2
3
Editorjal
N
insabu fi tmiem ta’ xahar ieħor u fuq kollox ta’ sena skolastika oħra, differenti u straordinarja. Mattmiem ta’ dan ix-xahar qiegħed inwasslulkom edizzjoni oħra tassuppliment ta’ kull erba’ xhur Nikber u Nitgħallem iddedikata l-aktar lejn it-tagħlim diġitali u online. Fil-fatt, f’din l-edizzjoni, qiegħed niffukaw l-aktar lejn kif inbidlet l-edukazzjoni f’pajjiżna u lil hinn minnu minn meta faqqgħet l-imxija tal-COVID19 f’Marzu li għadda. Naqraw kif b’reazzjoni għal dan ilMinisteru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol nieda Teleskola.MT biex tkun ta’ servizz għall-istudenti u l-edukaturi. Ikollna wkoll is-solitu rubrika minn Dr Jeffrey Pullicino Orlando, din iddarba dwar kif il-Kunsill Malti għax-
Xjenza u t-Teknoloġija rreaġixxa f’din is-sitwazzjoni u l-ftuħ mill-ġdid taċ-ċentru ESPLORA matul dan ixxahar.
Edukazzjoni fi ħdan l-Universita’ ta’ Malta, jagħti ħarsa lejn l-importanza tat-tagħlim tal-lingwi barranin lil uliedna.
F’Nikber U Nitgħallem issibu wkoll diversi intervisti, fosthom ma’ Abby Camilleri Pearson dwar kif inbidel it-tagħlim permezz ta’ lezzjonijiet online f’diversi livelli. Claude Calleja mill-Fondazzjoni Eskills Malta jagħti ħarsa lejn l-intelliġenza artifiċjali li tant nagħmlu użu minnha kuljum mingħajr ma nkunu konxji ta’ dan.
Nikber u Nitgħallem żgur li għandu jkun suppliment interessanti għal kulħadd u huwa l-uniku wieħed tax-xorta tiegħu, iddedikat kollu għall-edukazzjoni u bil-lingwa Maltija. Grazzi lill-qarrejja tagħna tal-kummenti u s-suġġerimenti li bagħtulna fil-ġimgħat li għaddew. Jekk intom, qarrejja tagħna, tkunu tixtiequ li niddiskutu xi temi partikolari nitlobkom ukoll tibgħatuli email fuq kennethvella@hotmail.com
Inkomplu niltaqgħu ma’ aktar awturi ta’ kotba Maltin u l-counsellor Joyce Callus tiddiskuti magħna l-kunċett ta’ dixxiplina kemm fl-iskejjel u anki fl-ambjent tad-dar. Il-Professur Sandro Caruana, mill-Fakulta’ tal-
Dr Kenneth Vella Editur
Disinn: Robert Caruana - design@unionprint.com.mt Avviżi: 2590 0200 - adverts@unionprint.com.mt
‘Il fuq minn 500 għalliem Malti jagħmel użu millapp Finlandiża LessonApp
G
razzi għall-ħidma tal-entita’ ibbażata f’Tampere fil-Finlandja, Learning Scoop Finland sal-lum ftit aktar minn 500 edukatur Malti qiegħed jagħmlu użu mill-app Finlandiża LessonApp. Din l-app tgħin lill-għalliema jippjanaw lezzjonijiet u attivitajiet ibbażati fuq il-pedagoġija Finlandiża. Kien fl-2019 li din l-app ġiet mnehdija f’Malta mill-Ministru talEdukazzjoni ta’ dak iż-żmien, Evarist Bartolo. Malta kienet l-ewwel pajjiż barra l-Finlandja li fih ġiet introdotta LessonApp. Dan bħala ġest ta’ apprezzament lejn l-interess ta’
Malta fl-aħħar snin lejn il-ħidma ta’ din l-entita’ u b’apprezzament lejn il-Ministru Bartolo li dejjem ħa interess speċjali f’dawn l-inizjattivi li jittieħdu minn żmien għal żmien ma’ entitajiet Finlandiżi. F’kummenti li tatna, Ellimaija Ahonen, CEO ta’ Learning Scoop Finland, qaltilna li għalihom Malta tibqa pajjiż speċjali. “Sal-lum ħarriġna l-fuq minn 600 edukatur f’Malta stess dwar il-pedagoġija Finlandiża u madwar mitt edukatur ieħor Malti lqajnihom filFinlandja għal taħriġ speċifiku minn żmien
għal żmien. Dan anki permezz ta’ żjarat fi skejjel Finlandiżi u lectures fl-Universita’ ta’ Tampere. Fi żmien l-imxija ta’ COVID 19, LessonApp kienet ta’ assistenza mhux biss għall-għalliema Maltin iżda anki għal eluf oħra minn madwar id-dinja. Rigward il-futur ta’ LessonApp, nikkonferma li attwalment qiegħed naħdmu bl-għan li nagħmlu l-app disponibbli f’lingwi oħra fosthom ir-Rumen, ir-Russu u l-lingwa Brażiljana. Nittamaw li l-kollaborazzjoni ma’ Malta tkompli tikber fis-snin li ġejjin,” ikkonkludiet Ellimaija Ahonen.
4
MCAST joffri esperjenza unika lill-istudenti, maħsuba biex tassiguralek suċċess fil-karriera tiegħek. Hawn tista’ tikseb l-għerf, il-ħila u l-kunfidenza li teħtieġ biex tispikka fil-karriera li tagħżel. Il-korsijiet tagħna huma akkreditati u żviluppati id f’id mal-industrija.
APPLIKAZZJONIJIET Applika onlajn bejn is-6 ta’ Lulju u s-7 ta’ Awwissu fuq mcast.edu.mt GWIDA GĦALL-KARRIERI Agħmel kuntatt ma’ Student Services jekk tixtieq titkellem ma’ xi ħadd dwar għażla ta’ karriera. Tel: 2398 7135/6 • Email: career.guidance@mcast.edu.mt
5
teleskola.mt
tagħlim diġitali għal kulħadd
Ftit taż-żmien ilu l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol nieda s-sit Teleskola.mt b’eluf ta’ lezzjonijiet, vidjows edukattivi u mijiet ta’ attivitajiet minn esperimenti xjentifiċi sa eżerċizzji sportivi li jistgħu jsiru fid-dar għall-istudenti kollha mis-snin bikrin sa tmiem is-sekondarja.
L
-għan tal-portal huwa li jagħmilha faċli għall-istudenti, għall-ġenituri u għallgħalliema biex isibu lezzjonijiet ta’ kull sena skolastika u ta’ kull suġġett b’mod faċli ħafna. Il-proċess jinkludi li l-ewwel wieħed jagħżel illivell, imbagħad jagħżel is-sena u fl-aħħar nett jagħżel is-suġġett li jixtieq biex isib il-lezzjonijiet adattati għalih. Il-portal fih materjal adattat għat-tfal tal-kinder, għall-istudenti tal-primarja, tal-medja u tassekondarja, f’kull suġġett. Wieħed ikun jista’ wkoll iħalli l-kumment tiegħu ħdejn kull lezzjoni sabiex jikkomunika mal-għalliema. Il-portal fih minjiera ta’ tagħlim u ta’ riżorsi marbutin massillabi li jintużaw fl-iskejjel tagħna kollha, talIstat, tal-Knisja u l-Indipendenti. Pass ieħor ma’ dan kien li tnediet ukoll Teleskola TV, b’żewġ programmi fil-ġimgħa fuq it-televiżjoni, li jsiru kull nhar ta’ Tlieta u l-Ħamis fuq TVM2. Dan sar biex jitkompla jissaħħaħ it-tagħlim mid-dar b’modi differenti. Is-sit Teleskola.mt qed jibqa’ jevolvi kull gimgħa, dejjem jikber b’attivitajiet, sezzjonijiet u mijiet ta’ lezzjonijiet ġodda filġimgħa. Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol għaddej b’ħidma kbira biex b’kull mezz possibli l-istudenti tal-iskejjel u istituzzjonijiet edukattivi jkollhom riżorsi u materjal għad-dispożizzjoni tagħhom għat-tagħlim onlajn. U dan ir-riżors qed dejjem ikun aġġornat. Faċilità ġdida tas-sit li ddaħħlet fil-jiem li għaddew kienet dik biex tkun eħfef meta student irid jagħmel lezzjonijiet id-dar. Din il-faċilità ssemmiet “At School Today”. F’Teleskola.mt hemm diġa l-lesson finder, li issa kulħadd jaf biha, li hija tajba biex student isib lezzjonijiet partikolari għal suġġetti partikolari. Il-funzjonalità il-ġdida ta’ teleskola.mt ‘At School Today’ tagħti lezzjonijiet magħżula mis-sistema għal kull suġġett f’dik is-sena.
