26 |
ROTI
INTERVISTA MA’
I ... N I C O I N O T VUR SFIEQA FA
JIŻNA J ĦIDMA A ’P F T R PSO IL-MOTOR
EX PRESIDENT TAL-MALTA MOTORSPORT FEDERATION (MMF) FEJN KIEN ILU JOKKUPA DIN IL-KARIGA GĦAL DAWN L-AĦĦAR 12-IL SENA, FEJN ĦADEM QATIGĦ GĦALL-AKBAR ĠID TAL-MOTORSPORT F’PAJJIŻNA.
minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn ilMotorsport? L-imħabba għall-Motorsport bdiet mindu kont żgħir. Imbagħad meta mort fis-sixth form, ħafna minn sħabi kienu dilettanti tal-karozzi. Minn hemm bdejt ninfluwenza ruħi lejn dan l-isport tant sabiħ. Ftit wara kelli l-ewwel esperjenza kompetittiva organizzata mill-Island Car Club u wara oħti, Maria, ħajritni mmur ngħin bħala marshall f’Hill Climb u b’hekk bdejt nifhem iktar dan l-isport. Minn hemm qatt ma ħarist lura, tant, li komplejt immur ngħin bħala marshall mal-All Wheel Drive Club f’offroading. Ftit ftit komplejt inżid is-sehem tiegħi bħala Segretarju Ġenerali tal-AWDC u anke bdejt norganizza kompetizzjonijiet u anke nikkompeti. Kemm kont ilek president tal-Malta Motorsport Federation (MMF)? Kont ilni president tal-MMF għal dawn l-aħħar 12-il sena. Nista’ ngħid li taru bħar-riħ! Għaddejna minn sfidi iżda anke opportunitajiet u nirringrazzja lil dawk kollha li fdawna fid-deċiżjonijiet li ħadna bħala amministrazzjoni talFederazzjoni. Nirringrazzja wkoll lil dawk li kellhom il-fiduċja fija, tant, li ġejt elett erba’ darbiet biex inkompli nservi f’din il-kariga.
X’kienu r-responsabbiltajiet li kellek bħala president? L-ewwelnett hu ta’ unur kbir li rrappreżentajt din il-komunitá talmotorsport. Jien bħala president flim kien mal-amministrazzjoni tiegħi, ridt nibni struttura li tkun soda biżżejjed li taħseb għall-isfidi futuri. Il-kumitati talclubs fehmu iktar ir-responsabbiltajiet li kienu jġorru u anke fehmu iktar l-irwol kruċjali tal-Federazzjoni li tkun irregolatur tal-motorsport f’pajjiżna. Kemm hawn dilettanti talMotorsport f’pajjiżna? Meta kienet tiġi organizzata ‘Paqpaqli għall-Istrina’, konna naraw numru kbir ta’ dilettanti li kienu qed jieħdu sehem. B’xorti ħażina kien hemm inċident sfortunat li waqqaf dan l-avveniment għall-karitá li kien ikun dejjem mistenni mid-dilettanti u millpubbliku in ġenerali. Din l-attivitá kienet il-mera ta’ kemm hija kbira l-komunitá tal-Motorsport hawn Malta u ċert li minn dak iż-żmien ‘l hawn, din baqgħet tikber.
X’għajnuna ssibu minn SportMalta u
Kemm kontu ssibu appoġġ mill-Kumitat Olimpiku Malti? Dejjem sibna sapport minn SportMalta. F’dan l-aħħar żmien kienet qed tiġi allokata somma flus speċjalment għal meta jkun hemm sewwieqa li jikkompetu barra minn Malta f’kompetizzjonijiet rikonnoxuti. In-numru ta’ parteċipanti qiegħed dejjem jiżdied għax kif għedtlek l-entużjażmu huwa kbir. Mal-Kumitat Olimpiku Malti għadna kif sirna ‘Full Members’ wara li konna ‘Associate Members’ għal sentejn. X’inhi r-relazzjoni li għandek mal-FIA u mal-president Jean Todt? Jien u Jean Todt għandna relazzjoni professjonali u ta’ ħbiberija li dejjem iddiskutejna diversi temi relatati malmotorsport. Fil-fatt jiena kont onorat li kien laqa’ l-istedina li għamiltlu biex jiġi f’pajjiżna ftit tas-snin ilu. Kont ukoll ġejt innominat minn Jean Todt f’kumitat internazzjonali tal-FIA biex nippjanaw il-progress talmotorsport globali b’mod sostenibbli.
Kemm hawn assoċjazzjonijiet affiljati mal-Malta Motorsport Federation? B’kollox hemm 16-il assoċjazzjoni li huma affiljati mal-MMF. Dawn kollha huma attivi u jagħtu kontribut sħiħ għalliżvilupp tal-motorsport f’pajjiżna. Aħna niddiskutu magħhom u naraw dejjem x’għandha tkun it-triq ‘il quddiem. Taħseb li hawn biżżejjed għarfien dwar is-sigurtá fit-toroq? Jien qiegħed parti mill-kumitat fuq is-sigurtá fit-toroq ta’ Transport Malta mmexxi minn Pierre Vella fejn flimkien niddiskutu u nwasslu l-messaġġ għallużu aħjar mit-toroq Maltin b’mod partikolari is-sigurtá tas-sewwieqa. Għalina meta jmut xi ħadd f’inċident tat-traffiku, hi traġedja kbira. Jien ma nemminx li sewwieq li ġab il-liċenzja għandu jieqaf milli ikompli jitgħallem għax jaħseb li jkun jaf kollox. Irid ikun hemm dejjem dik li bl-Ingliż isejħulhom advance driving courses sabiex issewwieqa jaġġornaw b’dak li qed jiġri u fuq kollox jirrispettaw dejjem ir-regoli. Jien ngħid ħaġa wkoll. Hawn ħafna nies li jixtru karozza u ma jkunux jafu xi tkun tfisser it-teknoloġija li jkun fiha il-karozza. Jekk tinbena faċilitá tassigurtá fit-toroq, tgħidx kemm nevitaw inċidenti bla bżonn.