ROTI APRIL

Page 1

Meta saru erba’ tiġrijiet tal-Formula Wieħed, jidher li t-taqtiegħa se tkun bejn is-sewwieq minn Monaco, Charles Leclerc (Ferrari), u dak Olandiż, Max Verstappen (Red S’issaBull).huma

rebħu żewġ tiġirijiet kull wieħed hekk kif dawn huma s-sewwieqa tal-ġenerazzjoni l-ġdida fejn f’dawn l-erba’ tiġrijiet rajna kif sfidaw lil xulxin f’tensjoni frenetika u jidher li se jkun staġun mill-ak tar interessanti.

GP TAL-BAHRAIN

Leclerc rebaħ l-ewwel Grand Prix li sar fil-Bahrain li prattikament sa ċertu punt kien battalja kontra Verstappen. Huwa għamel dan f’ħin ta’ 1:37:33.584.

Huma baqgħu rota għal rota għal ftit dawriet wara l-ewwel pit stops tagħhom, skambjaw postijiet ħames darbiet f’żewġ dawriet qabel ma Leclerc mar fuq qud L-aħħardiem.

dawriet kienu ppakkjati bi drama, b’perjodu ta’ safety car u mbagħad prob lemi ta’ affidabbiltà li sfurzaw l-irtirar ta’ Verstappen biex kellu jċedi t-tieni post għall-Ispanjol Carlos Sainz (Ferrari).

U biex tiġihom aktar ħażin, it-tieni Red Bull, dik ta’ Sergio Perez, sofriet ħsara fil-magna fl-ewwel kantuniera tal-aħħar dawra li ħalliet lil Lewis Hamilton jieħu l-aħħar post fuq il-podju għal Mercedes.

GP TAL-ARABJA SAWDIJA

It-tieni Grand Prix, li sar fis-Arabja Sawd ija, intrebaħ minn Verstappen meta pro prju erba’ dawriet mit-tmiem huwa għe leb lil Leclerc meta waqqaf l-arloġġ f’ħin ta’

Dan1:24:19.293.tal-aħħarħa

l-vantaġġ wara li s-sew wieq Messikan, Sergio Perez (Red Bull), li rebaħ il-pole position, kellu l-vantaġġ komdu tiegħu jintemm ħesrem minħabba li ħarġet is-safety-car wara li waqfu Fer nando Alonso (Alpine) u Daniel Ricciardo (McLaren). Barra minn hekk, il-Messikan kellu jikkuntenta bir-raba’ pożizzjoni. Fit-tielet pożizzjoni daħal l-Ispanjol Car los Sainz (Ferrari) filwaqt li l-aktar li ddiżappunta kien is-sewwieq Britanniku, Lewis Hamilton (Mercedes) li spiċċa fl10 post biex ta’ konferma oħra li l-karoz za tiegħu xejn ma baqgħet waħda kom petittiva.

GP TAL-AWSTRALJA

Leclerc irreġistra rebħa dominan ti fil-Grand Prix tal-Awstralja, f’ħin ta’ 1:27:46.548. Huwa kien fil-kontroll totali tat-tiġrija meta r-rival ewlieni tiegħu, Ver stappen, irtira minħabba problema tekni ka f’distanza ta’ żewġ terzi. Ir-rebħa ta’ Leclerc kienet it-tieni waħda tiegħu tal-istaġun.

Ir-Red Bull kellhom tama kbira li kellha tkun sfida kbira kontra Leclerc, kif għamel Verstappen fit-tiġrija preċedenti ... iżda kien kollu ta’ xejn.

Il-kollega Carlos Sainz ikkawża safety car bikrija meta tilef il-kontroll tal-karozza tie Metagħu.

reġgħu bdew it-tiġrija, Leclerc l-ew wel tbiegħed minn Verstappen u mbagħad ħarab fuq quddiem hekk kif is-sewwieq tar-Red Bull beda jbati minn problemi fitIt-tienityres.

safety car, din id-darba kkawża ta minn ħabta minn Sebastian Vettel tat it-tieni ċans lil Verstappen. Iżda Leclerc, b’tyres friski, ħarab fuq qud diem filwaqt li Verstappen kellu jirtira minħabba problemi tekniċi.

GP TAL-ITALJA

Verstappen iddomina l-Grand Prix ta’ Emi lia Romagna biex żamm it-tamiet tiegħu għat-titlu hekk kif Leclerc “rema” it-tielet post bi żball li swielu ħafna.