Kif tnediet il-funzjonalità ta’ ‘At School Today’, sa issa, hija ndirizzata biss għas-snin tal-Primarja, imma dalwaqt se tkun mgħammra b’faċilità għassekondarja u l-binarji kollha ta’ studju differenti. Biex juża l-faċilità ‘At School Today’, l-istudent irid imur fuq is-sit Teleskola.mt, u kif titla’ l-Homepage, jagħfas fuq l-istampa ‘At School Today’. Kif tinbidel il-paġna, u tintgħażel is-sena li jkun irid l-istudent, il-paġna Teleskola.mt jagħżel lezzjoni għal kull suġġett fis-sena magħżulha. Kull darba li tintuża l-facilità ‘At School Today’, Teleskola. mt tippreżentalek sett ġdid ta’ lezzjonijiet. Biex l-istudent juża Teleskola.mt, kemm biex ifittex lezzjonijiet bil-‘lesson finder’, kif ukoll ‘At School today’, m’għandux għalfejn jirreġistra fuq is-sit, u lanqas ma għandu għalfejn ikollu account. Teleskola.mt illum huwa s-sit ċentrali għattagħlim mid-dar u r-riżorsi edukattivi għallMinisteru tal-Edukazzjoni u b’hekk ħa jibqa’ jevolvi fix-xhur u s-snin li ġejjin. Il-ministeru mill-ewwel ġurnata tal-għeluq temporanju tal-iskejjel ra li jqiegħed riżorsi onlajn biex l-istudenti u l-ġenituri jkunu jistgħu jagħmlu
użu minnhom bl-iktar mod faċli. Teleskola. mt dejjem qed isir prodott aħjar, kemm mil-lat ta’ faċilitajiet interattivi u iktar u iktar mil-lat ta’ kontenut. Imma Teleskola.mt huwa wkoll aktar minn hekk. Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici qalilna li l-ġenituri bi tfal li jbatu middislessija jistgħu jużaw il-portal biex jikkomunikaw ma’ esperti ħalli jagħtuhom l-għajnuna fit-tagħlim ta’ uliedhom. Il-portal fih ukoll l-għodda kollha meħtieġa biex l-istudenti, il-ġenitur jew l-għalliem jikkomunikaw faċilment b’mod diġitali. Il-Ministru Bonnici rringrazzja lil dawk l-edukaturi li bis-saħħa tal-ħidma u tad-dedikazzjoni tagħhom tfassal, inħoloq u ntela’ dan il-portal, b’riżorsi adattati għall-istudenti Maltin u wkoll il-ħidma tagħhom biex is-sit jibqa’ jiġi aġġornat. Permezz ta’ dan il-portal, uffiċjali edukattivi, kapijiet tadDipartment u l-għalliema qegħdin għall-ewwel darba jaqsmu r-riżorsi tagħhom mal-istudenti kollha. Il-portal huwa wieħed attiv li jinbidel ta’ spiss u li jikber bl-għajnuna ta’ ħafna edukaturi li għandhom għal qalbhom it-tagħlim ta’ uliedna.
6
7
Attivitajiet għaċ-ċkejknin għal dawn iż-żminijiet Filwaqt li tista’ tgħid id-dinja kollha tinsab wieqfa għal kollox millattivitajiet tas-soltu minħabba l-pandemija tal-Coronavirus li laqtet lid-dinja, se naqsmu magħkom ftit attivitajiet li intom it-tfal tistgħu tagħmlu mal-ġenituri fil-kumdità ta’ djarkom.
L
-ewwel avventura li tistgħu tagħmlu hija ‘Nibnu Kamp ilkoll flimkien’. Din hi idea kreattiva li tista’ tgħin kemm lilkom tfal kif ukoll lill-adulti biex jidħlu f’dinja immaġinattiva. Mela biex nibdew l-ewwel ħaġa li tridu tagħmlu huwa li ssibu post spazjuż, m’hemmx bżonn xi kobor, però spazju biżżejjed biex tifirxu flimkien xi lożor u gvieret, preferibilment ikkuluriti biex il-kamp ikun sabiħ kemm jista’ jkun. Imbagħad tajjeb ukoll li fil-ġnub ta’ dan l-ispazju tagħmlu xi siġġijiet, biex torbtu l-lożor jew il-gvieret magħhom, biex b’hekk toħolqu din l-idea ta’ kamp ċkejken. Tkun idea ħelwa wkoll, li f’dan l-ispazju ddaħħlu magħkom xi mħaded jew kuxins. Kif tkunu taħt il-kamp tibda l-avventura ħelwa fejn flimkien mal-ġenituri jew bejn l-aħwa tistgħu taqraw xi kotba, tpinġu, jew timmaġinaw li qegħdin fil-kampanja jew ħdejn il-baħar ilkoll flimkien. Dan hu mezz kreattiv biex jinħoloq spazju ta’ komunikazzjoni bejn l-adulti u t-tfal. Tinsewx tieħdu xi ftit ritratti biex il-memorji ta’ dawn il-ġranet flimkien tibqgħu tiftakruhom. Apparti l-avventura taħt il-kamp, se naqsmu aktar ideat magħkom dwar kif tistgħu tutilizzaw il-ħin aħjar minflok li tagħmlu xi ġurnata fuq ilkompjuter jew mowbajl. Idea oħra se nsemmuha ‘Niżfnu flimkien’. U din l-idea m’għandkomx bżonn ħafna affarijiet għaliha ħlief li tixgħelu dak ir-radju jew fittxu daqsxejn mużika mill-‘YouTube’ u ċċaqalqu mal-mużika. Tistgħu toħolqu xi ftit passi flimkien u taddattaw ukoll xi ftit kostumi skont id-diska. Idea oħra hija li kif inkunu d-dar ‘Nitgħallmu l-emozzjonijiet u s-sentimenti (feelings)’. Dan hu metodu sempliċi, kif it-tfal mal-adulti jistgħu jsibu l-ħin biex jitgħallmu l-emozzjonijiet. Dan l-eżerċizzju jista’ jsir permezz ta’ tpinġija, flash cards, u saħansitra anke’ onlajn. Tajjeb li t-tfal u anke’ l-adulti jitgħallmu jidentifikaw l-emozzjonijiet u s-sentimenti tagħhom.
Nistgħu ukoll ‘Nilgħabu bil-bżieżaq’. Dan l-eżerċizzju hu tajjeb għal tfal aktar ċkejknin fletà. Mela kull ma rridu huwa pakkett bżieżaq. Ibdew billi tonfħu ftit bżieżaq ikkuluriti, u b’hekk jista’ jkun metodu kif it-tfal jitgħallmu l-kuluri waqt li jilgħabu. Il-bżieżaq jistgħu jintużaw flok blalen tal-logħob u b’hekk tkunu tistgħu tilgħabu ħafna logħob sempliċi permezz tal-bżieżaq bħal Basketball. Din il-logħba tistgħu tilgħabuha billi titolbu l-għajnuna ta’ xi adult biex idendlu xi borża ma’ xi siġġu biex it-tfal jitfgħu l-bżieżaq fil-borża.
Tistgħu tilgħabu wkoll il-Volleyball billi twaddbu l-bżieżaq lil xulxin kif ukoll tistgħu tużaw ilbżieżaq billi tpinġu bosta wċuħ fuqhom differenti. L-aħħar idea li se nwasslulkom hija ‘Inpinġu flimkien’. Lestu ftit kuluri li għandkom id-dar u xi ftit karti biex flimkien toħolqu ‘posters’ b’xi messaġġ fuqhom. Dawn il-posters imbagħad ikunu ħafna sbieħ jekk jiġu mwaħħlin mat-twieqi tad-djar tagħkom biex b’hekk f’dan il-mument diffiċli għal kulħadd, tkunu tistgħu tgħaddu messaġġi pożittivi lil xulxin.
