ROTI Suppliment għad-dilettanti tal-Karozzi u Muturi
Ottubru 2019
2
ROTI
www.expressgroup.com
#WeAreOrange Follow our story
It’s Your Business
But whatever your activity, you would want to reduce business and logistic risks. At EXPRESS TRAILERS we have the quality people with skills and procedures that can do just that for you. Managing RISK is what we do on all our weekly schedules to and from all ports across Europe and the Mediterranean, the Far East, China, North and South America, North Africa and the Middle East. We deliver from Anywhere to Wherever, and However...
ROAD | RAIL | OCEAN | AIR
Editorjal
R R EDITUR
Aaron Mallia - 7928 2604 rotitim@gmail.com DISINN
Ryan Bezzina
design@unionprint.com.mt
ADVERTISING DEPARTMENT 2590 0200 ⁄ 230 ⁄ 235
adverts@unionprint.com.mt STAMPAT
Union Print Co. Ltd
Workers Memorial Building, South Street, Valletta
Għeżież qarrejja, Dan ix-xahar se nitkellmu fuq ittieni ġenerazzjoni tal-Audi Q3. Dan hu mudell li ħareġ għall-ewwel darba fl-2011. Dak iż-żmien kien pijunier fissegment tal-SUVs premjum kompatti u għamel suċċess enormi. Tant hu hekk li sakemm konna qed niġbru din liinformazzjoni, l-Audi rreġistrat bejgħ ta’ mhux inqas minn 1.1 miljun vettura. Permezz ta’ dawk li jissejħu World Premiers li ppreżentat l-Opel waqt il-fiera internazzjonali tal-Karozzi fi Frankfurt – IAA Frankfurt International Motor Show, tat demostrazzjoni li l-awtomobiliżmu għad-ditta huwa rikk fil-varieta`. Il-mudell CRV, jew Compact Recreational Vehicle hija waħda mill-pijunieri fid-dinja tal-SUV. Ilha toħrog mill-1995 u qegħdin fil-ħames ġenerazzjoni tagħha. Propjament din ħarġet ftit taż-żmien ilu, iżda dan ix-xahar se nitkellmu fuq żviluppi interessanti rigward dan il-mudell. Id-ditta Kymco saret popolari mmens għall-għażla ta’ skuters 125cc li qed toffri u tant qed ikomplu jsiru interessani. Ilmudell Kymco Like huwa wieħed milliktar mudelli popolari. Għandu stil retro’, wheelbase qasir ħafna, ħafif immens għax jiżen biss 125kg u għandu spazju ġeneruż taħt is-seat. Dan u iktar informazzjoni miġbura għalikom, għeżież qarrejja.....nittamaw li ssibuha t’interess. Ringrazzjamenti bħas-soltu jmorru lil dawk kollha li jagħtu s-sapport tagħhom biex dan il-magażin bil-lingwa tagħna nibqgħu nżommuh ħaj.
Dan is-suppliment jingœata B’XEJN
mal-æurnal L-ORIZZONT u l-ebda parti minnu ma tista’ tiæi kkopjata mingœajr il-permessi bil-kitba tal-pubblikaturi.
Saħħiet, Aaron Mallia - Editur
ROTI 3
Kymco Like Sport
I
d-ditta Kymco saret popolari mmens għall-għażla ta’ skuters 125cc li qed toffri u tant qed ikomplu jsiru nteressani.