Is-sewwieq tal-Ferrari kien qed jattakka biex jipprova jaqbeż lill-kollega ta’ Ver stappen, Sergio Perez, wara pit stop tard meta tilef il-kontroll fiċ-chicane ‘Variante

LeclercAlta’.

kellu jagħmel pit stop għal ‘ġwienaħ’ ta’ quddiem ġdid u tyres friski fejn niżel fid-disa’ post, u seta’ jirkupra biss sas-sitt pożizzjoni.

L-iżball ippermetta lil Verstappen biex inaqqas id-distakk ma’ Leclerc minn 45 punt għal 27, u b’hekk wassal lill-Olandiż mill-ħames post għat-tieni fil-klassifika ġenerali li taqra hekk:

1. Charles Leclerc 86 punt; 2. Max Ver stappen 59; 3. Sergio Perez 54; 4. George Russell 49; 5. Carlos Sainz 38; Lando Norris 35; Lewis Hamilton 28; Valtteri Bottas 24; Esteban Ocon 20; Kevin Magnusson 15.

ROTI Suppliment għad-dilettanti tal-Karozzi u Muturi April 2022
6.
7.
8.
9.
10.
FORMULA WIEĦED 2022 Taqtiegħa bejn Max Verstappen u Charles Leclerc?

L-istaġun tal-Formula Wieħed beda, nhar il-Ħadd 20 ta’ Marzu, bl-ewwel tiġrija tkun dik ġewwa l-Bahrain. Dan l-isport huwa meqjus bħala l-ogħla kompetizzjoni marbuta mat-tiġrijiet talkarozzi. Huma 22 tiġrija li huma ppjanati li jsiru bejn Marzu u Novembru ta’ din issena. Din is-sena il-kampjonat se jispiċċa qabel minħabba l-fażi finali tat-Tazza Dintad-Dinja.is-sena se tara introduzzjoni ta’ diversi tibdiliet tekniċi u regoli ġodda. Dawn kienu ppjanati li jsiru matul is-sena li għaddiet, però minħabba l-pandemija tal-Covid-19, dawn ir-regoli ġew posposti għal din is-sena.

Tibdil fit-timijiet

Max Verstappen huwa c-champion renjanti u jidher li għandu sfida kbira mis-sewwieq tal-Ferrari, Charles Le

It-timijietclerc.

u s-sewwieqa li jidhru fuq il-lemin huma dawk li se jikkompetu matul il-kors ta’ dan il-kampjonat. It-timi jiet kollha se jużaw tyres Pirelli. Honda ħabbru li mhux se jkompli jisuplixxu magni wara l-2021. Dawn kienu qed jipprovdu magni lit-timijiet tar-Red Bull Racing u l-iS cuderia Alpha Tauri. Red Bull Racing ħabbru li se jibdew jibnu l-magni huma stess. Dawn se jkunu magħrufa bħa la Red Bull Powertrains

Tibdil fis-sewwieqa

Qabel it-tiġrija tal-Olanda, is-sewwieq Finlandiż, Kimi Raikkonen, ħabbar li kien se jirtira mill-Formula Wieħed wara 19-il staġun f’dan l-isports, fi tmiem l-2021. Is-siġġu ta’ Raikkonen mat-team tal-Alfa Romeo ħadu l-kompatri jott tiegħu Valtteri Bottas ... wara li telaq lil Mercedes. George Russell ħa post Bottas bis-siġġu vojt tal-Wil liams ħadu l-ex pilota tar-Red Bull, Alexander Albon. Is-sewwieq tal-Formula 2, Guanyu Zhou, ġie promoss għall-Formula Wieħed ma’ Alfa Romeo minflok it-Taljan Antonio Giovinazzi li telaq lit-team fi tmiem l-istaġun li għadda. Zhou huwa l-ewwel sewwieq miċ-Ċina li se jieħu sehem fil-Formula Wieħed. Nikita Mazepin, kien se jsuq mal-Haas għat-tieni sena konsekuttiva. Wara l-invażjoni Russa fl-Ukrajina, il-kun tratt ta’ dan is-sewwieq ġie terminat f’Marzu stess. Min floku mat-team reġa’ ħa postu s-sewwieq mid-Danimar ka, Kevin Magnussen, li saq ma dan it-team bejn 2017 u l-aħħar tas-sena 2020.

