“Jekk se ngħaddsu rasna ġor-ramel se nkunu qegħdin nidħku bina nfusna” p8 | Intervista mal-ekonomista Silvan
Kwalità jew kwantità?
MifsudNota mill-Edituri
Iċ-ċifri fejn jidħlu turisti li jżuru pajjiżna huma li huma u filwaqt li nirrikonoxxu li dawn huma numri pożittivi meta tqis dak li għaddejjin minnu pajjiżi ferm ikbar minn pajjiżna, nemmnu li dawn għadhom mhumiex qegħdin iwasslu għal bilanċ bejn il-kwalità u l-kwantità.
Ekonomisti qegħdin saħansitra jiddeskrivu żieda ta’ 60,000 turist fl-ewwel xhur tas-sena meta kkumparat mal-istess perjodu tas-sena ta’ qabel bħala waħda li ma tfisser xejn għax jeħtieġ li nħarsu lejn strateġija aktar aggressiva li tiffoka fuq sostenibbiltà fuq firxa aktar wiesgħa fejn jidħlu l-ambjent, il-finanzi u l-ħaddiema li għandna bżonn biex noperaw bi kwalità.
Tajjeb li nifhmu li t-turist minbarra dħul iġib miegħu spejjeż infrastrutturali u jeħtieġ li noħolqu bilanċ sostenibbli bejn n-nefqa tat-turisti ras għal ras u l-ispejjeż marbutin magħhom biex kemm jista’ jkun inżidu d-dħul filwaqt li nnaqqsu l-istress infrastrutturali kkawżat mill-ammont tat-turisti li qegħdin jidħlu.
Is-sidien tal-istabbilimenti tkellmu wkoll, inkluż dawk anke barra minn xtutna li kellhom l-esperjenza li jservu turisti ta’ kwalità. Nemmnu aħna wkoll li hija tat-tħassib ferm li jkollok mewġa ta’ sħana u minkejja kollox mejda ta’ erbgħa jew aktar li lanqas biss jordnaw xarba waħda.
Is-soluzzjonijiet? Dawn nemmnu li jistgħu jkunu ħafna. Fuq kollox jeħtieġ li l-istrateġija tat-turiżmu mnedija fl-2021 jeħtieġ ma tibqax fuq il-karta u nassiguraw li ċ-ċifri tat-turisti li qegħdin nifirħu ħafna bihom ma jkunux jservux bħala l-mannara fuq medda itwal ta’ snin.
Jeħtieġ li nassiguraw li l-kwantità tal-lum ma tkunx ta’ riklam ħażin biex minn hawn u ftit tassnin oħra pajjiżna jispiċċa jkollu jerġa’ jibda jissielet biex jikkonvinċi li jista’ verament ikun destinazzjoni ta’ kwalità
p10Omar Vella
Tkabbir Ekonomiku ibbażat fuq il-ħiliet tal-ħaddiema
Il-Malta Enterprise testendi l-Iskema Skills Development
Fi sforz biex isaħħaħ il-ħiliet u t-tkabbir fis-settur tan-negozju ta’ Malta, il-Malta Enterprise ħabbret l-estensjoni tal-Iskema Skill Development. Wara li diġà appoġġat aktar minn 100 benefiċjarju b'investiment notevoli ta' €5 miljun matul l-aħħar sentejn, din l-iskema mġedda għandha l-għan li tkompli ssaħħaħ il-forza tax-xogħol billi toffri benefiċċji msaħħa u ambitu usa' ta' assistenza.
L-inizjattiva mġedda issa tkopri sa 70% tal-ispejjeż tat-taħriġ, li tinkludi mhux biss l-ispejjeż tat-taħriġ iżda wkoll il-pagi tal-apprendisti matul il-perjodu tat-taħriġ. L-assistenza finanzjarja primarjament tieħu l-forma ta’ kreditu ta’ taxxa; madankollu, il-Malta Enterprise hija miftuħa wkoll biex tikkunsidra għotjiet fi flus.
L-għan ċentrali tal-programm ta' taħriġ huwa li jiffaċilita l-iżvilupp komprensiv tal-ħiliet u l-kompetenza tal-impjegati iżda jiżgura wkoll li impjegati ġodda jkollhom il-ħiliet u l-għarfien meħtieġa għall-aħjar prestazzjoni.
William Wait, iċ-Chairman tal-Malta Enterprise, enfasizza l-espansjoni tal-iskema għal firxa usa’ ta’ kumpaniji u l-isforz biex jiġu ssimplifikati l-aċċessibbiltà u l-ġestjoni tagħha. Huwa enfasizza li l-verżjoni mġedda se tiffoka fuq iż-żieda tal-ħiliet tal-komunikazzjoni, il-litteriżmu diġitali, u t-trawwim tal-kuxjenza dwar is-sostenibbiltà fost l-impjegati. Wait ħeġġeġ lill-SMEs u lill-intrapriżi l-kbar kollha biex jgħaqqdu mal-Malta Enterprise biex jiksbu fehim aktar profond tal-ħidma tal-iskema.
Il-partijiet interessati jistgħu jissottomettu l-applikazzjonijiet tagħhom sat-30 ta’ Novembru, 2023. Hekk kif il-Malta Enterprise testendi l-impenn tagħha biex tikkultiva forza tax-xogħol tas-sengħa u tixpruna l-progress ekonomiku, negozji kemm żgħar kif ukoll kbar huma mħeġġa jaħtfu l-opportunità ppreżentata minn din l-Iskema innovattiva ta’ Żvilupp tal-Ħiliet. Fil-mixja tagħha lejn futur aktar infurmati u profiċjenti, l-iskema hija xempju ta' appoġġ għall-intrapriżi li jimmiraw li jirnexxu fi pajsaġġ kompetittiv.
L-EWWEL SITT XHUR
TAL-2023 KIENU L-AQWA
SITT XHUR FL-ISTORJA TAT-TURIŻMU MALTI
L-aħħar ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, fir-rigward tal-wasliet tat-turisti, l-iljieli mqattgħin u l-infiq tagħhom f’pajjiżna, huma ferm pożittivi.
Fil-fatt, dawn kienu l-aqwa sitt xhur fl-istorja tatturiżmu Malti, u l-indikazzjonijiet għat-tieni nofs tassena wkoll jidhru li huma tajbin.
Naturalment, wara dawn ir-riżultati, hemm il-ħidma sfiqa ta’ diversi entitajiet li jagħmlu minn kollox biex jirreklamaw lil pajjiżna bl-aħjar mod barra minn xtutna. Fuq quddiem nett hemm l-Awtorità Maltija għatTuriżmu, li qed tiffoka l-ħidma tagħha mhux biss biex ikunu attirati turisti mill-Ewropa imma anke lil hinn.
Quddiem dan kollu, jeħtieġ li l-kwalità fis-servizz tibqa’ tingħata prijorità. Dan qed iseħħ permezz ta’ investimenti diversi li qed isarrfu f’esperjenza aħjar mhux biss għat-turisti li jiġu jżuru lil Malta, imma wkoll għall-Maltin u l-Għawdxin kollha.
Biex tinkiseb il-kwalità, irid ikun hemm is-servizz. Din hija industrija li ġġib in-nies flimkien u hi industrija li tista’ tilħaq il-kwalità billi jkun hemm servizz fin-nies ta’ kwalità.
Illum il-ġurnata, is-settur tat-turiżmu qed ikompli jikber u jespandi. Qed ikollu jadatta għal realtajiet ġodda li ma kienx hawn qabel. It-turist qiegħed ifittex il-kwalità fis-servizz. Għalhekk irridu nkunu destinazzjoni ta’ kwalità li tagħti valur għall-flus, fejn nagħtu lit-turist dak li qed jistenna għall-flus li jħallas.
Fl-istess waqt, huwa importanti wkoll li jkompli jingħata taħriġ f’dan is-settur. Dan qiegħed isir permezz tal-ITS Training School u li dan isir mhux biss billi l-ħaddiema jmorru l-ITS, imma jekk ikun hemm bżonn it-taħriġ jingħata fuq il-postijiet tax-xogħol.
L-edukazzjoni hi ċ-ċavetta tas-suċċess u tassew tista’ tkun parti integrali minn dan is-suċċess li rridu niksbu mhux biss f’dan il-qasam imma anke bħala pajjiż.
Il-ħtieġa li jkomplii jiġi aġġornat il-prodott turistiku. Dan sabiex is-settur ikun jista’ jilqa’ għall-isfidi preżenti u dawk futuri. Huwa essenzjali anke meta wieħed iżomm f’moħħu l-ambizzjonijiet li għandu l-Gvern, fosthom dak li joffri settur turistiku ta’ eċċellenza.
MALTA BL-ORĦOS PREZZ TAL-FJUWIL FL-UNJONI EWROPEA
Ċifri miġbura mill-Kummisjoni Ewropea u ippubblikati fil-Weekly Oil Bulletin maħruġ ta’ kull ġimgħa minnha jindikaw li Malta hija l-pajjiż bl-orħos prezz tal-petrol madwar l-Unjoni Ewropea.
Dan hekk kif filwaqt li l-prezzijiet tal-petrol madwar l-Ewropa żdiedu f’kull pajjiż, dawn baqgħu stabbli f’Malta. Dan filwaqt li l-prezz tad-diesel f’pajjiżna issa ilu diversi xhur li huwa l-anqas fl-Unjoni Ewropea. Biex b’hekk il-familji f’pajjiżna bħalissa huma dawk bl-anqas piż fil-ġimgħa fuq nefqa fuq fjuwil.
Fl-ewwel nofs ta’ Awwissu, propju fl-eqqel tal-istaġun tal-vaganzi, meta ħafna familji madwar l-Ewropa jaqbdu l-karozza u jaqsmu l-fruntiera lejn xi pajjiż ieħor, dawn sabu ma wiċċhom żidiet qawwija fil-prezz tal-fjuwil. Bħala medja fil-Belġju kull litru petrol ġie jiswa 7 ċenteżmi aktar milli kien fl-aħħar ta’ Lulju, biex il-prezz issa tela’ għal €1.84. Bħala medja fl-Italja l-prezz ta’ litru petrol tela’ għal €1.94, jew 4 ċenteżmi aktar milli kien ħmistax qabel.
Iċ-ċifri tal-Kummissjoni Ewropea jirrapportaw il-medja, hekk kif fl-Italja hemm prezzijiet li jaqbżu sew iż-żewġ ewro kif irrapportat fl-aħħar jiem filmidja Taljana hekk kif il-prezz tal-fjuwil qed ikun meqjus bħala kriżi u tbatija kbira fuq in-nies.
L-ogħla prezz medju tal-petrol fl-Unjoni Ewropea bħalissa huwa dak flOlanda fejn litru petrol jiswa €2.08, jew 74 ċenteċmu ogħla minn Malta. Fejn jirrigwardja d-diesel id-daqqa fil-prezz kienet saħansitra aktar b’saħħitha. L-Italja kien hemm żieda ta’ 8 ċenteżmi l-litru, biex il-prezz medju issa laħaq €1.83ċ. Fil-Belġju d-diesel żdied b’11-il ċenteżmu l-litru u issa jiswa bħala medja €1.89. L-agħar li marru imma huma fir-Repubblika Ċeka fejn litru diesel żdied b’16-il ċenteżmu fl-ewwel nofs tax-xahar. Fl-Ungerija ż-żieda kienet ta’ 13-il ċenteżmu. Xorta waħda dawn il-familji qed iħallsu prezz ferm anqas minn dak fl-aktar pajjiż bi prezz għoli tad-diesel, li huwa l-Iżvezja. FlIżvezja litru diesel bħala medja jiswa €2.05, jew 84 ċenteżmu aktar minn f’pajjiżna.
Mindu sar Prim Ministru Dr Robert Abela, il-prezz ta’ litru petrol madwar l-Ewropa żdied b’medja ta’ 38 ċenteżmu, filwaqt dak ta’ litru diesel żdied b’36 ċenteżmu. Il-pajjiż bl-akbar żieda fil-prezz ta’ litru petrol minn Jannar 2020 ’l hawn kien il-Ġermanja, fejn kien hemm żieda ta’ 52 ċenteżmu l-litru. L-akbar żieda fil-prezz tad-diesel kienet ukoll fil-Ġermanja, b’żieda ta’ 47 ċenteżmu. B’kuntrast f’Malta l-prezz tal-petrol u d-diesel huma 7 ċenteżmi orħos milli kienu f’Jannar 2020. Anke fil-pajjiż ġar tagħna, l-Italja minn Jannar 2020 ’l hawn kien hemm żidiet qawwija fil-prezz tal-petrol u diesel, li illum jiswew madwar 23 ċenteżmi aktar milli kienu jiswew dakinhar.
Li kieku f’pajjiżna tħaddmet il-politika mħaddna mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista, li l-prezzijiet lokali jirriflettu dawk internazzjonali, kieku bħala medja kull min f’Jannar 2020 kien jonfoq €20 fil-ġimgħa fuq petrol, minflok illum qed jonfoq €25 fil-ġimgħa. Fl-istess waqt li kieku f’pajjiżna seħħ dak li tipproponi l-Oppożizzjoni, fuq diesel kieku min f’Jannar 2020 kien jonfoq €20 fil-ġimgħa illum qed jonfoq €26 fil-ġimgħa. Dan għaliex kieku illum minflok iħallsu €1.34 kull litru petrol kieku qed iħallsu €1.79, filwaqt li fuq diesel minflok €1.21 kull litru qegħdin iħallsu €1.64ċ.
Kieku minflok il-politika mħaddna mill-Gvern Laburista pajjiżna adotta l-politika tal-Oppożizzjoni, kieku f’dawn l-aħħar sentejn u nofs persuna li tixtri 15-il litru fjuwil fil-ġimgħa kienet tispiċċa tonfoq €514 aktar. Bilpolitika Laburista tal-istabbilità fil-prezzijiet, din il-persuna fl-aħħar sentejn fil-fatt nefqet €3,567 fuq fjuwil jew medja ta’ €19 fil-ġimgħa. Bil-politika Nazzjonalista kienet tonfoq €4,081 fuq fjuwil, jew 14% aktar. Dan kollu apparti l-għajnuna kbira fil-prezzijiet tal-enerġija, f’azzjoni diretta li kull fejn jista’ l-Gvern iżomm l-inflazzjoni taħt kontroll tant li għal bosta xhur kienet fost l-inqas fl-Unjoni Ewropea.
