ROTI DIĊEMBRU 2021

Page 4

22 |

ROTI

ROMAN

GROSJEAN

JEĦLISHA MINN ĦALQ IL- MEWT WARA AĊĊIDENT IKRAH FIL-GP TAL-BAHRAIN

Is-sewwieq Franċiż talFormula Wieħed, Romain Grosjean, ħelisha minn ħalq il-mewt wara li sofra ħruq f’saqajh u injuries oħra kawża ta’ aċċident serju li kien involut fih fil-Grand Prix tal-Bahrain, nhar il-Ħadd 29 ta’ Novembru . Il-karozza Haas baqgħet dieħla ġol-barrikati, inqasmet fi tnejn u saret ħuġġieġa nar fl-ewwel dawra tat-tiġrija li kawża ta’ hekk ġiet sospiża sakemm is-sitwazzjoni reġgħet għan-normali li ħadet madwar tliet sigħat.

Strumentali għal Grosjean li ma tilifx ħajtu kien l-apparat sofistikat li għandu l-elmu li jipproteġilu rasu. Huwa ma ntilifx minn sensieh u wara ftit sekondi deher ħiereġ millballun tan-nar li qered għal kollox il-karozza. Is-sewwieq Ingliż li rebaħ il-kampjonat fl-1996, Damon Hill, qal li kien miraklu li Grosjean baqa’ ħaj. Hill kien il-kollega tal-leġġendarju Brażiljan,

Ayrton Senna, fuq Williams li miet traġikament. Intant, l-aħħar fatalità fil-Formula 1 seħħet issena li għaddiet fil-Formula 2 meta s-sewwieq, Anthoine Hubert, tilef ħajtu fil-Grand Prix tal-Belġju.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.