Ħarsa lejn it-timijiet u s-sewwieqa

li se jikkompetu F’dan il-kampjonat

MERCEDES AMG PETRONAS

F1 TEAM

Klassifika finali fl-istaġun 2021:

L-ewwel post b’613.5punt

Bażi: Brackley fl-Ingilterra

Magna: Mercedes-AMG F1 M13

Chassis: F1 W13 E Performance

Kampjonati Kostrutturi: 8

Kap tat-tim: Toto Wolff

Sponsor priċipali: RED BULL RACING

Klassifika finali fl-istaġun 2021: It-tieni post b’585.5 punt

Bażi: Milton Keynes fl-Ingilterra

Magna: Red Bull RBPTH001 Chassis: RB18

Kampjonati Kostrutturi: 4

Kap tat-tim: Christian Horner

Sponsor priċipali: ORACLE

Sponsors prinċipali oħrajn:

SCUDERIA FERRARI

Klassifika finali fl-istaġun 2021: Ittielet post b’323.5 punt

Bażi: Maranello fl-Italja

Magna: Ferrari Chassis: F1-75

Kampjonati Kostrutturi: 16

Kap tat-tim: Mattia Binotto

Sponsor priċipali: -

Sponsors oħrajn: Santander Shell CEVA Kaspersky MAHLE Charles Leclerc [Monaco] Carlos Sainz [Spanja]

McLAREN F1 TEAM

Klassifika finali fl-istaġun 2021: Ir-rabA’ post b’275 punt

Bażi: Woking fl-Ingilterra

Magna: Mercedes-AMG F1 M13 Chassis: MCL36

Kampjonati Kostrutturi: 8

Kap tat-tim: Zak Brown

Sponsor priċipali: -

Sponsors oħrajn: VELO Ricciardo [Awstralja]

4 Lando Norris [Ingilterra]

II | ROTI
PETRONAS Sponsors prinċipali oħrajn: Ineos – Team Viewer – IWC – AMD – UPS –Crowdstrike 44 | Lewis Hamilton [Ingilterra] 63 | George Russell [Ingilterra] ORACLE
BYBIT –Mobil – Claro – TAG Heuer – ESSO – Tezos 1| Max Verstappen [Olanda] 11| Sergio Perez [Messiku]
–Ray-Ban –
16 |
55 |
- DARKTRACE –TEZOS – Gulf – DeWALT – splunk 3 | Danièl
|

Klassifika

SCUDERIA ALPHATAURI

Klassifika finali fl-istaġun 2021:

Is-sitt post b’142 punt

Bażi: Faenza fl-Italja

Magna: Red Bull RBPTH001

Chassis: AT03

Kampjonati Kostrutturi:

Kap tat-tim: Franz Tost

Sponsor

WILLIAMS RACING

Klassifika finali fl-istaġun

| III BWT ALPINE F1 TEAM
finali fl-istaġun 2021: Il-ħames post b’155 punt Bażi: Enstone fl-Ingilterra Magna: Renault E-Tech RE22 Chassis: A522 Kampjonati Kostrutturi: 0 Kap tat-tim: Otmar Szafnauer Sponsor priċipali: BWT Sponsors oħrajn: Castrol – MAPFRE –RCI Bank – Microsoft – yahoo! – DUPONT 14 | Fernando Alonso [Spanja] 31 | Esteban Ocon [Franza]
0
priċipali:Sponsors oħrajn: FlexBox – Ravenol –fantom – epicor – ICM.com 10 | Pierre Gasly [Franza] 22 | Yuki Tsunoda [Ġappun] ASTON MARTIN ARAMCO COGNIZANT F1 TEAM Klassifika finali fl-istaġun 2021: Is-sebA’ post b’77 punt Bażi: Silverstone fl-Ingilterra Magna: Mercedes-AMG F1 M13 Chassis: AMR22 Kampjonati Kostrutturi: 0 Kap tat-tim: Mike Krack Sponsors priċipali: COGNIZANT | ARAMCO Sponsors oħrajn: Peroni – crypto.com –Bombardier – JCB – SentinelOne – NetApp - IFS 18 | Lance Stroll [Kanada] 5 | Sebastian Vettel [Ġermanja]
2021: It-tmien post b’23 punt Bażi: Grove fl-Ingilterra Magna: Mercedes-AMG F1 M13 Chassis: FW44 Kampjonati Kostrutturi: 9 Kap tat-tim: Jost Capito Sponsor priċipali:Sponsors oħrajn: Sofina – Acronis –Lavazza – honibe – Versa – Dorilton. Ventures 23 | Alexander Albon [TAJLANDJA] 6 | Nicholas Latifi [Kanada] ALFA ROMEO F1 TEAM ORLEN Klassifika finali fl-istaġun 2021: Id-disA’ post b’13-il punt Bażi: Hinwil fl-Isvizzera Magna: Ferrari 066/7 Chassis: C42 Kampjonati Kostrutturi: 0 Kap tat-tim: Frédéric Vasseur Sponsors priċipali: ORLEN Sponsors oħrajn: Singha – M MarelliAccelleron – zandara – Floki – HyLand 77 | Valtteri Bottas [Finlandja] 99 | Guanyu Zhou [Ċina] HAAS F1 TEAM Klassifika finali fl-istaġun 2021: L-għaxar post b’0 punti Bażi: Kannapolis North Carolina fl-Amerika Magna: Ferrari 066/7 Chassis: VF-22 Kampjonati Kostrutturi: 0 Kap tat-tim: Guenther Steiner Sponsors priċipali:Sponsors oħrajn: 1&1 – IONOS – Under Armour – Schuberth - Tricorp 47 | Mick Schumacher [Ġermanja] 20 | Kevin Magnussen [Danimarka]