IL-KOPERATTIVI FIL-KOMMUNITÀ – MEZZ IEĦOR TA’ TĦADDIM TA' EKONOMIJA LOKALI
MARIO FAVA PRESIDENT AKLForsi ftit jaħsbu li madwar id-dinja hawn aktar minn 3 miljun koperattiva, li jiġbru fihom aktar minn 1.2 biljun membru. Fir-Renju Unit biss hemm aktar minn 7,000 koperattiva u dawn bejnithom jiġġeneraw 38 biljun lira Sterlina fl-ekonomija.
X’ inhi koperattiva?
Koperattiva taħdem fuq mod differenti minn kull tip ta’ negozju ieħor. Koperattiva hija tal-membri li jiffurmawha. Il-membri jistgħu jkunu diversi minn resident, nies li jixxuplixxu servizz jew prodott, konsumaturi, ħaddiema u oħrajn. Dawn huwa meqjusa bħal ‘shareholders’ ta’ kumpanija. Il-kunċett jitħaddem fuq numru ta’ prinċipji fejn primarjament, il-koperattiva tkun qed taħdem għallbenefiċċju tal-membri tagħha. Fejn il-membri huma resident ta’ lokalità jew kommunità dawn ikunu allura qegħdin jaħdmu għal ġid ta’ dik l-istess kommunità għaliex il-qliegħ li jsir ikun qed imur għalihom stress u l-lokalità fejn jgħixu.
Prinċipju ieħor b’saħħtu huwa dak ta’ tħaddim ta’ demokrazija. Dan għaliex kull membru tal-koperattiva, għandu l-istess vuċi u f’mumenti fejn ikun hemm bżonn deċiżjonijiet, kull membru għandu wkoll vot dirett biex jittieħdu d-deċiżjonijiet fl-aħjar interess tal-istess koperattiva.
Is-sabiħ ta’ dan il-kunċett hu wkoll li kull membru għandu funzjoni differenti. Hemm dawk li jaħdmu b’mod volontarju, oħrajn li jipprovdu servizz jew prodott, oħrajn li jinvestu għax ikollhom inqas ħin x’jiddedikaw. Dan iwassal biex kulħadd jikkontribwixxi b’mod differenti imma kulħadd għandu l-istess għan, dak li jsaħħaħ din il-koperattiva u li jipprovdu l-aħjar servizz għall-kommunità li minnha hija mwaqqfa.
Dan il-kunċett għandu ma qabadx daqshekk b’saħtu f’pajjiżna, izda lil hinn minn xtutna, dawn il-koperattivi jaffru wkoll taħriġ lil dawk kollha involuti u jaħdmu b’mod fejn jippromwovu u jkomplu jiżviluppaw ilbenefiċċji li l-koperattiva tista' toffri.
Il-koperattivi għandhom wkoll rwol soċjali għaliex ilfatt li fihom għandek numru ta’ resident, jissaħħaħ u jitkattar aktar is-sens ċiviku, titkattar is-solidarjetà bejn il-kommunità, jikber is-sapport bejn għaqdiet lokali, jitkattar is-sens ta’ inklussività u integrazzjoni filwaqt li jikkontribwixxu wkoll għal kommunitajiet ferm aktar sostenibbli.
Fid-dawl li f’pajjiżna dan il-kunċett għadu lura biex jaqbad bħalma qabad barra minn xtutna, tajjeb inħarsu lejn modi differenti kif dawn i-koperattivi qabdu f’pajjiżi oħrajn.
Koperattiva parikolari li nibtet f'Newcastle l-Ingilterra lura fl-2014, bdiet bħala koperattiva iffukata fuq mużika jazz u tagħlim. Illum din il-koperattiva kibret b’mod li toffri spettakli, promozzjoni ta’ artisti lokali, taħriġ fi żfin differenti, kitba ta' poeżija u taħriġ letterarju ieħor, żvilupp tal-mużika u drama fost l-oħrajn.
Koperattiva oħra interessanti fuq livell internazzjonali hija Pachamama Coffee CO-OP. Din il-koperattiva tiġbor fiha ndiewa minn pajjizi differenti madwar id-dinja, fejn kull membru tagħha joffri l-cafè li jipproduċi u riżorsi oħra relatati. Permezz t’hekk, dawn il-bdiewa għandhom suq fermi kbar, għandhom parteċipazzjoni fid-deċiżjonijiet li jittieħdu u huma ferm aktar koometittivi u jġibu prezzijiet aħjar għal prodotti tagħhom.
