Proprjeta w Kostruzzjoni

Page 1

1

Proprjetà w

Kostruzzjoni SETTEMBRU 2020


2

PROPRJETÀ U KOSTRUZZJONI


3

EDITORJAL Il-bżonn tal-iżvilupp B’mod regolari nisimgħu ilmenti dwar l-iżvilupp li għaddej f’irħula u bliet tagħna. Spiss naraw ritratt li jixxandru dwar binjiet ta’ ċertu ammont ta’ sulari u li bla dubju jkunu jistonaw ma’ binjiet ta’ żewġ sulari. Spiss naraw ritratti ta’ krejnijiet kbar fil-lokalitajiet, b’ħafna ilmenti dwarhom. Donnu f’pajjiżna hawn min hu allerġiku għall-krejnijiet u għall-iżvilupp. Dawn jisparaw lejn kull min jarawh qed iwaqqa’ jew jibni dar. Lejn kull kuntrattur. Nemmnu li din hi kritika inġusta ħafna. Dan għax f’pajjiżna għandna ħafna kuntratturi tal-affari tagħhom. Fuq kollox pajjiżna għandu bżonn l-iżvilupp, u dan li qed jiġri llum ġara żminijiet oħra. Fuq kollox irridu nagħmlu mistoqsija dwar min huma dawk li qed joħorġu bi proġetti ta’ żvilupp? Mistoqsija li ħafna jinjorawha. Konxji li għandna familji sħaħ li jkunu wirtu dar u jiddeċiedu li jikkonvertuha f’appartamenti għalihom u għal uliedhom? Konxji li hemm ħaddiema li qed jikkonvertu djarhom għal uliedhom? Konxji li din id-domanda li hawn fuq il-proprjetà ġejja ukoll minħabba familji ta’ ħaddiema, li għax kienu bil-għaqal u faddlu, investew fit-tieni? Nemmnu li fl-aħħar snin tjieb sew id-disinn tal-binjiet li qed jinbnew. Dan ma jfissirx li m’hawnx binjiet li d-disinn tagħhom seta' sar aktar bilgħaqal. Imma fuq dan il-punt nemmnu li sar progress fl-aħħar snin. L-awtoritajiet tal-pajjiż, ukoll ħadu azzjonijiet biex dan is-settur ikompli jkun aktar organizzat. F’Ġunju ta’ sena ilu, l-Gvern kien introduċa għadd ta’ regolamenti. Dawn ir-regolamenti jaraw li f’xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fejn il-perit tal-proġett ma jiċċertifikax li dawn mhux se jeffettwaw proprjetajiet ta’ terzi, għandu jkun hemm is-segwenti; •

• •

• •

• •

Perit irid iħejji method statement li jindika kif se jipproċedu xogħlijiet ta’ demolizzjoni, skavar u bini. Il-perit huwa issa obbligat li jagħmel rapport dettaljat kif provdut fi Skedi 4, 5 u 6 ta’ dawn ir-regolamenti. Ix-xogħol jista’ jibda ġimagħtejn wara sabiex il-pubbliku jkun jista’ joġġezzjona u jitlob reviżjonijiet; Perit irid iħejji condition report dettaljat għall-proprjetajiet li se jkunu żviluppati kif provdut fi Skeda 7 ta’ dawn ir-regolamenti. Ixxogħol jista’ jibda gimagħtejn wara sabiex il-pubbliku jkun jista’ joġġezzjona u jitlob reviżjonijiet; Il-method statements se jkunu disponibbli online tramite l-e-apps platform li diġà hi familjari mal-pubbliku; Se jkunu disponibbli wkoll online tramite l-eapps platform iddettalji ta’ l-iżviluppatur, il-perit tal-proġett, il-perit/i li jħejju l-method statement, is-site technical officer/s, il-kuntratturi, issub-kuntratturi, il-health and safety supervisors u s-site manager li jrid jinħatar ai fini tal-Environmental Management Construction Site Regulations; Il-condition reports iridu jintbagħtu mill-perit tal-proġett lil dawk affettwati; Dak li sal-lum kien jissejjaħ ‘site manager’ u li kien tenut jara li l-method statement jiġi segwit mill-kuntrattur se jibda jissejjaħ “uffiċjal tekniku fuq is-sit” (site technical officer) u għandu jkun perit; Żdiedu il-penali għal min ma josservax id-dikjarazzjoni ta’ metodu minn massimu ta’ €500 għal €10,000; Żdiedu il-penali għal min ma josservax ordni ta’ infurzar: minn massimu ta’ €1,200 għal €50,000.

Dawn ir-regolamenti u oħrajn kienu jfissru li ddaħħlu regoli li permezz tagħhom għandu jsir studju ta' kif qed jaħdem il-blat f’kull każ, meta qabel, dan kien isir biss meta it-tfaħħir ikun għal aktar minn tliet metri. Iddaħħlu regoli fejn il-perit irid juri jekk il-bini tan-nies li se jinbena fuqu jiflahx aktar piż. Dan flimkien mal-fatt li l-perit irid juri jekk il-blat li jżomm il-bini tan-nies jistax jitqatta' mingħajr ma jkun hemm periklu. Ma’ dawn iddaħħlu regoli fejn il-perit irid jgħid minn qabel x'makkinarju se jintuża. Iddaħħlu regoli li permezz tagħhom qabel jinbeda x-xoghol, jintbagħat condition report lill-girien. Ta’ min jgħid li permezz tar-regolamenti li ddaħħlu fl-aħħar xhur, illum f’każi ta’ inċidenti ma bqajniex kif konna qabel fejn kull min kien ikun involut jgħid li mhux responsabbli. Editur: Victor Vella - vvella@unionprint.com.mt Disinn: Robert Caruana - design@unionprint.com.mt Avviżi: adverts@unionprint.com.mt Ritratti: Roger Azzopardi