ELLA ZAMMIT… FOST karts?sewwieqaX’tinvolviSEWWIEQAL-AQWANISATAL-GOKARTSF’PAJJIŻNAl-ħajjata’tal-go

Tinvolvi ħafna xogħol mhux biss fuq ittrakka iżda ħafna mix-xogħol iseħħ barra mit-trakka. Fost dawn insemmi s-setup tal-kart, manutenzjoni, u tara x’tista’ tagħmel biex ittejjeb il-ħinijiet tiegħek anke b’milliskeondi.

Nitkellmu dwar il-go karts. Int għandek il-go karts personali tiegħek?

Jien niġri b’kart tat-tlielaq GP b’magna IAME X30, madankollu kont niġri b’magna Rotax fil-bidu tal-istaġun.

Dawn kemm jiswew biex tixtrihom?

M’hemm l-ebda tidwir mal-lewża. Huwa sport għali ħafna. Sakemm tibda ssuq trid elmi, suit tat-tlielaq, ingwanti u żraben li jammontaw għall-ammont ġmielu ta’ flus. Kart ġdid fjamant jiswa minn madwar €5000 - €7000, madankollu tista’ ssib go karts second hand għal ħafna inqas jekk tkun għadek tibda.

Kif tħossok bħala mara ssuq il-go karts?

Qabel ma bdejt niġri bil-go-karts ikkompetejt fil-BMX u għalhekk drajt nipprattika sport iddominat minn ambjent maskili minn etá żgħira.

Personalment din ma tagħmilx differenza għalija kemm jekk inkun qed nikkompeti kontra rġiel jew inkella nisa u t-team tiegħi jaraha bl-istess mod ukoll.

Qed nittrenja u naħdem qatigħ biex nikseb ir-riżultati meħtieġa u għandi opportunitajiet daqs ħaddieħor.

Kif tiddeskrivi x-xena in ġenerali tal-Go Karting f’pajjiżna?

Ħafna nies urew interess fl-isport dan l-aħħar u verament qed jaqbad. Għandna x-xorti li fl-aħħar ikollna post sigur u professjonali fejn niġru.

Iktar ma tkun taf aħjar għalik, madankollu jien ma ngħidx li għandek bżonn tkun taf fuq il-mekkanika tal-kart int innifsek. Iżda, jekk ikollok tagħrif, żgur li jgħin u matul it-triq titgħallem kif tikkomunika malmekkanik tiegħek sabiex ittejjeb is-set-up tal-kart biex fl-aħħar mill-aħħar tkun aktar mgħaġġel fit-triq it-tajba.

X’unuri rbaħt kemm f’pajjiżna kif ukoll barra minn xtutna?

Ilni nsuq biss minn Jannar 2021. Minn dakinhar ikkompetejt f’kompetizzjoni waħda f’Malta u programm ta’ taħriġ ta’ ġimgħat mat-team uffiċjali tal-GP fl-Italja fejn tħarriġna f’Castelletto 7 Laghi u fiċ-ċirkwit ta’ Cremona.

fl-isporthumażgħażagħlilNixtieqektgħaddimessaġġdawkiż-limħajratal-GoKarting.