8
Il-Vantaġġi u l-Iżvantaġġi tat-Tagħlim Online L-esperjenza tal-edukaturi Maltin waqt it-tagħlim onlajn
X’inhuma l-vantaġġi tat-tagħlim onlajn?
F’temp ta’ ftit jiem, fl-aħħar ġimgħat, edukaturi f’kull livell tas-sistema edukattiva Maltija kellhom jittrasformaw it-tagħlim u l-prassi tagħhom għal sistema ta’ tagħlim onlajn. Dwar dan kollu tkellimt riċentement ma’ Abby Camilleri Pearson li hija edukatriċi li tħarreġ għalliema fl-użu tat-teknoloġija fi ħdan il-kumpanija robocoach. Skont Camilleri Pearson, it-transizzjoni għat-tagħlim onlajn minħabba COVID-19 ġiet fuqna b’ħasda iżda meta tikkunsidra kollox s’issa, l-esperjenza hija pożittiva.
Bit-tagħlim onlajn tista’ titgħallem mill-kumdità ta’ darek. Xi nies jitgħallmu aħjar f’ambjenti online meta mqabbla mal-ambjent tal-klassi tradizzjonali. L-ambjent tal-klassi tradizzjonali jġib miegħu ħafna tfixkil li jista’ jtellef il-konċentrazzjoni ta’ xi individwi, waqt li d-dar wieħed jista’ jiffoka bla tfixkil fuq il-kunċett li qed jiġi mgħallem. It-tagħlim onlajn iwasslek biex tistudja ma’ universitajiet internazzjonali mill-kumdità taddar. It-tagħlim mhux sinkroniku, fejn iż-żewġ partijiet ma jikkomunikawx f’ħin reali jippermetti li t-tagħlim isir fil-ħin tiegħek. Wieħed jista’ jaħdem pjan ta’ ħidma maħluq għalih, bil-miżuri li jrid jilħaq fi skeda li tolqot il-ħtiġijiet tiegħu. Kull student jinterpreta informazzjoni mogħtija lilu b’mod differenti; allura dan il-metodu ta’ tagħlim jolqot kull tip ta’ student. Kulhadd jista’ jaħdem filħin tiegħu mingħajr pressjoni żejda biex ilaħħaq mal-kumplament tal-klassi għaliex ikun jista’ jaċċessa l-informazzjoni meta jrid.
Bis-saħħa ta’ diversi teknoloġiji rnexxilna nibqgħu f’kuntatt mal-istudenti, il-kollegi, il-familja u l-ħbieb. Ħafna minnha rrealizzaw li l-avvanzi li għamilna fitteknoloġija meta verament ikunu meħtieġa huma ferm effettivi u utli. Hi temmen li kulħadd, mill-kbir saż-żgħir skopra xi ħaġa ġdida permezz ta’ dawn il-mezzi ta’ komunikazzjoni. Żiedet tgħid li tant dħalna f’din is-sistema ta’ tagħlim malajr, li donna konna ilna naħdmu b’dan il-metodu ta’ tagħlim u kommunikazzjoni għal ħafna żmien. Qed ikun hemm sessjonijiet virtwali u korsijiet onlajn fejn l-edukaturi jaħdmu bla waqfien biex iġibu l-iskola u l-edukazzjoni fi djarna.
X’inhuma l-kunċetti bażiċi tattagħlim onlajn? Il-komunikazzjoni onlajn għal skopijiet ta’ tagħlim, tista’ ssir b’modi differenti kif ukoll pjanata biex tindirizza kategoriji differenti ta’ nies. Tkun maħsuba b’għanijiet ta’ tagħlim differenti għal studenti, edukaturi, professjonisti u eżekuttivi rispettivament. L-ambjent diġitali għandu jkun adattat għall-bżonnijiet speċifiċi tal-udjenza. Hemm aspetti komuni f’dawn ittipi kollha ta’ komunikazzjoni li huma l-użu ta’ kameras, mikrofoni, il-klassi virtwali, tqassim tad-dokumenti relatati u aktar. F’dawn il-każijiet kollha, hemm żewġ kunċetti bażiċi fit-tagħlim onlajn: tagħlim sinkroniku, fejn iż-żewġ partijiet jikkomunikaw f’ħin reali (bħal webinars) u tagħlim mhux sinkroniku, fejn iż-żewġ partijiet ma jikkomunikawx f’ħin reali (bħal assessments).
Meta t-tagħlim ikun sinkroniku, fejn iż-żewġ partijiet jikkomunikaw f’ħin reali, għandek l-oppurtunità li tistaqsi mistoqsija u jkollok risposta immedjata. Tista’ wkoll tingħata attenzjoni individwali permezz ta’ dawn il-mezzi ta’ tagħlim biex tiċċara xi diffikultajiet li qed issib. Dan it-tip ta’ tagħlim jgħinek tkun aktar dixxiplinat miegħek innifsek kif ukoll motivat u komunikattiv. Trid bilfors tipparteċipa, verbalment jew bilmiktub, mal-għalliem u studenti oħra waqt dawn il-lezzjonijiet. Allura dan il-metodu naturalment ikun qed isaħħaħlek il-ħiliet komunikattivi u jagħtik l-opportunità li trawwem il-ħiliet tal”logical thinking”.
X’inhuma l-iżvantaġġi ta’ tagħlim onlajn? Il-parteċipazzjoni fit-tagħlim onlajn tgħinek isaħħaħ il-ħiliet kommunikattivi tiegħek. Però jekk ma tkunx responsabbli u ma timbottax lilek innifsek biex titgħallem, ma jirnexxilekx tkampa. Dan it-tip ta’ tagħlim jista’ jkun tedjanti għal xi
studenti sakemm jidraw dan l-ambjent. It-tagħlim onlajn jagħtik aktar libertà li mhux kulħadd jiflaħ għaliha. Jekk ma tkunx dixxiplinat miegħek innifsek u tara li ssegwi t-tagħlim kollu mogħti lilek, tista’ faċilment titlef it-triq li twasslek għassuċċess. Ikollok studenti li ma jirnexxilhomx jikkonċentraw meta l-persuna ma tkunx fisikament quddiemhom; allura dan it-tagħlim onlajn mhux daqshekk effettiv għalihom. Flistess ħin hawn tfal li meta jitilfu l-konċentrazzjoni ġol-klassi tradizzjonali, l-għalliema jindunaw u jiġbdulhom l-attenzjoni. Ġo klassi virtwali mhux dejjem tkun qed tara l-persuna allura ma tkunx tista dejjem iżżommhom iffukati. It-tagħlim onlajn iġib isolament soċjali u allura importanti li ssib ilħin li tikkomunika ma’ nies fiżikament.
X’tissuġġerixxi jew temmen li huwa l-aħjar tip ta’ tagħlim onlajn? Għalkemm dan il-kunċett ta’ tagħlim virtwali ilu jintuża għal bosta snin, daħal fil-ħajja ta’ ħafna għalliema u studenti minħabba l-kriżi talCOVID-19. Huwa ferm importanti li nipprovdu għodda u gwida addattata lill-partijiet kollha nvoluti fl-edukazzjoni, sabiex jinħoloq ambjent diġitali li jkopri l-bżonnijiet speċifiċi ta’ l-għalliema u studenti kollha. Jien nemmen li jrid ikun hemm pjattaforma b’ taħlita ta’ tagħlim sinkroniku u tagħlim mhux sinkroniku biex tolqot kull aspett ta’ tagħlim li nużaw fil-ħajja reali tagħna. Istituzzjonijiet edukattivi għandhom joħolqu dan it-tip ta’ ambjent li jixbah kemm jista’ jkun il-klassi fiżika li fl-istess ħin tgħinhom jibnu l-ħiliet diġitali għall-futur tagħhom. Nemmen li għandna ngħallmu lit-tfal minn età żgħira biex ikunu kapaċi jaħdmu kemm fi klassi tradizzjonali kif ukoll klassi virtwali. Per eżempju meta student ikun marid id-dar ikun jista’ jkompli l-lezzjonijiet. B’din it-teknoloġija nkunu qegħdin inkabbru l-ħiliet komunikattivi u diġitali tal-istudenti, nippreparawhom għal ħajja li se jħabbtu wiċċhom magħha la jikbru, meta jibdew id-dinja tax-xogħol jew jużaw it-teleworking.
robocoach joffri konsultazzjoni fuq online management solutions bhal Student Information System (SIS), School Management System (SMS) u Learning Management System (LMS). Għal aktar informazzjoni, ikkuntattjana fuq 21317486. Tista wkoll iżur il-websajt www.robocoach.com.mt
9
Hemm bżonn ta’ dixxiplina,
fl-iskola jew fid-dar? N
aħseb li kulħadd jaqbel li d-dixxiplina hi meħtieġa sew fl-iskola kemm ukoll fid-dar. Fejn ma hemmx dixxiplina, ħafna drabi ikun hemm ‘chaos’ u nuqqas ta’ ordni. Imma l-mistoqsija tiegħi hi - Xi kwalita’ ta’ dixxiplina għandna bżonn biex ngħallmu? Ħafna drabi d-dixxiplina li nħaddnu tkun ibbażata fuq kastigi, u dan tifhmu għax għall-ġenerazzjonijiet sħah dejjem hekk sar. L-istudju jurina li billi l-kastigi iweġgħu aktar jgħallmu kif tweġġa lil ħaddiehor milli lezzjonijiet oħra għall-ħajja. Minn naħa l-oħra l-iskop tad-dixxiplina għandu jkun li jgħallem u mhux li jweġġa. Min ikun qed iweġġa ma jitgħallimx għax l-enerġija tiegħu tmur biex tipproteġi lilu nnifsu jew biex ipattiha lil min qed iweġgħu. Ħafna drabi dan joħloq sfidi bejn it-tfal u l-adulti. Din hi triq li twassal għal diffikultajiet u wġiegħ bejn it-tfal u l-adulti. Jekk nieħdu l-ambjent tad-dar fejn iddixxiplina hi mibnija fuq kastigi, jista jkun li l-messaġġ li jkunu qed jifhmu t-tfal hu ta’ nuqqas ta’ mħabba u aċċettazzjoni. Dan joħloq biża’, inċertezza u nuqqas ta’ mħabba fit-tfal. Ma ninsewx li l-ewwel ħaġa li jridu t-tfal hi li jhossuhom maħbubin.
Tfal li jġibu ruħhom ħażin huma tfal li qed jaqtgħu qalbhom R. DREIKURS
Jekk imorru fl-iskola, barra n-nuqqas ta’ mħabba, u stima baxxa jista jikber il-ħsieb li jien mhux tajjeb bħall-oħrajn. Dawn l-istudenti jistgħu jduru għall-imġieba negattiva biex iħossuhom tajbin f’xi ħaġa. Dan jista jkun ġlied, pika, nuqqas ta’ interess, u problemi oħra li jfixklu l-ħidma ta’ l-għalliema. Bil-kastigi mmorru mill-ħażin għall-agħar. Mela x’għandha tkun l-alternattiva? Il-prinċipju bażiku hu li kulħadd għandu għażla iżda ħadd ma hu meħlus mill-konsegwenzi ta’ l-għażla tiegħu. Dan jista jibda jiġi mgħallem minn eta’ żgħira u jikber magħhom. Per eżempju, jekk tifla tgara ġugarell u dan jinkiser, mhux nixtru ieħor, imma jew tilgħab bih miksur jew tarmih. Haġa IMPORTANTI HAFNA hi li t-tfal ikunu jafu x’inhi l-konsegwenza minn qabel. Din hemm hafna aktar xi tgħid fuqha u trid ukoll ċertu taħriġ. Il-prinċipju ta’ konsegwenzi għandu jkun mħaddem fil-klassi wkoll. Ilkonsegwenzi huma differenti mill-kastigi għax fost l-oħrajn dawn dejjem ikunu relatati ma’ l-imġieba, ikunu raġonevoli u magħrufin minn qabel. Il- konsegwenzi jgħallmu mhux iweġgħu; l-għażla x’jiġri tkun f’idejn it-tfal; dawn irawmu sens ta’ responsabbilta’; dawn jgħallmu kif qabel tieħu deċiżjoni tqis il-konsegwenza; dawn jgħallmu li trid terfa l-konsegwenzi ta’ għemilek. Kif nistghu naraw dawn huma lezzjonijiet u ħiliet li għandna bżonn fil-ħajja ta’ kuljum li jgħinuna nibnu karattru sod li jsaħħah il-familja u s-soċjeta’.
Joyce Callus Counsellor
10
L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu X’għandek tagħmel biex trawwem il-bilingwiżmu f’uliedek? •
•
•
Segwi dawn il-paġni ta’ Facebook u ħu gost isma’ storja ma’ wliedek: • •
•
• •
Ibda mill-ewwel — uża l-Malti u l-Ingliż mit-twelid b’mod konsistenti. Kellem lil uliedek — iddeskrivi u spjega x’int tagħmel, anke lit-trabi. Uża l-ilsien nattiv tiegħek — ħaddem il-lingwa li l-aktar tħossok komdu/a titkellem biha.
•
Esponi kemm tiflaħ lit-tfal għaż-żewġ lingwi.
•
Aqra kuljum biż-żewġ lingwi mill-bidu nett!
Aqra Miegħi / Read with Me għal tfal bejn 0 u 3 snin Seħer l-Istejjer / The Magic of Stories għal tfal bejn 4 u 6 snin Gost il-Qari / The Pleasure of Reading għal tfal bejn 7 u 9 snin Għidli Storja / Tell Me a Story għal tfal ta’ etajiet varji. Bil-Qari u l-Kitba Niskorja / Footballers Read and Write Programme għal tfal bejn 8 u 12-il sena.
Biex issir taf aktar fuq il-programmi u l-inizjattivi tal-Aġenzija, żur il-paġna ta’ Facebook L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, ibgħat ittra elettronika lil nla@ilearn.edu.mt jew ċempel 2598 2992.
11
IL-LINGWI BARRANIN JIFTĦU L-BIBIEN
M
eta nitgħallmu l-lingwi barranin niftħu bibien ġodda. Dan mhux biss għaliex permezz tagħhom inkunu nistgħu nikkomunikaw ma’ nies li jiġu minn pajjiżi differenti, imma anke għax illingwi jġorru fi ħdanhom il-kultura tal-poplu li jużahom ta’ kuljum. Hawn Malta għandha x-xorti li nużaw żewġ lingwi kontinwament – ilsien pajjiżna, il-Malti, u l-lingwa li llum hija rrikonoxxuta bħala waħda mill-iktar importanti internazzjonalment, l-Ingliż. It-tfal tagħna, minn età bikrija, għandhom opportunità li jitgħallmuhom it-tnejn u permezz tagħhom jiżviluppaw ħiliet marbutin malbilingwiżmu, utli tul ħajjithom kollha. F’pajjiżna għandna wkoll tradizzjoni b’saħħitha ta’ tagħlim ta’ lingwi barranin. It-Taljan, per eżempju, jagħmel parti mill-identità tagħna, sew minħabba li l-Italja tinsab qrib xtutna, kif ukoll minħabba r-rwol storiku li kellha din il-lingwa f’pajjiżna. Ħafna jiftakru ż-żmien meta konna nitgħallmu t-Taljan mit-televiżjoni u x-xorti li kellna meta b’hekk tgħallimnih mill-kumdità ta’ darna. Lingwi oħrajn – fosthom il-Franċiż, il-Ġermaniż u l-iSpanjol – jiġu studjati minn numru ġmielu ta’studenti fl-iskejjel tagħna, u jgħinuna ħafna biex nilqgħu t-turisti li jżuru pajjiżna u biex nikkomunikaw meta mmorru f’pajjiżi fejn jitkellmu b’dawn il-lingwi. Fis-soċjetà tagħna tal-lum nisimgħu wkoll illingwi barranin ta’nies illi, f’dawn l-aħħar snin, ġew Malta minn pajjiżi differenti. Uħud minnhom huma l-lingwa nattiva ta’ tfal inklużi fl-iskejjel tagħna. Fil-fatt, minħabba t-tibdiliet demografiċi ta’ dawn l-aħħar snin għandna għadd ta’ skejjel fejn żdiedu t-tfal li l-ilsien nattiv tagħhom mhuwiex il-Malti jew l-Ingliż. Xi jfisser dan, u x’inhuma l-implikazzjonijiet għall-iskejjel tagħna? Ta’ min jgħid, l-ewwel u qabel kollox, li t-tfal, speċjalment iż-żgħar, malajr jiżviluppaw kurżità u interess lejn lingwi li
ma jafuhomx, anke permezz tal-interazzjoni ma’ sħabhom u mil-logħob. Ħafna drabi ma jsibux problemi biex jilagħbu ma’ sħabhom għalkemm mhux kollha jkunu jitkellmu bl-istess lingwa. L-iskejjel tal-lum, u mhux Malta biss, saru iktar multikulturali u bosta għalliema jagħmlu xogħol ta’ siwi kbir meta, bil-professjonalità tagħhom, joħolqu ambjent inklussiv li minnu jgawdi kulħadd. Ta’ min wieħed iżid li żgħażagħ u adulti li jiġu esposti għal lingwa ġdida, għandhom jieħdu din l-opportunità biex jirriflettu anke fuq il-lingwa nattiva tagħhom, kif ukoll fuq lingwi oħra illi diġà jafu. Dan jiġri meta dak li jkun, jagħmel sforz biex jifhem din il-lingwa ġdida u meta, permezz ta’ dan l-isforz, jirnexxielu jaqbad is-sens ta’ dak li jkun qiegħed jingħad. Ħafna minna, li tgħallimna l-lingwi barranin l-iskola, forsi niftakruhom għax kellna nitgħallmu ħafna regoli grammatikali, jew listi ta’ kliem bl-amment. Għalkemm li titgħallem dwar l-istrutturi li jiffurmaw l-lingwi huwa utli, daqstant ieħor hu importanti li tipprova tifhem lil dak li jkun u li tikkomunika ma’ kelliema li jużaw dawk il-lingwi li għalik huma barranin. Il-Fakultà tal-Edukazzjoni, permezz tadDipartiment tal-Lingwi u Studji Umanistiċi, tħarreġ lill-għalliema futuri tal-lingwi. L-għalliema talMalti llum huma mħarrġin ukoll biex jgħallmuh
Prof. Sandro Caruana Fakultà tal-Edukazzjoni Università ta’ Malta bħala lingwa barranija fil-livell medju u sekondarju minħabba l-preżenza ta’ studenti barranin fl-iskejjel tagħna. L-istudenti li jkunu qed jimmiraw għal karriera ta’ għalliema tal-lingwi jiġu kollha mħarrġin biex jgħallmu s-suġġett tagħhom billi jagħrfu l-bżonnijiet tal-istudenti tal-lum, fil-kuntest multilingwi u multikulturali li qed ngħixu fih. Ir-rwol ta’ dawn l-għalliema futuri huwa importanti ferm, għax permezz tagħhom titkompla t-tradizzjoni ta’ pajjiżna, li fl-istorja dejjem kienet miftuħa għal-lingwi barranin. L-opportunitajiet li nitgħallmu l-lingwi barranin illum żdiedu ġmielhom. Minbarra t-tagħlim li jsir fl-iskejjel, jeżistu bosta websites u apps pedagoġiċi magħmulin apposta, akkumpanjati minn materjali awdjo-viżiv. Tajjeb li nħeġġu lit-tfal jużawhom, anke biex isaħħu dak li jkunu tgħallmu l-skola. Tajjeb ukoll jekk l-adulti jisfruttaw dawn l-opportunitajiet, sew biex itejbu l-lingwi li jafu diġà u anke biex jisimgħu lingwi ġodda. B’hekk il-lingwi barranin jippermettulna niftħu l-bibien beraħ, bl-opportunitajiet kollha li dan iġib miegħu.
12
Il-Kunsill Malti għax-XJENZA u t-TEKNOLOĠIJA idawwar l-isfidi tal-preżent f’opportunitajiet u jerġa’ jiftaħ il-bibien tal-Esplora għall-pubbliku.
Fis-sitwazzjoni dinjija preżenti, it-tim maniġerjali tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST), assigura li jkun proattiv fit-teħid ta’ deċiżjonijiet li jolqtu lill-impjegati tiegħu, kif ukoll ilklijenti – partikolarment dawk li xtaqu jżuru l-Esplora. Imxejna paripassu ma’ dak li kien qiegħed jitħabbar millPrim Ministru Abela u l-awtoritajiet tas-saħħa.
Dr Jeffrey Pulliċino Orlando, Ċermen Eżekuttiv, MCST
H
ekk kif bdiet tinħass il-kriżi f’pajjiżi ġirien ta’ Malta, partikolarment fl-Italja, ġie deċiż b’mod immedjat li jiġi kkanċellat kull vjaġġar relatat max-xogħol biex inħarsu issaħħa tal-impjegati tagħna. B’hekk evitajna wkoll il-ħela ta’ riżorsi tal-Kunsill meta diversi konferenzi bdew jiġu kkanċellati ħesrem. Konna wkoll proattivi biex introduċejna l-faċilita’ ta’ ħidma mid-dar. Ingħataw l-ewwel din l-opportunita’ dawk l-impjegati li kien jeħtieġ li jagħtu sapport lil familthom ladarba l-Gvern kien ħabbar li se jagħlaq l-iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex. Ftit jiem wara biss, din il-miżura ta’ xogħol mid-dar ġiet estiża għal kull impjegat tal-MCST, b’konformità mad-direttiva tlettax tal-Coronavirus li ħareġ il-Gvern ta’ Malta, u b’koordinazzjoni mad-Diretturi rispettivi. Bi pjaċir ngħid li l-impjegati addattaw ruħhom għaċ-ċirkostanzi fi żmien qasir u b’hekk ix-xogħol filKunsill baqa’ miexi ‘il quddiem. Żammejna wkoll ir-ritmu ta’ xogħlijiet ta’ manutenzjoni u l-attendenza virtwali f’numru ta’ laqgħat ma naqasx.
13
Ta’ min wieħed japprezza wkoll kif ir-rispons mgħaġġel li bih ġew żviluppati ideat kreattivi u innovattivi tul il-kriżi tal-COVID-19, jisfida t-twemmin komuni li ideat ġodda jieħdu ż-żmien biex jifformaw. Il-Kunsill emmen bi sħiħ fis-sehem tiegħu f’dan il-qasam u ħdimna sabiex naddattaw l-iskemi ta’ fondi tagħna. B’unur inħabbar li l-MCST, flimkien mal-Malta Enterprise, nieda Fond għarRiċerka u l-Iżvilupp dwar il-COVID-19 ta’ €5.3 miljun biex jiġu pprovduti soluzzjonijiet innovattivi jew imtejba fir-rigward tar-riċerka antivirali attwali jew oħrajn li huma rilevanti. L-għan aħħari hu li nużaw l-għarfien talpreżent biex saħansitra jinħolqu għodod u metodoloġiji ġodda għall-futur. Dr Lydia Abela u s-Segretarju Parlamentari Bartolo waqt żjara fl-Esplora. Dan flimkien ma’ Dr Jeffrey Pullicino Orlando
Żvilupp importanti ieħor hu l-ftuħ talEsplora, iċ-Ċentru Interattiv għax-Xjenza li jinsab il-Kalkara u li jaqa’ taħt it-tmexxija tal-MCST. Kien kontra qalbna li, minħabba ċ-ċirkostanzi, kellha tittieħed id-deċiżjoni li jingħalaq Esplora. Minkejja dan, ittim tagħna mill-ewwel dawwar din issitwazzjoni f’opportunità fejn bqajna għaddejjin b’ritmu dinamiku u xorta waħda komplejna nipproduċu kontenut onlajn. Fost oħrajn, xandarna esperimenti xjentifiċi, siltiet mix-xows regolari tagħna u serje ta’ science cafés mxandra diretti fuq Facebook bl-għan li jiġu diskussi suġġetti kurrenti. B’hekk komplejna nwasslu togħma ta’ dak li l-Esplora huwa tant magħruf għalih. Użajna dan il-perjodu sabiex jiġi ppjanat b’mod għaqli l-operat tal-Esplora sabiex jinfetaħ immedjatament kif ningħataw
il-gwida neċessarja mill-awtoritajiet konċernati. B’frott tal-istess ħidma, illum bi pjaċir inħabbar li l-pubbliku jistà jerġa’ jibda jżur l-Esplora f’ambjent sigur, divertenti u edukattiv. Fost il-miżuri li ħadna sabiex naċċertaw li qed tiġi mħarsa s-saħħa u s-sigurta’ jinkludi l-użu tas-sanitisers kif ukoll introduċejna sistema ta’ pre-booking onlajn sabiex nevitaw ġemgħat ta’ nies flistess post. Ta’ min wieħed japprezza l-fatt li dan iċ-ċentru għandu kobor ta’ 22,000 metri kwadri u b’hekk jagħmilha iżjed faċli li jiġi applikat il-kunċett ta’ distanza soċjali. Iżda l-Esplora ma taqdix biss funzjoni edukattiva. Nedejna wkoll inizjattiva favur ir-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva li b’permezz tagħha t-tim tal-kafetterija flEsplora qed jipprepara 150 ikla kuljum
għall-familji fil-Cottonera li għandhom ħtiġijiet partikolari minħabba ċ-ċirkostanzi. Dan għamilnih għax nemmnu fi sħiħ li l-Esplora għandha tkun parti integrali talkomunita’. Konna onorati bl-apprezzament ta’ Dr Lydia Abela, li żaret l-Esplora biex issegwi dawn il-preparamenti. Nirringrazzja wkoll lill-Onor. Bartolo, is-Segretarju Parlamentari għasServizzi Finazjarji u l-Ekonomija Diġitali, għassapport sħiħ tiegħu f’kull inizjattiva tal-Kunsill. Insellem lill-qarrejja u nħeġġiġkom tippjanaw żjara fl-Esplora – ċentru meqjus bħala wieħed mill-aqwa attrazzjonijiet tal-viżitaturi f’pajjiżna. Żuru s-sit www. esplora.org.mt għal iżjed informazzjoni fuq riservazzjonijiet.
14
@School 10 - 25 OTT UBRU 2020
#CodeWeek
L-EBDA TA’ A Z N E J R ESPE AR J D W O K IK ĠA E I T Ħ E M MA HI
SEJĦA GĦAL GĦALLIEMA .
Introduci l-ikkowdjar u t-teknoloġija lejn l-iskola tiegħek permezz tal-EU Code Week! Għal aktar informazzjoni żur:
codeweek.eu/schools @codeEU
@CodeWeekEU
eSkills
eSkills Malta Foundation
@CodeWeekEU
15
L-intelliġenza artifiċjali
u l-Blockchain I
t-teknoloġija miexja l-quddiem b’rata dejjem iktar mgħaġġla. Kull ġurnata ġdida ġġib magħha xi ħaġa ġdida li tħaffiflek jew tiffaċilitalek ħajtek jew xogħolok. L-intelliġenza artifiċjali u l-‘Blockchain’ huma żewġ teknoloġiji li ilhom jimmaturaw u wkoll ilhom jissemmew fil-medja. L-intelliġenza artifiċjali hija teknoloġija li qed tipprova dejjem b’mod aħjar tawtomatizza proċessi li għandhom bżonn livell ta’ intelliġenza dejjem għola. Biex magna rnexxilha tirbaħ lil bniedem fil-logħba ‘Go’ kellha bżonn livell ta’ intelliġenza ħafna għola minn logħba bħal-‘chess’ jew ‘Monopoly’. Fejn biex tirbaħ f’logħba ‘chess’ għandek bżonn li żżomm bosta regoli f’moħħok, fil-logħba ‘Go’ hemm bżonn inqas sens loġiku u iżjed intuwizzjoni. It-teknoloġija tal-‘Blockchain’ li ġiet żviluppata minn karattru anonimu li jsejjaħ lilu nnifsu ‘Satoshi Nakamoto’, hija t-teknoloġija wara l-‘Bitcoin’. Il-‘Blockchain’ taqa’ taħt teknoloġija msejħa ’Distributed Ledger Technology’ (DLT) li tippermetti l-ħażna tad-‘data’ u transazzjonijiet b’metodu sigur u trasparenti. Dan iż-żmien ħafna sistemi teknoloġiċi jużaw jew jiġu ppreparati bies jużaw Il-‘Blockchain’. Dawn is-sistemi insibuhom ġo ħafna industriji, bħal fil-kura tas-saħħa, trasport, stħarriġ pubbliku, immaniġġjar ta’ kuntratti u assigurazzjoni. F’termini sempliċi l-mod kif taħdem il-‘Blockchain’ tinkludi li r-rekords ta’ ‘data’ jiġu stampati bil-ħin eżatt li ma jistax jinbidel ta’ ‘data’ li hija mmexxija minn grupp ta’ kompjuters li ġo network li ma humiex propjetà ta’ xi entità waħda. Kull wieħed minn dawn il-blokki tad-‘data’ (għalhekk ‘Blockchain’) huma marbutin ma’ xulxin bl-użu tal-kriptografija. Dawn it-teknoloġiji ġodda huma utli ħafna għax joffru diversi vantaġġi u tista’ tiffranka l-flus wkoll. Għaldaqstant huwa tajjeb li nkunu iżjed familjari magħhom u nintegrawhom fejn nistgħu fil-ħajja tagħna ta’ kuljum.
Artiklu minn Claude Calleja eSkills Malta Foundation
Meta l-‘Blockchain’ jintuża ma’ l-intelligenza artificjali jagħti benefiċċji kbar lil industrija u s-soċjeta’. L-industriji jsiru iktar effiċjenti għax jaqtgħu proċessi intermedjarji, li ħafna huma wkoll manwali. Jekk nieħdu l-kuntratti tal-propjetà bejn żewġ persuni, is-soltu jkollhom bżonn nutar biex jiċċertifika l-identita’ tal-persuni u l-propjetà. Fil-futur bit-teknologija tal-‘Blockchain’ dan ikun possibli. Xorta jkollna bżonn in-nutara, però xogħolhom jinbidel. Eżempju ieħor ta’ benefiċċju tat-teknoloġija tal-intelliġenza artifiċjali mal-‘Blockchain’ hija dik li per eżempju tkun tista tivvota onlajn b’kunfidenza sħiħa li l-voti ma’ jistgħux jiġu mmanipulati. Użu ieħor tal-intelliġenza artifiċjali huwa biex tgħasses is-sigurta’ u r-riżorsi waqt li ‘Blockchain’ jirreġistra d-deċiżjonijiet li jsiru b’sigurta assoluta għax id-‘data’ tkunx tista’ tinbidel Fil-fatt il-’Blockchain’ hija database ‘encrypted’, mqassma globalment u li tista’ tipprovdi intelliġenza artifiċjali b’informazzjoni llimitata u affidabbli. Peress li t-teknoloġija tal-‘Blockchain’ hija bbażata fuq algoritmi kriptografiċi, huwa diffiċli għall-kriminali li jikkorrompu sistema u jisirqu informazzjoni kunfidenzjali. Dawn iż-żewġ teknoloġiji jistgħu jiġu faċilment użati waħedom iżda flimkien toħroġ iżjed is-saħħa u l-vantaġġi tagħhom. Dawn it-teknoloġiji ġodda huma interessenti u hemm żgur ħafna iżjed xi tgħid fuqhom però l-għan ta’ dan l-artiklu huwa li jagħti ħjiel żgħir tas-suġġett. L-‘eSkills Malta Foundation’ hija koalizzjoni nazzjonali magħmula minn rappreżentanti mill-Gvern, l-industrija u l-edukazzjoni u waħda mill-mandati tagħha hi li tkun minn ta’ quddiem biex iġġib iżjed għarfien ta’ dawn it-teknoloġiji ġodda, u b’hekk tkun qed iżżid il-kompetenzi ta’ min jaqra.
16
C-PEN ReaderPen is a pocket sized reading pen that reads text out loud.
17
L-Ispettaklu Stupend Żanżan Kelma…
interessanti għat-tfal Maltin D an l-aħħar komplejt niltaqa’ ma’ aktar awturi Maltin. Clare Azzopardi u Leanne Ellul kienu flaħbarijiet wara li addattaw għall-Malti l-ktieb “L-Ispettaklu Stupend Żanżan Kelma” ta’ Deborah Abela. Dan huwa t-tieni ktieb ta’ Abela u li ġie adattat għall-Malti minn dawn iż-żewġ awturi Maltin. Fil-fatt l-ewwel ktieb ta’ Deborah Abela kien Teresa.