Fl-1844, 28 ħaddiem li kienu ġejjin hekk imejħa "klassi" ta’ ħaddiema tal-id bi dħul medju ħafna, mir-raħal Ingliż ta’ Rochdale, ingħaqdu flimkien u ffurmaw dik li llum hija meqjusa bħala waħda mill-aktar koperattivi ta’ suċċess. Dan sar fi żmien fejn l-irħula fit-tramuntana tal-Ingilterra
kienu għaddejjin minn perjodu industrijali ħażin ħafna. Dawn il-ħaddiema u l-familji tagħhom kienu xebgħu bil-fatt li d-dħul kollu tagħhom kien jispiċċa meta jixtru affarijiet bżonnjużi għal familji bħal qamħ, dqiq, ħalib, buttir u zokkor fost l-oħrajn.
Dawn in-nies ġaddmu qatiegħ biex iġġeneraw flus biżżejjed biex waqqfu l-koperattiva fuq il-prinċipji li semmejt qabel. Illum din il-koperattiva hija rikonoxxuta, hija ta’ suċċess u qed tipprovdi kompetizzjoni, produtti ġeniwini u ta' kwalità u fuq kollox prezzijiet tajba lillklijenti tagħha. Dawn l-hekk imsejħa ‘The Rochdale Pioneers’ huma mera ta’ suċċess u eżempju ħaj ta’ kif mix-xejn kull kommunità tista’ tingħaqad flimkien u tipprovdi dak li jkun qed jinħass nieqes fl-istess kommunità.
Kif għidt qabel, f’pajjiżna ftit huma dawk il-koperattivi li għadhom jaħdmu b’suċċess. Nemmen li l-Kunsilli Lokali jistgħu jkunu katalisti biex jimbuttaw ‘il quddiem dan il-kunċett mar-residenti tagħhom, fejn ix-xogħol, id-dedikazzjoni, l-imħabba li biha jaħdmu, il-benefiċċji, l-investiment u l-qliegħ li jkun hemm, jibqgħu jiġu iġġenerati fl-istess lokalità. Il-benefiiċji ta’ dan m’hemmx bżonn ngħidu, huma bla qies.
KOORDINAZZJONI BEJN L-ENTITAJIET LI QEGĦDA
TĦALLI L-FROTT
L-irkupru li għaddej minnu s-settur ekonomiku f’pajjiżna bħalissa partikolarment fil-qasam turistiku, huwa xi ħaġa li qatt ma rajna bħalha qabel.
Indikazzjoni ta’ dan hija wkoll l-għadd ta’ passiġġieri li għaddew mill-ajruport internazzjonali ta’ Malta fl-ewwel nofs ta’ din is-sena.
Tant li l-istatistika tindika illi l-persuni li għaddew mill-ajruport f’dan il-perjodu kien dak ta’ 3.43 miljun, figura li tiżboq bil-kbir dak tal-2019, is-sena ta’ qabel ilpandemija. Dan ir-riżultat ukoll ipoġġi lill-ajruport Malti ma’ grupp ta’ ajruporti Ewropej li rrappurtaw żieda fittraffiku ta’ nofs is-sena meta mqabbel mal-2019.
Fid-dawl ta’ dawn in-numri pożittivi, ma nistgħux ma ninnutawx il-ħidma li qed issir minn diversi entitajiet privati u pubbliċi biex Malta tibqa’ tiddomina l-mappa turistika fl-Ewropa, partikolarment fir-reġjun talMediterran.
Minkejja li l-għadd kollu ta’ passiġġieri li għaddew mill-
ajruport ma jfissirx li kienu kollha turisti, dan iwassalna biex nenfasizzaw fuq il-ħtieġa li pajjiżna nkomplu nżommuh nadif, nibżgħu għas-siti storiċi u kif ukoll ilmod ta’ kif aħna bħala poplu nittrattaw mal-barranin li jiġu jżuru pajjiżna.
Għalkemm aħna konvinti li dan kollu qed iseħħ, però dan ma jistax isir waħdu imma wkoll irid ikun hemm kollaborazzjoni mas-settur turistiku privat f’dak li huwa servizz ta’ kwalità li t-turist għandu jingħata fiż-żmien li jdum hawnhekk. B’hekk mhux biss inkunu bħala pajjiż, qed nikkonsolidaw is-settur turistiku li huwa pilastru ewlieni fl-ekonomija imma wkoll inkunu qed inħeġġu lil dawk li diġà ġew, biex jerġgħu jiġu.
F’dan il-kuntest nittamaw li l-industrija tal-kostruzzjoni tkun parteċipi f’dan kollu bil-għan li jonqsu l-ilmenti f’dawk li huma ħsejjes u trabijiet, li jkunu qed isiru waqt ix-xogħlijiet.
Għalhekk irridu napprezzaw ukoll l-isforzi tal-Gvern u tal-entitajiet tiegħu biex l-akwati tal-ajruport jisbieħu u jkunu ta’ livell li jagħtu bixra ta’ serjetà u trankwillità nieqsa mill-konfużjoni tat-traffiku u b’network ta’ toroq li jkunu komdi għal kulħadd. Dan kollu jiġġustifika x-xogħlijiet kollha li qed isiru li b’xi kultant kienu ta’ inkonvenjent imma li fl-aħħar mill-aħħar wieħed irid jifhem l-eżitu ta’ proġetti kbar ta’ din ix-xorta.