Bdiet bi programm online offrut mill-FIA imsejjaħ l-akkademja tas-sewwieqa żgħażagħ u dak iż-żmien lanqas kont soqt go-kart imma missieri, in-nannu u ħafna miz-zijiet dejjem ġrew fil-hill climb għalkemmf ftit nista’ niftakar, għalhekk kelli pedament tajjeb. Wara l-programm iddeċidejt li ridt ninvolvi ruħi u dħalt mal-GP Malta u llum jien sewwieqa tatteam uffiċjali GP.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek f’dan l-isport?

Għandi ħafna miri stabbiliti għalija nnifsi fl-2022 fuq livell nazzjonali u internazzjo nali, fosthom li jkolli staġun ta’ suċċess din is-sena u mbagħad nara fejn iwasslu l-affarijiet. Nittama li l-karting ikun il-pass li jmiss għalija lejn id-dinja tal-karozzi.

Il-karting huwa sport kbir u wieħed mill-aktar sport ta’ sodisfazzjon. Kemm ilni nipprattika dan l-isport, għamilt ħbieb, ksibt aktar personalidixxiplinau

sirt aktar b’saħħti għax jien aktar konxja dwar l-eżerċizzju u ikel għas-saħħa.tajjeb

minn Christian Muscat
Apparti li tkun sewwieq tal-Go Kart tajjeb, trid tkun taf tirranġa xi ħsarat int stess ukoll għax inkella jiżdiedu?l-ispejjeż
Imma kif bdiet il-ħajra tiegħek li tibda l-Go Karting?
IV | ROTI

Jinħatar il-kumitat il-ġdid tal-Malta Drifting Association

Fit-18 ta’ dan ix-xahar, fl-Old Motors Club Malta Clubhouse, il-Malta Motorsport Federation mexxiet l-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Malta Drifting Association. L-Assoċjazzjoni tad-Drifting irrapportat li din kienet laqgħa eċċezzjonalment produttiva li għenet il-progress biex il-Malta Drifting Association terġa tibda topera wara tliet snin ta’ inattività.

L-aktar punt importanti fuq l-aġenda kien it-twaqqif ta’ kumitat ġdid iffurmat minn membri b’esperjenza u dedikazzjoni vasta fid-drifting lokali.

Il-membri l-ġodda tal-kumitat huma Melo Zammit - president, Jamin Farrugia – viċi-president, Claire Marie Zammit Azzopardi - segretarja, Dorian Galea - teżorier, Neil Debono - uffiċjal għarRelazzjonijiet Pubbliċi filwaqt li Alfred Camilleri u Kane Pisani bħala membri

Il-viċi-presidenttal-kumitat.

tal-Malta Motorsport Federation, William England, awgura lill-kumitat il-ġdid u lill-membri kollha tal-Assoċjazzjoni tad-Drifting filwaqt li wiegħed l-appoġġ kontinwu talFederazzjoni.

William England Vice President MMF Melo Zammit President Malta Drifting Association
| V
AGAINST ARM YOUR RUST!METALAGAINSTARM YOUR RUST!METAL No primer, no undercoat, no rust!

Jiġi

Ritratti: David Axisa

Nhar il-Ħamis, 31 ta’ Marzu, Island Car Club organizza l-ewwel round ta’, The Point - MeDirect - England Insurance - Transport Malta National Hill Climb Championship fil-Mellieħa.

Mark Micallef fuq in-‘Norma’ tiegħu spiċċa l-ewwel overall u għal hekk rebaħ dan l-ewwel round tal-kampjonat ... li kien segwit minn Terence Vella fuq ‘Radical’ u Darren Camilleri fuq ‘Tatuus

DidierHonda’.Bugeja

u Edward Calleja rebħu l-front-wheel drive u rearwheel drive, rispettivament, filwaqt li Stefanie Calleja kienet l-aktar sewwieq femminili veloċi. Steve Baldacchino kien l-aktar veloċi f’karozza 4WD filwaqt li Nicky Gauci kien l-iktar żagħżugħ veloċi fil-kategorija ta’ Taħt il-25 sena. L-għażla tal-Marshalls waqgħet fuq Konrad Abela (Lotus).

It-tiġrijiet kienu kkontrollati minn Josef Ablea (Clerk tal-Kors), Jeremy Cassar (Organizzatur u Deputat Clerk tal-Kors); Susanne Fenech (Segretarja tal-avveniment); Joe Formosa (Timekee per); William England (Rappreżentant tal-Awtorità Nazzjonali tal-Isport); George Muscat (Steward); Gilbert Abela (Scrutineer); Beppe Aquilina (Kap tal-Marshalls). Barra minn hekk, l-uffiċjali kellhom l-appoġġ ta’ diversi Marshalls kif ukoll minn profess jonisti mir-Red Cross u mill-Protezzjoni Ċivili.

Is-Sibt 9, u l-Ħadd 10 ta’ April, Island Karting Club, Karting Club Malta u l-Malta Motorsport Federation organizzaw it-tieni round tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Karting fit-trakka, La Reve, f’Ħal Far.

Fl-ewwel ġurnata, Ayrton Jon Tonna rebaħ l-Entry Level Class, li kien segwit minn Kimi Bugeja u Cody Darmanin.

Jon Tonna u Nathan Fenech spiċċaw fittieni u fit-tielet post rispettivament.

Benjamin Piscopo rebaħ l-Lame X30 Mini li kien segwit Benjamin Westwood u Jamie KyleVassallo.Micallef

rebaħ l-Lame X30 Junior quddiem Brayden Cassar u Timothy Zarb.

Jonathan Zammit rebaħ il-Vortex RokGP Master segwit minn Neville Zammit u Glenn JosephVassallo.Mifsudrebaħ ir-Rotax Max, b’Owen Mangion u Salvatore Toscano jtemmu fiżżewġ postijiet ta’ wara.

Il-Klassi 60cc intrebħet minn Mason Barun filwaqt li dik tas-60cc GR3, intrebħet minn Dario Mifsud li temm quddiem Daniel ZaneAbela.Pace

rebaħ ir-Rotax Micro Max. Ayrton

Fit-tieni ġurnata ta’ dan l-avveniment, Kyle Mercieca rebaħ l-Lame X30 filwaqt li Keith Micallef u Nicky Gauci temmew warajh. Il-Vortex RokGP intrebħet minn Lucas Pace li għeleb l-isfida ta’ Jamie Mangion u Nicholas Borg.

Kenneth Vella rebaħ l-Lame X30 Masters Vella fejn Sandro Bugeja u Chris Borg spiċċaw fiż-żewġ pożizzjonijiet susseg It-tieletwenti.

round tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Karting ser jsir proprju llum u għadda fl-istess post.

Ayrton Jon Tonna
VI | ROTI
Championshiptal-Hilll-ewwelorganizzatroundClimb
KAMPJONAT TAL-KARTING BarunMason MicallefKylePiscopoBenjaminMifsudDario

Wara l-erba’ tiġrijiet (sal-10 ta’ April) huwa kien qed jillidja quddiem it-tliet Spanjoli, Alex Rins (Suzuki) 56 punt, Alex Esparago (Aprilia) 50 u Joan Mir (Suzuki).

Iżda min huwa eżattament Bastianini li huwa pjuttost ġdid għal dan il-Grand Prix, fejn qed itellaq għat-tieni sena nfila u fejn ħafna qed iqisuh li f’dawn is-snin li ġejjin se jimxi fuq il-passi tal-leġġendarju Valentino Rossi.

Huwa twieled nhar it-30 ta’ Diċembru, 1997, f’Rimini. Imlaqqam “La Bestia”, fl2020 huwa rebaħ il-Kampjonat tad-Dinja tal-Moto 2 u proprju f’dan l-istaġun ġie promoss fl-ogħla klassi tal-MotoGP.

Karriera Bastianini “beda” l-karriera tiegħu meta beda jsuq fuq minibike meta kien għad kellu biss tliet snin u tliet xhur ... u għalhekk kien dejjem itellaq bin-numru 33.

Wara karriera ta’ suċċess fit-tiġrijiet tal-minibike, Bastianini saq b’suċċess f’diversi kategoriji, fosthom il-Honda HIRP Trophy 100cc, il-Kampjonat Taljan MiniGP 70cc. u l-Honda RS125 Trophy, fejn spiċċa bħala champion matul l-ista ġun Fl-2013,2012.

Bastianini kkompeta fir-Red Bull MotoGP Rookies Cup, fejn kiseb żewġ rebħiet fit-triq lejn ir-raba’ post fil-kampjonat. Bastianini għamel ukoll l-ewwel passi tiegħu fil-Moto3, fejn ip parteċipa f’ħames tiġrijiet tal-Kampjonat Taljan.