Il-mudell Kymco Like huwa wieħed mill-iktar mudelli popolari. Għandu stil retro’, wheelbase qasir ħafna, ħafif immens għax jiżen biss 125kg u għandu spazju ġeneruż taħt isseat. Issa ħarġet verżjoni ġdida ta’ dan il-mudell, dik Lite 125s jew Sport, li qed nitkellmu fuqu dan ixxahar. Kif forsi diġa` tajna x’tifhmu, il-forte tal-Like huwa l-istil. Fil-fatt it-tibdil li sar mhux stutturali, imma huwa bbażat fuq id-dehra. Hemm għażla ta’ żewġ kuluri: l-oranġjo jew inkella iswed matt. Meta wieħed jagħti ħarsa lejn l-elementi li jagħmlu lill-iskuter daqshekk prattiku ssib li għandek il-wheelbase huwa twil 1.3 metri biss. Dan jagħmlu ferm iktar manuvrabbli u faċli biex tużah fit-traffiku ta’ Malta; apparti minn hekk jiżen biss 120kg. Dan jagħmlu ħafif immens u jgħinu kemm filperformance u anke fil-handling. Vantaġġ ieħor huwa li s-seat huwa għoli mhux ħażin, 790ċm li jagħmlu wkoll tajjeb għal xi ħadd li mhux daqshekk qasir. Fl-istess ħin għandu l-għamla tiegħu li tidjieq ħafna fil-parti ta’ quddiem; u għalkemm il-pjattaforma għolja mhux ħażin mill-art xorta waħda tippermetti lis-sewwieq jitfa’ saqajh
malart. L-ispazju li għandek taħt is-seat biex terfa’ fih għalkemm skuter żgħir huwa adekwat ħafna. Għandek fejn joqgħod full face helmet ta’ qis kbir, u ovvjament għandek l-ispazju fejn tagħmel affarijiet oħra. Top box għal iktar spazju tista’ titwaħħal ukoll. Il-magna hija ġdida u tiżviluppa 11.5bhp, li huma sostanzjali għal 125cc. Id-ditta għamlet aċċenn kbir fl-istadju tar-riċerka u l-iżvilupp biex jagħmlu l-magna silenzjuża kemm jista’ jkun u jtejbu kemm l-aċċelerazzjoni. Din tilħaq 100km/h mingħajr ħafna sforz. L-iżviluppi li saru tħosshom primarjament meta tkun qed tużah. Dan għaliex kif ħafna minnkom tafu, 125cc tkun qed titlob ħafna minnu. Madankollu l-aċċelerazzjoni hija tajba u l-magna qatt ma ssir strobjuża wisq. Affarijiet oħra tajbin li għandu dan l-iskuter, huma li għandu LEDs kullimkien, li jagħmlu l-viżjoni speċjalment jekk tkun qed issuq bil-lejl ferm iktar ċara. Fuq id-dashboard, għandek l-informazzjoni kollha. Jekk wieħed jikkunsidra r-range ta’ skuters 125cc mingħand ilKymco, dik Like qisha qegħdha fin-nofs; hemm irħas u hemm iktar għoljin. Fil-verita` jekk wieħed irid jikkunsidra d-dehra, dan il-mudell huwa wieħed mill-iktar attraenti fid-dehra. Għandu stil simili talVespa, u fl-istess ħin huwa prattiku, ekonomiku u ta’ min joqgħod fuqu. Il-mudelli Kymco jiġu kollha bi tliet snin garanzija.
4
ROTI
D
Din il-karozza tifforma parti minn dik li tissejjaħ il-Q Family, li toffri l-Audi. Illum tinkludi l-Q2, il-Q3, il-Q5, il-Q7; hemm ukoll l-Etron, li hija verżjoni elettrika tal-Q7 u il-Q8. Hemm proposti wkoll tal-Q1 u Q4. L-indikazzonijiet qed juru li sa sena oħra, iktar minn 50% tal-bejgħ totali tal-Audi ikun propju fl-SUV range tagħha. L-Audi Q3 il-ġdida hija mibnija fuq il-pjattaforma ġdida u l-vettura hija itwal, iktar wiesgħa u ftit iktar baxxa. Il-wheel base tal-Q3 ukoll huwa ikbar, dan joffri iktar spazju fuq ġewwa u iktar stabilita`. L-stil huwa influwenzat mill-Audi Q8 il-ġdida, iżda huwa identifikabbli bħala Q3. Il-faċċata hija ferm iktar agressiva, u d-ditta qed tuża single frame grille li huwa ottagonali – għandu tmien faċċati. Fuq wara l-karozza ġabuha tidher ferm iktar wiesgħa. Għandek spojler li għalkemm
an ix-xahar se nitkellmu fuq it-tieni ġenerazzjoni tal-Audi Q3. Dan hu mudell li ħareġ għall-ewwel darba fl-2011. Dak iż-żmien kien pijunier fis-segment tal-SUVs premjum kompatti u għamel suċċess enormi. Tant hu hekk li sakemm konna qed niġbru din li-informazzjoni, l-Audi rreġistrat bejgħ ta’ mhux inqas minn 1.1 miljun vettura.