4

PROPRJETÀ U KOSTRUZZJONI


5

Żewġ terzi tal-proprjetajiet reklamati għall-bejgħ naqsu fil-prezz matul il-pandemija

l-pandemija li daħlet fostna fl-ewwel kwart ta’ din is-sena affettwat il-ħajja tagħna b’mod drastiku. Rajna negozji jagħlqu. Skejjel jagħlqu l-bibien. Ħafna bdew jaħdmu mid-dar. Prattikament nistennew sa meta se tgħaddi din il-mewġa. Ma setax jonqos li kien se jkun hemm effett fuq is-suq tal-proprjetà. Dan l-aktar wara li bdejna naraw għadd kbir ta’ barranin, li huma eluf li telqu minn pajjiżna għax twaqqfu minn xogħolhom. Jekk wieħed ikollu janalizza l-effett ta’ dan fuq il-proprjetà reklamata għall-bejgħ ma jistax ma jinnutax li kien hemm għadd sostanzjali ta’ proprjetajiet li bdew jiġu reklamati li traħħas ilprezz tagħhom. Tista’ tgħin li dawn issibhom mifruxin mal-pajjiż kollu. Fil-fatt, kien stabbilit li aktar minn żewġ terzi tal-proprjetajiet reklamati għall-bejgħ fl-ewwel kwart tal-2020, raw tnaqqis fil-prezz mitlub. Dan skont rapport ġdid ta’ analiżi fil-fond dwar is-suq Malti. Dan ir-rapport, li sar minn Djar u EY Malta, stabbilixxa li 69 fil-mija ta’ dawn il-proprjetajiet kienu reklamati b’valur aktar baxx fl-ewwel kwart tal-2020 meta mqabbel mal-aħħar kwart

I

tal-2019; qabża notevoli minn 35.5 fil-mija fl2017-2018, u 38.5 fil-mija fl-2018-2019. Mill-istudju joħroġ li x-xejra ’l isfel bdiet flaħħar kwart tal-2019. Din hi dovuta għal tibdil filħtiġijiet, żieda fil-provvista, u anke l-inċertezza politika. Djar iddikjarat li l-Madliena (-1.05 fil-mija), l-Isla (-1.03 fil-mija) u l-Belt Valletta (-0.76 filmija) kellhom l-akbar tnaqqis matul l-ewwel kwart ta’ din is-sena, proprjetajiet f’Għawdex – li hu meqjus bħala reġjun għall-finijiet ta’ dan l-istudju – raw żieda żgħira fil-prezzijiet ta’ 0.2 fil-mija meta mqabbel mal-aħħar kwart tal2019. Issemma’ kif is-suq tal-proprjetà immobbli kien wieħed mill-aktar setturi li ntlaqtu ħażin, u kien ikkaratterizzat minn żjarat ta’ xerrejja prospettivi li tħassru minħabba d-distanza soċjali, biża’ u restrizzjonijiet tal-moviment; nuqqas ta’ ħeġġa minn investituri biex jiffinalizzaw it-tranżazzjonijiet; u d-diffikultà biex jinkiseb self hekk kif il-banek irtiraw diversi sanction letters li kienu ġew approvati. L-aħħar informazzjoni tindika l-ewwel sinjali ta’ pawża f’dik li hi żieda fil-prezzijiet talproprjetà u tnaqqis tal-provvista ta’ proprjetajiet fis-suq, u filwaqt li l-impatt sħiħ tal-pandemija se jkompli jiġi analizzat fir-rapport li jmiss ta’

Djar, ħarsa ħafifa lejn it-tieni kwart tal-2020 tikkonferma din ix-xejra negattiva. Jirriżulta ukoll li kampjun tal-proprjetajiet li bidlu l-prezz bejn l-ewwel u t-tieni kwart tas-sena qed juri li 61 fil-mija baxxew il-prezz mitlub, li jindika b’mod ċar l-inklinazzjoni talvendituri li jsibu l-bejgħ tal-proprjetà tagħhom aktar malajr. Intqal li dan l-istudju hu differenti miċ-ċifri talUffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika u l-Bank Ċentrali ta’ Malta, għax Djar għandha t-teknoloġija biex tipprovdi l-aktar data riċenti dwar dak li jkun qed jiġri fis-suq tal-proprjetà immobbli, saħansitra aġġornata sal-ġurnata ta’ qabel. Ħarsa aktar mill-qrib lejn iċ-ċifri li ġabret Djar turi li r-reġjun tat-Tramuntana tal-Port il-Kbir – Birkirkara, Gżira, Tal-Pietà, San Ġiljan u TasSliema – għandu l-akbar provvista b’madwar 17,200 proprjetà fil-lista tas-suq. Fl-istess ħin dawn il-proprjetajiet għandhom l-ogħla prezz għal kull metru kwadru, kemm għad-djar, li jinbiegħu għal madwar €3,200 kull metru kwadru, kif ukoll appartamenti li kapaċi jġibu €3,000 kull metru kwadru. L-aktar provvista baxxa ta’ proprjetajiet hija fil-Punent – Ħ’Attard, ir-Rabat, Ħal Lija, ĦadDingli, Ħaż-Żebbuġ – fejn hemm biss 4,500 proprjetà disponibbli għall-bejgħ.