Kampjonat tad-Dinja Moto3 Fl-2014, Bastianini għamel id-debutt tiegħu fil-Kampjonat tad-Dinja tal-Moto3 meta kien affiljat ma’ Team GO&FUN Moto3. Huwa kiseb l-ewwel punti tiegħu fit-tieni bidu tiegħu, fejn spiċċa fit-13-il post fiċ-ċirkwit tal-Americas, f’Texas, u kiseb sensiela ta’ erba’ punti konsekuttivi; huwa spiċċa fl-ewwel għaxar postijiet fil-Grands Prix tal-Arġentina, Spanja u Franza. Wara li naqas milli jtemm ittiġrija f’pajjiżu, f’Mugello, Bastianini kiseb l-ewwel podju tiegħu bit-tieni post f’Katalunja; waqt li spiċċa fit-tieni post firRepubblika Ċeka u fit-tielet post fit-tiġrija ta’ wara fl-Ingilterra. Bastianini spiċċa l-istaġun fid-disa’ post fil-klassifika ġe nerali.

Fl-2015, huwa ħareġ bħala l-eqreb sfidant tal-leader Danny Kent, li kiseb ħames podji – fejn temm erba’ darbiet fit-tieni post – u żewġ pole positions fl-ewwel 11il tiġrija tal-istaġun. F’Misano, f’Settembru, Bastianini kiseb l-ewwel rebħa tiegħu wara li beda mill-pole position. Huwa kien parti mill-isfida ma’ ħames sewwieqa oħra fit-taqtiegħa, u kiseb ir-rebħa meta fl-aħħar dawra qabeż lil Miguel Oliveira. Bastianini spiċċa l-istaġun fit-tielet post fil-klassifika finali.

Fl-2016, huwa kompla jtellaq fil-Klassi Moto3 ma’ Gresini Racing Moto3. Huwa spiċċa l-istaġun fit-tieni post talkampjonat, b’177 punt b’6 podji u rebħa f’Motegi.

Kampjonat tad-Dinja Moto2 Fl-istaġun 2020 Bastianini rebaħ ilkampjonat tal-Moto2 fejn kiseb 205 punt bi tliet rebħiet u seba’ podji.

Peró huwa għadda minn esperjenza kerha meta fil-MotoGP tal-Awstrija, Bastianini ħabat fl-ewwel dawra bilkonsegwenza lil rota tal-mutur spiċċat fuq iċ-ċirkwit biex is-sewwieq Malasjan, Aspar Hafizh Syahrin, ma ndunax u laqat l-istess rota u ħoloq kaos massiv fejn kellha tinħareġ il-bandiera l-ħamra. Fortunatament, l-ebda sewwieq ma kien midrub f’dan l-aċċident.

Kampjonat tad-Dinja tal-MotoGP Fl-2021, Bastianini ffirma ma’ Espon sorama Racing u ssieħeb mar-rivali tal-Moto2 ... il-kompatrijott Luca Marini.

Kemm Bastianini kif ukoll Marini saqu muturi Ducati GP19 matul l-istaġun kollu.

Huwa kiseb punti b’mod konsistenti matul l-istaġun qabel ma kiseb l-aħjar riżultat tiegħu f’Aragona f’P6 qabel ma rnexxielu jispiċċa b’mod stupend fit-tielet post f’Misano segwit minn P6 għal darb’oħra fil-COTA qabel ma reġa’ rrepeta t-tielet post fil-GP ta’ Emilia Romagna f’Misano waqt l-aħħar dawra. Bastianini spiċċa fil11-il post tal-kampjonat b’102

| VII
Christianpunti.minnMuscatValentinoBastianiniEneasejieħupostRossi? Meta saru erba’ tiġrijiet tal-MotoGP ta’ din is-sewwieqis-sena,Taljan Enea Bastianini (Ducati) qed jillidja l-klassifika ġenerali b’61 punt wara li rebaħ żewġ tiġrijiet, dawk tal-Qatar u tal-Americas.
THE CATHEDRAL OPTICAL G’Manġia 21226020 - B’Kara 21490213 - Żebbuġ 21465768 - Fgura 21673332 Naxxar 21431152 - B’Buġia 21421 976 - Rabat 21450845 - Luqa 21895248 Qormi 21488950 - Attard 21418315 - San Ġwann 21383947 one hour service

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.