huwa kbir huwa sottili. Apparti minn hekk, bl-użu tal-LEDs, speċjalment fuq wara, fejn il-fanali huma twal u irqaq. Dawn komplew jenfasizzaw il-wisa’ tal-karozza u ġabuha tidher anke iktar baxxa. Bla dubju, l-akbar kambjament li ġab dan il-mudell huwa fuq ġewwa. Huwa kompletament mibdul u possibilment qed joffri l-aktar consumer interface avvanzata li għandha l-Audi sal-lum. Ġewwa jużaw cockpit virtwali li rajnieh l-ewwel darba fuq l-Audi TT. Illum id-ditti kollha għandhom il-cockpit virtwali tagħhom, għalkemm dan huwa standard fuq il-mudell. Imbagħad għandek ukoll screen enormi mal-ġenb li bejniethom joffrulek ħafna soluzzjonijiet interessanti. Apparti l-viżwal u l-attenzjoni għad-dettal, id-ditta użat il-Multi Media Interface l-aktar riċenti. Dan jagħmel kollox ferm iktar faċli – huwa intuittiv u wieħed għandu jidhra malajr
kif għandu jużah. Jeżistu tliet trim levels. Dak bażiku diġa` jagħti lill-karozza dak kollu neċessarju u hija atrezzata tajjeb immens. Iżda jekk tmur għall-Advanced se jkollok iktar benefiċċji. Forsi l-iktar ħaġa li l-impressjonak fl-Audi Q3 l-ġdida wara l-impatt pożittiv li tagħtik il-karozza ladarba tidħol fiha, huwa kemm hija ħafifa biex issuqha. Il-karozza tinħass ħafifa, u għandek l-isteering wheel li bażikament toperah b’żewġt iswaba. Għandek il-pożizzjoni tas-sewqan elevata b’viżibilita` tajba mmens, faċli biex tidħol u toħroġ mill-karozza. L-ambjent ġenerali huwa wieħed ta’ lussu u kumdita`. Il-magna tal-mudell Advanced il-150bhp 2 litre diesel hija effiċjenti mmens. Għandek aċċelerazzjoni tajba ħafna u mmeċjata perfettament ma’ gearbox awtomatika fejn tagħmel is-sewqan pjaċevoli ħafna.
ROTI 5
I
s-sewwieq mill-Afrika t’Isfel Giniel de Villiers rebaħ ir-Rally tal-Marokk 2019 wara sfida qawwija mal-Ispanjol Carlos
Rally tal-Marokk:
Giniel de Villiers u Andrew Short jirbħu l-kategoriji tagħhom
Sainz. Fl-aħħar stadju ta’ dan ir-Rally de Villiers kellu mal-4 minuti distakk minn ma’ Sainz li kien jinsab fit-tieni post fil-klassifika ġenerali. Matul l-istadju Sainz beda jnaqqar id-distakk tant li rnexxielu jniżżlu sa 26 sekonda biss, imma ħsara fil-magna ħarbtitlu l-pjanijiet u fixklet it-tamiet li seta’ jmur fuq quddiem. Minħabba f’dan, de Villiers mhux biss rebaħ l-aħħar stadju imma anke rebaħ ir-raba’ Rally għalih personali fil-Marokk. Fil-kategorija tal-muturi, l-Amerikan Andrew Short spiċċa l-ewwel meta rnexxielu jegħleb l-isfida ta’ Pablo Quintanilla. Joan Barreda spiċċa fit-tielet post fil-klassifika ġenerali, b’Toby Price jispiċċa r-raba’ wara li rebaħ l-aħħar stadju.
6
ROTI
L-assigurazzjoni u d-dilettanti tal-karozzi
X L-ewwel ħaġa wieħed irid ikun ċar u trasparenti
i kultant tisma’ lil xi ħadd li jkun dilettant jikkumeta li kellu problema mal-assiguratur tiegħu minħabba xi tibdil li jkun sar fil-vettura jew minħabba l-mod kif tintuża. Kif jista’ wieħed jevita dawn il-problemi?
tissewwiex. Ħafna jippretendu li jħallsu l-valur li
attivita`.
