Sportiv Diċembru 2021

Page 1

SPORTIV 0 #1B6 RU 2021 DIĊEM

B’XEJN MA’ L-ORIZZONT

NAZZJONIJIET UNITI GĦAL YACHTING MALTA COASTAL RACE

Y a c h t i n g M a lta


THE CATHEDRAL OPTICAL G’Manġia 21226020 - B’Kara 21490213 - Żebbuġ 21465768 - Fgura 21673332 Naxxar 21 431 152 - B’Buġia 21421 976 - Rabat 21450845 - Luqa 21895248 Qormi 21488950 - Attard 21418315 - San Ġwann 21383947

one hour service


SPORTIV

SUE ABELA SPORTIV Champion Ewropew b'wirjiet impekkabbli W E D I T O R J F B A O L #1BR5U 20620 DIĊEM

Magazin Sportiv ta’ kull xahar

ara assenza ta’ ftit xhur, fl-aħħar ta’ din is-sena qiegħed jirritorna l-magazine favorit tagħkom li jagħti ħarsa lejn l-isport lokali u internazzjonali. F’din l-edizzjoni se nagħtu ħarsa qabel xejn lejn ir-riżultati u l-wirjiet li kellu dan l-aħħar it-team nazzjonali Malti mmexxi mit-Taljan Devis Mangia u t-tkomplija talkampjonat Premier lokali.

F’artikli oħra jkollna informazzjoni dwar l-edizzjoni 2021 tal-Middle Sea Race u l-aħħar aħbarijiet mill-kamp tal-isport Għawdxi. Ma nonqsux ukoll milli nagħtu ħarsa lejn l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-kompetizzjoni prestiġjuża tat-Tazza l-Kbira li saret fil-korsa tal-Marsa ftit tal-ġimgħat ilu u li ntrebħet minn Antoine Du Bourg u Redent Magro. Nagħtu ħarsa wkoll lejn is-suċċess ta’ Sue Abela fix-xena dan l-aħħar fix-xena internazzjonali. Mix-xena internazzjonali nanalizzaw il-logħbiet ta’ kwalifika għat-Tazza tad-Dinja, il-kampjonati tal-football ewlenin fil-kontinent u l-karriera tassewwieq Valentino Rossi li rtira dan l-aħħar. Ma jonqsux ukoll ir-rubriki l-oħra ta’ kull xahar. Dan kollu jagħmel il-magazine Sportiv l-għażla tagħkom. Ħajr dejjem imur lejn il-kollegi, kontributuri u fotografi ta’ diversi entitajiet li jkomplu jagħmlu dan il-magazine aktar interessanti. Flimkien inkomplu naħdmu biex Sportiv...jibqa l-uniku u l-aqwa magazine ta’ kull sportiv Malti u Għawdxi.

Kenneth Vella

kennethvella@hotmail.com sportiv@unionprint.com.mt

Dipartiment tal-Avviżi 25900200 / 230 / 235 adverts@unionprint.com.mt Disinn design@unionprint.com.mt Ritratti Roger Azzopardi , Christine Borg, Dominic Borg, Tonio Magro, Walter Sargent, Paul Zammit Cutajar, Joe Borg, Ian Aquilina, Wally Galea, Mario Micallef, Catriel Farrugia, Kurt Arrigo, MGOZ - Terry Camilleri.

SPORTIV huwa ppubblikat u stampat minn Union Print Co. Ltd, Marsa. Dan il-magażin jingħata b’xejn mal-ġurnal l-orizzont u l-ebda parti minnu ma tista’ tiġi kkoppjata mingħajr il-permess bil-kitba tal-pubblikaturi.

tit tal-ġimgħat ilu Sue Abela kompliet tagħmel unur għal pajjiżna. Dan meta din iċ-champion nazzjonali lokali rebħet il-midalja tad-deheb għat-tieni darba fil-karriera tagħha waqt li kienet qiegħda tieħu sehem fil-Kampjonati Ewropej tat-Ten Bowling li ġew organizzati fil-Greċja.

W L I N G

Abela rebħet liċ-champion Daniża Mika Guldbaek 2-2 f 'finali mill-aqwa f 'Chania. Wara li kkwalifikat għall-finali hi bdiet bi pjazzament filħames post. L-għada tejbet il-prestazzjoni tagħha u telgħet fir-raba' post. Dan waqt li kellha medja ferm tajba ta' 218 fuq it-tmien logħbiet u żammet dak il-post b'sett ieħor b'saħħtu ta' erba' logħbiet. Fl-aħħar jum hi spiċċat sew qabel Andrea Hansen tan-Norveġja. B'hekk Abela rnexxilha tisforza decider malOlandiża Nicole Sanders biex rebħet 225-175. Fil-finali, il-Maltija lgħabet kontra l-Iżvediża Victoria Johansson fejn fl-ewwel logħba Abela tilfet 188-225, iżda rkuprat fit-tieni partita 186182. Biex fit-tielet logħba Abela rebħet 182-169 biex ġiet inkurunata champion Ewropew. Intant il-kampjonat tal-irġiel intrebaħ minn Mike Bergamann, li l-ewwel għeleb lit-Taljan Nicola Pongolini fis-semi finali, u mbagħad rebaħ lil Mattia Wetterberg mill-Iżvezja 2-1. Prosit kbira lill-bowler ta' esperjenza Sue Abela li reġgħet għamlitilna unur kbir.

1


SPORTIV

L-IMPENN TAL-GVERN SFL-ISPORT P

RIFLESS F'BAĠIT REKORD

O R T M A L T A

J

ekk xi ħadd qatt kellu xi dubju rig­ ward l-impenn u r-rie­da tal-Gvern Malti f’dak li għan­ du x’jaqsam sport, il-baġit rekord li tħabbar, proprju xah­ rejn ilu, xejjen kull tip ta’ dubju. Il-Gvern, bil-fatti jivvalorizza lis-settur tal-is­ port u lill-atleti tant li huwa impenjat li jkompli jsaħħaħ il-faċilitajiet sportivi u lill-atleti nfushom biex dawn ikunu am­ baxxaturi dejjem aqwa għal pajjiżna. Dan kollu seħħ biex l-atleti Maltin u Għawdxin ikomplu jimirħu fid-dixxiplini ris­pettivi tagħhom u isem pajjiżna fl-isport ikompli jeleva ruħu lokalment kif ukoll internazzjonalment.

2

L-IKBAR BAĠIT SPORTIV GĦALL-ATLETI MALTIN Il-Baġit 2022, li tħabbar f ’Ottubru li għadda, kien wieħed rekord għas-settur tal-isport, tant li l-investiment fis-settur u fl-atleti se jiżdied minn €12-il miljun għal €20 miljun, żieda b’madwar €8 miljun. Dan kollu seta’ jkun possibbli għaliex il-Gvern ra li l-Baġit li tfassal jkun miktub min-nies għannies. Fl-aħħar 12-il xahar SportMalta, li kienet ta’ spalla għall-Gvern Malti, ħadmet ħafna biex tkompli ttejjeb l-infrastruttura bi proġetti kapitali bħall-padiljun talhandball, indoor pool ta’ livell Olimpiku fil-Kottonera, ilpadiljun tal-Basketball, il-Pixxina ta’ Sirens u r-restawr talbini tal-1903 fil-Marsa.

Barra minn hekk għadd ta' artijiet tal-Gvern għaddew lil aktar assoċjazzjonijiet sportivi biex jiżviluppaw il-bini tagħhom. Għal darb'oħra numru rekord ta' parteċipanti ġew irreġistrati u ħadu sehem attiv fil-programmi sportivi li kienu organizzati għal kull età. Permezz ta’ Baġit rekord, fl-2022 SportMalta se tkompli tinvesti f ’aktar faċilitajiet sportivi. Fil-kumpless tal-Marsa se jkompli x-xogħol fuq żewg kumplessi ġodda. Wieħed se jkun iddedikat lejn il-ġinnastika u ieħor għall-iSport tal-iSquash u l-Weightlifting. Il-kumplessi se jkollhom ukoll ċentru ta’ saħħa (fitness centre) tal-ogħla livell kif ukoll uffiċini ġodda għall-kumpless innifsu u għall-federazzjonijiet fosthom rugby, netball u baseball. SportMalta se jkun ukoll sieħeb ewlieni fl-organizzazzjoni tal-logħob tal-Olimpjadi speċjali f ’Mejju 2022 u fit-tħejjija


SPORTIV

tal-logħob ta’ stati żgħar li se jiġru fl-2023. Il-Gvern se jerġa' jgħin lill-atleti kollha fil-preparazzjoni teknika għaż-żewġ avvenimenti. Għal-Logħob tal-Pajjiżi Ż-Żgħar, li se jsiru f ’Malta fl-2023, il-Gvern se jkompli jipprepara biex dan l-avveniment ikun wieħed ta’ suċċess. Din ilħidma diġà bdiet din is-sena fejn qassamna madwar €7 miljuni f ’fondi, kemm lill-assoċjazzjonijiet sportivi u anke lill-Kumitat Olimpiku Malti biex ikunu investiti u jinkisbu riżultati aħjar. Din l-għajnuna finanzjarja bla preċedent se tkun qed tinvesti wkoll f ’kowċis u taħrig varju. In oltrè, kumplessi oħrajn se jiġu mogħtija dehra aktar professjonali u se jiġu wżati għal dan il-logħob. Barra minn hekk, matul is-sena 2021 se jiġi konkluż ixxogħol fuq iċ-ċentru ta’ Tennis f ’Pembroke. Fost proġetti sportivi oħrajn li se jkunu qegħdin isiru għall-ġid tal-atleti Maltin u l-isport inġenerali hemm rowing tank għall-qaddiefa, Outdoor Velodrome f ’Ta’ Qali u investiment fil-Kumpless ta’ Marija Assunta. Dan il-Baġit kienu jinkludi wkoll investiment bla preċedent li sar u se jkompli jsir fl-isport akkwatiku, b’dan jinkludi l-pixxina indoor ta’ daqs Olimpiku f ’Bormla. Appena tkun lesta l-pixxina jibdew x-xogħlijiet fuq

il-park talavventura. Se jsir xogħol ukoll fuq il-pitch talwaterpolo f ’Marsascala, fuq ta’ Marsaxlokk u se tiġi inawgurata il-Pixxina tas-Sirens ta’ San Pawl il-Baħar. Wara l-ftehim storiku ta’ €6 miljuni li sar mal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol fejn se jinbidlu 68 wiċċ tal-grawnd tal-futbol madwar Malta u Għawdex, se jsir investiment f ’grawnd tal-futbol ġdid għall-Imsida St. Joseph u jibda x-xogħol fuq il-grawnd tal-furbol tan-Naxxar. Wieħed ta’ min isemmi wkoll l-investiment ta’ €5 miljun dirett li sar fl-atleti li se jkunu qed jipparteċipaw fil-logħob talpajjiżi ż-żgħar fl-2023. 3


