex jipparteċipaw fl-EU CodeWeek 2023 u jippromwovu l-ħiliet diġitali u l-kreattività.
Kemm jekk int student, professjonist, jew kurjuż dwar il-coding, ħu vantaġġ minn dawn l-attivitajiet biex tisfrutta l-potenzjal diġitali tiegħek. Ingħaqad mar-rivoluzzjoni tal-coding u agħti s-setgħa lilek innifsek b'ħiliet siewja għallfutur.
“NISTENNA LI L-BUDGET 2024 SE JKUN QIEGĦED JOFFRI KONTINWITÀ
U STABBILTÀ”
- L-ekonomist Clint Azzopardi Flores
Dan kien il-kumment li ta l-ekomomist f’intervista li kellu ma’ din il-gazzetta, fejn sostna li dan is-suġġett kien il-fattur ewlieni li ħalla l-ekonomija ġewwa pajjiżna tkompli tikber relattivament ma’ dik tal-Ewropa. Enfasizza ukoll li dan il-fatt, qaluh aġenziji. tal-kreditu bħal fostl-oħrajn FITCH Ratings. B’referenza għall-gvern Malti, Flores qal li dan offra stabbiltà b’saħħitha ħafna, tant li bosta familji setgħu jippjanaw u negozji jkomplu jikbru.
L-ekonomist qal li kieku ma sarx hekk, kien ikun hemm problema kbira. Dan minħabba li l-ekonomija wieħed ma seta qatt ikabbarha bl-istess rati, speċjalment minn wara l-ftuħ. tar-restrizzjonijiet tal-pandemija talCovid-19. Kien hawn fejn irrefera li hu stess analizza d-diskorsi li saru mill-Prim Ministru ta’ Malta, Robert Abela, speċjalment dak tal-Mellieħa, fejn Dr. Abela innifsu kien qal li ma għandux qalb jitfa’ l-kontijiet għoljin fuq il-poplu.
Il-Budget se jkun il-pass li jmiss minn diversi aspetti, fosthom fuq livell ekonomiku. Dwar dan, Flores qal li huwa importantissimu li l-Gvern jibqa’ jagħt is-sussidju tad-dawl u anke tal-fjuwil. Dwar il-livell ekonomiku, Flores qal li l-argument dejjem jibqa’ li l-inflazzjoni
Il-Budget 2024 li se jiġi ppreżentat fit-30 ta’
Ottubru se jkun qiegħed joffri kontinwità u stabbiltà b’diversi modi, fosthom bil-Gvern li jibqa’ jagħti l-għajnuna meħtieġa.
Fost dawn hemm dik li l-Gvern jagħti s-sussidji fuq il-kontijiet tad-dawl u anke fjuwil.
jħossuha l-aktar familj bi dħul baxx u anke dak medju. L-ekonomist żied jgħid; “Infatti tgħidli ġustizzja soċjali li min jaqla’ ħafna aktar jieħu s-sussidji wkoll. Hawnhekk il-Gvern qed joqgħod attent li ma jkissirx in-negozji ż-żgħar u medji li daħlu fis-seħħ prattiċi sabiex nimxu lejn is-sostennibilita, inkluż spejjeż relatati ma’ rappurtaġġ, it-tranżizzjoni flimkien ma’ spejjeż ogħla fl-assenza tassussidji li tista’ twassal għal problemi ta’ likwidita’ u anke prezzijiet ogħla”.
Kien hawn, fejn Flores żied jgħid li jemmen li l-kwistjoni ta’ prijorita’ ta’ sostennibilitta ħabtet f’mument. kritiku. ta’ inflazzjoni għoljafid-dinja, li kienet imbuttata wkoll millgwerra tal-Ukrajna u r-Russja. Qal ukoll li wieħed jista’ jippostponi ċertu prattiċi fuq aktar snin, kif inhi mfassla mill-Unjoni Ewropea stess.
