ROTI
Suppliment għad-dilettanti tal-Karozzi u Muturi
Mejju 2021
IMNIEDI L-PROĠETT EMBRACE LIFE 2021
I
s-sewqan ta’ karozza, mutur jew saħansitra rota, huwa xi ħaġa li ħafna minna nesperjenzaw, huwa parti integrali minn ħajjitna billi nużawh bħala mezz tat-trasport għax-xogħol, divertiment jew anke huwa x-xogħol tagħna ta’ kuljum.
Hija xi ħaġa meħuda bħala fatt għax għandna bżonn mezz ta’ trasport biex immorru minn post għal ieħor, uħud jistgħu saħansitra jużaw it-trasport pubbliku iżda dejjem hemm xi forma ta’ trasport li tieħu sehem fit-toroq tagħna.
Din hija parti mir-rutina ta’ kuljum tagħna għal ħafna minna, imma qatt nikkunsidraw x’jista’ jmur ħażin matul il-vjaġġ tagħna? Jekk fir-rotta tagħna niltaqgħu ma’ inċident tat-triq jew inkunu involuti f’inċident stradali, l-istorja tkun kompletament differenti.
minn PIERRE P. VELLA
...ikompli paġna XI
DISINN - Stacy Grech | ADVERTISING DEPARTMENT - 2590 0200 - adverts@unionprint.com.mt