SPORTIV

IL-ĦOLMA LI JINBENA ĊENTRU NAZZJONALI TAL-MOTORSPORT SE SSIR REALTÀ

S P O R T M A L T A 4

Fl-aħħar xhur, il-Gvern ħabbar li n-nies li għandhom għal qalbhom l-isport tal-mo­ torsport u li lkoll għandhom il-ħolma li jin­ bena Ċentru Nazzjonali tal-Motorsport se jku­ nu qegħdin jaqtgħu xewqithom hekk kif kien ikkonfermat il-proġett tat-trakka tal-karozzi f ’Ħal Far – proġett ta’ livell internazzjonali b’investiment ta’ €20 miljun, b’għajnuna mill-Fond Soċjali għall-Iżvilupp Nazzjonali (NDSF). Iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Motorsport f ’Ħal Far, li jgawdi l-appoġġ tal-Federazzjoni talMotorsport u assoċjazzjoni u federazzjonijiet barranin fosthom il-Federazzjoni Internazz­ jonali tal-Motorsport (FIA) se jkun qed jassi­ gura li jsaħħaħ d-drag racing u l-karting li diġà huma eżistenti, filwaqt li jinbena ċirkwit biswit dawn l-istess faċilitajiet. Dan il-proġett miljunarju se jkun qed jinkludi wkoll upgrade tal-faċilitajiet eżistenti tad-drag racing u l-karting, fejn permezz tal-investiment li se jsir, se jkunu qed jiġu organizzati avvenimenti internazzjonali f ’pajjiżna. Se tieħu l-motorsport f ’Malta għal-li­ vell li jmiss u ttejjeb il-profil nazzjonali u internazzjonali tal-atleti Maltin. Is-sewwieqa lokali se jingħataw faċilitajiet ta’ taħriġ ad­ dizzjonali, u għalhekk potenzjalment tiżdied is-sigurtà fit-toroq Maltin. Barra minn hekk, l-offerta turistika ta’ Malta se tkun imtejba billi jiġi diversifikat il-prodott turistiku, b’fokus dovut fuq niċeċ u avvenimenti speċifiċi. Ilkwalità u l-kapaċità tal-prodott turistiku fin-Nofsinhar ta’ Malta se jiġu riġenerati u msaħħa. L-ebda art ODZ mhi qed tittieħed għal dan il-proġett. Ġie kkummissjonat studju biex jevalwa l-fattibilità tal-proġett mill-perspettiva tal-istorbju fin-nofsinhar ta’ Malta. Għallmaġġoranza l-kbira tar-residenti, mhux se jkun hemm impatt addizzjonali tal-istorbju meta mqabbel mal-istorbju eżistenti fl-isfond. L-impatt tal-istorbju jista' jitnaqqas aktar permezz ta' diversi miżuri ta' mitigazzjoni, bħal sound barriers. Miżuri oħra ta' mitigazzjoni se jiddependu fuq it-tqassim finali tal-binarju, l-elevazzjoni u l-interazzjoni tal-barrieri kollha tal-istorbju fiż-żona. Se jitwaqqaf pjan ta’ immaniġġjar talistorbju għall-avvenimenti u użu kombinat tal-faċilità kollha, b’konsultazzjoni malkunsilli lokali. Il-Federazzjoni Maltija għallMotorsport se tiżgura li l-vetturi kollha jkunu ħielsa minn duħħan eċċessiv, ma jnixxux żejt u likwidi oħra, u se jkunu fil-limiti tal-istorbju preskritti fir-rigward ta' dik il-klassi ta' vettura. Dan kollu se jkun qed jibda jsir realtà matul l-ewwel kwart tas-sena li ġejja, biex dawk li għandhom għal qalbhom dan l-isport jibdew verament jgħixuh f ’faċilitajiet sportivi li jixraqilhom.

PROGRAMMI SPORTIVI TA' SUĊĊESS GĦALL-FAMILJI KOLLHA L-impenn u l-investiment tal-Gvern fl-isport mhuwiex immirat biss lejn l-atleti professjonali. L-investiment fl-isport huwa wieħed ħolistiku li jara li jinkludi lil kulħadd inkluż familji ta’ kull età. Dan it-twemmin deher fil-programm tassajf, SummerOnTheMove, liema programm kien wieħed ta’ suċċess tant li kien imġedded għall-istaġun tax-xitwa wkoll. Wara s-suċċess li kellu l-programm OnTheMove matul is-sajf, għal sena oħ­ ra, SportMalta nediet il-programm għall-istaġun tax-xitwa. Għal matul l-is­taġun tax-xitwa, il-programm qiegħed joffri iktar opportunitajiet biex tfal u adulti jkunu attivi fiżikament u jipprattikaw l-isport favorit tagħhom. Għal matul dan ilprogramm se nkunu qed jissaħħu l-akkademji biex nagħtu aktar opportunitajiet lit-tfal kollha biex jilħqu livelli ogħla fl-isport. L-għan ta’ SportMalta hu li kull tifel u tifla jkunu jistgħu jipprattikaw l-isport irrispettivament mir-riżorsi tal-ġenituri u ta’ min jieħu ħsiebhom biex b’hekk inkunu nistgħu niżguraw ġenerazzjoni iktar attiva u b’saħħitha. Minbarra l-programm tax-xitwa OnTheMove, Sport qiegħda tniedi wkoll kampanja sportiva u edukattiva għall-pubbliku. Fl-isfond fejn hemm perċentwali dejjem jiżdiedu ta' nies madwar l-UE li ma jagħmlux attività fiżika jew jagħmlu sport, SportMalta, bħala parti mill-missjoni tagħha li tmexxi lil Malta permezz tal-promozzjoni u l-iżvilupp tal-isport għal Malta b'saħħitha, inklussiva u ta' suċċess u fil-pożizzjoni tagħha tal-Korp Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni talĠimgħa Ewropea tal-Isport, bdiet kampanja speċjali biex tilħaq l-għanijiet tagħha. Il-kampanja tikkonsisti f ’numru ta’ filmati b’temi differenti, liema filmati juru eżempji u possibbiltajiet ta’ kif tkun attiv permezz tal-isport u l-edukazzjoni. L-għan ta’ din l-inizjattiva huwa li jinħoloq bilanċ, fejn is-suġġett qed jiġi ttrattat minn perspettivi differenti, l-aktar dak ta’ kowċ, għalliem, ġenitur u atleti ġejjin minn sfondi differenti, u l-voluntier sportiv li għandu natura speċifika ħafna. Minbarra li l-għan ewlieni ta’ dawn il-programmi huwa l-attiviżmu spor­ tiv minn etajiet żgħar, jibgħatu l-messaġġ li l-isport huwa għal kulħadd irrispettivament mill-etajiet u mir-riżorsi tal-persuna. Il-Gvern flimkien ma’ SportMalta jħarsu 'l quddiem biex ikunu mħejjija aktar programmi u kampanja biex ikollna poplu aktar attiv u fiżikament u mentalment b’saħħtu.


SPORTIV

JITWAQQAF TIM NAZZJONALI MALTI TAL-IBBURDJAR Malta, għal-ewwel darba fl-istorja tagħha, se jkollha tim tal-ibburdjar. It-tim se jkollu d-dgħajsa apposta tiegħu, bl-isem ta’ Viva Malta, u se jkollha investiment ta’ madwar €400,000. It-twaqqif ta’ dan it-tim seħħ wara li Yachting Malta, li taqa’ taħt id-dekasteru tal-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, ressqet proposta biex dan iseħħ. Fil-proposta tagħha, Yachting Malta ppreżentat programm ibbażat fuq erba’ snin. Filprogramm ġie propost li l-2021 tkun iddedikata għax-xiri u l-immaniġġjar tad-dgħajsa, fl-2022 ittim jieħu sehem f ’avvenimenti li jsiru fil-Mediterran, u fl-2023 it-tim jipparteċipa f ’avvenimenti fl-Ingilterra u żoni Nordiċi. Intqal ukoll li fl-2024 it-tim jipparteċipa f ’avvenimenti li jsiru flAmerka ta’ Fuq u fil-Karibew. Twaqqaf kumitat ta’ esperti tekniċi biex jgħinu biex Malta jkollha l-aħjar tim possibbli. 5


SPORTIV

S P O R T M A L T A 6

TKOMPLI L-ĦIDMA TAL-KUMITAT OLIMPIKU ĠDID Fl-aħħar snin, il-Gvern bena relazzjoni mill-aqwa mal-Kumitat Malti Olimpiku bil-għan li din il-ħidma kollettiva ssarraf f ’riżultati aktar prestiġġjużi mill-atleti tagħna. Għal din ir-relazzjoni, il-Gvern jirringrazzja lill-Kumitat uxxenti tal-ħidma tiegħu, filwaqt li jwiegħed li se jkun qed jestendi din ir-relazzjoni tajba mal-Kumitat Olimpiku Malti l-ġdid.


SPORTIV

INVESTIMENT TA' €11-IL MILJUN LI SE JARA LIL NAXXAR LIONS IKOLLHOM IL-GRAWND TAL-FUTBOL Wegħda oħra tal-gvern fil-qasam sportiv u li se tkun qed issir realtà għall-klabb tal-futbol tanNaxxar hija li jkollhom grawnd tal-futbol għaż-żgħażagħ Naxxarin. Fil-fatt, fil-kumpess edukattiv Giovanni Curmi Higher Secondary School fin-Naxxar se jinbena grawnd tal futbol ġdid li se jikkumplimenta l-faċilitajiet sportivi eżistenti fil-cluster ta’ skejjel li hemm fin Naxxar, prinċipalment l-Iskola Medja fil-Kulleġġ Maria Reġina u l-Language Induction Hub, proġett ta’ €11-il miljun. Il-grawnd tal-futbol se jkun mifrux fuq 9,800 metru kwadru u se jinkludi pitch għal-logħob 11-a-side. Fil-grawnd se jkun hemm ukoll stand għall-ispettaturi. Il-kumpless se jinkludi wkoll bosta faċilitajiet oħrajn fosthom gymnasium, faċilitajiet sanitarji, showers u changing rooms. L-elenku tal-investimenti msemmija hawn fuq huma ta’ xhieda ċara li s-Segretarjat għażŻgħażagħ, Sport u Għaqdoet Volontarji, mgħejjun minn SportMalta kien, għadu u se jibqa’ jkun ta’ spalla għall-isport f ’Malta u għall-atleti Maltin u Għawdxin. Permezz ta’ dawn l-investimenti ħolistiċi l-Gvern huwa impenjat li jkompli jagħti l-għodda neċessarja lill-għaqdiet sportivi u lillatlelti biex permezz tagħhom, isem pajjiżna fl-isport ikun elevat għall-pjattaforma li jixraqlu.

7


SPORTIV

Kampjonat BOV Premier

HIBERNIANS KONSISTENTI F

U T B O L

Kampjonat bi 12-il tim li se jinqasam f'Championship Pool u Relegation Pool

L O K A L I 8

F

JIDDIŻAPPUNTAW ĦAMRUN U VALLETTA

’kampjonat bejn 12-il tim, Hibernians jidher li hu l-iktar tim konsistenti u qed igawdi ftit tal-vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika waqt li l-aktar li ddiżappuntaw sa issa kienu ċ-Champions Ħamrun Spartans u Valletta FC li t-tnejn tilfu erbgħa millewwel disa’ partiti li lagħbu sa issa. Anki Gżira Utd u Sliema Wanderers xejn m’hu sejrin tajjeb.