Il-Budget 2024 ġie definint mill-Ministru għallFinanzi u x-Xogħol Clyde Caruana bħala budgett li se jkun espansorju. Dwar dan, l-ekonomist qal li jaqbel ligħandujkun wieħed espansorju, għax jekk ma jkunx se jkun hemm problemi kbar tul it-triq tas-snin wara li l-miżuri tal-Budget jibdew jidħlu fis-seħħ.
Dwar il-budget espansorju, Flores qal; “ Jekk it-tkabbir ekonomiku jkun imxekkel, il-problemi jikbru, għax ilKummissjoni Ewropea taqbeż fuq il-Gvern u tagħmillu il-budget hi, minħabba l-problemi tar-regoli ta’ governanza u stabbilitá tal-ewro, inkluż id-deficit u iddejn. Huwa saħaq ukoll li r-rata ta’ tkabbir ekonomiku għandha tkun akbar, minn dak li nonfqu u li nissellfu.
Flores enfaszza l-fatt li bħala ekonomist ma jaqbilx mannarrattva tal-Kummisjoni Ewropea li tnaqqas is-sussidji fuq il-kontijiet tad-dawl u l-fjuwil. Qal ukoll li fid-dawl talaħħar survey tal-Eurobarometer xeħet dawl li l-Ewropej huma xettiċi fuq il-mod ta’ kif l-Unjoni Ewropea miexja. Dan is-sentiment ġej mill-fatt tat-tgħaffiġ li għamlu fuq livelli diplomatiċi.
Clint Azzopardi Flores temm jgħid li fis-snin li ġejjin ma nistgħux inħallu s-swieq isuqu jekk l-Unjoni Ewropea ma tridx tidħol fi sqaq li tħalli l-lemin estrem kemm bħala gverniijiet u anke rappreżentanti fil-Parlament Ewropew ikompli jerfa’ rasu. Dan jista’ jsir biss jekk ilfamilj u n-negozji jkunu assistiti kemm biex iżommu illivell ta’ għejxien b’mod kostanti u anke biex ma jintilfux impjiegi.
Ir-Realtà tal-Industrija tal-Catering f’Malta
- IL-PRESIDENT TAL-ACE, MICHELLE MUSCAT
Dawn huma tabilħaqq żminijiet ta’ sfida kbira għall-operaturi tal-catering , hekk kif hemm għadd ta’ kwistjonijiet urġenti x’jiffaċċjaw. Fost dawn hemm, in-nuqqas ta’ ħaddiema ċikliku, żidiet fl-ispejjeż tal-materja prima, iż-żieda fis-servizzi tal-kunsinna tal-ikel, il-WRO inġusta kontra r-ristoranti 1992 kif ukoll il-konformità mal-obbligi legali inklużi l-ġestjoni tal-iskart u l-Iskema ta’ Rifużjoni tal-Kontenituri tax-Xorb (BCRS).
Il-President Muscat qalet li dan huwa xenarju pjuttost inkwetanti meta wieħed iżomm f’moħħu l-irwol li għandha din l-industrija flekonomija ta’ Malta b’aktar minn 20,000 persuna impjegati fis-settur jaħdmu f’madwar 3,000 stabbiliment. Sitwazzjoni pjuttost inkwetanti meta l-industrija ħafna drabi tiġi msejħa bħala waħda mill-pilastri ewlenin talekonomija lokali. Stat pjuttost inkwetanti meta wieħed iqis ukoll varjabbli ewlenin oħra li jaffettwaw l-industrija u l-ekonomija ta’ Malta b’mod ġenerali.
Tajjeb li ngħidu li l-industrija tkun fi stat ferm agħar kieku l-gvern ma kienx intervjena matul il-pandemija talCOVID-19 permezz tas-Suppliment tal-Pagi tal-COVID u l-iskema tal-vawċers. Tajjeb ngħidu li l-industrija tkun f’sitwazzjoni ferm aktar katastrofika li kieku l-Gvern ma kienx jindaħal permezz ta’ skema ta’ sussidju għallimportaturi ta’ ċereali, dqiq u l-għalf tal-annimali li ġew affettwati minn żidiet fil-prezzijiet ikkawżati mir-Russi flinvażjoni ta’ bejn ir-Russja u l-Ukrajna. Is-sitwazzjoni tkun ferm agħar mingħajr sussidji tal-Gvern fuq il-prezzijiet tad-dawl u l-petrol.
Madankollu, l-impatt tal-inflazzjoni huwa evidenti bi prezzijiet li jogħlew b'mod irregolari inevitabbilment inaqqsu l-poter tal-akkwist tal-konsumaturi. Mhux xenarju ideali ħafna għall-industrija tal-catering wara dak kollu li għaddiet minnu matul l-aħħar snin. Xenarju li ra bidla gradwali fl-imġiba tal-konsumatur. Xenarju li ra bidla drastika fl-infiq tal-konsumatur. Xenarju li jkompli jiġi amplifikat fil-kuntest ta' industrija fejn ilkompetizzjoni hija mifruxa.
L-inflazzjoni mhux biss affettwat ix-xejriet tal-infieq talkonsumatur lokali iżda inevitabbilment affettwat ukoll l-infiq tat-turisti. Filwaqt li ċ-ċifri riċenti ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) fir-rigward tal-inbound travel u n-nefqa tal-inbound travel bejn Jannar u Ġunju huma pożittivi, għadhom mhux qed
jirriżultaw f’żieda sinifikanti fit-turisti ta’ kwalità. Dan issentiment huwa ripetut minn diversi ekonomisti lokali li dan l-aħħar innutaw li filwaqt li n-numru ta’ turisti seta’ żdied, is-saħħa tal-infiq tagħhom naqset f’termini reali meta wieħed iqis l-impatt tal-inflazzjoni fuq il-valur talflus maż-żmien.
Dan huwa l-istat attwali tal-industrija tal-catering lokali. Xenarju li ħafna drabi ma jkunx magħruf mill-pubbliku ġenerali jew agħar minn hekk mifhum ħażin millkonsumaturi. Xenarju li l-istħarriġ li sar minn Sagalytics f’isem l-Assoċjazzjoni tal-Catering Establishments u ppreżentat waqt seminar li sar fil-Kamra tal-Kummerċ ta’ Malta, ried jiċċara billi pprovda stampa ċara talispejjeż ta’ kuljum tal-istabbilimenti tal-catering. Tabilħaqq, jenfasizzaw b'mod ċar l-isfidi finanzjarji li l-industrija tiffaċċja u jeqirdu l-perċezzjonijiet u l-kunċetti żbaljati dwar id-dħul tal-industrija. Jiddubita wkoll is-sostenibbiltà tal-industrija speċjalment meta wieħed iqis l-ispejjeż addizzjonali li qed jiġu introdotti u spejjeż oħra operattivi u amministrattivi anċillari.
Madankollu l-istħarriġ ifittex ukoll li juri li minkejja l-isfidi, l-industrija hija ħajja u kisbet ħafna matul is-snin. Li jkun hemm ristoranti ta’ stilel Michelin fuq il-gżira kif ukoll l-inklużjoni ta’ ristoranti lokali fil-Forbes Travel Guide's Rating u fil-lista tal-Gwida Michelin huma prova ċara talpotenzjal tal-industrija tal-catering lokali. Madankollu,
il-kisbiet tal-industrija talcatering lokali mhumiex limitati biss għal dak. Il-kisbiet tagħha huma attribwiti wkoll għas-suċċess ta’ diversi operaturi f’Malta u anke barra. Minkejja kollox, l-industrija uriet kontinwament ilkapaċità tagħha li tkun dinamika u l-kapaċità tagħha li tadatta għall-bidla. Fuq kollox, l-industrija uriet għal darb'oħra l-kapaċità tagħha li tkun reżiljenti. Tassew hekk għax m'hemm l-ebda playbook ta' kif tittratta l-isfidi u l-inċertezzi. Iżda tema waħda li ħarġet permezz tal-inċertezza hija r-reżiljenza - u n-nies li ilhom joperaw fl-industrija lokali għandhom fil-pika. Iva, l-operaturi ta 'reżiljenza bnew meta jiltaqgħu ma' dak mhux mistenni, meta jittrattaw l-inċertezza. Reżiljenza li bnew billi ħasbu b'mod kreattiv u billi ta' spiss iduru fuq dime.
Iż-żminijiet attwali jappellaw lill-operaturi kollha biex jerġgħu jkunu reżiljenti, biex ikunu perseveranti, biex ikunu innovattivi, biex jaħsbu barra mill-kaxxa u jekk ikun hemm bżonn, mingħajr il-kaxxa. Fuq kollox, biex jaqilbu l-mod kif jagħmlu l-affarijiet minflok ma jippruvaw japplikaw mudell antik għal dinja ġdida. U l-industrija se tagħmel dan għaliex mhix barranija li taġġusta għal paradigmi ġodda. Madankollu tħaddan il-bidla hija parti kbira mir-reżiljenza, iżda hija biss parti waħda. Ilbqija jaqa' għall-prinċipji fundamentali: ippjanar tajjeb tan-negozju u relazzjonijiet tajbin. Fatturi ewlenin, l-operaturi jeħtieġ li jifhmu aktar ir-rwol vitali tagħhom biex jiżguraw is-sostenibbiltà.
Però dan kollu ma jistax jinkiseb waħdu. Jeħtieġ sforz kollettiv mill-industrija flimkien mal-gvern, l-oppożizzjoni u l-partijiet interessati kollha. Jeħtieġ li l-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Katering tmexxi t-triq għal diskussjoni serja dwar triq 'il quddiem li għandha tiżgura b'mod tanġibbli s-sostenibbiltà fit-tul ta' komponent integrali bħal dan tal-ekonomija Maltija.
“Il-Budget 2024 għandu jindirizza l-isfidi soċjali u l-inflazzjoni”
- ID-DEPUTAT NAZZJONALISTA IVAN BARTOLO
IS-SENS ĊIVIKU KRUĊJALI
GĦALL-LOKALITAJIET REŻILJENTI
Bosta mill-postijiet fejn immorru, probabli nsibu spazji ta’ skart segregat. Fl-uffiċċju fejn taħdem, il-gym li tiffrekwenta, postijiet pubbliċi etc. Huwa daqstant importanti li kull wieħed u waħda minna jkollna reċipjenti separati anki fid-djar tagħna. Ma dan imbgħad irridu nassiguraw li eventwalment, narmu l-iskart tagħna fil-bin it-tajjeb.
Mhux biżżejjed li noħorgu l-kulur tal-borża t-tajba filġurnata tagħha. Huwa daqstant ieħor importanti li narmu fil-borża l-kontenut it-tajjeb. Ma jagħmilx wisq sens li pereżempju għax il-borża s-sewda tinġabar nhar ta’ Tlieta u nhar ta Sibt, allura nħalltu kollox fiha u noħorġuha fil-ġurnata tagħha. Huwa dejjem aħjar milli noħorġuha f’ġurnata ħażina wkoll imma idealment, l-iskart jintrema’ skont il-kopożizzjoni tiegħu.
Dan m’għandux isir għax tiddaħħal xi liġi obligatorja li jkun hemm separazzjoni fid-djar tagħna, imma għaliex għandu jkollna sens ċiviku sabiex ngħinu f’ din il-ħidma li qed issir sabiex ikollna pajjiż aktar nadif u effiċċjenti fejn jidħol dan is-settur.
Irridu nitgħallmu aktar ukoll inħaddnu l-kunċett ta’ ekonomija ċirkulari. Dik li nnaqqsu l-iskart, li nergġħu nagħmlu użu minnu u li nirriċiklawh. Bl-Ingliż magħruġa wkoll bħala; ‘reduce, reuse and recycle – the 3 R’s’.
Biex nagħti eżempju prattiku, ħafna jistaqsu f’liema borża għandhom ipoġġu l-iskart iġġenerat mill-ġonna wara xi żabra jew dawra mal-ġnien tagħhom. Tali skart,
jista’ faċilment jerġa' jiġi wżat billi jitqatta biċċiet żgħar u jerġa' jintefa fil-ħamrija għaliex iservi bħala kompost u sustanzi għall-ħamrija. L-stess l-iskart organiku. Mela flokk intrema, dan reġa ġie riċiklat u wżat mill-ġdid flistess sors li minnu ġie iġġenerat.
