2 minute read

ROMAN GROSJEAN - Jeħlisha minn ħalq il-mewt wara aċċident ikrah fil-GP tal-Bahrain.

Is-sewwieq Franċiż tal- Formula Wieħed, Romain Grosjean, ħelisha minn ħalq il-mewt wara li sofra ħruq f’saqajh u injuries oħra kawża ta’ aċċident serju li kien involut fih fil-Grand Prix tal-Bahrain, nhar il-Ħadd 29 ta’ Novembru .

Il-karozza Haas baqgħet dieħla ġol-barrikati, inqasmet fi tnejn u saret ħuġġieġa nar fl-ewwel dawra tat-tiġrija li kawża ta’ hekk ġiet sospiża sakemm is-sitwazzjoni reġgħet għan-normali li ħadet madwar tliet sigħat.

Strumentali għal Grosjean li ma tilifx ħajtu kien l-apparat sofistikat li għandu l-elmu li jipproteġilu rasu. Huwa ma ntilifx minn sensieh u wara ftit sekondi deher ħiereġ millballun tan-nar li qered għal kollox il-karozza.

Is-sewwieq Ingliż li rebaħ il-kampjonat fl-1996, Damon Hill, qal li kien miraklu li Grosjean baqa’ ħaj. Hill kien il-kollega tal-leġġendarju Brażiljan, Ayrton Senna, fuq Williams li miet traġikament.

Intant, l-aħħar fatalità fil-Formula 1 seħħet issena li għaddiet fil-Formula 2 meta s-sewwieq, Anthoine Hubert, tilef ħajtu fil-Grand Prix tal-Belġju.

Huwa kien l-ewwel li tilef ħajtu mill-1994, meta fi spazju ta’ jumejn, Roland Ratzenberger (30 ta’ April) u Ayrton Senna (1 ta’ Mejju), kienu tilfu ħajjithom f’San Marino.

Barra minn hekk, kien hemm sewwieq ieħor, il- Franċiż Jules Bianchi, li kien involut f’aċċident ikrah fil-Grand Prix tal-Ġappun, f’Ottubru 2014, ... u miet f’Lulju 2015 konsegwenza tal-ġrieħi li ġarrab.

Kien fl-2018 meta l-FIA ddeċidiet li tintroduċi l-“halo”, deċiżjoni li kienet pjuttost kontroversjali tant li diversi sewwieqa ma qablux magħha, fosthom Grosjean. Żgur li wara l-inċident taxxahar li għadda kulħadd ta raġun lill-FIA, fosthom l-istess sewwieq Franċiż li fl-ewwel kummenti tiegħu mill-isptar qal li mn’Alla kienet il-“halo” li żammitu ħaj. Din hija apparat li titpoġġa fil-cockpit biex tipproteġi r-ras tas-sewwieq. Minbarra dan l-apparat, il-libsa tas-sewwieq hija protettiva għal kontra n-nirien, u dan kien fattur ieħor li għen lil Grosjean biex joħroġ mill-karozza mingħajr ma jsofri ħruq ma’ ġismu kollu.

F’kull Grand Prix li ssir, mat-tluq talkarozzi dejjem ikun hemm il-karozza medika misjuqa mill-ex sewwieq, Alan van der Merwe, u t-tabib Ian Roberts ikun il-passiġġier. Din ilkarozza ssegwi l-karozzi fl-ewwel ftit dawriet tat-tellieqa, fl-aktar mument meqjus perikoluż meta jkollok numru kbir ta’ karozzi maġenb xulxin.

Kemm van der Merwe kif ukoll it-tabib Roberts sostnew li l-ebda taħriġ ma jipperparahom għal xi ħaġa simili talinċident li fih kien involut Grosjean.

Van der Merwe, li għandu esperjenza tal- Formula 1, tenna li kien miraklu kbir li Grosjean ma kiser imkien wara mpatt qawwi tant li l-karozza nqasmet min-nofs ... kif ukoll li ħareġ minn dik il-ħuġġieġa bi ftit ħruq f’idejh.

F’inċident simili wieħed jistenna li s-sewwieq jintilef minn sensieh, jew inkella li ma jirrispondiex fiżikament għal ftit tal-ħin, u allura ċertament li kien miraklu li Grosjean inqala’ millkarozza mingħajr għajnuna.

This article is from: