5 minute read
ĦIDMA SFIEQA FAVUR IL-MOTORPSORT F’PAJJIŻNA
from ROTI DIĊEMBRU 2021
by Union Print
Intervista ma' TONIO CINI
INTERVISTA MA’ EX PRESIDENT TAL-MALTA MOTORSPORT FEDERATION (MMF) FEJN KIEN ILU JOKKUPA DIN IL-KARIGA GĦAL DAWN L-AĦĦAR 12-IL SENA, FEJN ĦADEM QATIGĦ GĦALL-AKBAR ĠID TAL-MOTORSPORT F’PAJJIŻNA.
Advertisement
minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-Motorsport?
L-imħabba għall-Motorsport bdiet mindu kont żgħir. Imbagħad meta mort fis-sixth form, ħafna minn sħabi kienu dilettanti tal-karozzi. Minn hemm bdejt ninfluwenza ruħi lejn dan l-isport tant sabiħ. Ftit wara kelli l-ewwel esperjenza kompetittiva organizzata mill-Island Car Club u wara oħti, Maria, ħajritni mmur ngħin bħala marshall f’Hill Climb u b’hekk bdejt nifhem iktar dan l-isport.
Minn hemm qatt ma ħarist lura, tant, li komplejt immur ngħin bħala marshall mal-All Wheel Drive Club f’offroading. Ftit ftit komplejt inżid is-sehem tiegħi bħala Segretarju Ġenerali tal-AWDC u anke bdejt norganizza kompetizzjonijiet u anke nikkompeti.
Kemm kont ilek president tal-Malta Motorsport Federation (MMF)?
Kont ilni president tal-MMF għal dawn l-aħħar 12-il sena. Nista’ ngħid li taru bħar-riħ! Għaddejna minn sfidi iżda anke opportunitajiet u nirringrazzja lil dawk kollha li fdawna fid-deċiżjonijiet li ħadna bħala amministrazzjoni talFederazzjoni. Nirringrazzja wkoll lil dawk li kellhom il-fiduċja fija, tant, li ġejt elett erba’ darbiet biex inkompli nservi f’din il-kariga.
X’kienu r-responsabbiltajiet li kellek bħala president?
L-ewwelnett hu ta’ unur kbir li rrappreżentajt din il-komunitá talmotorsport. Jien bħala president flimkien mal-amministrazzjoni tiegħi, ridt nibni struttura li tkun soda biżżejjed li taħseb għall-isfidi futuri. Il-kumitati talclubs fehmu iktar ir-responsabbiltajiet li kienu jġorru u anke fehmu iktar l-irwol kruċjali tal-Federazzjoni li tkun irregolatur tal-motorsport f’pajjiżna.
Kemm hawn dilettanti tal-Motorsport f’pajjiżna?
Meta kienet tiġi organizzata ‘Paqpaqli għall-Istrina’, konna naraw numru kbir ta’ dilettanti li kienu qed jieħdu sehem. B’xorti ħażina kien hemm inċident sfortunat li waqqaf dan l-avveniment għall-karitá li kien ikun dejjem mistenni mid-dilettanti u millpubbliku in ġenerali.
Din l-attivitá kienet il-mera ta’ kemm hija kbira l-komunitá tal-Motorsport hawn Malta u ċert li minn dak iż-żmien ‘l hawn, din baqgħet tikber.
X’għajnuna ssibu minn SportMalta u Kemm kontu ssibu appoġġ mill-Kumitat Olimpiku Malti?
Dejjem sibna sapport minn SportMalta. F’dan l-aħħar żmien kienet qed tiġi allokata somma flus speċjalment għal meta jkun hemm sewwieqa li jikkompetu barra minn Malta f’kompetizzjonijiet rikonnoxuti.
In-numru ta’ parteċipanti qiegħed dejjem jiżdied għax kif għedtlek l-entużjażmu huwa kbir. Mal-Kumitat Olimpiku Malti għadna kif sirna ‘Full Members’ wara li konna ‘Associate Members’ għal sentejn.
X’inhi r-relazzjoni li għandek mal-FIA u mal-president Jean Todt?
Jien u Jean Todt għandna relazzjoni professjonali u ta’ ħbiberija li dejjem iddiskutejna diversi temi relatati malmotorsport. Fil-fatt jiena kont onorat li kien laqa’ l-istedina li għamiltlu biex jiġi f’pajjiżna ftit tas-snin ilu.
Kont ukoll ġejt innominat minn Jean Todt f’kumitat internazzjonali tal-FIA biex nippjanaw il-progress talmotorsport globali b’mod sostenibbli.
Kemm hawn assoċjazzjonijiet affiljati mal-Malta Motorsport Federation?
B’kollox hemm 16-il assoċjazzjoni li huma affiljati mal-MMF. Dawn kollha huma attivi u jagħtu kontribut sħiħ għalliżvilupp tal-motorsport f’pajjiżna. Aħna niddiskutu magħhom u naraw dejjem x’għandha tkun it-triq ‘il quddiem.
Taħseb li hawn biżżejjed għarfien dwar is-sigurtá fit-toroq?
Jien qiegħed parti mill-kumitat fuq is-sigurtá fit-toroq ta’ Transport Malta mmexxi minn Pierre Vella fejn flimkien niddiskutu u nwasslu l-messaġġ għallużu aħjar mit-toroq Maltin b’mod partikolari is-sigurtá tas-sewwieqa.