Meta nagħmlu dan, bħala residenti, inkunu qed nassiguraw li inqas skart ikun qed jintefa’ fil-miżbliet tagħna. Ifisser inqas spiża u piż fuq il-pajjiż biex dan jiġi immaniġġjat. Huwa wkoll ta’ vantaġġ sanitarju tajjeb għall-ambjent u s-saħħa tan-nies. Huwa propju għalhekk li importanti li kulħadd jiddisponi mill-iskart b’mod korrett u sigur u mhux imħallat.
Issa hemm obligu legali u qas li kienu m’hemmx, xorta waħda hemm obligu ċivili wkoll li nżommu l-ambjent ta’ madwara nadif u li nħallu l-inqas impatt negattiv possibli. Huwa obligu tagħna wkoll li nħallu ambjent aħjar lil ta’ warajna.
Dan l-obligu ma jieqafx biss mar-residenti u d-djar privati imma huwa estiż ukoll għall-komunità kommerċjali. IlKommunità kummerċjali għandha obligu li tissepara
l-iskart li tpoġġi fuq is-suq. Jeżistu sistemi li suppost jassiguraw li dan isir. Stabbilimenti involuti fil-qasam tal-‘catering’ u ‘entertainment’, liċenzjati mill-Awtorità tat-Turiżmu, għandhom ukoll obbligu li jkollhom ilkuntrattur tagħhom li jiġbor l-istess skart, li ħafna drabi fil-parti l-kbira tiegħu jkun organiku.
F’dan il-qasam, il-Gvern qiegħed jagħti s-sehem tiegħu wkoll għaliex permezz ta’ proġett pilota, għal 40 ġimgha sħaħ, offai ġabra b’xejn ta’ 3 darbiet fil-ġimgħa sabiex dawn ikollhom ċans jippreparaw għal din l-eventwalità. Irrid ngħid li sfortunatament, mhux kuħadd ikkonkorra kif mixtieq, partikolarment meta wieħed jiftakar li dan is-servizz qed jingħata primarjament f’żoni u lokalitajiet li huma meqjusa turistiċi.
Dawn l-istabbilimenti għandhom obbligu li jaraw ukoll li jkollhom setup adekwat u jipprovdu lil ħaddiema tagħhom b’sistemi u faċilitajiet li tkun faċli għalihom li jimmaniġġjaw dan il-proċess ta’ separazzjoni.
Ħafna jaħsbu li l-Gvern qed jieħu dawn il-miżuri għax hemm xi ħadd minnbarra li qed jimponi dan fuqna
Tant li l-istatistika tindika li l-persuni li għaddew mill-ajruport f’dan il-perjodu kien dak ta’ 3.43 miljun passiġġier, figura li tiżboq bil-kbir dak tal-2019, is-sena ta’ qabel il-pandemija. Dan ir-riżultat ukoll ipoġġi lill-ajruport Malti ma’ grupp ta’ ajruporti Ewropej li rrappurtaw żieda fit-traffiku ta’ nofs is-sena meta mqabbel mal-2019.
Fid-dawl ta’ dawn in-numri pożittivi, ma nistgħux ma ninnutawx il-ħidma li qed issir minn diversi entitajiet privati u pubbliċi biex Malta tibqa’ tiddomina l-mappa turistika fl-Ewropa, partikolarment fir-reġjun talMediterran.
Minkejja li l-għadd kollu ta’ passiġġieri li għaddew millajruport ma jfissirx li kienu kollha turisti, dan iwassalna biex nenfasizzaw fuq il-ħtieġa li pajjiżna nkomplu nżommuh nadif, nibżgħu għas-siti storiċi u kif ukoll ilmod ta’ kif aħna bħala poplu nittrattaw mal-barranin li jiġu jżuru pajjiżna.