mal-assiguratur tiegħu billi jirrispondi għall-mis-
huma jkunu ddikjaraw u li jkun imniżżel fil-polza,
toqsijiet li hemm fuq il-formula tal-applikazzjoni,
iżda dan mhux dejjem huwa l-każ. Fil-fatt il-polza
mal-assiguratur tiegħek u li tgħarrfu b’tibdil li jkun
il-formula li timtela meta tinxtara l-assigurazz-
hija ċara ħafna fuq dan il-punt, jitħallas il-valur tas-
sar fil-vettura jew dwar attivitajiet li ma jaqawx taħt
joni. Xi drabi waħda mill-mistoqsijiet li nsibu hija
suq tal-karozza fid-data ta’ meta seħħ l-inċident, u
l-użu normali ta’ karozza personali. Jekk tħoss li
dwar jekk sarx xi tibdil fil-karozza. L-iktar ħaġa li
hija r-responabbilta` tas-sid li jġib provi aċċettabbli
l-valur tas-suq tal-karozza tiegħek huwa ogħla
assiguratur irid ikun jaf hi jekk it-tibdil jaffetwax
dwar dan. Għalhekk jekk inti dilettant li armajt jew
minn dak medju wkoll tajjeb li tinforma lil-assigu-
il-prestazzjoni tal-vettura b’tali mod li tagħmel
għadek kemm dort il-karozza tiegħek, iċċekkja
ratur u li tippreżenta prova ta’ dan.
il-magna iktar b’saħħitha jew li l-vettura ttella’
sew kemm hu l-valur tas-suq. Dan jistà jkun inqas
l-veloċita` iktar malajr. Jekk inti tonqos milli tgħar-
milli taħseb inti għax fl-aħħar mill-aħħar il-prezz
sewwieqa żgħażagħ (li għandhom anqas minn
raf lill-assiguratur tiegħek b’dan tistà ssib ruħek fi
huwa determinat minn ħafna fatturi, fosthom
25 sena) għandhom ċans ħafna akbar li jaħbtu u
problema kbira għax tispiċċa bla kopertura f’każ ta’
kemm hemm domanda għal dik it-tip ta’ vettura.
li jikkawżaw ħsara akbar mill-medja. Għalhekk
inċident tat-traffiku jew xi tip ta’ klejm oħra.
Jista’ jiġri li wieħed jonfoq somma tajba biex idur
huwa diffiċli ħafna li assiguratur jaċċetta li jkopri
il-karozza tiegħu imma dan ma jżidx b’mod sostan-
sewwieq żagħżugħ fuq vettura b’magna b’saħħita
zjali l-valur tas-suq tagħha.
jew li ttellà l-veloċita` malajr. Jekk inti żagħżugħ li
Tibdil kożmetiku, bħal meta jkun miżjud xi spoiler, jew ikunu nbidlu r-roti, huwa wkoll relevanti għax ħafna drabi jkollu mpatt fuq il-valur tal-vettu-
Hawn dilettanti li jarmaw il-karozza tagħom
Huwa għalhekk importanti ferm li titkellem
L-aħħar punt, huwa statistikament ippruvat li
bi ħsiebek tixtri karozza ta’ dan it-tip iċċekkja minn
ra. Wieħed irid jiftakar li r-responsabbilta` li jiġi as-
biex itellqu biha. Irridu nkunu ċari li din l-attività
qabel jekk issibx assiguratur li lest ikoprik. Jekk
sigurat l-valur korrett u attwali tal-vettura jaqa’ fuq
hija eskluża kompletament mill-polza tal-karozza,
issib, qis ukoll l-ispiża tal-assigurazzjoni fil-kalkoli
is-sid. L-assiguratur jista’ jgħinek biex tistabilixxi
bħal ma huma wkoll test tal-veloċità, off-roading
finanzjari tiegħek.
dan il-valur imma r-responsabbilta` tibqa tiegħek.
u time trials. Jekk inti se tuża l-vettura tiegħek
Din tal-valur assigurat tistà wkoll tkun ta’
GasanMamo għandha nies esperti fil-qasam
għal dawn l-attivitajiet għandek bżonn tip t’as-
tal-assigurazzjoni tal-vetturi li huma dejjem lesti li
problema meta jkun hemm inċident li jwassal
sigurazzjoni differenti u separata li ġeneralment
jgħinuk u li jtuk parir siewi dwar il-bżonnijiet par-
biex il-vettura tkun meqjusa bħala total loss, li ma
tkun ipprovduta minn l-organizzaturi tat-tiġrija jew
tikolari tiegħek u tal-karozza tiegħek.