6

PROPRJETÀ U KOSTRUZZJONI


7

L-interior designer… illum sar bÿonn Aħna l-Maltin magħrufin fuq kif inżommu id-djar tagħna. Kemm f’dik li hi indafa, il-manutenzjoni u fuq kollox id-dekorazzjonijiet u l-għamara. Aktar m’għadda iż-żmien aktar komplejna nirfinaw fuq dan u fil-pajjiż bdew jinbtu l-interior designers. Illum kważi kważi saret neċessità li min dieħel f’residenza ġdida jew qed jippjana ir-residenza tal-futur tiegħu, iqabbad interios designers. Tkellimna ma’ Mario Falzon minn Proman Interiors, kumpanija magħrufa għall-għamara tagħha u servizzi ta’ interior design.

Fil-qasam tad-dar illum qed jidħol sew il-kunċett tal-interior design. Il-konsumaturi qegħdin dejjem ifittxu aktar interior designers għal proprjetà tagħhom. X’differenza tara bejn illum u 15-il sena ilu f’dan ilqasam? Għaliex aktar nies qed ifittxu s-servizzi ta’ interior designers? Iva filwaqt li nies qegħdin iffitxu iktar is-servizz ta “interior Designer” irridu ngħidu wkoll li illum il-klijenti jkunu jafu iktar xi jridu mid-dar, uffiċċju u is-sit tagħhom. Bejn illum u ħmistax-il sena ilu qegħdin nindunaw li l-klijenti huma aktar miftuħin għal ideat ġodda, ukoll ilkoll nafu li t-teknoloġija avvanzat u għalhekk id-disinni tad-djar speċjalment fejn tidħol awtonomija elettronika qiegħda tikseb iktar popolarità. In-nies iffitxu s-servizz ta’ interior design għal raġunijiet differenti iżda waħda mill-iktar raġunijiet popolari hi biex jaraw kif l-ideat kollha li għandhom jiġu amalgamati flimkien. Fuq kollox, għaliex hu importanti s-servizz ta’ interior designer meta tiġi biex tiddisinja ta’ kif se tqassam darek? Raġunijiet importanti għalfejn għandhom jfittxu servizz ta’ interior designer huma varji. L-iktar importanti li Interior Designer ikun jista’ jagħmel disinn holistiku bilgosti tal-klijenti u għalhekk il-prodott finali jkun wieħed sodisfaċenti. Iktar importanti minn hekk id-designer se jkun wkoll responsabbli li s-servizzi bħal dawl, ilma, arja kundizzjonata u oħrajn jkunu inkorporati fid-disinn. Il-klijent b’hekk se jara id-disinn finali, jkun jaf kemm sa jiswa il-proġett u anke kemm se jieħu żmien. Liema huma l-aktar stili li qed ifittxu n-nies f’dak li hu interior design? L-istili huma gosti tal-klijent iżda qegħdin ninnutaw iktar nies li qegħdin jħalluna nkunu avventurużi fid-disinn ta’ darhom u uffiċini tagħhom. Irrid nikkonferma li f’dan ilpajjiż għandna designers ta’ kwalità għolja fejn qegħdin jinħolqu disinni oriġinali b’dettalji infiniti.

Intom bħala kumpanija tista’ tgħid li intom speċjalizzati f’dan il-qasam b’firxa wiesa ta’ għamara u madum. X’pariri tagħtu lil dawk il-persuni li qed jaħsbu biex jixtru djarhom jew fil-proċess biex jirrinovaw djarhom? Bħala kumpanija noffru servizzi, u anke prodotti biex wieħed jista’ jlesti il-proġett tiegħu. Iżda kull dar, sit, uffiċċju u anke proġetti ikbar bħal lukandi għandhom stili individwali, Li se jirrifletti il-personalità tas-sidien. Għalhekk il-klijent għandu jgħaddi lista ta’ xewqat u gosti lid-designer tiegħu biex il-prodott aħħari jkun riflesjoni ta’ stil u ‘lifestyle” tal-klijent. Kif taraw li se jkunu qed jiżvilppaw l-affarijiet fix-xhur u snin li ġejjin? Taraw żieda għas-servizzi ta’ interior design? Nemmen li sa jiżdied il-bżonn tas-servizz. Dan minħabba li kif tkellimna is-sidien irridu l-aħjar għal dharhom u l-iktar minħabba li bniedem professjonali jista’ jiffranka lis-sidien ħafna ħin biex il-proġett jiġi terminat fiżżmien stipulat. Intom magħrufin għal għamara ta’ kwalità. Kif inhu s-suq tagħha f’pajjiżna? X’tp ta’ feedback ikollna fuqha mill-klijenti? Kif qed tgħid tajjeb nirrappreżentaw għamara ta’ kwalità, li fis-suq Malti giet milqugħa tajjeb ħafna. Dan għax id-djar Maltin huma għal qalb ħafna is-sidien tagħhom u għalhekk il-maġġoranza tal-Maltin ifittxu ilkwalità. Filfatt id-ditta tal-kċejjen ġabitilna titli mondjali kemm fid-disinn u anke fil-kwalità. Din ġiet milqugħa straordinarjament tajjeb mill-klijenti u nies professjonali bħal interior designers u anke periti li għażluha għaddjar tagħhom personali. Dan huwa ta’ sodisfazzjon kbir għalina.