Jekk dawn it-tliet timijiet ma jtejbux ilwirjiet tagħhom xi ħadd minnhom jista’ jibqa’ barra mill-ewwel sitt postijiet fil-klassifika u jitilfu posthom miċ-Championship Pool. F’dan l-istaġun minħabba li fi tmiem l-istaġun l-ieħor minħabba l-Covid ma kien promoss ħadd, il-kampjonat hu wieħed ridott għal 12-il tim minflok 14. Li se jiġri hu li wara li t-timijiet jilagħbu żewġ rawnds kontra xulxin, it-timijiet se jinqasmu fi tnejn, sitta fiċ-Championship Pool u s-sitta l-oħra fir-Relegation Pool. Kif inhuma l-affarijiet wara disa’ logħbiet l-ewwel sitta huma Hibs, Floriana, Balzan, Birkirkara, Valletta u Ħamrun. Barra hemm Gżira Utd u Sliema Wanderers li bħalissa jinsabu fl-aħħar post bl-ewwel rebħa jiksbuha propju fid-9 ġurnata, 2-1 kontra Valletta. Hibernians wara r-rebħa fuq Ħamrun Spartans b’gowl ta’ Jake Grech fetħu vantaġġ li ma jistgħux jintlaħqu minn Floriana, kien x’kien ir-riżultat tal-10 ġurnata fil-konfront ma’ Balzan Youths. Hibernians li fil-bidu tal-istaġun kienu biss rawnd bogħod li jikkwalifikaw għall-fażi talgruppi tal-Europa Conference League, jidhru konsisteni biex fi tmiem dan l-istaġun u fissena 2022 ikunu qed jiċċelebraw il-100 sena mit-twaqqif tagħhom jirbħu t-13-il kampjonat fl-istorja tagħhom. Wara l-mewt tal-maħbub President tagħ­ hom is-Sur Tony Bezzina, ibnu Ranier ħa t-tmexxija tal-klabb ta’ Raħal Ġdid fejn jidher li se jimxi fuq il-passi ta’ missieru li riċentement Hibernians reġgħu semmew l-istadium tagħhom mill-ġdid, din id-darba għal Tony Bezzina. Stefano Sandera hu l-kowċ tat-tim u wieħed minn tliet klabbs fil-Premier li għandhom kowċ Taljan. L-oħrajn huma Floriana li għandhom lil Gianluca Alzori u jinsabu fit-tieni post u Sliema Wanderers immexxija minn Andrea Pisanu li jinsabu fl-aħħar post. Floriana FC qed jerġa’ jitmexxa minn Johann Said wara li l-era ta’ Riccardo Gaucci ntemmet f ’Ottubru tal-2020. Said kien President bejn l-2009 u l-2011 u Floriana kienu rebħu l-20 FA Trophy tagħhom. Balzan u Birkirkara jinsabu fit-tielet post.


SPORTIV

Balzan issa mmexxija minn Paul Zammit friski mirrebħa kbira ta’ 6-1 fuq Sirens qed jirkupraw minn bidu kajman. Birkirkara bl-Olandiż Andre Paus fit-tmexxija tat-tim kienu sejrin tajjeb sa ma waslet it-telfa xejn mistennija ta’ 2-0 kontra Sta. Luċia, li għandhom kowċ lil Oliver Spiteri u li għalkemm jinsabu t-tielet mill-aħħar, tilfu biss tnejn u kellhom sitt draws fosthom kontra Floriana, Gżira, Hibs u Sliema Wanderers mill-ewwel disa’ ħarġiet. Minbarra Sta. Luċia hemm erba’ klabbs oħra li għandhom kowċ Malti. Minbarra Paul Zammit u Oliver Spiteri, Ħamrun għandhom lil Mark Buttigieg, Gżira Utd lil Darren Abdilla, Gudja lil Jesmond Zammit u Sirens lil Winston Muscat. Sirens apparti t-telfa ta’ 6-1 kontra Balzan Youths, m’humiex sejrin ħażin u l-kowċ tagħhom Winston Muscat kien ivvutat il-Kowċ tax-Xahar għal Ottubru. Sirens jinsabu biss punt barra mis-sitt pożizzjoni. Gżira Utd li reġgħu ħatru lil Darren Abdilla jmexxi t-tim mhux jiksbu r-riżultati li pprevedew li jista’ jkollhom u għalissa għadhom barra mis-sitt pożizzjoni fil-klassifika. L-aħjar riżultati li kellhom kienu rebħiet ta’ 2-0 kontra Valletta u 1-0 kontra

Ħamrun Spartans u draw 1-1 kontra Birkirkara. Taħt il-Presidenza ta’ Sharlon Pace, Gżira Utd għad ma ħallewx dak l-impatt li jixtiequ jħallu. Mosta, it-tim tal-President George Galea, ukoll qed jkollhom kampjonat sodisfaċenti għalkemm qed jokkupaw id-disa’ pożizzjoni fil-klassifika. Mosta fil-bidu ta’dan l-istaġun iddebuttaw flEwropa fejn kisbu rebħa storika ta’ 3-2 kontra t-tim Slovakk ta’ Spartak Trnava qabel kienu eliminati 4-3 aggregate. Fost l-aħjar riżultati li Mosta kellhom sa issa kien hemm rebħiet ta’ 2-1 fuq Balzan u 3-2 kontra Sliema Wds u draw ta’ 1-1 kontra Floriana FC. Mosta bit-tim li għandhom kapaċi jagħtu logħba lil kulħadd. Gudja Utd li jinsabu lejn l-aħħar postijiet qed jerġgħu jissieltu biex iżommu posthom. B’Jesmond Zammit kowċ, it-tim mistenni li jissielet kull minuta logħob biex ma jitilfx l-istatus ta’ tim tal-Premier li kienu rebħu fl-2019. Jake Grech ta’ Hibernians u Mario Fontanella ta’ Valletta qed jillidjaw il-klassifika tal-aqwa skorers b’6 goals segwiti fit-tielet post minn Federico Falcone ta’ Birkirkara FC b’ħames goals.

9


SPORTIV

T I M N A ŻEWĠ TELFIET LI ĦADUNA Z Z 25 SENA LURA J O NI A L I I T L A M I L A N O J Z Z A N IT-TIM 2 TAZZA TAD-DINJA 202

...IMMA L-ĦIDMA TRID TKOMPLI FUQ IT-TAJJEB LI WETTAQ DEVIS MANGIA t-tim nazzjonali Malti mmexxi mill-kowċ Taljan Devis Mangia għalaq il-logħbiet ta’ kwalifikazzjoni għatTazza tad-Dinja 2022 b’żewġ telfiet iebsa 7-1 kontra l-Kroazja u 6-0 kontra s-Slovakkja li ntlagħbu t-tnejn f’Ta’ Qali f’temp ta’ tliet ijiem.

10

Il-passi ta’ ġġant li deher li kien qed jagħmel it-Taljan Mangia bil-proġett tiegħu li beda fil-UEFA Nations League 2020 ħadu daqqa lura u ħaduna 25 sena lura. Dan għax l-aħħar darba li t-tim Malti ġarrab żewġ telfiet iebsa bħal dawk ta’ Novembru 2021, kien meta t-tim nazzjonali f ’Settembru 1996 kien tilef żewġ logħbiet tat-Tazza tad-Dinja 1998 f ’temp ta’ erbat’ijiem 6-0 kontra r-Repubblika Ċeka f ’Teplice u 6-0 kontra s-Slovakkja fi Bratislava. Il-kowċ dakinhar kien Milorad Kosanovic li wara dawn it-telfiet kien għażel hu stess li jissejjaħ Mr Six. It-telfitet ta’ dan l-aħħar m’għandhomx iwaqqfu dak li beda Mangia għax fil-mixja s'issa tattim nazzjonali kien hemm wirjiet tajba u riżultati inkoraġġanti bħad-draws away ta’ 2-2 u 1-1 kontra l-istess Slovakkja u Ċipru u r-rebħa ta’ 3-0 fuq l-istess Ċipru fil-kompetizzjoni tat-Tazza

tad-Dinja biex ksibna 5 punti u għalkemm ma evitajniex l-aħħar post fil-grupp reġa’ ntlaħaq ir-rekord li nirbħu ħames punti. L-introduzzjoni ta’ ħafna players żgħażagħ fit-tim nazzjonali għandu jkompli u m’għandiex tkun problema jekk Mangia għandux ikompli fit-tmexxija tat-tim nazzjonali jekk irid hu. Irridu niftakru li anki fil-UEFA Nations League, it-tim nazzjonali kien għoddu rebaħ promozzjoni għax minn sitt logħbiet kiseb 7 punti, żewġ rebħiet, tliet draws u telfa. Hu ta’ diżappunt għall-amministrazzjoni tal-MFA, il-kowċ, l-istaff tekniku u l-plejers u ħafna aktar għall-partitarji li ġew dawn ir-riżultati li sal-Ħamis 12 ta’ Novembru kienu xi ħaġa tal-passat. Il-ħidma trid tkompli anki jekk nafu li ma nistgħux inlaħqu mat-timijiet kbar u medji tal-Ewropa fejn il-futbol hu professjonali fil-veru sens tal-kelma b’investimenti ta’ miljuni ta’ ewro


SPORTIV

li aħna ma nistgħux nagħmlu ankè jekk f ’dawn l-aħħar snin l-MFA investiet l-eluf ta’ ewro biex tagħti sostenn lil Mangia bi staff tekniku professjo­ nali. Irridu biss inħarsu 'il quddiem għax il-futur u mhux il-passat hu l-garanzija tal-progress. Jista’ jkun li f ’dawn il-logħbiet il-kowċ Taljan m’għamilx l-għażliet it-tajba biex nevitaw dawn ir-riżultati speċjalment wara t-telfa ta’ 7-1 mal-Kroazja. Kulħadd għandu dritt jikkritika t-tim nazzjonali għax dan hu t-tim tal-Maltin kollha sakemm il-kritika tkun b’mod kostruttiv u mhux dispreġjattiv kif kien hemm minn għamel fil-midja soċjali wara dawn iż-żewġ telfiet li jaqtgħulek nifsek. Kien impressjonanti li l-pubbliku attenda numeruż għal-logħba kontra s-Slovakkja u ma abbandunax it-tim wara t-telfa mal-Kroazja għax jemmen f ’dan it-tim nazzjonali. Prosit. Il-ħidma li beda Davis Mangia trid tkompli u m’għandiex tieqaf nofs triq. It-tajjeb li sar iridu nkomplu fuqu u l-ħażin irridu nwarrbuh u ninsew basta nitgħallmu minnu. Ix-xogħol li qed tagħmel l-amministrazzjoni tal-President Bjorn Vassallo irid jisseddaq biex jerġa’ jkollna wirjiet u riżultati pożittivi meta t-tim nazzjonali jilgħab fil-kompetizzjoni li jmiss li tkun it-tielet edizzjoni tal-UEFA Nations League.

KLASSIFIKA FINALI GRUPP H L

R

D

T

F

K Pti

Kroazja 10 7 2 1 21 4 23 Russja 10 7 1 2 19 6 20 Slovakkja 10 3 5 2 17 10 14 Slovenja 10 4 2 4 13 12 14 Ċipru 10 1 2 7 4 21 5 Malta 10 1 2 7 9 30 5 Il-Kroazja kkwalifikat għall-finali tal-Qatar 2022 Ir-Russja kkwalifikat biex tilgħab fil-play-offs

Il-Ħamis 12-11-2021 f ’Ta’ Qali v Kroazja 1-7 (1-4) MALTA: Henry Bonello, Kurt Shaw (83’ Karl Micallef), Ryan Camenzuli, Andrei Agius, Joseph Mbong (69’ Shaun Dimech), Luke Montebello (62’ Alex Satariano), Enrico Pepe, Teddy Teuma (63’ Matthew Guillaumier), Jurgen Degabriele, Bjorn Kristensen (46’ Steve Pisani), Cain Attard. Il-Ħadd 15-11-2021 f ’ Ta’ Qali v Slovakkja 0-6 (0-3) MALTA: Henry Bonello, Kurt Shaw, Ryan Camenzuli (Tkeċċa), Matthew Guillaumier (85’ Shaun Dimech), Joseph Mbong (85’ Triston Caruana), Paul Mbong (55’ Bjorn Kristensen), Jean Borg (78’ Karl Micallef), Alex Satariano (55’ Luke Montebello), Cain Attard, Teddy Teuma (Tkeċċa), Zach Muscat. Riżultati oħra li kellu t-tim nazzjonali Malti fil-logħbiet ta’ Grupp H mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni kienu dawn: 11-10-21 Ċipru v Malta 1-1 08-10-21 Slovenja v Malta 4-0 07-09-21 Russja v Malta 3-0 04-09-21 Slovenja v Malta 1-0 01-09-21 Malta v Ċipru 3-0 30-04-21 Kroazja v Malta 3-0 27-04-21 Slovakkja v Malta 2-2 24-04-21 Malta v Russja 1-3

11


NAZZJONIJIET UNITI SPORTIV

għall-Yachting Malta Coastal Race

I B BIl U R D J A R

-Yachting Malta Coa­stal Race seħ­ ħet nhar l-Erbgħa 20 ta’ Ottubru fejn 42 tim jirrappreżentaw 17-il pajjiż ħadu sehem. L-Uffiċjal Prinċipali tat-Tellieqa tar-Ro­ yal Malta Yacht Club, Peter Dimech, bagħat lill-kompetituri fuq korsa ta’ madwar 30 mil nawtiku lejn Kemmuna. It-Tiġrija Kostali hija tellieq annwali li sseħħ ftit jiem qabel ir-Rolex Middle Sea Race, li seħħet nhar is-Sibt 23 ta' Ottubru.

12

It-tellieqa bdiet mill-Port ta’Marsamxett fejn il-flotta internazzjonali daret mal-Fairway Buoy, barra mill-Port ilKbir tal-Belt Valletta. Wara li tellgħu l-ispinnakers, il-jottijiet kienu veduta mill-isbaħ meta għaddew lejn Tas-Sliema u l-Gżejjer ta’ San Pawl. Min hemm marru Kemmuna, biljottijiet jduwru mal-gżira. Il-flotta mbagħad daret sabiex tieħu rotta lejn Marsamxett fejn kella tispiċċa t-tellieqa. Line Honours marru għall-jott Ker 46 ta’ Frederic Puzin, Daguet 3 - Corum. Puzin u l-ekwipaġġ Franċiż tiegħu huma familjari mar-Rolex Middle Sea Race, wara li ġew it-tieni fil-klassi fl-2019. Madankollu, din hija dgħajsa ġdida għal

minn Maria Vella Galea

Y a c h t i n g M a lta

MALTA REBĦET IN-NATIONS CUP, LI KIENET MIRBUHA PERMEZZ TAL-JOTTIJIET ELUSIVE 2, TON TON LAFERLA INSURANCE U XPRESSO

Puzin, li ġej minn Marsilja, fin-Nofsinhar ta’ Franza. Daguet 3 -Corum kien biss ftit minuti qabel il-jott Sviżżeru Farr 52 Chocolate 3 ta’ Francois Bopp, bl-Isvediż J / 111 Blur ta’ Peter Gustafsson, tispiċċa t-tielet dgħajsa li spiċċat. Il-jott First 45 Elusive 2 ta’ Christoph, Aaron u Maya Podesta, rebbieħ taż-żewġ Rolex Middle Sea Races li għaddew, kienet ir-raba’ dgħajsa li spiċċat u l-ewwel dgħajsa Maltija. B’kollox kienu sitt dgħajjes minn Malta li ħadu sehem, inklużi Ton Ton Laferla ta’ Jonathan Gambin, Xpresso ta’


SPORTIV

"Viva Malta" - Tim Nazzjonali fl-ibburdjar offshore

ta

JOHN HUBER

Yachting Malta, bl-appoġġ tal Ministeru tat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali ħabbar li se jitwaqqaf tim nazzjo­ nali Malti tal-isport tal-ibburdjar offshore li se jkollu d-dgħajsa apposta tiegħu tat-tip Cookson 50 b’investiment ta’ madwar €400,000 u li se tingħata l-isem ta’ "Viva Malta". Din il-proposta, li kienet imressqa minn Yachting Malta, se tara tim Malti li se jkun qed jirrappreżenta lil pajjiżna f’kompetizzjonijiet fuq skala internazzjonali. Iċ-Chairman ta' Yachting Malta John Huber stqarr b’entużjażmu kbir li “dan kien jum importanti għall-komunità tal-ibburdjar f'Malta u għal Malta. Il-proġett li beda f’April kien jinvolvi ħafna xogħol intensiv, iżda l-ħolma ntlaħqet.” Permezz ta’ din l-inizjattiva, l-industrija marittima se tieħu spinta oħra ’l quddiem, hekk kif issa pajjiżna se jkollu t-tim nazzjonali tiegħu li jtellaq f’tiġrijiet tal-ibburdjar barra minn xtutna. Fil-proposta tagħha Yachting Malta ppreżentat programm ibbażat fuq erba’ snin, bl-2021 tkun is-sena ddedikata għax-xiri u l-ġestjoni tad-dgħajsa; 2022 tara avvenimenti li qed iseħħu fil-Mediterran; L-2023 se tħares lejn il-parteċipazzjoni f'avvenimenti fir-Renju Unit u fiż-żoni Nordiċi filwaqt li l-2024 tkun iddedikata għal avvenimenti li jseħħu fl-Amerika ta' Fuq u l-Karibew. Il-Ministru Ian Borg faħħar din l-inizjattiva u qal li dan se jkun pass ieħor importanti li se jkompli jissiġilla isem pajjiżna bħala ċentru ta’ eċċellenza fis-settur marittimu. Filwaqt li s-Segretarju Parlamentari Clifton Grima saħaq dwar kif Malta kellha storja ta’ suċċess fl-isport tal- ibburdjar, partikolarment f’avvenimenti internazzjonali bħar-Rolex Middle Sea Race, li ntrebħet disa’ darbiet minn tim Malti. Is-Segretarju Parlamentari Grima spjega kif il-Malta Sailing Federation, bl-appoġġ ta’ SportMalta, kienet attiva fil-promozzjoni ta’ dan l-isport u dawn l-isforzi ġġeneraw żieda sostanzjali fl-attivitajiet tattbaħħir, kif ukoll l-użu tal-ibburdjar bħala sport miż-żgħażagħ Maltin. Yachting Malta ħadmet bosta drabi fuq attivitajiet ta’ prestiġju bħar-Rolex Middle Sea Race, l-Malta- Syracuse Race u avvenimenti internazzjoanli bħal Yacht Racing Forum – li se jirritorna f’Malta fl-2022 kif ukoll il-Cannes u Monaco Boat Show fost oħrajn.

Sean Borg, Calypso ta’ Sebastian Ripard, u ż-żewġ jottijiet tal-Jarhead Young Sailors Foundation J / 109s, JYS Jan u JYS Jarhead. Malta rebħet in-Nations Cup, li kienet mirbuħa permezz tal-jottijiet Elusive 2, Ton Ton Laferla Insurance u Xpresso. Il-premijiet lir-rebbieħa ingħataw fil-presenza tal-Onorevoli Ian Borg, Ministru tat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, is-Sur John Huber, Chairman ta’ Yachting Malta u David Cremona Commodore tar-Royal Malta Yacht Club.

ROLEX MIDDLE SEA RACE 13


SPORTIV

Ċ I K L I Ż M U 14

STEFAN SCERRI JIRBAĦ IL-KAMPJONAT NAZZJONALI TAL-MOUNTAIN BIKE Il-gżira Għawdxija ospitat il-Kampjonati Nazzjonali tal-Malta Mountain Bike Association li saru dan l-aħħar. Ospitata fin-Nadur, fil-viċinanzi ta’ Daħlet Qorrot, it-tellieqa kienet waħda mimlija sfidi aktar mis-soltu. Partijiet mir-rotta kellhom toroq dojoq li rriżultaw f ’ġlieda missielta miċ-ċiklisti sabiex jieħdu l-vantaġġ. Sadanittant, ix-xita bla waqfien li laqtet il-gżira fil-jiem ta’ qabel it-tellieqa fissret li diversi partijiet tar-rotta kienu jiżolqu ħafna, u wassal biex numru ta’ parteċipanti rtiraw. Minkejja dan, it-tellieqa ma kinitx nieqsa mill-azzjoni, b’mod partikolari mill-parteċipanti Għawdxin li kienu qegħdin jikkompetu f ’darhom kienu determinati li jħallu l-marka tagħhom f ’dik li kienet l-ewwel tiġrija ta’ din in-natura li saret f ’Għawdex. Il-Kategorija Elite ma kinitx nieqsa minn kontendenti li qed jikkompetu għal post fuq il-podju tar-rebbieħa. Fuq quddiem kienu ċ-ċiklisti żgħażagħ Għawdxin Stefan Scerri u Brandon Sultana. It-tnejn prattikament kienu impenjati f 'dwell kontinwu fejn huma biddlu posthom bejn l-ewwel u t-tieni post matul il-korsa ta' ħames dawriet. Fl-aħħar, kien Scerri li ħareġ rebbieħ u kiseb l-ewwel titlu ta’ Kampjonat Nazzjonali. Il-veteran Etienne Bonello, uża snin ta’ esperjenza biex żamm warajhom. Minkejja sforzi determinati biex jegħleb lil Brandon Sultana għat-tieni post, l-isforzi ġew imxekkla meta vann interċetta r-rotta u naqqas l-isforzi tiegħu. Fil-Kategorija Sport, l-Għawdxi Jamie Camilleri żamm postu fuq quddiem biex kiseb rebħa komda fuq Etienne Cutajar u Robert Zammit. Fil-Kategorija 40+ Antoine Scicluna rebaħ it-tellieqa. Fit-tieni post kien Patrick Scicluna li ħabbar li rtira mill-isport wara erbgħa

u tletin sena ta’ kompetizzjoni. Hu kien segwit minn Stephen Grima. Fil-Kategorija tan-Nisa Marie Claire Aquilina żammet it-titlu meta rebħet it-tellieqa. Warajha kien hemm Fiona Tedesco u Felicienne Cini li kisbet it-tielet post. Qabel il-bidu tal-kompetizzjoni prinċipali, saru tlielaq tal-Juniors. Fil-kategorija ta’ Taħt it-12-il sena Liam Daly ħareġ rebbieħ, fl-Under 15, Ryan Gatt, Chylen Fava u Aidan Camenzuli ħadu l-ewwel tliet postijiet filwaqt li fil-kategorija ta’ taħt is-17-il sena l-Għawdxi Justin Micallef spiċċa quddiem Matthew Galea. “Għawdex ilu jipproduċi ċiklisti ta’ kwalità tajba u entużjasti. Huma pparteċipaw regolarment fl-MMBA Summer Cup ta’ din is-sena. Kien xieraq li l-aħħar tellieqa Cross Country għall-2021 issir hemmhekk. Minkejja r-rotta diffiċli, wieħed seta' jara lill-parteċipanti entużjasti bil-korsa. Dan jawgura tajjeb għal avvenimenti futuri f 'Għawdex. Dan, flimkien mal-kooperazzjoni mal-klabbs Għawdxin żgur jippermetti li l-isport jilħaq miri ogħla” spjega l-President tal-MMBA Pierre Zammit Endrich fi tmiem it-tellieqa. Fl-aħħar tat-tellieqa ingħataw premjijiet lir-rebbieħa mill-Onor. Clint Camilleri, Ministru għal Għawdex fil-preżenza tas-Sindku tan-Nadur is-Sur Edward Said. Il-Malta Mountain Bike Association tixtieq tirringrazzja lill-isponsors u entitajiet għall-assistenza u l-kooperazzjoni tagħhom biex jagħmlu dan l-avveniment possibbli - Trustmoore, ORS, Falcar Group, Ministeru għal Għawdex u Kunsill lokali tan-Nadur.

minn Maria Vella Ga

MMBA Kampjonati Naz tal-Cross Country - Riż

Elite 1. Stefan Scerri (Gozo Cycling 1:23:40 2. Brandon Sultana (Gozo Cycl 1:24:36 3. Etienne Bonello (Team Gree 1:24:39

Sport 1. Jamie Camilleri (Gozo Cycli 57:18 2. Etienne Cutajar 1:01:46 3. Robert Zammit 1:05:48

Nisa 1. Marie Claire Aquilina (Team 1:01:37 2. Fiona Tedesco (Mosta AF Sig 1:10:33 3. Felicienne Cini (Gozo Cyclin 1:24:01

40+ 1. Antoine Sultana (The Cyclist 52:26 2. Patrick Scicluna (Team Berri 56:20 3. Stephen Grima (Gozo Cyclin 56:35


SPORTIV

ia Vella Galea

mpjonati Nazzjonali ountry - Riżultati

ozo Cycling Club)

a (Gozo Cycling Club) (Team Greens)

(Gozo Cycling Club) 1:01:46 1:05:48

uilina (Team Greens)

Mosta AF Sign Studio)

(Gozo Cycling Club)

(The Cyclist) (Team Berria Racing Italia)

(Gozo Cycling Club)

JOE BAJADA MAĦTUR PRESIDENT TA' KUMMISSJONI TAL-UE TAĊ-ĊIKLIŻMU (UEC) Joe Bajada, Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Maltija taċĊikliżmu, matul din is-sena kien maħtur bħala l-President ta’ Kummissjoni ġdida fi ħdan l-Unjoni Ewropeja taċ-Ċikliżmu (UEC) ... dik tal-Pajjizi ż-Żgħar. Dan seħħ proprju wara li ftit tal-ġimgħat qabel, l-istess Bajada kien reġa' ġie elett mill-ġdid fil-kariga bħala wieħed mill-15-il delegat li għandhom id-dritt li jkunu huma li jivvotaw f ’isem il-50 pajjiż membru affiljat Ewropej waqt il-Kungress Annwali Ġenerali tal-Federazzjoni Internazzjonali taċ-Ċikliżmu, flimkien ma' 30 delegat ieħor millerba’ konfederazzjonijiet l-oħrajn. Kien fuq l-inizjattiva tal-President il-ġdid tal-UEC, Enrico Della Casa, li titwaqqaf din il-Kummissjoni u l-għażla tiegħu biex imexxi din il-Kummisjoni waqgħet fuq Joe Bajada. Din hija ħatra storika għall-fatt li persuna minn Malta se tkun għall-ewwel darba fl-istorja taċ-Ċikliżmu Mondjali li tokkupa l-kariga ta’ President ta’ Kummissjoni. Din il-ħatra li hija għal erba’ snin, tkompli żżid fir-rikonoxximent għax-xogħol siewi li qed jagħmel Joe Bajada fix-xena internazzjonali taċ-ċikliżmu. Minbarra dawn il-karigi, Bajada huwa wkoll membru f ’kummissjoni oħra simili tal-Union Cycliste Internationale (UCI). Fost l-għanijiet ewlenin ta’ din il-Kummissjoni hemm dik li se ssir ħidma biex ikun protett iċ-ċikliżmu fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar, fejn wara li fil-Montenegro ċ-ċikliżmu ma kienx parti mill-programm, għall-UEC dan mhux aċċettabbli. Mira oħra hija dik li toħloq avvenimenti speċifiċi biex kull sena jkun hemm mill-inqas avveniment wieħed għad-disa' pajjiżi membri; kif

ukoll li torganizza kampijiet ta' taħriġ taħt l-umbrella tal-fondi ta' solidarjetà tal-UCI. Il-membri l-oħra li se jifformaw parti minn din il-Kummissjoni huma: Walter Baldiserra (San Marino), Camille Damm (Lussem­ burgu) u Bjarni Már Svavarsson (Iżlanda). Sorpriż u fl-istess waqt sodisfatt ferm b’din il-ħatra l-ġdida, Joe Bajada radd ħajr lill-President il-ġdid Enrico Della Casa għal din in-nomina, kif ukoll lill-Management Board tal-UEC talapprovazzjoni. Huwa stqarr li dan huwa mhux biss suċċess għalih personali, iżda fuq kollox għaċ-ċikliżmu u l-iSport Malti inġenerali. Din il-ħatra turi biċ-ċar ir-rispett, l-apprezzament kif ukoll ilfiduċja li huwa jgawdi kemm fil-UCI, kif ukoll fil-UEC u li dan kollu wasal wara l-impenn sħiħ tiegħu f ’din l-isfera internazzjonali. Wara li rċieva din il-ħatra, Bajada qal ukoll li b’fiduċja bħal din, minbarra li huwa estremament umli li jiġi maħtur għal din ilpożizzjoni, huwa jħossu kburi li qed jerġa’ jiġi fdat, anke jekk ġej min-nazzjon bħal Malta. B’hekk iċ-ċikliżmu lokali huwa ferm aktar rikonoxxut fid-Dinja taċ-Ċikliżmu Internazzjonali, billi issa hemm vuċi aktar b'saħħitha favur Malta u pajjiżi tampari. John Zammit, President tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu qal li f 'isem il-Kunsill tiegħu, huma onorati ħafna li Joe Bajada ġie nnominat għal rwol daqshekk importanti biex jerġa' jkun jista' jirrappreżenta għal darb'oħra bil-kapaċitajiet tiegħu l-gżejjer żgħar tagħna f 'livell sportiv daqshekk għoli. Huwa feraħ lill-kollega tiegħu u awguralu kull suċċess fit-tmexxija ta' din il-kummissjoni UEC. 15


ANTOINE DU BOURG

SPORTIV

A IR B -K L A Z Z A -T IT Q U INAQQX ISMU F

Z W IE M E L 16

L

-edizzjoni 2021 tal-finali tat-Tazza l-Kbira u li saret fi tmiem Ottubru ntrebħet minn Antoine Du Bourg misjuq minn Redent Magro. Din il-finali għal żwiemel tal-klassi Premier saret fuq distanza twila ta' 2640m u kienet organizzata bl-għajnuna tal-Bank of Valletta.

Tnax kienu ż-żwiemel li ħadu sehem fil-finali tat-Tazza l-Kbira. Joe Hoo Lee (Matthew Sammut) kien l-aktar b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u fl-ewwel metri fetaħ vantaġġ żgħir minn Bara Min (Jesmar Gafa’) u Antoine Du Bourg (Redent Magro). F’nofs id-distanza kien Magro li beda’ jitlob lil Antoine Du Bourg biex jibda jattakka fuq in-naħħa ta’ barra, sakemm mar quddiem u qasam il-linja l-ewwel faċilment b’vantaġġ ta’ aktar minn tul u nofs minn Bara Min, Juvels Boy (Caillin Borg) u Venale (Michael Ellul). Chaud Devant (Noel Baldacchino) temm warajhom f ’dik l-ordni. Għal Antoine du Bourg din kienet it-tielet rebħa nfila u s-sitt waħda tassena. Hu kellu medja ta’ 1.14.6” fil-kilometru, ftit 'il bogħod mir-rekord tat-tiġrija, dak ta’ 1.14.5” imwaqqaf minn Up And Go fl-2019. Fi tmiem il-finali, Charles Azzopardi f ’isem il-BOV u

s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-isport, Clifton Grima ppremjaw lil Peter Agius u Redent Magro, is-sid u s-sewwieq rispettivament taż-żiemel rebbieħ. Dan filpreżenza tal-ogħla uffiċjali tal-klabb. Mitlub jikkummenta dwar dan is-suċċess, Redent Magro qalilna li minn dejjem kienet il-ħolma tiegħu li jirbaħ it-Tazza l-Kbira, l-akbar u l-aktar finali mistennija mid-dilettanti. “Din is-sena kont fiduċjuż għax kont qiegħed nikkompeti b’żiemel li għaddej minn forma mill-aqwa. Nirringrazzja lisSur Agius li dejjem wera fiduċja fija u lill-qrabati li jagħtuni kull appoġġ,” tenna Redent Magro. Redent Magro, minn Ħal Qormi twieled f ’familja ta’ dilettanti. Missieru Joseph huwa wieħed mill-ftit persuni f ’Malta li għadu jaħdem is-sengħa tan-nagħal. Din is-sengħa rnexxilu jgħaddiha lill-istess Redent u lill-ibnu l-ieħor Wenzu.


SPORTIV

Din is-sena

kont fiduċjuż

għax kont qed nikkompeti b'żiemel li għaddej minn

forma mill-aqwa

REDENT MAGRO

17


SPORTIV

STEVE XUEREB

inkurunat Champion għat-tielet darba

G OS ZP OO R T S 18

M O T O C R O S S

Il

-Gozo Motocross Association temmet l-istaġun tagħha b'diversi tiġrijiet oħrajn fejn kienu inkurunati champions l-erba' kategoriji rispettivi. Steve Xuereb kompla jiddomina u ċċelebra r-rebħa meritata tiegħu bħala Champion fi Klassi A u Champion Ġenerali Għawdxi 2021 b'471 punt. Dan hu t-tielet kampjonat mirbuħ minn Xuereb fi Klassi A. Jorn Stellini ssielet ħafna biex iżomm l-ewwel pożizzjoni tiegħu matul il-kampjonat. Hu rebaħ Klassi B b'462 punt, u ċċelebra wkoll it-tielet kampjonat tiegħu f'dawn l-aħħar tliet snin.


SPORTIV

Klassi Ċ kienet sfida sal-aħħar, hekk kif Jurgen Attard u Mark Camilleri kkompetew għall-ewwel pożizzjoni b'numru minimu ta' punti bejniethom. Fl-aħħar, Jurgen Attard rebaħ din il-klassi b'437, vantaġġ ta' seba' punti fuq l-avversarju tiegħu. Intant, Luke Caruana huwa Champion tal-klassi D b'413-il punt. Huwa kien kontinwament sfidat matul il-kors kollu tal-kampjonat, l-aktar millveteran Paul Caruana. Fi tmiem l-aħħar ġurnata tal-kampjonati, ilMinistru għal Għawdex Clint Camilleri ppreżenta t-trofej liċ-Champions Għawdxin. Wara li hu rringrazzja lill-Kumitat tal-ħidma tiegħu favur il-Motocross u filwat li feraħ lir-rebbieħa, hu wiegħed kull sapport lil dan l-isport għall-futur aħjar tal-Motokross Għawdxi u l-atleti ta' din l-Għaqda. Fl-istess preżentazzjoni, Oreste Valenti, CEO tal-VRT SX Academy School minn Sqallija kkumplimenta lill-GMA u l-attivitajiet tagħha u wiegħed kollaborazzjoni sħiħa f 'dan l-isport bejn iż-żewġ gżejjer fil-futur qrib. Il-President tal-GMA Frank Xuereb ippreżenta diversi tifkiriet u premjijiet fosthom lit-teżorier James Camilleri, lill-kowċ Scott Donovan, kif ukoll lil Lorenzo Casu għall-kontribut tagħhom lejn l-Assoċjazzjoni. Dan l-istaġun il-Frank Bruno Award ġie mogħti lil Mario Cauchi għaddeterminazzjoni, dixxiplina u r-rispett li wera. Sadanittant, għat-tieni sena konsekuttiva, Mark Camilleri ngħata l-unur tal-Aktar Sewwieq Prominenti. Premjijiet oħrajn ngħataw lil Frank Xuereb u Vickyann Xuereb għax-xogħol u l-kontribut volontarju tagħhom lejn il-GMA. Matul dan l-istaġun, il-GMA organizzat ukoll l-ewwel tiġrijiet Relay li qatt ma kienu saru qabel fit-trakka tal-Motocross f 'Ta' Xjaħma. Hawn 16il parteċipant kienu maqsumin f 'erba' timijiet li ttellgħu bix-xorti. Tipikament, dan l-isport hu rikonoxxut bħala sport indipendenti, fejn kull sewwieq individwalment jistinka biex jikseb l-aħjar riżultat fuq il-mertu tiegħu jew tagħha. Madankollu dan kien avveniment speċjali organizzat speċifikament mill-GMA bħala l-ġurnata FunRace għal kulħadd. Il-membri tattim għamlu minn kollox biex jiksbu s-suċċess finali. It-tim tal-Aħmar mar fuq quddiem flewwel sett ta' tlielaq. It-tieni parti ntrebħet mit-

tim tal-Ħodor waqt li t-tim tal-Isfar rebaħ it-tielet sezzjoni tat-tiġrija. Intant hekk kif ingħaddu l-punti ġenerail, it-tim tal-Isfar rebaħ l-ewwel post segwit minn dak tal-Aħmar u tal-Aħdar rispettivament, bit-tim Oranġjo jispiċċa fl-aħħar post. Matul dan l-istaġun ukoll, bejn April u Settembru, l-Assoċjazzjoni tat bidu għal proġett ta' The Gozo MX Training Camp, proġett immirat biex jgħin lis-sewwieqa, ankè dawk żgħar, fliżvilupp tal-ħiliet tagħhom f 'dan l-isport talMotocross. Dan it-taħriġ tmexxa mill-kowċ Scott Donovan. L-Assoċjazzjoni rringrazzjat lil kull min ħadem bla heda biex il-Motocross f 'Għawdex jibqa' miexi kostantament 'il quddiem u jsir wieħed mill-aktar popolari fil-gżira tagħna. Joe Bajada Ritratti: Liliana Xuereb

19


SPORTIV

TAZZA TAD-DINJA

F U T B O L D I N J I 20

2022

L-ITALJA U L-PORTUGALL IRIDU JILAGĦBU FIL-PLAY-OFFS BIEX FORSI JIKKWALIFIKAW

I

ċ-Champions Ewropej l-Italja u l-eks-Champions Ewropej il-Portugall ma rnexxilhomx jikkwalifikaw awtomatikament meta ntemm il-logħob tal-gruppi ta’ kwalifikazzjoni għax ma rebħux il-grupp. L-Italja nqabżet mill-Iżvizzera u l-Portugall spiċċat it-tieni wara s-Serbja. Issa jridu jilagħbu fil-play-offs biex forsi jikkwalifikaw mill-aħħar tliet postijiet tal-Ewropa.

L-Ewropa se jkollha 13-il tim fil-final ta’ Qatar, għaxra kkwalifikaw bħala rebbieħa tal-għaxar gruppi. It-tliet timijiet l-oħra se jkunu deċiżi minn play-offs li se jintlagħbu bejn l-24 u d-29 ta’ Marzu 2022. Il-poloz tal-play-offs se jittellgħu fi Zurich fis-26 ta’ Novembru. Fil-play-offs se jieħdu sehem 12-il tim. L-għaxar runners-up u tnejn oħra jkunu dawk li kisbu l-aħjar riżultati fin-Nations League 2020-21 u la ma jkunux ikkwalifikaw fl-ewwel żewġ postijiet tal-grupp. Dawn se jkunu l-Awstrija u r-Repubblika Ċeka. It-12-il-tim se jinqasmu fi tliet gruppi ta' erbgħa fejn se jintlagħbu semifinali u final f ’kull grupp biex ir-rebbieħ jgħaddi għall-finali tal-Qatar. Sitt timijiet li kisbu l-aktar punti fil-logħbiet se jkunu seeded u allura fis-semifinali jilagħbu t-timijiet seeded kontra dawk unseeded. Imma jekk jiġu fl-istess grupp l-Italja u l-Portugall u jirbħu s-semifinali jista’ jkun hemm finali bejniethom għal wieħed minn tliet postijiet. Il-logħbiet kollha se jintlagħbu fuq leg waħda bit-timijiet seeded jilagħbu l-ewwel logħba f ’darhom. Min ikun home fittliet finali jkun determinat b’polza. Fost it-timijiet li s'issa kkwalifikaw għax rebħu l-gruppi hemm iċ-Champions Franza u l-eksChampions Spanja, il-Ġermanja u l-Ingilterra. IlKroazja li kienu finalisti fl-aħħar edizzjoni wkoll għaddew għall-finali. L-għaxar timijiet li rebħu l-gruppi huma dawn: Grupp A: Serbja Grupp B: Spanja Grupp C: Żvizzera Grupp D: Franza Grupp E: Belġju Grupp F: Danimarka

Grupp G: Olanda Grupp H: Kroazja Grupp I: Ingilterra Grupp J: Ġermanja It-timijiet li spiċċaw runners up huma: Grupp A: Portugall Grupp B: Żvezja Grupp C: Italja Grupp D: Ukrajna Grupp E: Wales Grupp F: Skozja Grupp G: Turkija Grupp H: Russja Grupp I: Polonja Grupp J: Maċedonja ta’ Fuq Iż-żewġ timijiet li għaddew għall-play-offs permezz tal-UEFA Nations League huma l-Awstrija u r-Republika Ċeka, L-ikbar rebħa 10-0 Kienu diversi r-riżultati b’ħafna gowls miksuba fil-logħbiet ta’ kwalifikazzjoni fl-Ewropa. 8-0 minn Franza kontra l-Kazakahstan, 9-0 mill-Ġermanja kontra Liechtenstein, imma l-ikbar rebħa kienet dik tal-Ingilterra 10-0 kontra San Marino fl-aħħar ġurnata. Kien hemm diversi skors oħrajn kbar u b’ħafna gowls. L-Ingilterra kienet ilha mill-1946 ma tirbaħ 10-0. L-Ingliżi skorjaw 15-il goal fl-aħħar żewġ logħbiet (5-0 v Albanija u 10-0 v San Marino), b’sebgħa minn dawn il-gowls jiskurjahom Harry Kane, biex issa jinsab biss ħames gowls 'il bogħod biex jilħaq ir-rekord ta’ 53 gowl skorjati minn Wayne Rooney. Il-maniġer Gareth


SPORTIV

IL-ĠERMANJA, SPANJA, L-INGILTERRA U FRANZA FOST L-GĦAXAR TIMIJIET LI REBĦU L-GRUPPI BIEX JIKKWALIFIKAW

Southgate mistenni li jkollu l-kuntratt imġedded issa li t-tim ikkwalifika għas-seba’ finali konsekuttivi. Interessanti li Southgate kemm ilu jmexxi t-tim ta debutt bil-flokk nazzjonali Ingliż 50 player, l-aħħar wieħed ikun Conor Gallagher ta’ Chelsea misluf lil Crystal Palace, kontra San Marino. L-Italja qed tirriskja li ma tkunx fil-finali għattieni edizzjoni konsekuttiva kif jista' ma jkunx hemm il-Portugall fejn din l-edizzjoni tista’ tkun l-aħħar opportunità għal Cristiano Ronaldo li jirbaħ it-Tazza tad-Dinja, l-unika unur li għandu nieqes mill-vetrina tal-karriera brillanti tiegħu. Ebda tim ma rnexxilu jikkwalifika bħala rebbieħ tal-gruppi b’punti massimi. L-aktar qrib li twettaq dan kienet id-Danimarka imma tilfet l-aħħar logħba kontra l-Iskozja 2-0 fi Glasgow. Għad-Danimarka kienet l-ewwel telfa li ġarrbu wara 26 logħba ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja. Kien hemm timijiet li kkwalifikaw mingħajr telfa. Dawn kienu s-Serbja, Franza, il-Belġju u l-Ingilterra. Il-Brażil u l-Arġentina finalisti S'issa mal-għaxar timijiet Ewropej ikkwalifikaw ukoll il-Brażil u l-Arġentina mill-Amerika ta’ Isfel u l-Qatar bħala l-pajjiż organizzatur. Il-finali fil-Qatar se jintlagħbu mill-21 ta’ Novembru 2022 sat-18 ta’ Diċembru 2022. Dawn se jintlagħbu għall-ewwel darba fix-xitwa minħabba s-sħana kbira u eċċessiva li jkun hemm fil-Qatar fis-sajf.

21


SPORTIV

MILAN U NAPOLI F JĠARRBU L-EWWEL U TELFA FIT-13-IL JUM T B O L

KAJMAN U ID B A R A W W A R P U K R JI S TU N ...IĊ-CHAMPIONS INTER U JUVE

T A L J A N 22

M

ilan u Napoli, huma l-leaders tas-Serie A anke jekk ġarrbu l-ewwel telfa fit-13-il ġurnata. Sat13-il ġurnata qed igawdu vantaġġ sostanzjali fuq Juventus li bħaċ-Champions Inter qed jirkupraw wara bidu kajman. Wara t-13-il ġurnata l-vantaġġ ta’ Milan u Napoli li għandhom 32 punt hu ta’ 11-il punt fuq Juventus u erbgħa fuq Inter. Milan u Napoli ġarrbu l-ewwel telfa fit-13-il ġurnata kuntrarju għal Juventus li tilfu erba’ logħbiet fosthom tnejn infila kontra Sassuolo f ’Turin u Hellas Verona t-tnejn bl-iskor ta’ 2-1.

Minn 13-il logħba Juventus rebħu biss 21 punt u qed jaqsmu t-tmien post ma’ Fiorentina li wkoll għandhom kowċ ġdid Vincenzo Italiano eks-kowċ ta’ Spezia. Flattakkant prolifiku Serb Vlahovic, Fiorentina għandhom


SPORTIV

AN

plejer ta’ klassi li iżda fi tmiem dan l-istaġun se jitlaqhom għax mhux mistenni jiffirma kuntratt ġdid mal-Vjola, Vlahovic kien strumentali għat-tim ta’ Firenze fuq Milan għax skorja hat-trick fir-rebħa ta’ 4-3. Napoli f ’dan l-istaġun qed imexxihom Luciano Spalletti eks-kowċ ta’ Roma u huma tilfu seba’ punti minn żewġ draws kontra Roma 0-0 u Verona 1-1 u telfa ta’ 3-2 ma’ Inter. Milan immexxi minn Stefano Pioli li ilu fit-tmun tattim mill-2019 ukoll tilfu biss seba’ punti minn massimu ta’ 36. Dawn kienu minn draws ta’ 1-1 kontra Juventus u 1-1 kontra Inter u telfa ta’ 4-3 kontra Fiorentina. Juventus reġa’ għandhom kowċ lil Massimiliano Allegri li mexxa lill-Bianconeri bejn l-2014 u 2019 u li magħhom rebaħ ħafna għalkemm baqgħu delużi li ma rebħux iċChampions League minkejja l-preżenza ta' Cristiano Ronaldo li f ’dan l-istaġun telaqhom biex reġa’ ingħaqad ma’ Man Utd. Ħalla wkoll il-Juventus il-kowċ Andrea Pirlo

li ma kellux is-suċċess mixtieq għax Juventus ma baqgħux Champions tal-Italja wara disa’ snin konsekuttivi jirbħu l-Iscudetto. Juventus qed jipp­ rovaw jissaħħu fl-attakk bl-akkwist ta’ Luca Lorenzo ta’ Pisa, meta jerġa’ jiftaħ is-suq tat-trasferimenti f ’Jannar. Allegri mhux l-uniku kowċ li kien parti mill-musical chairs ta’ kowċis oħra. Simone Inzaghi wara ħames snin ma’ Lazio sieħeb liċ-Champions Inter. Maurizio Sarri wara esperjenza ma’ Napoli, Juventus u Chelsea issa hu l-kowċ ta’ Lazio. Irritorna wkoll fis-Serie A, Jose’ Mourinho ma’ Roma, 11-il sena wara li kien għen lil Inter jirbħu l-Iscudetto darbtejn u ċ-Champions League. S'issa Roma mhux sejrin kif mixtieq u għadhom 19-il punt, 13 inqas minn Milan u Napoli. Roma biex jimlew il-vojt li ħalla Edin Dzeko, akkwistaw mingħand Chelsea lil Tammy Abraham li tilfu post mill-attakk Ingliż wara li l-klabb ta’ Londra akkwista mingħand Inter lil Romelu Lukaku li min-naħa tagħhom Inter akkwistaw lill-Bosnjak Dzeko.

Shevchenko kowċ ma’ Genoa Qed jirritorna fl-Italja l-Ukren Andrei Shevchenko eks-plejer ta’ Mi­ lan li qabel ingħaqad ma’ Genoa kien jikkowċja lit-tim nazzjonali Ukren. Imma Shevchenko fid-debutt tiegħu jmexxi lil Genoa beda b’telfa ta’ 2-0 kontra Roma. Tliet kowċis li baqgħu jmexxu l-istess timijiet għal staġun ieħor huma Sinisa Mihajlovic li ilu ma’ Bologna mill-2019 l-istess kif ilu ma’ Milan Stefano Pioli. L-aktar kowċ li ilu fil-kariga hu Giampiero Gasperini ta’ Atalanta li issa ilu jmexxi t-tim ta’ Bergamo mill-2016 u li matul dawn is-snin daħħal lil Atalanta darbtejn fiċChampions League. Atalanta sa issa jinsabu mal-ewwel erbgħa bi 22 punt. Kollox jindika li se jkun kampjonat kumbattut u jista’ wkoll ikun hemm Champion ġdid għalkemm għadu għadda biss terz tal-Kampjonat. Milan ilhom mill-istaġun 2010-11 ma jirbħu l-Kampjonat waqt li aħħar suċċess ta’ Napoli jmur lura fl-istaġun 1989-90. Iżda timijiet bħal Atalanta, Juventus, Inter u wkoll Fiorentina jistgħu jkunu sfidanti.

23


FSITT KLABBS U TIKEĊĊU L-MANIĠER B O G L SPORTIV

POSTU U EF TL JI LI R A Ħ Ħ A LER JA K LS SO NIERI A R U D R A R ER G , TE N CO AW N R JIRRITO

I N G L I Ż 24

ħadda terz mill-ftuħ talKampjonat Premiership għallistaġun 2020-21 u apparti li t-timijiet ta’ Chelsea, Man City u Liverpool jidher li se jerġgħu jkunu l-isfidanti ewlenin għar-rebħ tat-titlu, sitt klabbs diġà bidlu l-maniġer tagħhom wara l-ftuħ diżappuntanti li kellhom meta għaddew 12-il logħba. Il-klabbs li bidlu l-maniġers kienu Watford, Tottenham, Newcastle, Aston Villa, Norwich City u wkoll Manchester United.

Ewlenin fost dawn is-sitt klabbs insibu Tottenham u Man Utd li ma jistgħux isibu s-soluzzjoni rebbieħa. Wara 60 sena Spurs għadhom joħolmu li xi darba jerġgħu jirbħu l-kampjonat. Wara li r-riċetta ta’ Mourinho u lanqas tal-Portugiż kollega Nuno Espirito Santo ma ħadmux, iċ-Chairman Danny Levy personaġġ mill-iżjed kuraġġuż u ambizzjuż ħatar imexxi t-tim lit-Taljan Antonio Conte li bħal Mourinho ismu hu marbut ma’ sensiela ta’ suċċessi, l-aktar riċenti r-rebħ tal-Iscudetto Taljan minn Inter. Conte qed jirritorna fil-Premiership wara s-suċċess li kellu ma’ Chelsea fl-ewwel staġun tiegħu fl-istaġun 2016-17 fejn kien ħa f ’idejh it-tim fl-għaxar post u rebaħ ittitlu. Ma’ Chelsea fl-istaġun ta’ wara rebaħ l-FA Cup u wara keċċewh. Conte li ffirma kuntratt sas-Sajf 2023 għandu CV eċċellenti li jinkludi fost l-oħrajn ir-rebħ ta’ tliet Scudetti ma’ Juventus bejn l-2011 u l-2014,

kien kowċ tat-tim nazzjonali Taljan li wasal sal-kwarti tal-finali tal-Euro 2016. Conte għandu reputazzjoni li jħobb jilgħab bissistema tattika ta’ 5-3-2. L-aktar tkeċċija riċenti kienet dik tanNorveġiż Ole Gunnar Solskjaer li Man Utd iddeċidew li jneħħuh wara t-telfa umiljanti ta’ 4-1 li ġarrbu kontra Watford fit-12-il ġurnata. Fit-tliet snin li Solskjaer dam imexxi lil Man Utd nefqu mal-400 miljun sterlina, imma ma rebħu xejn. Sakemm jaħtru maniġer ġdid li jista’ jkun Zidane jew Pochettino, Man Utd mhux mistenni jgħaġġlu biex jaħtru maniġer ġdid, ħatru lill-ewwel kowċ, Michael Carrick biex imexxi t-tim forsi sa tmiem l-istaġun. Żewġ maniġers oħra li rritornaw filPremier hu l-eks-plejer ta’ Liverpool u l-Ingilterra, Steven Gerrard li ngħaqad ma’ Aston Villa wara esperjenza li kienet


SPORTIV

pożittiva bħala maniġer li kellu ma’ Rangers tal-Iskozja u t-Taljan Claudio Ranieri li nħatar maniġer ta’ Watford li fl-Ingilterra jibqa’ mfakkar kif kien mexxa lil Leicester jirbħu l-Kampjonat fi tmiem l-istaġun 201516. Ranieri li nħatar minflok l-Ispanjol Xisco Munoz sar il-15-il manager ta’ Watford minn mindu l-klabb beda jitmexxa mill-familja Pozzo mill-2012. Ranieri kien ukoll maniġer ta’ Fulham flistaġun 2018-19. Ranieri kien diġà kkowċja qabel fl-Ingilterra ma’ Chelsea bejn l-2000 u l-2004. Fil-karriera tiegħu ta’ kowċ li bdiet mill-istaġun 1986-87 hu kkowċja ħafna timijiet rinomati bħal Napoli, Fiorentina, Valencia (darbtejn), Atletico Madrid, Juventus, Roma (darbtejn), Inter, Monaco, it-tim nazzjonali tal-Greċja, Nantes u Sampdoria. Steven Gerrard qed jirritorna filPremiership din id-darba bħala maniġer wara li kien temm il-karriera ta’ plejer ma’ Liverpool fi tmiem l-istaġun 2015-16 wara li kien beda fl-1998 fejn magħhom lagħab 504 logħba li fihom skorja 120 gowl. Gerrard li mal-Ingilterra lagħab 114-il logħba u skorja 20 gowl, beda jikkowċja ma’ LA Galaxy tal-Istati Uniti fl-istaġun 2015-16 qabel ingħaqad ma’ Rangers fl-Iskozja fl-istaġun 2018-19 u li magħhom rebaħ il-kampjonat fl-istaġun ta’ wara. Gerrard fid-debutt tiegħu ma’ Aston Villa rebaħ 2-0 kontra Brighton. Ma’ Aston Villa, Gerrard se jieħu post Dean Smith li tneħħa wara tliet staġuni jmexxi lil Villans. Imma Dean Smith ma damx wisq bla xogħol għax ġimgħa wara ngħata l-inkarigu li jmexxi lil Norwich City wara r-riżenja tal-kowċ Ġermaniż Daniel Farke li kien ilu fit-tmun tal-Canaries millistaġun 2017-18 li magħhom rebaħ żewġ promozzjonijiet miċ-Championship għal Premiership. Ironikament Farke ta r-riżenja tiegħu wara l-ewwel rebħa staġjonali kontra Brentford. Anki Smith iddebutta b’rebħa ta’ 2-1 fuq Southampton, fid-debutt tiegħu fuq il-bank ta’ Norwich City. Maniġer ieħor li tilef postu kien Steve Bruce eks-player ta’ Man Utd minn ma’ Newcastle li kien ilu jmexxihom żewġ staġuni konsekuttivi. Post Bruce ħadu Eddie Howe li nħatar fil-kariga mit-tmexxija l-ġdida tal-klabb ifformat mill-konsorzju mmexxija mill-Gvern tal-Għarabja Sawdita li xtraw il-klabb 300 miljun sterlina. Ilmaniġer il-ġdid Eddie Howe għandu esperjenza ta’ diversi snin imexxu lil Bournemouth fil-Premiership li magħhom għamel tmien snin minkejja l-età tenera tiegħu. Howe llum għandu 43 sena. Ta’ min isemmi li minn dan l-istaġun irritorna wkoll fil-Premiership Rafa Be­ nitez imexxi lil Everton li ma tant sejrin tajjeb. Maniġers oħrajn ġodda huma l-eksinternazzjonali Franċiż u ta’ Arsenal Patrick Viera li jmexxi lil Crystal Palace u l-Portuġiż Bruno Lage li qed imexxi lil Wolves minflok Nuno Espirito Santo li ma ġeddidtx il-

kuntratt biex jingħad ma’ Tottenham. Chelsea fil-vantaġġ Harsa lejn il-klassifika tal-Premiership wara 12-il logħba bejn Chelsea li jinsabu flewwel post u Liverpool li jinsabu fir-raba’ post hemm differenza ta’ sitt punti. IċChampions Ewropej Chelsea tal-Ġermaniż Thomas Tuchel għandhom 31 punt u Liverpool 25 punt. Bejniethom hemm Man City u West Ham li għandhom 23 punt kull wieħed. Fil-ħames post hemm Arsenal li wara sensiela ta’ rebħiet konsekuttivi wara li bdew bi tliet telfiet konsekuttivi għandhom 20 punt, għalkemm it-telfa ta’ 4-0 kontra Liverpool waqfet is-serje ta’ riżultati pożittiiv L-isfel taħthom hemm Man Utd u Brighton li għandhom 17-il punt u Tottenham u Wolves li għandhom 16-il punt. Qed jiddiżappuntaw Man Utd li għad ma jistgħux jaqbdu art minkejja li fit-tim għandhom lura lil Cristiano Ronaldo u ħallsu 74 miljun sterlina għal Jadon Sancho u akkwistaw ukoll lid-difensur internazzjonali Franċiż Varanne. Wara t-telfa iebsa li Man Utd ġarrbu f ’darhom 5-0 kontra Liverpool fl-24 ta’ Ottubru , ġarrbu telfa oħra kbira 4-1 kontra Watford fl-20 ta’ Novembru li ġabet fi tmiemha l-era Solskajer bħala maniġer. Liverpool apparti din ir-rebħa spetakolari, ġew draw 1-1 ma’ Chelsea u 2-2 ma’ Man City f ’Anfield Road u riċenti rebħa oħra tajba ta’ 4-0 kontra Arsenal. Wara 12-il logħba l-attakkant prolifiku ta’ Liverpool, l-Egizzjan Mohammed Salah hu l-aqwa skorer bi 11-il goal. L-aħħar tliet timijiet filklassifika hemm Burnley 9 punti, Norwich City 8 u Newcastle 6 li għadhom mingħajr rebħa waqt li Burnley kisbu rebħa waħda u Norwich tnejn.

25


SPORTIV

M O T O Ċ I K L I Ż M U 26

VALENTINO ROSSI ITEMM KARRIERA BRILLANTI TA' 25 SENA

Il

-motoċiklista Taljan rebaħ disa’ kampjonati mondjali, 115-il tellieqa u l-uniku wieħed fl-isport li rebaħ fil-kategoriji kollha. Ħamsa u għoxrin sena mid-debutt fil-MotoGP ta’ Sepang fil-Malażja, Valentino Rossi, wieħed mill-aqwa motoċiklisti Taljani ta’ kull żmien irtira. Hu saq l-aħħar darba f ’kompetizzjoni

fl-14 ta’ Novembru 2021 fiċ-ċirkwit Ricardo Tormo f ’Valencia fi Spanja. Rossi li llum għandu 42 sena, sar leġġenda fl-isport tal-muturi, rebbieħ ta’ disa’ kampjonati mondjali għax hu l-uniku wieħed li tul il-karriera tiegħu li beda ta’ 17-il sena fl-1996 rebaħ ilkategoriji kollha 125cc, 250cc, 500cc u l-Moto GP. Tul il-karriera tiegħu Rossi dejjem żamm in-numru 46 fuq dahru. Rossi ħa sehem f ’432 bidu ta’ tlielaq li

minnhom rebaħ 115. Riekeb u jsuq Aprilla RS 125, Rossi fl-1996 kien wiċċ frisk u kien fost 13il sewwieq fuq iċ-ċirkwit ta’ Sepang fejn kien spiċċa mal-ewwel sitta u minn dakinhar qatt ma ħares lura. Fl-istess sena kellu sensiela ta’ wirjiet impressjonanti u wara li tela’ fuq ilpodju fil-GP tal-Awstrija kiseb l-ewwel suċċess tiegħu fil-GP tar-Repubblika Ċeka. Il-kritiċi sa mill-ewwel darba


SPORTIV

li raw lil Rossi jikkompeti, bassru li kien se jkollu l-karriera brillanti kif kellu. Kien fl-1997 li sar Champion tad-Dinja 125cc għall-ewwel darba bi 11-il rebħa minn 15-il tellieqa. Minnufih Aprilla raw il-potenzjal ta’ Rossi u tawh promozzjoni għax beda jieħu sehem fil-kategorija 250cc fejn mill-ewwel ħames tlielaq kiseb tliet rebħiet u minkejja li lejn tmiem l-istaġun kiseb erba’ rebħiet konsekuttivi, Rossi li issa kellu 19-il sena, kellu jikkuntenta bit-tieni post fil-klassifika finali tal-kampjonat wara Loris Capirossi. Fl-1999, Rossi kien iċ-Champion tal-250cc bi 48 punt vantaġġ fuq il-Ġappuniż Tohru Ukawa riekeb Honda. Rossi ssiġilla dan it-tieni titlu tiegħu wara li rebaħ il-GPs ta’ Spanja u l-Italja u seba’ rebħiet oħra. Rossi wettaq il-qabża ta’ kwalità għax fis-sena ta’ wara kien promoss għall-kategorija premier malHonda NSR 500 u mill-ewwel ħalla l-marka tiegħu ankè jekk fl-ewwel żewġ tlielaq ma kienx irnexxilu jtemmhom. Imma l-podji f ’din il-kategorija millewwel bdew ġejjin u l-ewwel wieħed kien f ’Jerez fi Spanja u l-ewwel rebħa kisibha f ’Donington Park u minkejja li kiseb it-tieni rebħa f ’Rio de Janeiro it-titlu kien rebħu Kenny Roberts Jnr mal-qalba ta’ seklu ġdid. Wara biss staġun wieħed isuq fl-ogħla kategorija, Rossi sar isem sinonimu mal-isport u fl-2001 rebaħ

l-ewwel Kampjonat Mondjali tiegħu fil-kategorija 500cc bi 11-il rebaħ minn 16-il tellieqa fejn kien ġera b’dan il-kampjonat minkejja il-preżenza ta’ Max Biaggi. Rossi kien spiċċa 108 punt quddiem Biaggi biex intemmet l-era ta’ Rossi fuq mutur twostroke. Fid-debutt fil-Moto GP, Rossi kompla bilkarriera rebbieħa tiegħu u żied il-marġni talvantaġġ għal 140 punt b’Alex Barros u Max Biaggi jkunu l-uniċi motoċiklisti l-oħra li rreġistraw rebħiet. Fl-2003, Rossi kiseb l-aħħar suċċess tiegħu fuq mutur Honda qabel sieħeb il-Yamaha fl-2004 fejn irnexxilu jirbaħ żewġ titli mondjali oħra qabel tilef dan it-titlu fl-2006. Kien għelbu Nicky Hayden u fis-sena ta’ wara kien rebaħ it-titlu, Casey Stoner. In-numru 46 reġa’ rritorna għall-glorja fl-2008 u fl-2009 qabel it-Taljan kellu jerġa’ jċedi t-titlu fl2010 fejn ir-rebbieħ kien Jorge Lorenzo li miegħu kellu relazzjoni mill-aqwa. Fl-2011, Rossi ngħaqad mal-fabbrika tat-tim Ducati. F’żewġ staġuni fuq id-Ducati, Rossi tela’ fuq il-podju tliet darbiet biss. Is-sewwieq minn Tavulla rritorna mal-Yamaha fl2013 biex irnexxilu jikseb l-ewwel rebħa fi tliet snin f ’Essen. Fl-2014 hu spiċċa runner-up u sena wara ttanta jirbaħ l-għaxar titlu, iżda kien ċaħħdu minn dan Jorge Lorenzo. Fl-2016 Rossi reġa’ rebaħ aktar pole-

positions, podji u ankè rebħiet bit-Taljan ikollu jerġa’ jikkuntenta bit-tieni post. Fl-2017 Rossi rebaħ il-GP Olanda qabel itTabib kif kien magħruf fost sħabu s-sewwieqa kien sfortunat li kiser siequ qabel il-GP ta’ San Marino imma rritorna tliet ġimgħat wara f ’Aragon, imma rebaħ podju ieħor wara taqtigħa ma’ Marc Marques tal-Honda f 'Philip Island fl-Awstralja. Rossi kompla mal-Yamaha u kien mal-aqwa tlieta fil-Kampjonat imma rebaħ żewġ podji oħra s-sena ta’ wara, iżda ma rebaħx fiż-żewġ staġuni. L-aħħar darba li Rossi sprejja x-xampanja fuq ilpodju kien fl-2020 meta rnexxilu jispiċċa fit-tielet post f ’Jerez fil-bidu tal-istaġun. Fl-2021, Rossi rritorna ma’ tim satellita wara 19-il sena biex wara li ngħaqad mal-Petronas SRT biex ingħaqad ma’ wieħed mill-gradwati tiegħu mill-Akkademja VR46, Franco Morbidelli. Jidher li dan kien l-aħħar kapitlu fl-istorja ta’ dan il-leġġendarju b’karriera brillanti, mhux se tkun l-aħħar darba li Rossi jidher fil-paddock għax għall-kampjonat 2022, l-Akkademja tiegħu VR46 se tingħaqad mad-Ducati u l-kampjonat Moto GP. Il-kummentatur veteran ta’ dan l-isport Nick Harris qal li qatt ma kien hemm xi ħadd bħal Valentino Rossi li kiseb daqstant suċċessi fi 73 sena ta’ tlielaq tal-muturi. 27


SPORTIV

ALEX DEGABRIELE

JIRBAĦ IL-BOV MASTERS TOP 8 TENNIS TOURNAMENT

Alex Degabriele huwa r-rebbieħ tal-BOV Masters Top 8 Tennis Tournament. Delicata għeleb lil Liam Delicata 6-4 4-6 6-2 fil-finali tat-tournament li sar fil-Marsa Sports Club. Il-BOV Masters Top 8 tournament huwa l-aħħar kampjonat tas-sena kalendarja, organizzat mill-Federazzjoni Maltija tat-Tennis bl-appoġġ tal-Bank of Valletta u jara l-aqwa 8 plejers klassifikati li huma eliġibbli biex jirrappreżentaw lil Malta f ’avvenimenti internazzjonali jissieltu għall-aħħar tournament tas-sena. Degabriele, 17 u Delicata, 20, urew għaliex huma meqjusa bħala l-aktar prospetti brillanti ta’ Malta fit-tennis, b’wirja mill-aqwa ta’ ħila u atletiċità. Degabriele lagħab stil ferm aggressiv mill-bidu, fejn kiser l-ewwel serve ta’ Delicata biex rebaħ l-ewwel set. Sensiela ta’ breaks u logħob difensiv b’saħħtu raw lil Delicata jirbaħ it-tieni set, madankollu l-istil ta’ tennis ta’ attakk ta’ Degabriele raħ jikseb it-tielet set biex jikseb it-titlu.

Stefan Abela, Manager, CSR u Komunikazzjoni fil-Bank of Valletta u David Farrugia Sacco, President tal-Malta Tennis Federation fil-preżenza ta’ Charlene Attard, Direttur talIsports fi ħdan il-Kumitat Olimpiku Malti ppreżentaw ittrofew liċ-champion il-ġdid. Din hija d-9 edizzjoni tat-tournament BOV Masters Top 8 li qed tibbenefika mill-appoġġ tal-Bank of Valletta f ’konformità mal-Impenji ESG tal-Bank 28


THE CATHEDRAL OPTICAL G’Manġia 21226020 - B’Kara 21490213 - Żebbuġ 21465768 - Fgura 21673332 Naxxar 21 431 152 - B’Buġia 21421 976 - Rabat 21450845 - Luqa 21895248 Qormi 21488950 - Attard 21418315 - San Ġwann 21383947

one hour service


SPORTIV 0 #1B6 RU 2021 DIĊEM

B’XEJN MA’ L-ORIZZONT

NAZZJONIJIET UNITI GĦAL YACHTING MALTA COASTAL RACE

Y a c h t i n g M a lta


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.