Għalina meta jmut xi ħadd f’inċident tat-traffiku, hi traġedja kbira. Jien ma nemminx li sewwieq li ġab il-liċenzja għandu jieqaf milli ikompli jitgħallem għax jaħseb li jkun jaf kollox. Irid ikun hemm dejjem dik li bl-Ingliż isejħulhom advance driving courses sabiex issewwieqa jaġġornaw b’dak li qed jiġri u fuq kollox jirrispettaw dejjem ir-regoli.
Jien ngħid ħaġa wkoll. Hawn ħafna nies li jixtru karozza u ma jkunux jafu xi tkun tfisser it-teknoloġija li jkun fiha il-karozza. Jekk tinbena faċilitá tassigurtá fit-toroq, tgħidx kemm nevitaw inċidenti bla bżonn.
Taħseb li l-mezzi tax-xandir lokali jagħtu biżżejjed importanza lill-isport tal-karozzi f’pajjiżna?
Kien hemm żviluppi għall-aħjar imma żgur li għad hemm fejn wieħed jista’ jagħmel iktar għall-motorsport lokali. Nieħu l-okkażjoni li nirringrazzja minn hawn lil Mario Mifsud, magħruf aħjar bħala ‘DJ Banana’ li kien ilpersuna li beda bi programm kollu ddedikat lill-motorsport lokali. Ftit tassnin wara żdied Oliver Attard sabiex l-għarfien kompla jimxi ‘l quddiem bilpubblikazzjonijiet tiegħu.
Kemm taħseb li hemm interess fost it-tfal u ż-żgħażagħ biex dan l-isport ikompli jimxi ‘l quddiem fil-futur?
Bħalissa qed nagħmlu proġett ta’ taħriġ imsejjaħ Young Drivers Training Programme mal-FIA fejn l-għan tagħna huwa li nittrenjaw liż-żgħażagħ u t-tfal b’mod professjonali fuq il-motorsport.
Qed jipparteċipaw iktar minn 60 sewwieq li jinkludu nisa u tfajliet. L-entużjażmu li hemm għal dan ilprogamm huwa mpressjonati u jawgura futur sabiħ għall-motorsport.
Taħseb li għad ikollna sewwieq Malti tal-Formula Wieħed?
Jien naraha bħala xi ħaġa diffiċli ħafna iżda mhux impossibbli. M’hemmx dubju li hemm ħafna flus li jridu jiġu involuti. Kollox jista’ jseħħ! L-importanti li tibqa’ toħlom għax mill-ħolm nafu ngħaddu għar-realtá.
Taħseb li Malta hi żgħira wisq biex ikollna trakka tal-Formula Wieħed?
Trakka tal-Formula Wieħed hija kbira wisq għal pajjizna.
Aħna konna ħejjejna studju ma’ esperti barranin u mal-Gvern Ċentrali b’diversi laqgħat dwar x’tip ta’ trakka hija possibbli għal Malta.
Ovvjament hemm bżonn ir-rieda talGvern sabiex naslu biex ikollna t-trakka li ġiet imwiegħda fil-programm elettorali.
Jekk eventwalment tiġi mibnija din it-trakka, taħt liema responsabbiltá taqa’ ... Tal-gvern jew inkella tal- federazzjoni?
L-MMF ma tistax tkunu l-operatur tat-trakka imma r-regolatur. Ngħidlek li hemm kollaborazzjoni sħiħa mal-Gvern Ċentrali partikolarment mas-Segretarju Parlamentari l-Onorevoli Clifton Grima u ninsabu ċerti li il-Gvern għandu l-pjan tiegħu biex jitwettaq dan il proġett tant mistenni.
X’tip ta’ tiġrijiet jistgħu jsiru f’din ittrakka l-ġdida li se tinbena?
Il-kobor tal-art u r-run-off area, kif inhi msejħa, tħoll u torbot dan kollu. Jista’ jkollna kompetizzjonijiet talFormula 4 jew Formula 3 jekk it-trakka tkun klassifikata bħala grade 3 imma kollox jiddependi mill-kobor tal-art.
Iżda l-mistoqsija li qed jistaqsi kulħadd hi waħda. Fhiex wasal ixxogħol sabiex tkun tista’ tinfetaħ din ittrakka li hi l-ħolma ta’ kull dilettant talmotorsport f’pajjiżna?
Nixtieq ħafna ngħidlek il-ġurnata meta se jibdew jibnuha għall-inqas, iżda ovvjament mhux possibbli għax bħal kulħadd għadna qed nistennew millGvern Ċentrali.
Nixtieqek tgħaddi messaġġ lil dawk it-tfal u ż-żgħażagħ li huma dilettanti talkarozzi u li jixtiequ jidħlu membri f’xi għaqda.
L-ewwelnett inħeġġiġhom sabiex jingħaqdu ma’ xi club ta’ motorsport biex inkabbru l-familja ta’ assoċjazzjonijiet tal-karozzi li hawn bħalissa. Ħafna jistgħu jibdew bil-Go Karts li kif nafu issa għandna trakka gdida tal-Island Karting Club.
Mhux bilfors għandhom imorru għal xi livell kompetittiv iżda l-importanti huwa li jagħmlu xi ħaġa li verament iħobbu jagħmlu li jista’ jkun anke li jgħinu bħala marshalls kif bdejt jiena.