“Jekk se ngħaddsu rasna ġor-ramel se nkunu qegħdin nidħku bina nfusna”
DIRETTUR MANIĠERJALI TA’
“Jekk se ngħaddsu rasna ġor-ramel u ngħidu li m’għandniex problema nemmen li nkunu qegħdin nidħku bina nfusna”. Din kienet l-ewwel reazzjoni ta’ Rouvin Zammit Apap meta mistoqsi rigward kemm jemmen li pajjiżna qiegħed jirnexxielu jattira turist ta’ kwalità. Bħala Direttur Maniġerjali ta’ One80 Group, Apap għandu snin ta’ esperjenza lokali u anke fuq skala ikbar barra minn xtutna fejn jidħol is-settur tal-catering.
Apap qalilna li l-aktar tweġiba faċli tkun li ngħidu li mhux qed nattiraw biżżejjed turisti ta’ kwalità, iżda ma tistax tħalliha hekk. Sostna li jemmen li mhix xi ħaġa li jista’ jirranġa stabbiliment wieħed jew individwi, iżda bħala pajjiż inġenerali.
“Il-viżjoni li għandi jiena hija waħda ċara ta’ kif nattiraw turist ta’ kwalità. Naħseb illi l-infrastruttura tal-pajjiż mhix qiegħda tattira dawn in-nies. Jiena kont fortunat li esperjenzajt u ħdimt lil nies ta’ kwalità kemm lokalment fl-istabbilimenti tiegħi u anke meta kont impjegat barra minn Malta. It-turist jiġi għall-esperjenza. Inutli jkollok lukanda bl-aħħar tagħmir għax dawn it-turisti mhumiex se joqogħdu fil-lukanda. Se joħorġu u jtogħmu x’joffri l-pajjiż”, kompla biex jelabora Apap filwaq li semma kif bħala pajjiż irridu naħdmu biex noffru esperjenza għax dawn it-turisti f’dan l-istat se jesperjenzaw it-toroq tagħna, kemm għandna traffiku, kemm għandna ndafa u l-infrastruttura fuq livell ferm aktar wiesgħa.
Mistoqsi dwar jekk jemminx li l-inċentiv tal-gvern huwiex sostenibbli biex jattira t-turist ta’ kwalità, Apap sostna li taħdem bil-maqlub. Skontu turist ta’ kwalità għandu ċertu saħħa fil-profitti tiegħu u f’pajjiżu jaħdem b’tali mod li meta jsiefer ifittex l-iskont iżda l-kwalità.
“Turist ta’ kwalità meta jmur vaganza jkun irid jinqata’ minn kollox u mhux imur mal-volum. Il-popolazzjoni hi li hi u kull fejn tmur is-sitwazzjoni tinkwetani”, kompla Apap.
Mitlub biex jaqsam magħna x’inhuma l-aktar sitwazzjonijiet inkwetanti li jara fl-istabbilimenti tiegħu huwa qalilna li l-esperjenza tiegħu turih mill-ewwel xi klijent għandu
“Fi żmien ta’ mewġa ta’ sħana jkollok erba’ turisti li ma jordnawx x’jixorbu. Erba’ persuni mdawrin ma mejda u jaqsmu żewġ items bejniethom. Tista’ tgħidli m’għandhomx
ġuħ imma aħna mill-ewwel nindunaw mill-imġiba tagħhom. Għandek oħrajn li agħar minn hekk jieklu l-ikel u jaraw kif jagħmlu biex isibu kull skuża biex jieħdu skont jew saħansitra ikel b’xejn. It-turist ta’ kwalità ma jagħmilx hekk”, spjega jgħidilna Apap.
Domanda oħra li tista’ tiġi mwieġba b’diversi modi hija kemm hi diffiċli biex issib ħaddiema ta’ kwalità f’dan is-settur. Hawnhekk Apap qal li l-verità hija li l-industrija tirrikjedi sagrifiċċji kbar fejn
meta normalment kulħadd qiegħed igawdi, min jaħdem fi stabbilimenti jkun għaddej bl-istress ta’ kif se jattira lin-nies u joffri l-aqwa prodott.
“Fl-opinjoni tiegħi l-passjoni hija ċ-ċavetta biex tirnexxi f’din l-industrija. Nitkellem għalija personali. Hemm barra jaf għandi opportunitajiet fejn b’ħafna inqas stress nagħmel il-qligħ li għandi jew anke aħjar b’inqas stress. Xogħolna mhuwiex l-attivitajiet tal-kalendarju biss bħalma huma l-Milied jew l-festi l-oħra, iżda l-ġimgħa sħiħa. Jekk tieqaf u taħseb ftit aħna ma tistax taffordja li ma tkunx l-aqwa fi żmien bħalma huwa l-Milied allura tista’ timmaġina l-ħin li jkollok dedikat għall-familja, fejn tispiċċa ma tapprezza xejn fi żmien fejn ħaddieħor ikun miġbur f’mumenti imprezzabbli”, kompla biex jgħidilna Apap.
Bi klijentela ta’ aktar minn 60 fil-mija li hija Maltin, staqsejna lil Apap jekk ikollux sitwazzjonijiet fejn Maltin jistaqsu għal Malti biex jagħmlu booking jew biex jiġu servuti, huwa qalilna li iva tiġri għalkemm illum il-ġurnata naqsu dawn ilkażi.
B’reazzjoni għal din it-tweġiba staqsejna jekk jarax li l-industrija tista’ teħel jekk kemm-il darba jibqgħu jintilfu l-ħaddiema Maltin f’industriji oħra. Huwa kien ċar li hemm ħafna xogħol xi jsir, b’mod speċjali investiment f’żgħażagħ li jkunu fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS).
“Il-gvern irid jinċentiva lil dawn in-nies. Bniedem m’għandux jibqa’ jiġi ntaxxat fuq l-overtime. Għandna bżonn in-nies, hawn ix-xogħol imma l-ħaddiema ma jridux jagħmlu overtime minħabba f’hekk. Jeħtieġ li nerġgħu tattiraw persuni li għad għandhom il-passjoni għal din l-industrija li però ħasbu għal rashom meta feġġew l-isfidi tal-pandemija. Jekk nitfgħu l-enerġija fuqha nemmen li iva nistgħu naslu”, temm jgħidilna Apap.
“
Fl-opinjoni tiegħi l-passjoni hija ċ-ċavetta biex tirnexxi f’din l-industrija. Nitkellem għalija personali. Hemm barra jaf għandi opportunitajiet fejn b’ħafna inqas stress nagħmel il-qligħ li għandi jew anke aħjar b’inqas stress. Xogħolna mhuwiex l-attivitajiet tal-kalendarju biss bħalma huma l-Milied jew l-festi l-oħra, iżda l-ġimgħa sħiħa. Jekk tieqaf u taħseb ftit aħna ma tistax taffordja li ma tkunx l-aqwa fi żmien bħalma huwa l-Milied allura tista’ timmaġina l-ħin li jkollok dedikat għall-familja, fejn tispiċċa ma tapprezza xejn fi żmien fejn ħaddieħor ikun miġbur f’mumenti imprezzabbli”,
It-turisti jġibu spejjeż u stress infrastrutturali li qed jikkundannaw il-kwalità
EKONOMISTA JWISSI DWAR L-IMPORTANZA
TAS-SOSTENIBBILTÀ BIEX MA JKOLLNIEX
KONSEGWENZI FIS-SNIN LI ĠEJJIN
“
It-turisti meta jiġu fostna minbarra dħul iġibu spejjeż ta’ infrastruttura, toroq li jinbidlu, servizzi ta’ saħħa, dranaġġ, etċ.
Iktar kemm inżidu n-nefqa tat-turisti ras għal ras iktar se jkollna differenza bejn kemm dawn qegħdin jonfqu u allura jiġġeneraw fl-ekonomija u l-ispejjeż marbutin magħhom”.
Iddikjara dan l-ekonomista Silvan Mifsud ma’ din il-gazzetta filwaqt li kompla biex jelabora li hemm kalkolu li jeħtieġ li jitjieb biex l-ekonomija Maltija tkompli tissaħħaħ.
Rigward numri rekord ta’ turisti flewwel kwart tas-sena maħruġa milluffiċċju nazzjonali tal-istatistika, Mifsud qal li dan se jwassal għal ċertu stress fuq l-infrastruttura tal-pajjiż f’kull qasam.
“Importanti milli nħarsu lejn kemm ġejjin nies naraw dawn x’qegħdin iħallu warajhom. Biex it-turisti jħallu €10 warajhom irridu nġibu 10 turisti għandek ċertu stress. Jekk kapaċi nġibu l-istess dħul b’ħames turisti ara kemm se tkun qiegħed tnaqqas l-istress fuq l-infrastruttura li huwa punt strateġiku li għadna ma rbaħniex”, kompla Mifsud filwaqt li kkwota studju li sar riċentament mill-MHRA fejn irriżulta li għandna sitwazzjoni ta’ oversupply u l-possibbiltà hija li se jkollna ġlieda fuq il-prezzijiet u wieħed se jibda jqatta’ l-prezz fuq l-ieħor. Qalilna li l-istess studju juri li biex il-lukandi kollha li għandna u ġejjin fis-suq jkollhom medja ta’ 80 fil-mija jridu jiġu malħames miljun turist fis-sena li saħaq li huwa insostenibbli bħala ammont.
Huwa kien ċar li dan il-messaġġ għadu mhux jasal għand ċertu investituri għax għad hemm ħafna investiment li għadu propost u din l-oversupply se tkun qiegħda tikkawża problema ikbar minflok tonqos.