PROPRJETÀ U KOSTRUZZJONI

8

IL-BENEFIĊĊJI ĠODDA TAL-ASSIGURAZZJONI FUQ ID-DAR. Id-Dar tiegħek hija possibilment waħda mill-akbar investiment (kemm finanzjarjament u emozzjonalment) li qatt se tagħmel f’ħajtek. Iżda, din wkoll hija vulnerabbli għal sitwazzjonijiet mhux previsti. Iżda, MAPFRE Middlesea tista’ tgħinek biex tibqa’ protett u tipproteġi l-investiment tiegħek. Qabel nispjegaw iż-żidiet li saru f’dan l-aspett, tajjeb li nifmhu il-benefiċċji li huma inklużi f’din il-polza tal-assigurazzjoni li l-klijenti ta’ MAPFRE Middlesea diġà jistgħu jgawdu: •

Jekk issirlek ħsara fl-istrutura tad-dar tiegħek minħabba xogħlijiet fil-postijiet ġirien, l-assigurazzjoni tkopri dawn il-ħsarat

Klijenti jistgħu jibbenefikaw minn assistenza b’xejn f’każ ta’ emerġenza fid-dar. Din tingħata 24/7

Sketch your dreamsa

Barra dan, issa żiedna aktar benefiċċji fil-polza tal-assigurazzjoni fuq id-djar. BENEFIĊĊJI ĠODDA Minn April 2020, MAPFRE Middlesea għamlet numru ta’ bidliet biex ittejjeb il-polza talassigurazzjoni fuq id-djar. Dawn jinkludu: •

F’każ fejn id-dar ma tistax tkun aċċessata minħabba inċident/sitwazzjonijiet oħra, tkun provdut gwadjan tas-sigurtà (mal-ewwel ħin li dan ikun disponnibli), u dan ikun preżenti mad-dar sakhemm l-aċċess jista’ jkun assigurat.

F’każ fejn inti tkun iċċertifikat li ma tistax tagħmel ċertu xogħol minħabba problemi ta’ saħħa, jingħata servizz ta’ manutenzzjoni

F’ sitwazzjoni fejn parti mid-dar, jew iddar kollha tkun intestata minn pesti, isir appuntament għal żjara għal servizzi li jikkontrollaw dawn

F’każ fejn minħabba nar jew serq middar tiegħek, għandek bżonn għajnuna psikoloġika, appuntament ikun skedat, skond l-ewwel konvenjenza disponibbli. Isir ħlas għal telf aċċidentali u / jew ħsara ta’ prams, pushchairs u siġġijiet tar-roti waqt li tkun Malta

Spejjeż li jkopru ħsara lil apparat tat-tifi tan-nar wara li jkun hemm nar li jiġi kopert bl-assigurazzjoni Ħlas għal telf ta’ qligħ u spejjeż li ma tistax tieħu lura b’riżultat li trid sservi bħala membru tal-ġurija għal perjodu ta’ aktar minn 14 -il jum.

Home

21246262

we protect it

MAPFRE@middlesea.com www.middlesea.com

your trustworthy insurance company

MAPFRE Middlesea p.l.c. (C-5553) is authorised under the Insurance Business Act, Cap 403 of the Laws of Malta and regulated by MFSA

PUNT TA’ ĦSIEB Anki jekk tħoss li l-assigurazzjoni tad-dar hija żejda, qatt ma tista’ tgħid x’jista’ jinqala. M’hemm xejn li jiċħad is-sodisfazzjon li wieħed jħoss jekk id-dar tiegħek tkun protetta.

Tiswik anqas minn tazza tazza kafè kuljum biex tipproteġi l-investiment tiegħek. Jekk għadek mhux ċert, ara aktar informazzjoni fuq: www.middlesea.com/insurance-mt/individuals/home-insurance.


9

L-investiment fil-proprjetà jibqa' l-aqwa investiment… il-Covid-19 se jsaħħaħ dan

