Sportiv 153

Page 1

SPORTIV 3 #1B5 RU 2019 DIĊEM

B’XEJN MA’ L-ORIZZONT

NICOLAI MUSCAT

INTERVISTA

MAPFRE MIDDLE SEA EUROMED REGATTA

tiċċelebra l-20 Edizzjoni

Y a c h t i n g M a lta

www.yachtingmalta.org


ĦALLAS FAĊILMENT NIŻŻEL L-APP ILLUM

Kellimna | 2131 2020 | bov.com Maħruġ mill-Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130. Il-Bank of Valletta p.l.c. hija kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata regolata millAwtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji u liċenzjata biex toffri l-kummerċ bankarju f’termini tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju (Kap. 371 tal-Liġijiet ta’ Malta).


SPORTIV

SPORTIV

#1BR5U 20319 DIĊEM

Magazin Sportiv ta’ kull xahar

E D I T O R J A L

N

insabu fi tmiem ta’ xahar ieħor, dak sabiħ ta’ Diċembru u għal darba oħra qiegħed nerġgħu nwasslulkom edizzjoni oħra talmagazine sportiv favorit tagħkom. F’din l-edizzjoni se nagħtu ħarsa qabel xejn lejn il-ħidma mwettqa minn SportMalta b’risq l-isportivi Maltin matul din is-sena u s-serata ta’ preżentazzjoni organizzata mill-Kumitat Olimpiku Malti. Dan biex tkompli tixxettel kultura sportiva. Nagħtu ħarsa wkoll lejn it-tkomplija tal-kampjonat Premier lokali, l-open internazzjonali tad-darts u l-unuri mirbuħa individwalment fil-basketball u l-waterpolo lokali. F’din l-edizzjoni wkoll ma jonqsux artikli oħra mill-aktar interessanti fosthom dwar ibburdjar, pool u volleyball. Insibu wkoll artikli oħra informattivi dwar l-isport f ’Għawdex u football internazzjonali u anki intervisti ma’ personalitajiet. Issibu wkoll ilkompetizzjonijiet ta’ kull xahar tant imfittxija millqarrejja tagħna. Dan kollu jagħmel il-magazine Sportiv l-għażla tagħkom. Ħajr imur lejn il-kollegi, kontributuri u fotografi ta’ diversi entitajiet li jkomplu jagħmlu dan il-magazine aktar interessanti. Flimkien inkomplu naħdmu biex Sportiv...jibqa l-uniku u l-aqwa magazine ta’ kull sportiv Malti u Għawdxi. Finalment nieħu l-opportunita’ biex f ’ismi u f ’isem il-kollegi tiegħi nawgura lilkom qarrejja tagħna l-Milied it-Tajjeb u s-Sena t-Tajba.

Kenneth Vella

kennethvella@hotmail.com sportiv@unionprint.com.mt

Xhur mimlija kompetizzjoni mill-

MALTA POOL ASSOCIATION I

l-Malta Pool Association għadha kif temmet l-organizzazzjoni ta’ erba’ ‘Ranking Tournaments’ validi għall-kwalifikazzjoni għall-kampjonati Ewropej li ser isiru ġewwa pajjiżna bejn is-16 u l-21 ta’ Frar.

Fil-kategorija ta’ l-irġiel kien hemm mhux anqas minn 103 player li ħadu sehem. Fl-ewwel tournament kellna r-rebħa ta’ Anton Cuschieri, ex champion Ewropej u rebbieħ tal-World Master Tournament, li fil-finali xejjen l-isfida ta’ Kevin Mercieca b’ rebħa kbira ta’ 8-1. Fit-tieni serje Johan Attard kien f ’ forma brillanti meta fil-finali għeleb lil Wayne Bonnici bliskor ta’ 8-3. L-ex champion Ewropew Clayton Attard kien ir-rebbieħ tattielet edizzjoni meta fil-finali għeleb lil Chris Tabone bl-iskor ta’ 8-3. Flaħħar tournament ta’ kwalifikazzjoni r-rebħa marret għand Lyden Debono li għeleb lil Jason Agius 8-3 fil-finali. Fil-kategorija ta’ l-fuq minn ħamsin sena kien Marcel Micallef li rebaħ l-ewwel tournament meta għeleb lil Marco Bonello 8-7 fil-finali. Ray Caruana kiseb rebħa kbira ta’ 8-1 fuq Brian Grech fil-finali tat-tieni edizzjoni filwaqt li Tonio Mifsud kellu jitħabat biex għeleb lil Manuel Mallia 8-7 filfinali tat-tielet tournament. Ir-raba’ u l-aħħar tornew ġie mirbuħ minn ex championn tad-dinja Christ Mills li fil-finali għeleb lil Stephen Scicluna 8-3. Il-kategorija taż-żgħażagħ ta’ taħt it-tlieta u għoxrin sena fetħet b’rebħa ta’ Dejan Grech fuq Scott Muscat bl-iskor ta’ 8-2 filwaqt li Leon Azzopardi kiseb ir-rebħ tat-tieni tournament b’rebħa fuq Owen Amato bl-iskor ta’ 8-5. It-tielet tournament ra r-rebħa ta’ Scott Muscat, champion Ewropew tal-kategorija, meta għeleb lil Dejan Grech 8-5 fil-finali. Leon Azzopardi kiseb ir-rebħ tat-tieni tornew ta’ l-istaġun meta għeleb lil Scott Muscat 8-2 fil-finali. Fil-kategorija taż-żgħażagħ ta’ taht it-tmintax -il sena kien Steven Muscat li rebaħ l-ewwel edizzjoni meta fil-finali għeleb lil Liam Mifsud bl-iskor ta’ 8-7. Neil Caruana ħareġ rebbieħ fit-tieni tornew tal-kategorija meta għeleb lil Nordai Desira bl-iskor ta’ 8-6 fil-finali. It-tielet serje ġiet mirbuħa minn Liam Mifsud li fil-finali għeleb lil Steven Muscat 8-5 filwaqt li l-aħħar tornew ġie mirbuħ minn Nordai Desira li għeleb lil Liam Mifsud bl-iskor ta’ 8-7.

Dipartiment tal-Avviżi 25900200 / 230 / 235 adverts@unionprint.com.mt Disinn Stacy Grech design@unionprint.com.mt Ritratti Roger Azzopardi , Christine Borg, Dominic Borg, Tonio Magro, Walter Sargent, Paul Zammit Cutajar, Joe Borg, Ian Aquilina, Wally Galea, Mario Micallef, Catriel Farrugia, Kurt Arrigo. SPORTIV huwa ppubblikat u stampat minn Union Print Co. Ltd, Marsa. Dan il-magażin jingħata b’xejn mal-ġurnal l-orizzont u l-ebda parti minnu ma tista’ tiġi kkoppjata mingħajr il-permess bil-kitba tal-pubblikaturi.

P O O L

1


2019

SPORTIV

S P O R T M A L T A 2

I

s-sena 2019 kienet waħda impenjattiva għal SportMalta. Sena ta’ ħidma u proġetti bil-għan li tkabbar dejjem aktar l-attivita’ sportiva f ’pajjiżna filwaqt li tara li l-isportivi lokali jkollhom strutturi u faċilitajiet ta’ livell għoli.

Rinovar fil-korsa tal-Atletika fil-Marsa Fost prijoritajiet ta’ SportMalta matul is-sena 2019 kien hemm proġetti fuq l-infrastruttura sportiva tal-pajjiż bil-għan li l-pubbliku malti jgawdi minn faċilitajiet ta` livell u bħala tħejjija għas-sena 2023 meta pajjiżna se jospita l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa fl-2023. Ġie inawgurat il-proġett imwiegħed tar-rinovar tal-korsa tal-atletika fil-Marsa Sports Complex minn SportMalta, li se tkun tista’ tilqa’ fiha kompetizzjonijiet ta’ livell internazzjonali. Ix-xogħol kien jinkludi fost oħrajn il-qlugħ talwiċċ sintetiku kollu, tiswijiet fuq il-wiċċ tal-asfalt, livellar totalment ġdid tar-run-ups tal-javelin u tal-parti riservata għall-pole vault u l-high jump. Il-wiċċ sintetiku ġdid fuq livell huwa ta’ Kategorija 1 tal-IAAF li huwa l-ogħla kategorija għal faċilità tal-atletika. Dan ifisser li t-trakka tal-Marsa għandha wiċċ sintetiku li jilħaq livell Olimpiku.

Ċentri sportivi ġodda f ’Pembroke u l-Marsa Tħabbar investiment f ’faċilitajiet sportivi li se jikkonsistu f ’ċentru tat-tennis f ’Pembroke u ċentru għall-isquash u l-weightlifting filMarsa Sports Grounds. Il-proġett taċ-Ċentru tat-Tennis, f ’Pembroke, se jkun maqsum f ’żewġ fażijiet. L-ewwel fażi se tara l-bini ta’ sitt tennis courts filwaqt li t-tieni fażi se tara l-kostruzzjoni ta’ tennis house. Il-proġett taċ-ċentru għallisquash u l-weightlifting, flimkien ma’ żewġ netball courts fil-Marsa Sports Ground, hu ppjanat fuq żewġ sulari. Grawnd tal-futbol ġdid f ’Marsaskala Tlesta wkoll ix-xogħol li kien għaddej fil-grawnd tal-futbol f ’Marsaskala minn SportMalta biex b’hekk ikun jista’ jitgawda mill-komunità. Ix-xogħlijiet li saru fil-grawnd


SPORTIV

SENA TA’ ĦIDMA GĦAL

SPORTMALTA

Titjieb f ’aktar spazji miftuha fil-lokalitajiet F’Mejju tħabbar proġett mifrux fuq sentejn għal siti varji li jinvolvi spazji miftuħa fil-qasam sportiv madwar Malta u Għawdex. Il-proġetti u l-lokalitajiet identifikati sa issa huma fillokalità ta’ Ħal Far fil-laboratorju tal-paċi fejn se

jiġi żviluppat outdoor gym; se jiġi żviluppat outdoor gym f ’Ta’ Żwejt fil-lokalità ta’ San Ġwann; se jiġu rinovati l-playing field u l-pitch fi Triq Falaise fil-lokalità ta’ Pembroke; u se ssir manutenzjoni fil-faċilità tad-diżabilità li tinkludi basketball court wara l-Faċilità Korretiva ta’ Kordin fil-lokalità ta’ Raħal Ġdid. B’dan l-investiment bosta familji se jgawdu minn spazji miftuħa fil-lokalitajiet tagħhom li jinkludu wkoll manutenżjoni ta’ pitches. SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali Għal sena oħra SportMalta flimkien mal-Għaqda Ġurnalisti Sports organizzat l-SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali. Serata li saret fi Frar u matulha ġew rikonoxxuti dawk l-isportivi li spikkaw matul is-sena 2018. Ir-rebbieħa f ’din l-edizzjoni

bosta familji se jgawdu

minn spazji miftuħa

kienu jinkludu t-tħammil u l-irdim, kostruzzjoni ta’ konkos ġdid għall-art, waterproofing, manifattura tal-gradi tal-ħadid, alterazzjoni għall-ħitan tal-ġebel, alterazzjoni fir-rampi għall-aċċessibilita’ flimkien ma’ xogħlijiet oħrajn. Dan il-proġett kien fost lista twila ta` proġetti li SportMalta għandha u li se jiġu konklużi fi żmien li ġej. Apparti dan il-grawnd f ’Marsaskala tkompa l-proġett tal-pixxina indoor fil-Kottonera, binja għal Ġinnastika filMarsa, kif ukoll tkomplew il-faċilitajiet f ’Maria Assunta.

fil-lokalitajiet tagħhom

3


SPORTIV

4

Grazzi għal SportMalta,

diversi assoċjazzjonijiet,

S P O R T M A L T A

kienu t-tiraturi Brian Galea u Eleonor Bezzina bħala l-isportiv u l-isportiva tas-sena. Il-bowler Sara Xuereb u l-plejer tal-Squash Kijan Sultana ġew ivvutati bħala l-aħjar sportivi żgħażagħ. Anna Calleja ta’ Special Olympics Malta intagħżlet bħala l-uffiċjal tas-sena, Karl Izzo tal-Waterpolo bħala l-coach tas-sena, it-team nazzjonali tal-Irġiel tal-Basketball ġie vvutat t-team tas-sena. It-triatleta Fabio Spiteri rebaħ il-votazzjoni tal-pubbliku.

klabbs u atleti reġgħu

bbenefikaw minn għajnuniet

finanzjarji.

Ġimgha Ewropeja tal-Isport Bejn it-23 u t-28 ta’ Settembru, għall-ħames sena konsekuttiva Malta ngħaqdet ma’ pajjiżi oħra ewropej sabiex torganizza l-ġimġħa ewropeja għall-isport. Din is-sena, SportMalta ddeċidiet li tmur aktar viċin in-nies billi torganizza l-attivitajiet prinċipali fil-lokalitajiet minflok fil-kumplessi sportivi tagħha. L-attivita’ tal-ftuħ saret fl-20 ta’ Settembru fil-pjazza taż–Żejtun u kienet tinkludi dixxipini sportivi ta’ pajjiżi differenti, fosthom illoghba maltija tal-Boċċi. Fil-25 ta’ Settembru fil-pjazza ta’ Raħal Ġdid ġiet organizzata serata ta’ żfin fosthom Salsa u Line Dancing. Għal sena oħra l-attivita’ tal-egħluq saret fil-kumpless sportiv ta’ Ħal Kirkop b’festival ta’ sports fosthom table tennis, badminton, ċikliżmu, motorsport, foot volley, klassijiet tal-fitness u hafna ohrajn. Anke l-istudenti kellhom iċ-ċans li jieħdu sehem filĠimgħa Ewropeja tal-Isport b’ġurnata ddedikata lill-isport fl-iskejjel. Jissaħħaħ il-programm OntheMove OnTheMove kompla jissaħħaħ dejjem aktar bi programm dinamiku f ’madwar 50 dixxiplina sportiva differenti f ’għaxar lokalitajiet f ’Malta u Ghawdex. Fost dawn hemm il-programm immirat għall-ġenituri u t-tfal li huwa miftuħ għal trabi ta’ sitt xhur sa tfal ta’ 3 snin. Dan jgħin sabiex il-ġenituri jitgħallmu kif jimmotivaw lil uliedhom f ’attivita’ fiżika. Hemm ukoll ilprogramm SportSTART li jintroduċi lit-tfal għal sports differenti. Huwa mod kif jgħaqqad il-fażi tal-


SPORTIV

Fundamentals mal-għażla ta’ sport partikolari li jkun jogħġob lit-tfal. Min naħa l-oħra l-programm għall-adulti jinkoraġġixxi lillġenituri sabiex jinvolvu ruħhom f ’attivita’ sportiva imqar darba fil-ġimgħa. Parteċipazzjoni rekord fis-Summer on the Move Iktar minn 7000 parteċipant ħadu sehem fis-Summer on the Move, programm li offra opportunità sabiex it-tfal u l-adulti jieħdu sehem f ’attivitajiet sportivi tul is-sajf. Minbarra l-għażla kbira ta’ sport, ġranet, ħinijiet u postijiet offruti, il-programm Summer on the Move kellu attivitajiet għal diversi etajiet fl-istess ħin u dan għamilha possibbli biex familji setghu jieħdu sehem kollha flimkien. Il-programm offra minimu ta’ sagħtejn filġimgħa sa sitt siegħat kuljum. #Be Active Workplace Award Il-ħidma ta’ SportMalta ġiet rikonoxxuta bir-rebħ tal-unur ta` #BeActive Workplace waqt ċerimonja li saret fil-kapitali Ungeriża Budapest f ’Ottubru. L-unur ġie ppreżentat millKumissarju Ewropew ghal Edukazzjoni, Sport u Kultura, Tibor Navracsics. Din kienet il-ħames edizzjoni ta` dan l-unur u li għalih kien hemm 63 nomina li finalment ġurija apposta għażlet tlett finalisti. Flimkien ma` SportMalta, kien hemm ukoll l-Ungerija kif ukoll l-Estonja. Il-proġett Malti kien iffukat fuq l-inattivita’ filpost tax-xoghol, bi SportMalta tippreżenta pjan ta` azzjoni u konkret sabiex il-ħaddiema tagħha jkunu aktar attivi. Barra minn sport varju milgħub fil-ħin tax-xogħol, SportMalta għamlet serje ta` inizzjattivi għal ħaddiema fi ħdanha biex jgħixu ħajja iktar attiva u b’saħħitha. Aktar għajnuniet finanzjarji għall-isportivi u l-assoċjazzjonijiet Grazzi għal SportMalta, diversi assoċjazzjonijiet, klabbs u atleti reġgħu bbenifikaw minn għajnuniet finanzjarji. Ammonti ġew mgħoddija lil madwar 40 klabb sportiv għal skemi differenti fosthom l-Investiment għal Faċilità, l-Iskema għal Tagħmir Tekniku, l-Iskema għall-Parteċipazzjoni Internazzjonali u għal Elite Athlete Development. SportMalta allokat ammont finanzjarju lill-komunita’ tal-Motorsport li ħa tkun qed tgħaddi lil SportMalta r-rakomandazzjonijiet għall-benefatturi. Dawn il-fondi ma jinkludux l-assistenzi li diġa’ ġew imwegħda minn ftehim ma’ ċerti organizzazzjonijiet sportivi, bħal ftehim li SportMalta għamlet fl-2017 mal-Kumitat Olimpiku Malti. Għal din is-sena wkoll SportMalta b’kollaborazzjoni mal-Bank of Valletta, nediet l-iskema tal-Youth Development Scheme li tagħti assitenza finanzjarja lill-atleti żagħżagħ li jkunu jixtiequ jipparteċipaw f ’kompetizzjonijiet internazzjonali jew training camps. 26 atleta qed jibbenefikaw minn din l-iskema.

5


LEWIS SPORTIV

Qed jiġi segwit mill-Ferrari?

HAMILTON għas-sitt darba

Klassifika tas-Sewwieqa

F O R M U L A 1 6

Poż. Sewwieq

Team

Pti

1.

Lewis Hamilton

Mercedes

413

2.

Valtteri Bottas

Mercedes

326

3.

Max Verstappen

Red Bull

278

4.

Charles Leclerc

Ferrari

264 240

5.

Sebastian Vettel

Ferrari

6.

Carlos Sainz Jr

McLaren

96

7.

Pierre Gasly

Toro Rosso

95

8.

Alexander Albon

Red Bull

92

9.

Daniel Ricciardo

Renault

54

10.

Sergio Perez

Racing Point

52

11.

Lando Norris

McLaren

49

12.

Kimi Raikkonen

Alfa Romeo

43

13.

Daniil Kvyat

Toro Rosso

37

14.

Nico Hulkenberg

Renault

37

15.

Lance Stroll

Racing Point

21

16.

Kevin Magnussen

Haas

20

17.

Antonio Giovinazzi

Alfa Romeo

14

18.

Romain Grosjean

Haas

19.

Robert Kubica

Williams

1

20.

George Russell

Williams

0

8

Klassifika tat-Timijiet Poż.

Team

1.

Mercedes

739

Pti

2.

Ferrari

504

3.

Red Bull

417

4.

McLaren

145

5.

Renault

91

6.

Toro Rosso

85

7.

Racing Point

73

8.

Alfa Romeo

57

9.

Haas

28

10. Williams 1

I

ċ-champion renjanti tal-Formula Wieħed, il-Britanniku Lewis Hamilton (Mercedes) temm il-kampjonatm ta’ din is-sena fuq nota mill-aktar pożittiva meta rebaħ ukoll l-aħħar Grand Prix, dak ta’ Abu Dhabi.

Huwa kiseb ħin ta’ 1:34:05.715, segwit millOlandiż Max Verstappen (Red Bull) u dak minn Monaco, Charles Leclerc (Ferrari). Hamilton, beda mill-pole position u żamm ilvantaġġ sat-tmiem b’mod mill-aktar komdu. B’hekk din kienet il-11-il rebħa ta’ dan ilkampjonat minn 21 tiġrija biex laħaq ir-rekord tiegħu stess, fl-2014 u fl-2018. Barra minn hekk dan kien is-sitt suċċess personali tiegħu wara dawk tal-2008, 2014, 2015, 2017 u 2018. Sadanittant, Hamilton qed jiġi segwit mitteam tal-Ferreri li matul dan il-kampjonat iddi­ żappuntaw bil-kbir. Il-prinċipal tat-team Taljan, Mattia Binotto, ta indikazzjoni li huma jinsabu interessati ħafna li jiffirmaw lil dan is-sewwieq li huwa meqjus bħala leġġenda. Huwa qal: “Bla dubju, Lewis huwa sewwieq fantastiku kif ukoll minn fost l-aqwa fl-istorja tal-Formula Wieħed. Konxji mill-fatt li l-kuntratt tiegħu jintemm fl-2021, aħna se nkunu qed insegwu kull progress. Iżda fil-veritá għadu kemmxejn kmieni biex wieħed jieħu xi deċiżjoni. Ninsabu kuntenti bis-sewwieqa li għandna iżda Lewis huwa sewwieq uniku.” Bla dubju, dan il-kumment ta’ Binotto kien twissija għas-sewwieq Ġermaniż, Sebastian Vettel, li jidher li m’għandux futur mal-Ferrari. Dan minbarra li b’dawn l-istess kummenti, Binotto qed jipprova jiddistabilizza r-relazzjoni bejn Hamilton u l-Mercedes.


KAMPJONAT

PREMIER

Floriana se jagħlqu l-ewwel round waħedhom fl-ewwel post?

F O O T B A L L

SPORTIV

M

eta fadal ġurnata waħda biss biex jintemm l-ewwel round, il-mistoqsija hija jekk hux Floriana se jagħlqu l-ewwel parti tal-kampjonat fil-quċċata waħedhom. Dan minħabba li għandhom konfront delikat kontra r-rivali antiki, Sliema Wanderers, filwaqt li Gzira United, li jinsabu fit-tieni post bi tliet punti taħt l-istess Floriana, jilagħbu kontra Hibernians. Għaldaqstant, Floriana jistgħu jkabbru l-vantaġġ f ’ras il-klassifika jew inkella jiġu milħuqa millMaroons. F’każ li ż-żewġ timijiet jiksbu l-istess riżultat ... kollox jibqa’ kif kien. Il-pressjoni tinsab kollha fuq Floriana minħabba l-fatt li fl-aħħar tliet logħbiet ma tantx impressjonaw. Huma fallew erba’ punti fid-draws kontra Hibernians (2-2) u Hamrun Spartans (0-0) biex kellhom jitħabtu kontra Sta Lucia fejn ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-1. Gzira United ġejjin minn żewġ rebħiet identiċi ta’ 3-1 fuq Senglea Athletic u Mosta u għaldaqstant jinżlu għall-konfront kontra Hibernians b’moral għoli. Min-naħa tagħhom il-Pawlisti ġejjin minn rebħa (Balzan 2-1) u draw kontra Valletta (1-1) u għaldaqstant xejn għajr minn rebħa ma tissodisfa l-kriterji tagħhom hekk kif jinsabu distakkati b’seba’ punti mil-leaders. Anke Valletta għandhom partita diffiċli kontra Hamrun Spartans fejn iż-żewġ timijiet jinżlu għal rebħa biex jibqgħu jimmiraw għall-obbjettivi tagħhom - Valletta biex jisfidaw għar-rebħ tattitlu u Hamrun Spartans biex jikkwalifikaw għallUEFA Europa League. Sirens, it-team rivelazzjoni u s-sorpriża ta’ dan il-kampjonat fl-ewwel avventura tagħhom fl-ogħla diviżjoni, jilagħbu kontra Birkirkara li huma l-akbar diżappunt ta’ dan ilkampjonat fejn jinsabu fin-naħa t’isfel tal-klassifika u għandhom bżonn il-punti fit-tentattiv li jeħilsu mill-periklu. Team ieħor li ddiżappunta huwa dak ta’ Balzan, li jinsab fis-seba’ post tal-klassifika, fejn se jiltaqa’ kontra St Lucia, li ilhom ma jirbħu għal dawn l-aħħar tmien partiti. Żewġ konfront li jirrigwardjaw in-naħa t’isfel tal-klassifika huma Mosta v Gudja United u Senglea Ahtletic v Tarxien Rainbows. Filwaqt li dawn tal-aħħar huma destinati li jitilfu posthom hekk kif ma kisbu l-ebda punt minn 12-il partita, id-differenza bejn it-tliet timijiet l-oħra hija dik ta’ tliet punti u jinsabu fl-aħħar postijiet.

KIF JINSABU Floriana Gzira U. Valletta Sirens Hibernians Hamrun S. Balzan Sliema W. Gudja U. Birkirkara Mosta Senglea A. Sta Lucia Tarxien R.

L R D T F K P 12 8 4 0 23 7 28 12 7 4 1 26 7 25 11 6 3 2 20 11 21 11 6 3 2 18 17 21 11 6 2 3 18 12 20 12 4 6 2 16 12 18 12 4 3 5 20 19 15 12 4 2 6 14 14 14 12 3 5 4 17 21 14 12 3 4 5 16 16 13 12 4 1 7 16 24 13 12 3 3 6 12 22 12 12 2 4 6 9 19 10 11 0 0 11 10 34 0 7


NICOLAI MUSCAT SPORTIV

A T S I V R E T N I A V I S S U L K S E

F O O T B A L L 8

il-100 debuttant għal Malta fl-Istadium Nazzjonali

I

l-player żagħżugħ Nikolai Muscat huwa player ferm importanti għal Gzira United li għamel iddebutt tiegħu mat-team nazzjonali fit-telfa ta’ 2-1 kontra n-Norveġja.

Interessanti huwa l-fatt li Muscat kien il-100 debuttant ta’ Malta fl-Istadium Naz­zjonali ... meta nhar it-18 ta’ Novembru, li għadda, fl-etá ta’ 23 sena, 4 xhur u 5 ijiem, lagħab għall-ewwel darba bil-flokk nazzjonali meta fis-70 minuta huwa daħal jilgħab fil-post ta’ Rowen Muscat. Barra minn hekk huwa wkoll il-100 player li għamel id-debutt bejn l-etajiet ta’ 21 u 25 sena.

X’emozzjoni ħassejt fid-debutt tiegħek mat-team nazzjonali? Li tkun mgħajjat mat-team nazzjonali jkun diġá unur kbir ... li tilgħab u tirrappreżenta lil pajjiżek hija emozzjoni indiskrevibbli. Hija l-ħolma ta’ kull atleta li jkun irid jirrappreżenta lil pajjiżu. Jiena nkun motivat ħafna biex fis-sessjoni ta’ taħriġ nilgħab tajjeb għalkemm ninsab konxju li hemm kompetizzjoni kbira biex tilbes il-flokk nazzjo­nali minħabba li hawn ħafna żgħażagħ tampari u oħrajn stabbiliti li wkoll qed iħabbtu l-bieb tatteam nazzjonali. X’tikkummenta fuq l-ex coach tat-team nazzjonali, Ray ‘Żażu’ Farrugia? Il-coach Ray ‘Żażu’ Farrugia għamel l-almu tiegħu kollu biex joħroġ dak li jista’ minn kull player u ttrasformah f ’pożittività għat-team. Kien hu li għajjatli u tani d-debutt mat-team nazzjonali u ta’ dan jien ninsab grat ħafna lejh. X’tikkummenta fuq il-per­ċezzjoni negattiva li ddur madwar it-team nazzjonali minn bosta setturi? Ma tantx hemm fuq xiex titkellem. Bħala perċezzjoni naħseb li m’aħniex inkunu konsistenti u bħala opinjoni ma naħsibx li tgħinna billi dejjem naddattaw għallformazzjonijiet tat-team oppost. Naħseb li hemm bżonn nesperimentaw iktar u ma nibqgħux inkunu daqstant difensivi. Kemm sibtha diffiċli fl-istaġun li għadda li filwaqt li kont tilgħab u tinżel għat-taħriġ ridt ukoll tikkonċentra fl-istudji tiegħek? Nistqarr miegħek li kien diffiċli minħabba l-ammont ta’ xogħol u studju li kelli. Fil-bidu kont qed nilgħab b’mod regolari iżda mbagħad bdew jiżdiedu l-assignments u dawn riedu jitlestew u jas­lu fil-ħin għand l-għalliema rispettivi. Kollox beda jaħbatli f ’daq­ qa: assignments, taħriġ u logħob matul tmiem il-ġimgħa. Kien żmien diffiċli iżda meta ġejt imsejjaħ fil-prattika, dejjem tajt il-mija fil-mija tiegħi. Minkejja kollox minn hawn nixtieq nirringrazzja lill-coach u lill-kumitat kollu fi ħdan Gzira United li tawni s-sapport kollu neċessarju.