Workforce ibbażata fuq il-barranin li qed itellfu l-esperjenza mediterranea
Fejn jidħol il-bilanċ bejn il-kwalità u l-kwantità tal-ħaddiema li joperaw fissettur tat-turiżmu, l-ekonomista qalilna li llum għandna 70 fil-mija tal-workforce li hija magħmula mill-barranin u aktar minn nofshom huma ġejjin minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea. Sostna li dan ifisser li jekk se nibqgħu nibbażaw l-ekonomija fuq in-numri u mhux bilkwalità, biex iġġib aktar turisti trid iġġib aktar nies biex jaħdmu u allura dan se jkompli jżid l-istress infrastrutturali.
“It-turist qiegħed jitlef l-esperjenza mediterranea. Qabel it-turist li jkollu ċ-ċans li jkollu interazzjoni u jitkellem ma xi ħadd li hu Malti kienet kbira. Illum iċ-ċans li jiġi u minflok esperjenza mediterranea qed ikollu esperjenza ta’ bniedem li ġej min-naħa l-oħra taddinja biex iservih hija enormi u allura jitlef parti mill-esperjenza tal-kwalità li jistenna turist ta’ kwalità. Mhux biss, meta s-settur turistiku jibbaża fuq il-barranin, il-medja tal-perjodu li dawn idumu f’pajjiżna huwa ta’ bejn sentejn u tlieta u dan ifisser ammont ta’ ħin u riżorsi enormi għat-taħriġ talistess ħaddiema li jitilqu wara ħafna investiment fihom biex saħansitra jitgħallmu l-Ingliż”, kompla biex jispjega l-ekonomista.
X’jistgħu jkunu s-soluzzjonijiet?
Mistoqsi dwar is-soluzzjonijiet, Mifsud qal li pajjiżna għandu bżonn viżjoni ħolistika għax biex inkunu destinazzjoni ta’ kwalità ma jistax ikollna ħmieġ, dawl jinqata’ jew krejnijiet kull fejn tħares. Fuqha jeħtieġ li nibbażaw l-istrateġiji tagħna ta’ x’nies għandna bżonn u x’investiment fit-teknoloġija għandna
bżonn għax għandna sitwazzjoni li minħabba li l-ħaddiem barrani huwa irħas, kellna nuqqas ta’ investiment fitteknoloġija fost l-oħrajn.
L-ekonomista qal li żieda ta’ madwar 60,000 turist bejn Jannar u Mejju filverità ma tfisser xejn għax irridu nħarsu lejn l-industrija fuq il-firxa wiesgħa spjegata aktar kmieni biex ikollna iżjed sostenibbiltà.
Mistoqsi rigward il-futur tal-industrija, l-ekonomista qal li jemmen li s-sostenibbiltà hija importanti ħafna. Huwa qal li mhuwiex biss l-ambjent iżda jeħtieġ li jkollna sostenibbiltà mil-lat ta’ nies, mil-lat ekonomiku u anke minn dak finanzjarju u jeħtieġ li l-istrateġija li ħarġet fl-2021 ma tibqax fuq il-karta, iżda ssir realtà b’ħidma ħolistika li toffri futur.
“Jekk mhux se niġbdu l-istess ħabel se nibqgħu nifirħu bl-ammont tat-turisti li jiġu u l-biża’ tiegħi hija li aktar kemm jiġu turisti li ma nistgħux noffrulhom esperjenza ta’ kwalità se nikkundannaw il-futur ta’ pajjiżna fuq perjodu itwal tażżmien ngħidu aħna minn hawn u ċertu snin oħra”, tenna l-eknomista.
Nistgħu nikkalkulaw id-dannu talqtugħ tal-provvista fuq l-ekonomija?
Fejn tidħol il-provvista tal-elettriku u d-dannu li seta’ ħalla l-qtugħ tal-aħħar ġimgħat, l-ekonomista qal li hemm mod ta’ kif wieħed jista’ jikkalkula d-dannu. Qal li huwa kalkolu li jista’ jsir anke jekk mhuwiex wieħed faċli.
“Li jista’ jsir huwa li jiġi kkalkulat l-impatt li ħalla fuq il-profittibbiltà tal-kumpaniji u l-impatt x’aktarx ikun fuq il-produttività u l-profittibbiltà tagħhom għax bejn wieħed u ieħor id-dħul tal-ħaddiema baqa’ fejn kien. Il-profitti tat-telfien ta’ negozji li kellhom jagħlqu jew spejjeż li kellhom iġorru għax kellhom jarmu materji primi se jirriżulta fit-tnaqqis tal-profitti li ovjament inaqqas ittkabbir ekonomiku. L-elettriku għandu dak li nsejħu multiplier effect għax jolqot lil kulħadd u nemmen li se jkun hemm minn jista’ joħroġ b’analiżi bħal din fix-xhur li ġejjin”, temm jispjega l-ekonomista.