Il-kunċett ta’ spelling bee f’Malta hu pjuttost ġdid. Kif beda, u mnejn ġiet il-frażi Maltija għaliha Żanżan Kelma? Leanne : Biex inwieġeb din il-mistoqsija kelli mmur inqalleb fl-arkivji tal-ittrejiet! Kien fid-29 ta’ Jannar tal-2016 li ħriġt b’dan l-isem. Ħsibt li bil-Malti jdoqq sew għax minbarra l-ħoss taż-żanżin jaqbad l-idea li qed nużaw kliem ġdid u nżanżnuh. Kemm hu sabiħ il-Malti hux? Bdejt naħseb fuqu għax f’dak iż-żmien kienet qed tberren f’moħħna l-idea li nagħmlu “Spelling Bee” f’Malta u ridna isem għaliha. Din l-idea mbagħad ġiet addottata mill-Għaqda tal-Malti li flimkien mar-Rappreżentazzjoni talKummissjoni Ewropea f’Malta bdew jorganizzaw din l-attività kull sena. Imbagħad, meta wasal dan il-ktieb f’idejna biex nittraduċuh ma stajniex ma nużawx din il-frażi anke għax kienet qabdet sew! Illum jekk tgħid lil xi ħadd “Żanżan Kelma” ikun jaf għal xiex qed tirreferi!
Il-ktieb L-Ispettaklu Stupend Żanżan Kelma hu traduzzjoni ta’ The Stupendously Spectacular Spelling Bee, rumanz talawtriċi Awstraljana Deborah Abela. X’tip ta’ storja hi? Clare : Din hija storja dwar tifla li jisimha India u li kienet tħobb ħafna tispelli. Kienet tħobb tara l-Ispettaklu Żanżan Kelma kull nhar ta’ Ġimgħa fuq it-televixin u dejjem tkun taf kull kelma li tingħata lill-parteċipanti. Qatt f’mitt qamar ma ħasbet li hi kienet se tkun waħda minn dawk il-kontestanti li jidħlu għal din il-kompetizzjoni. Għax India kienet tifla mistħija ħafna u meta titla’ fuq palk kienet tiffriża. Imma bil-mod il-mod jirnexxilha tegħleb il-biża’ tagħha u tidħol għal din l-isfida.
X’kienu l-akbar sfidi u, nimmaġina, l-aktar sfidi interessanti wkoll - intom u tittraduċu dan il-ktieb? Clare : Bħal f’kull ħaġa oħra dejjem hemm ħafna sfidi. Meta qed tikteb xi ħaġa oriġinali hemm sfidi mod u meta qed tittraduċi, mod ieħor. F’dan il-każ kellna nħabblu moħħna biex naraw liema kliem se nagħżlu. Naħseb li dik kienet l-ikbar sfida. Ċertu kliem li huwa diffiċli biex tispellih fl-Ingliż, mhux diffiċli fil-Malti u allura ġieli kellna nibdlu l-kelma kompletament. Kien hemm drabi meta l-kelma bil-Malti ġiet ħafna itqal! L-importanti kien li dejjem bqajna nżommu f’moħħna l-oriġinal biex ma niżvijjawx wisq minnu. Sfida oħra kienet li naħdmu flimkien. Imma din sfida sabiħa. Għax meta tkun bejn tnejn, hemm lok għal iktar diskussjoni u iktar ideat. U issa, jien u Leanne, drajna sew lil xulxin!
Mistoqsija li ċert li ħafna nies jistaqsukom: Kif jaħdem ilproċess biex tnejn min-nies jittraduċu ktieb flimkien? Dan fil-fatt huwa t-tieni ktieb ta’ Abela li inti u Clare qed tittraduċu flimkien. Tħoss li tinbena sintonija bejnietkom? Leanne : Clare għallimitni ħafna dwar it-traduzzjoni u l-proċess tat-traduzzjoni. Mhux faċli taħdem ma’ ħaddieħor fil-verità. It-traduzzjoni tista’ tkun personali ħafna u biex tilħaq kompromess fuq għażla, imqar ta’ kelma, mhux dejjem faċli. Għalhekk irid ikollok fiduċja fil-persuna li qed taħdem magħha. Traduzzjoni bejn tnejn hija iktar interessanti u rikka immens. Inqisni fortunata li kapaċi naħdmu f’team hekk jien u Clare. F’dan il-każ ittraduċejna kapitlu kull wieħed u mbagħad konna nduru l-kapitlu li tkun għamlet il-persuna l-oħra u nkomplu b’tagħna. B’hekk inħolqot kontinwità wkoll u l-kapitli bdew inixxu f’xulxin filwaqt li żammejna t-ton u r-ritmu. Ir-ritmu importanti ħafna!
Lil min taħseb għandu jogħġob l-Ispettaklu Stupend Żanżan Kelmà?
Clare Azzopardi
Deborah Abela
Leanne : L-udjenza li mmirat għaliha l-ktieb hi dik ta’ tfal minn tmien snin ’l fuq. Imma fil-verità għandu jolqot lil kulħadd! Tfal iżgħar li diġà jaqraw kotba itwal għandhom jieħdu gost kbir b’dan il-ktieb. Qed ngħid lil kulħadd ukoll għax bħal kull ktieb tajjeb, l-istorja tiegħu togħġob mhux biss lit-tfal imma anke lill-kbar. Il-mod kif tirrakkonta Deborah hu mexxej u frisk u jżomm lil dak li jkun fuq ix-xwiek. Barra minn hekk hemm diversi mumenti li fihom titbissem jew tidħak … u min ma jħobbx jitbissem jew jidħak?
18
Il-ftuħ mill-ġdid tal-istituzzjonijiet edukattivi u COVID 19
G
ħalkemm fl-aħħar xhur l-iskejjel tagħna kienu magħluqa, żgur li l-awtoritajiet tas-saħħa, dawk edukattivi u l-kapijiet tal-iskejjel se jibqgħu dejjem konxji dwar ir-realta’ li għaddejna minnha u x’jista jsir biex inkomplu noffru tagħlim lil uliedna fl-iskejjel f’ambjent sigur. Dan speċjalment jekk sa ftit xhur oħra ma jkunx għadu nstab vaċċin li jista jikkura dan il-virus u COVID 19 ikun għadu magħna. Min naħa l-oħra ma nistenniex li l-iskejjel se jibqgħu magħluqa għal dejjem u t-tagħlim online, għalkemm għandu bosta benefiċċji, ma jista qatt jibdel l-ambjent u l-vantaġġi tat-tagħlim fil-klassi.
Sa qabel ma għalqu l-iskejjel ftit tal-ġimgħat ilu, l-uniku prekawzjonijiet li bdew jieħdu kapijiet ta’ skejjel kienu li jħeġġu lit-tfal jaħslu idejhom sikwit b’sanitisers, ma jiġux skola jew jintbgħatu d-dar minnufih dawk it-tfal li juru sintomi ta’ mard, tfal jintalbu joqgħodu ftit il-bogħod minn xulxin meta jistgħu u jgħattu ħalqhom u mneħirhom meta jgħattsu jew jisogħlu. Iżda jekk jerġgħu jiftħu l-iskejjel u l-virus ikun għadu magħna, dan se jkun biżżejjed ? Kien minħabba f’hekk li dan l-aħħar fittixt ftit dwar inizjattivi u deċiżjonijiet li ttieħdu f’diversi pajjiżi meta reġgħu fetħu l-iskejjel u li xorta għad għandhom każijiet ta’ mard.
qabel u wara kull pawsa jiġu disinfettati klassijiet, għamara u toilets. B’differenza minn Queensland, fi Brisbane ġie deċiż li għaxar studenti biss jitpoġġew f’kull klassi. It-tfal tas-sekondarja u dawk kbar ġew imħeġġa jġibu l-ikel mid-dar minħabba li t-tuck shops se jinżammu magħluqa. Xi skejjel, fi stqarrija, ħabbru wkoll li huma fetħu biss għal dawk it-tfal li m’għandhom lil ħadd jieħu ħsiebhom id-dar minħabba li l-ġenituri tagħhom qiegħed joffru servizz fl-isptarijet, spiżeriji, u għases tal-puluzija, għal tfal vulnerabbli u għal dawk li ma jistgħux ikomplu bit-tagħlim permezz tal-online learning.
Riċentement deher artiklu interessanti fil-gazzetta Ingliża The Guardian dwar dak li qiegħed jiġri flAwstralja, ftit jiem wara li reġgħu nfetħu l-iskejjel fil-pajjiż. Ma setax jonqos li kemm il-ġenituri u anki l-edukaturi jkunu nkwetati fis-sitwazzjoni. Kien minħabba f’hekk li ttieħdu xi deċiżjonijiet drastiċi fosthom li f’kull klassi ma jkunx hemm aktar minn tnax -il student u li jiġu rranġati l-imwejjed b’mod li t-tfal ikunu aktar mifruda jew il-bogħod minn xulxin, li l-klassijiet jiġu disinfettati wara kull lezzjoni, li fl-iskejjel jingħalqu t-tuck shops, canteens u anki ħwienet li jbigħu affarijiet ta’ stationery. Wieħed irid iżid ukoll li mhux l-iskejjel Awstraljani kollha fetħu fl-istess żmien u bl-istess mod. L-istat ta’ Queensland kien wieħed li fetaħ minn tal-bidu nett u t-tfal u l-għalliema setgħu jaraw id-differenza bejn kif ħallew l-ambjent fliskejjel tagħhom qabel faqqgħet il-pandemija u issa.
Il-Ministru tal-Edukazzjoni ta’ Queensland Grace Grace appellat lill-ġenituri l-oħra li bħalissa jinsabu fi djar ma’ uliedhom biex ma jibgħatuhomx alissa. Dan għax jekk it-tfal kollha jibdew imorru l-iskola se jkun impossibbli li tiġi rispettata r-regola ta’ social distancing u l-prekawzjonijiet l-oħra li ttieħdu. “Jekk tfaqqa pandemija fi skola, ikollna nerġgħu nagħlqu l-iskejjel tagħna kollha. Dan barra li qassamna 5245 laptop lill-istudenti biex ikomplu bl-istudji tagħhom. Se tibqa tittieħed rassenja kuljum u fl-aħħar tas-sena skolastika xorta se jinħareġ rapport dwar il-progress ta’ kull student,” qalet Grace.
F’dawn l-iskejjel it-tfal kienu mistennija jġibu l-istationery tagħhom l-iskola u jużaw sanitisers meta jiċċaqalqu minn klassi għall-oħra. Kull klassi jrid ikollha biss 12 -il persuna kull 52 metru kwadru. Fil-klassijiet l-iskejjel kellhom jirranġaw l-għamara b’mod li jiġi rispettat is-social distancing. Dan billi t-tfal joqogħdu 1.5m il-bogħod minn xulxin. L-awtoritajiet tas-saħħa wkoll talbu lill-kapijiet tal-iskejjel biex jassiguraw li tingħata attenzjoni speċjali lill-indafa. Dan billi jitnaddfu regolarment u aktar minn qatt qabel l-iswitches tad-dawl, ilpumi tal-bibien, l-imwejjed, it-toilets, il-viti talilma u s-sinkijiet. Amministraturi ta’ skejjel, bħal dawk fi Brisbane, bagħtu ittra jew ċirkolari lill-ġenituri fejn fihom spjegawlhom dan it-tibdil. Huma nfurmawhom ukoll li f’kull skola ġew impjegati aktar fattigi biex
Danimarka Anki fid-Danimarka , meta reġgħu nfetħu l-iskejjel bdew jittieħdu ċerti miżuri. Anki hawn kemm l-edukaturi u anki t-tfal ikkummentaw li l-iskejjel mhux qegħdin jiffunzjonaw f’normalita’. Rapport li deher dan l-aħħar fil-magazine edukattiv Ingliż TES wera li f’dan il-pajjiż Skandinavu nfetħu filbidu biss l-iskejjel tal-kindergarten u primarja u dan l-aktar biex jippermetti lill-ġenituri tat-tfal biex jirritornaw fuq il-post tax-xogħol aktar milli biex jitkompla t-tagħlim. Qabel xejn intqal li l-ġenituri m’ għandhomx permess jidħlu fil-bini tal-iskola, dawk il-ġenituri li huma vulnerabbli setgħu jħallu lil uliedhom id-dar u dawn ikomplu bl-online learning. Kap ta’ skola, Shirley Jacobsen, ikkummentat li r-realta’ xejn m’hi faċli. Diffiċli li f’ċertu skejjel tinżamm distanza ta’ żewġ metri bejn l-istudenti. Bħal fl-Awstralja anki fid-Danimarka qiegħed isir tindif regolari, il-wasla u t-tluq tat-tfal mill-iskejjel qiegħed isir f’ħinijiet differenti, l-istudenti qiegħed jiġu mfakkra jaħslu idejhom qabel ma jidħlu l-iskola u jagħmlu wżu minn sanitizers apposta li qegħdin f’kull klassi filwaqt li tfal li jħossuhom ftit morda jibqgħu d-dar għal jumejn.
Barra dan l-għalliema huma mitluba li jgħallmu biss fi klassi waħda, jew l-aktar tnejn biex ikollhom anqas kuntatt mat-tfal u anqas moviment f’ċertu partijiet tal-bini. It-tfal f’kull klassi ġew maqsuma f’żewġ gruppi u ċertu lezzjonijiet qiegħed isiru barra mill-klassi, fl-apert. Minħabba li din issitwazzjoni ġabet il-bżonn ta’ aktar għalliema, edukaturi li s-soltu jintużaw għas-sapport jew complimentary kellhom jidħlu fil-klassi u jassistu lil kollegi tagħhom li raw l-istudenti jinqasmu f’żewġ gruppi. Anki l-pawsa tat-tfal qiegħed tittieħed f’ħinijiet differenti, iz-zona fejn jistgħu jilgħabu hija limitata u ma jistgħux jilgħabu jew jidħalltu ma’ tfal minn klassijiet oħra. It-tfal qiegħed jiġu mwaqqfa milli jisselfu textbooks, stationery, xorb u ikel mingħand tfal oħrajn. Fid-Danimarka, il-ġenituri u l-viżitaturi m’humiex permessi jidħlu l-iskola. It-tfal f’din ir-realta’ Iżda t-tfal kif qiegħed ikampaw f’din is-sitwazzjoni? Ma jistax jonqos li t-tfal ma jħossux dan it-tibdil, ma jħossux in-nuqqas ta’ ċertu attivitajiet u eżerċizzji li qabel kienu jagħmlu ma’ sħabhom. Intqal ukoll li minħabba l-fatt li l-għalliema jridu joqogħdu ftit ilbogħod mill-istudenti, it-tfal qiegħed japprezzaw aktar l-importanza li jkunu kapaċi jevalwaw ixxogħol tagħhom stess. Qiegħed jitgħallmu wkoll li jsiru aktar indipendenti, dan speċjalment finnuqqas ta’ għajnuna mill-adulti. Ħafna skejjel Skandinavi huma mdawwrin minn spazji kbar flapert, minn btieħi kbar u dan ċertament qiegħed jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-miżura dwar social distancing. Għalliema Anki għall-għalliema Daniżi din hija realta’ li ġabet ċertu sfida. Skont Jacobsen, din irrealta’ resqet lill-edukaturi aktar viċin, waslet biex jibdew jikkooperaw aktar, jaqsmu aktar irrisori tagħhom u aċċettaw il-fatt li għandhom timetable ġdida, ikunu aktar flessibbli, jieħdu l-pawsa tagħhom f’ħinijiet differenti u anki l-preżenza tagħhom fl-istaff room tkun ristretta għal ftit persuni kull ħin. Żgur li dan kollu hu wkoll ta’ uġiegħ ta’ ras anki għall-awtoritajiet edukattivi Maltin u l-mexxejja tal-iskejjel. Madankollu konvint li bl-impenn ta’ kulħadd għandna wkoll naslu għall-aħjar soluzzjonijiet għall-ġid tal-istudenti tagħna.
19
C
M
Y
CM
MY
CY
CMY
K
20
Sc en tastic Edition
NOW OPEN Join us for our Esplora Scientastic Edition where you can immerse yourself in the world of science and enjoy fantastic science shows
Tickets from: www.showshappening.com More info on: esplora.org.mt @esploramalta
ESPLORA WAS DECLARED TO BE AN EMBLEMATIC PROJECT BY THE EU COMMISSION ESPLORA INTERACTIVE SCIENCE CENTRE WAS PART-FINANCED BY ERDF