Minn Victor Vella

Minn mindu feġġet il-pandemija f’pajjiżna, kienu hawn diversi argumenti dwar is-suq tal-proprjetà. Kien hemm min beda jgħid li dan kien se smajna. Oħrajn kienu aktar kawti. Mill-ewwel beda jdur l-argument li bit-tluq minn pajjiżna ta’ eluf ta’ barranin, il-kirjiet tal-bini kienu se jaqgħu. Kien hemm min beda jsemmi li dan se jwassal biex anke l-bini jkollu jonqos fil-prezz għax ħafna bini kien se jibqa’ ma jinbiegħx, għallinqas sakemm l-ekonomija terġa’ tibda ddur b’mod b’saħħtu. Imma kif kienu jgħidu l-antiki tagħna, ‘l-aqwa investiment hu fil-ġebla’. Forsi dan mhux kulħadd speċjalment min hu barrani. Għal darba oħra anke f’każi straordinarji, bħal ma kienet ilpandemija, l-aqwa investiment li wieħed jista’ jagħmel f’pajjiżna baqa’ il-proprjetà. Matul ix-xhur li għaddew komplejna naraw investimenti sostanzjali fil-qasam tal-proprjetà. Investimenti ta’ kull tip. Investimenti fi proprjetajiet lussużi u oħrajn. Rajna ukoll familji, jwaqqgħu il-binjiet tagħhom u jibnuhom appartamenti għalihom, għal uliedhom u li jibqa’ għal kiri. Tul il-pandemija ħafna kienu dawk li għalkemm tista’ tgħid baqgħu bl-istess paġa, raw l-infieq tagħhom jinżel drastikament. Dan minħabba in-nuqqas ta’ ħruġ u infieq. Dan flimkien mal-fatt li raw li dik ix-xi ħaġa li ġemmgħu u li kienu poġġew il-bank, kienet qed trendi ftit li xejn. Anzi, meta tara l-investiment fil-bank u x’qed tieħu, tara li dan hu ftit wisq. Quddiem dan, dak li jkun idur għal investiment fi proprjetà. Illum qed nisimgħu b’kirjiet ta’ bejn €600 u €900 fix-xahar, jekk mhux aktar. Qed nisimgħu b’kiri ta’ sodod bil-prezz ta’ €150 kull sodda. Hemm ukoll ix-xejra tal-Air bnb, li dejjem qed jiżdiedu ukoll f’pajjiżna. Ovvjament l-investiment fi proprjetà ġdida mill-banda l-oħra għandu l-qtigħ il-qalb tiegħu ukoll. L-aktar hu dak marbut ma’ self mill-bank, fejn illum mhux daqshekk faċli li tieħu dan is-self, għalkemm il-banek qed joffru ukoll pakketti għal min irid jixtri residenza biex jikri. Għal dawk li matul is-snin ġemmgħu mhux ħażin, illum fuq is-suq qed ikun hawn varjetáà sħiħa ta’ prezzijiet, u li għal dawn hi aktar faċli li jinvestu fi proprejtà ġdida.

Lulju kien rekord f’konvenji ta’ proprjetà • Ix-xejra li l-qasam tal-proprjeà baqa’ wieħed tajjeb matul ilpandemija, joħroġ mill-fatt li matul Lulju ġew iffirmati numru rekord ta’ elf u sitt mitt konvenju b’valur ta’ aktar minn 330 miljun ewro. • Dan kien irriżulta minn statistika miġbura mill-Assoċjazzjoni Maltija għall-Iżviluppaturi. Din l-istatistika uriet kif il-miżura tal-Gvern li jnaqqas it-taxxa tal-boll għall-1.5% fost l-oħrajn, affetwat b’mod pożittiv u tanġibbli lis-settur. M’hemmx dubju li din il-miżura kienet importanti ħafna għal dan is-settur u għamlet kuraġġ kbir lil aġenti wara żmien magħluqin. • Jekk nieħdu x-xahar ta’ Ġunju naraw li l-ammont ta’ bejgħ kważi laħaq dak tal-2018 u Lulju kellna ammont rekord ta’ l-fuq minn 1,600 konvenju. Dan juri li d-domanda baqgħet stabbli.” • Ta’ min jgħid li s-Segretarju Parlamentari għall-Artijiet u l-Kostruzzjoni, Chris Agius kien stqarr li l-fiduċja tal-poplu Malti f’dan is-settur għadha hemm, anke f’din is-sitwazzjoni bla preċedent. Stqarr li l-Gvern se jibqa’ impenjat li jikkonsolida dan ir-ritmu f’dan is-settur permezz ta’ passi konkreti. Diversi investew f’villeġġjatura Għawdex Huma diversi dawk l-aġenti tal-proprjetà li fi żmien il-pandemija raw għadd ta’ bidliet. Filfatt qed isostnu li raw żieda fl-ammont ta’ nies li riedu jinvestu fi propjetá u anke f’villeġġjatura f’Għawdex. F’Għawdex għadd kbir ta’ appartamenti spiċċaw qed jinbiegħu fuq il-pjanti qabel jinbnew. Apparti dan, ħafna għażlu li anke jkabbru d-djar tagħhom biex ikollhom iżjed żvog fuq barra, għax wara erba’ xhur magħluqin ġewwa apprezzaw iddar tagħhom u l-ambjent tad-dar tagħhom aħjar. Fost dawn hemm dawk li investew sostanzjalment fil-bjut u l-btieħi tagħhom. Il-pass li jmiss….terġa’ tikber id-domanda mill-barranin Minkejja din id-domanda minn naħa tal-Maltin, is-settur tal-proprjetà qed iħoss in-nuqqas ta’ xiri ta’ proprjetà mill-barranin. Din kienet domanda b’saħħitha ħafna sa minn qabel il-pandemija. Din id-domanda iżda naqset bil-kbir mindu bdiet il-pandemija. Illum, waqt li l-aġenti u l-kuntratturi huma kuntenti li d-domanda mill-Maltin għadha hemm, it-tama tagħhom hi li ma jdumx ma jerġa’ jaqbad ir-ritmu mill-persuni barranin.