ROTI 7
8
ROTI
ROTI 9
Honda CRV I
l-mudell CRV, jew Compact Recreational Vehicle hija waħda mill-pijunieri fiddinja tal-SUV. Ilha toħrog mill-1995 u qegħdin fil-ħames ġenerazzjoni tagħha. Propjament din ħarġet ftit taż-żmien ilu, iżda dan ix-xahar se nitkellmu fuq żviluppi interessanti rigward dan il-mudell.
Tradizzjonalment kien hemm verżjonijiet petrol u diesel, iżda mbagħad il-Honda ħadet id-deċiżjoni li twaqqaf id-diesel u minflok ħarġet il-verzjoni Hybrid. Skont il-Honda stess, din il-magna hija l-aktar żvilupp importanti li għamlet f’dawn l-aħħar snin. L-alternattiva l-oħra hija l-1.5 litre petrol. Estetikament m’hemmx differenza bejn iż-żewġ karozzi. Fejn jidħlu trim levels għandek erba’ gradi. Din li qed nitkellmu fuqha dan ix-xahar hija it-tieni minn isfel. Iżda kif se taraw, hija attrezzata tajjeb immens. Forsi fuq barra wieħed jinnota d-dwal awtomatiċi bid-Day Time Running Lights li huma LEDs u 18” alloy wheels. Il-Honda CRV hija kkunsidrata bħala SUV ta’ qies medju. Hemm ukoll l-HRV li hija ftit iżgħar minnha. Wieħed irid jikkunsidra l-ispazju tal-bagoll li għandek 500 litru - verament ġenerużi għal din il-kategorija ta’ vettura. Fuq il-1.5 litre hemm l-għażla ta’ seba’ postijiet, iżda fuq il-vettura li qed nitkellmu fuqha ma teżistix għax hemm il-batterija. Fuq in-naħa ta’ ġewwa id-ditta użat sistema ta’ shifting, fil-fatt il-karozza m’għandhiex gear lever, imma għandek erba’ buttuni, anke l-hand break huwa elettroniku. Hemm ukoll 7” screen li huwa integrat sewwa fid-dashboard. Ovvjament imbagħad jikkumplimentaha l-isteering wheel tal-ġilda kif ukoll plastiks u materjali tal-aqwa kwalita` kif taf toffri l-Honda. Il-magna hija 2 litre petrol, tiżviluppa 143bhp u l-mutur elettriku jiżviluppa 181bhp; batterija lithium iron ta’ 1Kw/hr.
Is-sistema hija Hybrid pura. Dan ifisser li mhix plugin hybrid u m’għandekx għalfejn twaħħalha a sokit. Iċ-charging isir jew meta jkollok il-magna qed taħdem jew mill-brejking regeneration. Il-karozza tibda ssuq fuq il-batterija, imbagħad tidħol is-sistema hybrid. Din hija waħda partikolari għax il-magna tal-petrol taġixxi bħala generator: tagħti s-saħħa lill-mutur elettriku u eventwalment idawwar ir-rota ta’ quddiem. F’dan il-każ hija two wheel drive, teżisti wkoll il-verżjoni four wheel drive. Il-power units tal-vettura huma mmeċjati ma’ single speed gearbox. Dan ifisser li m’għandekx tibdil ta’ gerijiet. L-aċċelerazzjoni hija totalment lineari u titla’ għal 100/hr fi 8.8 sekondi biss. Is-CRV Hybrid mhix xi karozza li tinkuraġġik issuq b’veloċita`. Dik li tissejjaħ comfort zone tagħha hija b’aċċelerazzjoni kajmana u l-karozza taqleb awtomatikament mill-mode elettrika għal dik hybrid mingħajr l-ebda intervent. Il-karozza hija insulata tajjeb ħafna, u għaldaqstant hija silenzjuża mmens. Tagħtik sensazzjoni ta’ stabilita` kbira u hija faċli mmens biex issuqha. Il-Honda CRV hija karozza ideali għall-familja. Hija kbira, spazjużja mmens u prattika. Issa bis-sistema Hybrid hija effiċjenti u ekonomika. Dan il-mudell ingħata ħames stillel mill-Euro NCAP rejting u dan ifisser li hija waħda mill-iktar vetturi siguri fit-triq. Din tiġi wkoll bi tliet snin garanzija li jistgħu jiġu estiżi għal ħames snin.