Għalkemm aħna konvinti li dan kollu qed iseħħ, però dan ma jistax isir waħdu imma wkoll irid ikun hemm kollaborazzjoni mas-settur turistiku privat f’dak li huwa servizz ta’ kwalità li t-turist għandu jingħata fiż-żmien li jdum hawnhekk. B’hekk mhux biss inkunu bħala pajjiż, qed nikkonsolidaw is-settur turistiku li huwa pilastru ewlieni fl-ekonomija imma wkoll inkunu qed inħeġġu lil dawk li diġà ġew, biex jerġgħu jiġu. F’dan il-kuntest nittamaw li l-industrija tal-kostruzzjoni tkun parteċipi f’dan kollu bil-għan li jonqsu l-ilmenti f’dawk li huma ħsejjes u trabijiet, li jkunu qed isiru waqt ix-xogħlijiet.
Għalhekk irridu napprezzaw ukoll l-isforzi tal-Gvern u tal-entitajiet tiegħu biex l-akwati tal-ajruport jisbieħu u jkunu ta’ livell li jagħtu bixra ta’ serjetà u trankwillità nieqsa mill-konfużjoni tat-traffiku u b’network ta’ toroq li jkunu komdi għal kulħadd. Dan kollu jiġġustifika x-xogħlijiet kollha li qed isiru li b’xi kultant kienu ta’ inkonvenjent imma li fl-aħħar mill-aħħar wieħed irid jifhem l-eżitu ta’ proġetti kbar ta’ din ix-xorta.
Pajjiżna, minn dejjem, kien strateġiku biex jiġbed lejh investiment
QATT MA’ BŻAJNA MINN ŻVANTAĠĠI BIEX NIKKOMPETU MA’ PAJJIŻI
Nemmen li pajjiżi oħra bħal Franza jew il-Ġermanja, huma f’vantaġġ aħjar minnha. Għandek konnessjoni bl-art, bil-ferrovija, popolazzjoni ta’ għexieren ta’ miljuni u spazju enormi. Allura jekk inti se tinvesti u tibni fabbrika jew tiftaħ negozju f’dak il-pajjiż, l-affarijiet huma bil-wisq iżjed semplici milli f’Malta fejn biex tiġi trid taqbad ajruplan u biex tibgħat xi ħaġa tonfoq ħafna f’cargo tal-ajruplan jew bil-baħar.
Matul is-snin, Malta m’aċċettatx din is-sitwazzjoni taqtalha qalba.
Bħala pajjiż u bħala poplu magħqud ħdimna biex noffru ambjent kummerċjali li jattira l-investiment. Għax wasalna, flimkien, illum ngawdu ‘standard of living’ ta’ livell tajjeb meta wieħed jikkompara pajjiżi viċin tagħna.
Fis-snin sebgħin rajna l-fabbriki u t-turiżmu jikbru b’ċertu saħħa, għaliex ilGvern ta’ dak iż-żmien kellu viżjoni u offra inċentivi varji biex tingħata l-art, jinbew l-industrial estates u fil-każ tat-turiżmu ħadem biex ikonna iżjed rotot tal-ajru lejn pajjiżna.
Illum il-ġid kbir li dawn l-industriji iħallu fl-ekonomija ta’ Malta huwa enormi. L-istess jista’ jingħad għal setturi oħra ta’ dak iż-żmien, bħal marittimu u l-avjazzjoni.
Aktar riċentament kellna s-settur finanzjarju, is-settur tal-corporates services u tal-gaming. Anke hawnhekk il-Gvern f’dawn l-aħħar tletin sena ħadem ħafna biex jattira l-aqwa ismijiet fid-dinja jinvestu f’pajjiżna. Minn ‘corporate tax’ kompetitiva sa taxxa tad-dħul li tinċentiva nies ta’ livell jiġu hawn, pajjiżna offra pakkett attraenti u ta’ kwalita, u dan ġab ħafna impjiegi b’pagi għoljien.
Dan kollhu tajjeb u illum niċċelebrawħ. Hekk hu xieraq.
Is-settur tal-films huwa settur li jaspira li jikber iktar u iktar fis-snin li ġejjin u jkun pedina importanti fl-ekonomija ta’ Malta u Għawdex.
Pajjiżna diġà kiseb riżultati tajbin f’dawn l-aħħar snin u s-settur qed jikber b’rata għolja.