10

PROPRJETÀ U KOSTRUZZJONI


11

Ambjent aħjar, sigur u ta’ livell għoli fil-qasam tal-iżvilupp lokali L-iskema tal-MDA, “Safer Neighbourhood” se twassal għal titjib fl-industrija tal-kostruzzjoni u serħan il-moħħ

minn Carmen Cachia carmen.cachia@unionprint.com.mt

Il-President tal-Assoċjazzjoni talIżviluppaturi Maltin (MDA), Sandro Chetcuti, barra li jinsisti fuq riġenerazzjoni ta’ proprjetà aktar milli bini ta’ appartamenti kullimkien, jemmen li din l-industrija għad fadlilha ħafna x’tagħmel u wieħed mill-passi importanti li din l-Assoċjazzjoni ħadet riċentament huwa dak bl-iskema “Safer Neighbourhood”. Permezz ta’ din l-iskema sidien ta’ proprjetajiet biswit siti ta’ kostruzzjoni jew skavar, jistgħu jqabbdu perit tal-għażla tagħhom a spejjeż tal-iżviluppatur stess, biex joħroġ rapport dwar ix-xogħolijiet li jkunu qegħdin isiru ħdejhom. F’intervista ma’ IT-TORĊA Chetcuti qal li, “illum, aħna bħala MDA, għalaqna 10 snin imwaqqfa fejn ħdimna ħafna biex ġibna l-aktar persuni prominenti flimkien. Qabel dawn l-10 snin, kulħadd kien sparpaljat u l-ebda politiku jew awtorità ma kellhom ma’ min jitkellmu. L-MDA hija magħmula minn Kunsill serju minn mijiet ta’ membri kburin li jagħmlu parti minn din l-Assoċjazzjoni”. Bħala Assoċjazzjoni, m’għandhomx kontroll fuq kull min jaħdem fl-industrija, imma jkollhom diskussjonijiet mal-membri tagħhom li jridu jtejbu l-livell tal-industrija. “Naqilgħu wkoll ħafna kritika minħabba traskuraġni u negliġenza ta’ xi wħud li ma jagħtux kas u huma traskurati,” qal b’dispjaċir il-President tal-Assoċjazzjoni. Promozzjoni biex l-affarijiet isiru sew u skont il-liġi Issa, bil-għan li jinħoloq ambjent aħjar, sigur u ta’ livell għoli fil-qasam tal-iżvilupp lokali, l-MDA

iħossuhom siguri li jkun qiegħed isir xogħol sewwa bl-aqwa prattiċi possibbli fix-xogħol talbini. Id-direttiva tapplika għall-membri tal-MDA fejn il-pubbliku jkun mgħarraf permezz ta’ avviż kbir imtella’ fuq is-siti inkwistjoni. “Din l-iskema nbdiet għax sibna li dik l-anzjana li tgħix bil-pensjoni tbati ħafna biex tħallas €250 perit. Mhuwiex ġust li nsibu nies li għax m’għandhomx il-mezzi finanzjarji biex iħalsu perit ta’ fiduċja tagħhom jispiċċaw joqogħdu fuq il-pariri tal-istess perit li jirrappreżenta lilliżviluppatur,” qal il-President tal-MDA. Bħala Assoċjazzjoni qegħdin jappellaw biex kulħadd iġib il-perit tiegħu għax dan jagħti wens, gwida u assistenza billi jara li x-xogħlijiet li jkunu qegħdin isiru, isiru sew. L-MDA tixtieq li din l-inizjattiva tkun imħaddna mill-iżviluppaturi kollha u bħalissa tinsab f’diskussjonijiet biex din l-iskema ssir liġi għax, “b’hekk ma jkunx hemm aktar skużi”. Sandro Chetcuti qalilna li din l-iskema hija parti mill-viżjoni li għandha l-Assoċjazzjoni fejn trid tistabbilixxi standards ġodda ta’ kif l-industrija tagħna tista’ tkompli timxi ‘l quddiem fil-kuntest ta’ realtajiet ekonomiċi ġodda, ibbażati l-aktar fuq il-bżonn ta’ sostenibbiltà ambjentali u prattiċi moderni. “Bħala MDA se nkunu qegħdin nirrifjutaw membri jekk ma jobdux din id-direttiva għax mhux se nkunu interessati li nirrapreżentawhom iżjed. Dawn, ovvjament, se jingħataw perjodu biex jidraw l-iskema u jridu jimxu magħha. Meta wieħed jikkonsidra l-ispiża ta’ perit għall-ġirien, din hija minima għall-iżviluppatur fuq dawn it-

minn dan ix-xahar bdiet din l-iskema ta’ “Safer Neighbourhood” li se tippromwovi li l-affarijiet isiru sew u skont il-liġi. Din hija parti mill-ħidma kontinwa tal-Assoċjazzjoni biex tkompli tgħolli l-livell tal-industrija tal-kostruzzjoni b’mod speċjali fost il-membri tagħha. Chetcuti qal li l-MDA, “oppost għal dawk li ma jimpurtahomx”, qiegħda tagħmel minn kollox biex il-ġirien ta’ proġetti ta’ żvilupp, mill-bidunett

tip ta’ proġetti u tagħti serħan il-moħħ lill-ġirien li verament ikunu inkwetati ħafna,” spjega dan il-President. Sandro Chetcuti fakkar li l-esperjenza wrietna li inċidenti jsiru, anke dawk fatali ta’ persuni innoċenti li kienu għall-kwiet ġo darhom u huma, bħala Assoċjazzjoni, qegħdin jagħmlu minn kollox biex jippromwovu direttivi pożittivi għall-ġid taċ-ċittadin.