10
ROTI
VOLVO XC60 Starting Price €38,500 Automatic D4 including navigation / led headlamps / alloy wheels
your everyday luxury partner Nothing new was ever created by doing the same thing again and again. That’s why we redesigned the new Volvo XC60. Agile and intuitive, it’s crafted to embrace you comfortably. Respond to you effortlessly. And enhance your drive. Only like a Volvo.
GasanZammit Motors Ltd., Mriehel Bypass, Mriehel BKR3000 Tel: 27788222 email: ford@gasanzammit.com ford.com.mt
ROTI 11
IL-VOLVO XC60 hija dak kollu li għandek bżonn minn SUV
L
-SUV XC60 millVolvo hija ta’ daqs medju u
waħda mit-tliet mudelli tal-grupp tagħha li jinkludu l-kompatta XC40 u l-XC90 li hija kbira fid-daqs. Il-Volvo XC90 tolqot fil-qalb lil dawk kollha li jħobbu karozza crossover. Tiġbed l-għajn, b’dehra lussuża u meta tkun fiha tħossok qiegħed taħt safety blanket daqs kemm tkun sigur fil-welfare state Żvediż.
L-XC60 bla dubju tagħtik l-aħjar li tista’ tistenna minn dak kollu li jkollok bżonn minn SUV. Dan il-mudell jiġbor fih l-aħjar taċ-ċkejkna XC40 u tal-XC90 li hija akbar fid-daqs. L-ewwel nett Volvo hija magħrufa għas-sigurtà meta l-karozzi kollha tal-kumpanija għandhom standard tal-ogħla livell fejn tidħol is-sigurtà. Il-kumpanija Volvo għandha
charged u supercharged, kif ukoll
f’dan il-mudell bħalma huma l-proces-
l-wirt li ġej fejn matul is-snin ħolqot
l-għażla ta’ plug-in hybrid option (it-T8)
sor li jaħdem aktar malajr għas-Sensus
karozzi ta’ saħħa u li jħarsuk mill-periklu.
b’kapaċità li ssuq 17-il mil bl-użu biss
infotainment console kif ukoll l-options
It-tieni l-karozza hi komda għall-aħħar u
tal-elettriku. L-XC60 hi maħsuba għal
il-ġodda bħas-sistema mtejba tal-awd-
fiha hemm ħafna spazju kif ukoll fil-boot.
familji żgħar konxji mis-sigurtà waqt
jo Harman Kardon. Bħall-mudelli kollha
Il-pożizzjoni tas-sewwieq hija mill-aqwa
is-sewqan kif ukoll għal sewwieqa
tal-lum ta’ Volvo l-XC60 għandha
u hija ftit aktar għolja mill-XC40 u b’hekk
individwali li jkunu jridu seats biżżejj-
s-sistema bżonjuża tal-magna tal-idle-
tagħmilha aħjar, u fl-istess waqt tista’
ed fuq wara u spazju biżżejjed kemm
and-start li tista’ tkun diattivata u ma
tara tajjeb fuq quddiem u anki fuq wara.
jixtiequ. Għalhekk l-XC60 tibqa’ żżomm
tintużax bħala l-għażla tal-bidu meta
il-livell għoli ta’ sigurtà li Volvo hi
tibda ssuq. Il-mudelli kollha tal-XC60
għandha ħafna saħħa warajha. Dik ta’
magħrufa għalihom billi toffri għażla
jużaw l-8-speed automatic trans-
qabel ma kinitx biss l-aktar karozza ta’
ta’ fatturi li jbiegħduk minn xi inċident
mission. Il-Volvo XC60 hija l-għażla
Volvo li nbiegħet imma kienet ukoll
bħalma huwa l-lane-keeping pilot
eċċellenti għal dawk kollha li jagħżlu li
l-aktar karozza tat-tip tagħha li nbiegħet
assist, il-brejking awtomatiku f’każ ta’
jkollhom comfort għaż-żminijiet tal-lum
fl-Ewropa. Il-Volvo l-ġdida tagħti toffri
emerġenza, ir- run-off-road mitigation,
li ma jaqtax kantunieri biex ikun hemm
l-lealtà tal-bejjiegħa ta’ qabel waqt li
il-blind-spot monitoring u l-għarfien ta’
handling SUV mill-aktar bla tbatija.
ttejjeb il-mudell tal-ewwel ġenerazzjoni.
meta jkun hemm in-nies fit-triq.
It-tieni ġenerazzjoni tal-XC60
Dan ifisser suspension aħjar. Fiha wkoll
Fil-Volvo X60 ta’ din is-sena ssib il-
Il-karozza hija komfortabbli fuq distanzi twal, prattika ħafna u attrezzata
aktar fatturi ġodda fejn tidħol it-teknika
mudell front-wheel li fil-prezz hu orħos
mill-aħjar. Bosta jistgħu jsostnu li x’ak-
kif ukoll fejn tidħol is-sigurtà.
minn mudelli oħra li huma all-wheel-
tarx li l-XC60 hija l-aħjar SUV li tagħmel
drive counterparts. Hemm ukoll għadd
Volvo u fiha kollox dak li wieħed ikun
ta’ tibdiliet li ssibhom bħala standard
jixtieq f’SUV.
L-għażla tal-powertrain tal-mudelli Volvo XC60 jinkludu magni turbo-
12
ROTI
Enemed Drifts My World
Andrea Fabri Dawn il-fatturi laqtu ħafna lill-Enemed biex tissieħeb ma’ dan it-tip ta’ sport, imma kien id-drifter professjonali Andrea Fabri li ispiraha l-aktar u li wassal għall-ftehim ta’ sussidju li għamlet miegħu fl-2017. Gass mal-pjanċa sal-2019, u dan is-sussidju żviluppa bil-wisq aktar f’minn sempliċi għajnuna. Andrea Fabri ntgħażel bħala wieħed mill-ambaxxaturi tal-marka li qed jirrappreżenta lill-kumpanija Enemed.
B
il-maqlub tal-futbol,
id-drifting mhuwiex l-aktar sport popolari f’Malta, imma jekk tmur sa Ħal Far fi tmiem il-ġimgħa, kampjonat lokali tad-drifting jew iżżur xi attività tal-karozzi, ħa ssib lill-ammiraturi l-kbar tal-karozzi f’Malta. Żid ir-riħa tad-dħaħen talkarozza, il-ħoss talmagna rrevvjata, il-gost u l-eċitament tal-folla, u jkollok komunità mdaqqsa t’ammiraturi b’wiċċhom jixgħel bil-ferħ!
“Kollox jew xejn – dak hu l-mod kif niddeskrivi lill-Enemed. Tassew sodisfatt li jien ambaxxatur tagħha. Madankollu, din il-pożizzjoni titlob impenn sħiħ u responsabbiltà. Kuntent ħafna b’dak li rnexxielna niksbu s’issa, u lest inkompli naħdem f’isem l-Enemed għal iżjed suċċessi. Kuntent li għandhom fiduċja fija biex nirrappreżenta prodott ta’ livell daqstant għoli madwar il-pajjiż kollu. Konvint li matul is-snin li ġejjin se nkomplu nsaħħu l-kollaborazzjoni ta’ bejnietna.” – Andrea Fabri. Andrea hu impenjat bis-sħiħ għall-karriera tiegħu tad-drifting u bl-istil tal-ħajja mgħaġġla tiegħu, ta’ kuljum, jirrappreżenta lil kull wieħed u waħda minna. Hu jaħdem bħala technician full-time, u l-ġurnata tax-xogħol tiegħu tibda fis-7am u tintemm fit-8pm. Bis-sahra li jagħmel fuq ix-xogħol, ikun jista’ jmantni l-ispejjeż ġmielhom tal-Enemed Supra tiegħu u jtejjeb il-partijiet tagħha kif meħtieġ. Id-drifting huwa sport li jinvolvi ħafna spejjeż għax il-kompetizzjoni fil-korsa twassal għal numru ta’ ħsarat. Barra minn hekk, dan l-isport jitlob ukoll investiment qawwi fil-ħin, tant li Andrea u sħabu mhux l-ewwel darba li jibqgħu għaddejjin bl-ispezzjonar u l-manutenzjoni tal-karozza sat-3am biex jiżguraw li ċċekkjaw sewwa kull skorfina u bolt u li kollox qed jaħdem kif suppost, f’kundizzjoni perfetta. Jekk ma jagħmlux hekk, ikun hemm riperkussjonijiet katastrofiċi li mhux biss iżidu l-ispejjeż, imma jdgħajfu l-kwalità tat-tellieqa li jkun imiss. Bla dubju, Andrea hu dilettant kbir ta’ dan l-isport u jsegwi s-sensiliet tad-drifting li jkunu għaddejjin fl-Ewropa u fl-Amerka. Isegwi wkoll is-sensiliet ta’ fuq il-vlogg ta’ wħud mill-kampjonati tad-drifting, bħal Dan Burkett minn California, li fihom jispjegaw kull dettall tal-programm u l-karozzi tagħhom. F’dawn il-filmati jingħataw pariri fuq kif tibni l-karozza perfetta għad-drifting, struzzjonijiet fuq kif tadatta għal kull sitwazzjoni li tista’ tiltaqa’ magħha fil-kompetizzjoni, u jagħtu wkoll ideat imprezzabbli li jgħinu lil Andrea jitgħallem kif jista’ jadatta