Bħala Kummissjoni tal-Films nattiraw b’diversi modi l-investiment lejn pajjiżna, speċjalment bil-‘cash rebate’, fejn simili ta’ pajjiżi oħra noffru skemi attraenti li jinċentiva l-investiment lejn Malta.
Studju riċenti tal-Malta University Consulting Limited, entita’ li tgawdi r-rispett ta’ kulhadd, ikkonkludiet li l-‘multiplier effect’ tal-cash rebate huwa ta’ tliet ewro ma’ kull ewro li l-Gvern jinvesti.
Fl-analiżi ġew ikalkulati biss flus li ġew minfuqa u ikkunsmati f’Malta, f’negozji jew pagi ta’ nies jgħixu hawn, u ġiet eskluża għal kollox mill-analiżi kull tip ta’ flus minfuqa barra jew ta’ crew u atturi li jgħixu barra. Ridna verament naraw x’inhu l-impatt fl-ekonomija Maltija għax din kienet analiżi importanti ferm.
Ir-riżultat aħħari ta’ dan huwa li mhux biss il-Gvern joħloq settur ġdid flekonomija iżda talli joħloq ħafna impjiegi ta’ kwalita’.
Meta s-settur tat-turiżmu, tal-manifattura u tal-marittimu twieldu kien sar ħafna investiment, kemm fl-infrastruttura u kemm fit-taħrig u l-edukazzjoni.
Is-settur tal-films qiegħed f’dik il-fażi fejn biex jikber iżjed għandu bzonn jinvesti fl-infrastruttura li hemm bzonn kif ukoll li jkonna livell għoli ta’ ħaddiema. Bdejna u se nkomplu ninvestu iżjed fl-edukazzjoni għax nafu li biex ikonna valur tajjeb irridu noffru kwalita’ għolja.
Meta l-Gvern joffri inċentivi ta’ taxxa jew ta’ art biex fabbrika jew negozju tibda topera, kullħadd jara il-binja u x-xogħol isir. Fil-films forsi din ma tiġrix għax film mhux fabbrika fissa, iżda intrapriża li tinvolvi mijiet ta’ ħaddiema li tmur minn post għal ieħor, minn sett għal ieħor.
Sett tal-films ma jistax jkun miftuħ għal kulħadd il-ħin kollhu u forsi nifhem fejn mhux kullħadd jista jara b’għajnejh ix-xogħol kbir li joħloq, mis-settur tal-loġistika u ospitalita’ sa’ mastrudaxxi, meta jiġi film f’pajjiżna.
Se nibqgħu naħdmu biex Malta tibqa’ tikkompeti u tiġbed lejha films ta’ kwalita’ bl-għan li jinħoloq il-ġid u jikbru l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ tagħna. It-track record tagħna bħala pajjiż hija waħda konsistenti u fl-aħħar tliet snin kellna aktar minn 24 produzzjoni fis-sena. Track record b’saħħtu, fejn il-ġid qed igawdi minnu kullħadd.
Irridu dejjem iżjed xogħol lejn Malta iżda biex dan is-settur jkompli jikber irridu mhux biss inkomplu noffru pakkett b’saħħtu biss imma ninvestu iżjed fl-edukazzjoni biex iz-żgħażagħ Maltin u Għawdxin jkunu jistgħu jieħdu huma l-opportunitajiet li dan is-settur kienu, għadu w se jibqa’ joffri għas-snin li ġejjin.
Insaħħu s-sigurtà fit-toroq
X’għamilna?
Żieda fl-infurzar u l-ispezzjonijiet fit-toroq
Introduċejna multi eħrex
Qed inwaqqfu Kummissjoni
Investigattiva għas-Sigurtà fit-Trasport
Saħħaħna d-direttorat fi ħdan
Transport Malta
Ninkludu s-sigurtà fit-toroq
bħala parti mill-kurrikulum
Nintensifikaw il-kampanji edukattivi
Jisaħħaħ l-irwol tal-Kunsill għasSigurtà fit-toroq
Se nintroduċu tests għal għarrieda kontra d-droga