Inċentivi proposti mill-MDA ħallew il-frott L-MDA ipproponiet lill-Gvern biex iraħħas it-taxxa tal-boll, kif ukoll it-taxxa tat-trasferiment (capital gains) fuq ix-xiri u bejgħ tal-proprjetà. Sandro Checturi qalilna li din kienet tagħmel ħafna sens tant li l-Gvern xtara din il-proposta mill-ewwel u implimentaha. Din għenet bil-kbir għax mmotivat lil ħafna nies jinvestu f’perjodu fejn hawn din l-inċertezza kbira minħabba l-pandemija. “Inħossni kburi li ħriġna b’din l-idea, meta kulħadd kien qiegħed jaħseb li l-proprjetà se tieħu daqqa ta’ ħarta. Din ħadmet għax fil-fatt, Lulju li għadda kien l-aqwa Lulju mill-2017 ‘l hawn u dan huwa riżultat tajjeb ħafna speċjalment f’dan f’perjodu daqshekk inkrepattiv,” stqarr il-President tal-MDA. Huwa qal li issa hemm bżonn li naħdmu ħafna aktar biex inżommu dan il-momentum, ħaġa li mhix daqstant faċli. “Hemm ineffiċjenza f’ċertu dipartimenti relevanti tal-Gvern u min ikun irid jinvesti, kultant, qiegħed jasal biex jaqta’ qalbu minħabba burokrazija żejda. Jista’ jkun li ċ-ċivil għadda minn ċertu problemi wkoll minħabba tibdil fix-xena politika, kif ukoll minħabba l-Covid-19,” spjega Chetcuti. Huwa jemmen li hemm bżonn nifhmu li jekk mhux se nkunu effiċjenti, l-investitur m’għandux għalfejn joqgħod iħabbel rasu wisq. “Biex inkunu ġusti, tajjeb li ngħidu li f’dawn l-aħħar ħames, sitt snin, kien hawn ġid kbir fejn min ħadem sew u qagħad bil-għaqal, illum il-ġurnata huwa stabbilit. Ejja ma nagħtux l-impressjoni li wieħed jista’ jnaqqas ir-rittmu tax-xogħol għax l-imprendituri għandhom il-commitments tagħhom li huma kbar,” wissa Chetcuti. Il-President tal-Assoċjazzjoni talIżviluppaturi Maltin temm jgħid li l-importanti huwa li ma jinqatax l-aptit li wieħed ikompli jara d-dawl u jara t-tama li nistgħu nkomplu nikbru b’mod sostenibbli.


12

PROPRJETÀ U KOSTRUZZJONI


13


14

PROPRJETÀ U KOSTRUZZJONI

Chris Agius

Segretarju Parlamentari

Matul dawn l-aħħar snin, pajjiżna għadda minn tkabbir ekonomiku li qatt ma’ rajna bħalu. Kienu ħafna setturi li kkontribwixxew sabiex seta’ ikollna dan it-tkabbir li fisser ukoll ħolqien ta’ ħafna impjiegi ġodda. Fost quddiem nett fil-kontribut għal dan it-tkabbir, żgur kien hemm issettur tal-kostruzzjoni u l-qasam talproprjetà. Kienu ħafna l-miżuri li ħa l-gvern sabiex il-poplu Malti seta’ igawdi minn dan it-tkabbir, u fost ilħafna mizuri kien hemm dawk intiżi biex is-settur tal-proprjetà jkompli jgħin fit-tkabbir.

Skema li għamilna fl-ewwel budget, kienet ittnaqqis fil-ħlas tal-boll għal min jixtri l-ewwel proprjetà tiegħu. Din l-iskema żgur li kienet parti mportanti mis-suċċess ekonomiku li kellna. Ċaqlaqna s-suq tal-proprjetà u miegħu ċaqlaqna ħafna oqsma oħra li jmissu malproprjetà. Mill-bidu tagħha f’Jannar 2014 sa Lulju 2019 kien hemm 19,326 individwu li bbenefikaw minn din l-iskema li wasslet sabiex 61.4 miljun euro baqgħu fil-bwiet talfamilji tagħna u dawn setgħu jużaw dawn il-61 miljun euro fi spejjeż oħra li kellhom. Tant kienet popolari din l-iskema, u tant persuni resqu sabiex għall-ewwel darba jsiru sidien ta’ djarhom, li bqajna nġedduha f’kull budget li għamilna, sena wara l-oħra, sabiex sal-lum għad għandna ħafna min qed ikompli jibbenefika minnha.

S

Matul l-aħħar budget, u għax li l-valur tal-proprjetà kien għola, iddeċidejna li ngħollu l-ammont li wieħed jista’ jibbenefika minnu. U allura issa kull min jixtri l-ewwel proprjetà tiegħu b’valur ta’ 175,000 ser ikunu qed jiffranka sa 6,500 euro mill-ħlas tal-boll. Problema li jħabbtu wicchom magħha ħafna li jridu jixtru proprjetà, b’mod speċjali koppji zgħazagħ, hija li meta jersqu biex jagħmlu dan l-akbar investiment ta’ ħajjithom isibu problema li ma’ għandhomx biżżejjed biex iħallsu l-10%. Ridna naraw kif nistgħu ngħinu lil dawn il-persuni u illum dawk il-persuni li jixtiequ jidħlu għall-piż li jixtru l-ewwel dar tagħhom, u li ma’ għandhomx l-10%, il-gvern ser ikun qed jislef lil dawk li għandhom anqas minn 40 sena sa 17,500 euro u dawn jistgħu jitħallsu fuq perjodu ta’ 15-il sena mingħajr ebda interessi.