fil-korsa waqt li jkun jikkompeti. Andrea jgħid li l-akbar lezzjoni li qatt tgħallem matul il-karriera tiegħu tad-drifting kienet l-importanza tal-konsistenza u li m’għandek tagħmel xejn meta jkollok l-iċken dubju fuq dak li tkun se tagħmel. “Fl-opinjoni tiegħi u minn dak li tgħallimt mas-snin, l-aħjar sewwieqa huma dawk li huma konsistenti u li għandhom l-aktar karozza ‘konsistenti’. Biex tikseb ir-riżultati mixtieqa, trid tiddedika ħinek fil-garaxx u tagħti l-100% li tista’ fit-tiswijiet u l-upgrades meħtieġa. B’hekk tassigura li r-rispons tal-karozza jkun dejjem l-istess u jkollok l-opportunità tavvanza u tiżviluppa l-ħiliet tiegħek. Il-konsistenza hija fattur li Andrea jieħdu ħafna bis-serjetà, kif nistgħu naraw mir-rebħiet li kellu matul is-snin. Wieħed mill-pjanijiet tiegħu għat-tlielaq li jmiss hu li jiddefendi t-titlu tal-Pro Champion 2018. Filwaqt li għaddejjin diskussjonijiet biex jikkompeti f’avvenimenti internazzjonali, u Andrea u t-tim tiegħu qed jaħdmu biex isaħħu l-karozza ħalli tkun lesta biex tikkompeti f’livell internazzjonali, l-attenzjoni ewlenija tagħhom hi l-ewwel u qabel kollox fuq il-kampjonati lokali. “Il-parir tiegħi għal min irid jibda jitħarreġ f’din id-dixxiplina hu biex jippjana l-viżjoni, ifassal il-miri tiegħu, u jwettaqhom”, messaġġ li Andrea jgħixu ta’ kuljum. Il-ħolma ta’ Andrea għad-drifting bdiet fl-2016 meta l-mira ewlenija tiegħu kienet li jikseb kemm jista’ esperjenza fit-tlielaq u li jevita li l-upgrades tal-karozza, deċiżjoni żbaljata li wasslitu għal ammont sostanzjali ta’ seat time. Għalhekk, fl2017 kellu mira ġdida, li jibqa’ jtejjeb u jsaħħaħ il-karozza – b’mod konsistenti – ħalli jżid l-affidabbiltà tagħha skont il-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tat-tlielaq li jkunu ġejjin. L-2018 kienet sena li fiha saru aktar arranġamenti fil-karozza biex il-prestazzjoni ta’ Fabri titjieb, fosthom fis-suspension setups biex ikollha aktar ġibda, fl-isteering geometry biex jillokkja aħjar, u fil-magna biex iżżid fis-saħħa u b’hekk ikun ta’ sfida akbar għall-kompetituri u jikseb it-titlu tal-Pro Champion 2018. Il-prestazzjoni ta’ livell għoli tal-Enemed Supra ma ġietx b’kumbinazzjoni, imma waslet bis-saħħa tat-talent ta’ Fabri, tal-impenn tat-tim tiegħu u tal-esperjenza li kisbu matul is-snin biex ikunu tim rebbieħ. L-impenn għall-eċċellenza hi l-attitudni u l-messaġġ li l-Enemed tara li twassal lill-pubbliku għaliex din hi karatteristika li l-kumpanija Enemed tħaddan u tipprattika f’xogħolha.
ROTI 13
14 ROTI
ROTI 15
RESPECT THE SPEED LIMIT Speed should be reduced when sharing the road with cyclists.
DESTINATIONS