15

Ma’ dan kollu hemm ħafna aktar mizuri li wieħed jista’ jibbenefika minnhom, fosthom meta qed jixtri proprjetà f’Għawdex, meta qed tixtri t-tieni dar tiegħek, skemi bhal Irrestawra Darek li tefgħet lura fil-bwiet tan-nies 23 milju euro u ħafna aktar li għenu biex dan is-settur kompla jikber. Konxji miż-żieda fix-xogħol ta’ kostruzzjoni, sena ilu tlaqna bit-twaqqief ta’ Awtorita għall-Bini u Kostruzzjoni. Dan sabiex dan is-settur ikun regolat aktar u aħjar. Tajjeb li ngħid ukoll li din kienet miżura mħabbra fil-manifest elettorali li vvota għaliħ il-poplu. Sfortunatament matul l-aħħar xhur, dan il-pajjiż għadda minn diżgrazzji relatati mal-kostruzzjoni, fejn persuni tilfu ħajjithom. Dan jagħmilha aktar kruċjali li dan is-settur ikun regolat b’liġijiet li jgħoddu għaż-żminijiet tal-lum. Fi-sajf tas-sena 2019, daħħalna liġi fejn kien hemm aktar ċarezza fuq ir-responsabilita ta’ min qed jaħdem fuq is-sit. Illum għaddejjin sabiex f’qasir żmien ikollna mhux biss liġi li twaqqaf din l-Awtorita, iżda regolamenti li jiddefinixxu r-responsabilita u r-rwoli ta’ kull min jaħdem fis-settur, kif ukoll liċenzjar talkuntratturi u regolamenti oħra tant bżonnjużi sabiex ikollna settur regolat aħjar b’ħarsien aktar dixxiplinat għall-interessi ta’ terzi kif ukoll min jaħdem fis-settur. Marbut mal-qasam tal-proprjetà, matul dawn l-aħħar xhur daħħalna ligi li tirregola lil dawk kollha li jaħdmu fil-qasam tarReal Estate. Wara xhur ta’ diskussjonijiet mal-istakeholders fis-settur, varajna liġi li tara’ li kull min jaħdem f’dan il-qasam bħala aġent tal-proprjetà/sensar irid ikollu liċenzja valida li tinkiseb wara li wieħed ikun għamel kors akkreditat. Qed nagħtu ċans lil dawk l-eluf li jaħdmu f’dan il-qasam, sal-aħħar tas-sena 2021, sabiex iġibu din il-liċenzja. Wara din id-data, ħadd ma’ jista’ jaħdem bhala agent tal-proprjetà/sensar jekk ma’ ikollux liċenzja. Jistgħu jagħmlu dan, ċioe li jaħdmu mingħajr l-obbligu ta’ liċenzja, dawk biss li ma jagħmlux aktar minn żewġ transazzjonijiet fis-sena. Illum qed naraw numru ta’ entitajiet li qed joffru dawn it-taħriġ, u ħafna li jaħdmu fis-settur li jattendu għal dan l-istess taħrig. Dan huwa kollu frott tal-ħidma flimkien mal-istakeholders kollha li jaħdmu fis-settur, sabiex f’qasir żmien ikollna settur bl-aqwa taħriġ preparat biex jagħti l-aqwa parir lil min qed jagħmel l-akbar investiment ta’ ħajtu. Dan huwa settur importanti ħafna li pero jistħoqqlu li jkollu regoli li jgħoddu għaż-żminijiet tal-lum, u dan għall-mod kif inbidlet l-industrija, li fil-waqt li x-xogħol ikun jista’ ikompli ikun hemm ħarsien għall-interessi ta’ terzi.


16

PROPRJETÀ U KOSTRUZZJONI

VALUES VALUESWE WECAN CAN ALL ALLAGREE AGREEON. ON.

Agency Ltd. tta VLT 1453 lta, Europe

Call Call +356 2122 +356 4405 2122 4405 Laferla Laferla Insurance Insurance AgencyAgency Ltd. Ltd. E-mail E-mailinfo@laferla.com.mt info@laferla.com.mt 204A, Vincenti 204A, Vincenti Buildings, Buildings, Old Bakery Old Street, BakeryValletta Street, Valletta VLT 1453VLT 1453 Visit Visit www.laferla.com.mt www.laferla.com.mt Malta, Europe Malta, Europe

MS). MMS is the MFSA.

Laferla Insurance Laferla Insurance Agency Ltd. Agency is enrolled Ltd. is enrolled under the under Insurance the Insurance Distribution Distribution Act, CapAct, 487Cap to act 487astoanact Insurance as an Insurance Agent forAgent MAPFRE for MAPFRE Middlesea Middlesea plc (MMS). plc (MMS). MMS isMMS is authorised authorised by the Malta by the Financial Malta Financial Services Services AuthorityAuthority (MFSA) (MFSA) under theunder Insurance the Insurance BusinessBusiness Act, CapAct, 403Cap of the 403 Laws of the of Malta. Laws ofBoth Malta. entities Both are entities regulated are regulated by the MFSA. by the MFSA.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.