SPORTIV

Nemmen ħafna li trid tkun organizzat u fuq kollox tqassam il-ħin tiegħek jekk trid tkun player li tirnexxi. X’tikkummenta fuq dan l-istaġun ma’ Gzira United? Rigward dan l-istaġun qed inħossni kunfidenti li mmorru aħjar milli diġà morna f ’dawn l-aħħar sentejn. Ninsabu grupp magħqud u hemm kompetizzjoni b’mod pożittiva għall-pos­ti­jiet. Kull team qed jarma bi players tajbin u ċert li se jkun staġun diffiċli għal kulħadd. X’inhuma l-kummenti tie­għek fuq il-coach Giovanni Tedesco u fuq il-president Sharlon Pace? Il-coach Giovanni Tedesco huwa coach bravu ħafna. Għandu abbilità li jimmotivak bil-kliem li jgħid qabel il-logħba u anke waqt il-mistrieħ. Minnaħa l-oħra Sharlon Pace huwa president li jgħinek, huwa magħqud mat-team u entużjast ferm għallfutur ta’ Gzira United.

Ninnota li kull meta tidħol tilgħab bħala sostitut, tiskorja xi goal tajjeb jew inkella tkun determinanti biex xi ħadd minn sħabek jiskorja ... Iva, jien nipprova li meta nidħol nilgħab, nagħti dak kollu li naf fil-football. Ikolli motivazzjoni kbira li naqta’ figura tajba. Dejjem nara li nobdi l-istruzzjonijiet tal-coach speċ­jal­ment fir-rwol tiegħi mal-linja. Wara kollox, kulħadd ikun jixtieq jirbaħ. Kelli x-xorti nis­korja żewġ goals fl-istaġun li għadda, għalkemm qassamt xi blalen lejn sħabi sabiex jiskorjaw. X’tikkummenta fuq l-esperjenza tiegħek matteam nazzjonali ta’ Taħt il-21 sena u kemm taħseb li tgħallimt taħt ir-responsabbiltá ta’ Silvio Vella? L-esperjenza tiegħi mat-team nazzjonali ta’ Taħt il-21 sena kienet waħda mill-aktar pożittiva. Il-fatt li tirrapreżenta lil pajjiżek huwa sabiħ wisq. Avolja ma kontx involut ħafna fil-logħob, kellna riżultati pożittivi u prestaz­zjonijiet tajba u ninsab kuntent li kont parti minn dak il-grupp. Din l-esperjenza għenitni nikber biex inkun iktar kunfidenti, fejn fil-fatt ftit taż-żmien wara, intgħażilt mat-team nazzjonali tal-kbar, fejn dawn l-esperjenzi żgur li se jkunu qed jgħinuni nimma­tura għall-futur ukoll. X’inhi x-xewqa ewlenija li għadek trid twettaq? Nixtieq li nkompli ntejjeb il-livell tiegħi kemm ma’ Gzira United kif ukoll mat-team nazzjonali ... u nirbaħ il-kampjonat mal-Maroons.

Nikolai Muscat fid-debutt tiegħu ma’ Malta ... kontra n-Norveġja

Ritratti: Joe Borg, Andrew Micallef

li tilgħab u

tirrappreżenta

X’kienet l-esperjenza li fil-UEFA Europa League fis-sajf li għadda? Kienet esperjenza li ma jien se ninsa qatt. Dak il-lejl kontra Hajduk Split, fil-Kroazja, kien emozzjonanti għal kulħadd. Wara t-telfa ta’ 2-0 flewwel leg għar-rebħa ta’ 3-1 fit-tieni leg, irnexxielna ngħaddu għat-tieni round ta’ kwalifikazzjoni fejn iltqajna ma’ Ventspils FC. Hemmhekk, sibna team b’saħħtu u li kienu f ’nofs il-kampjonat tagħhom fejn fiżikament, naħseb li kienu aħjar minna. Barra minn darna tlifna 4-0 iżda f ’darna kellna prestazzjoni tajba u spiċċajna fi draw ta’ 2-2. Iżda ma kienx biżżejjed għalina u hemmhekk intemmet l-esperjenza tagħna fl-Ewropa.

lil pajjiżek

hija emozzjoni indiskrevibbli.

9


FRAME FOOTBALL SPORTIV

Football għal kulħadd

F O O T B A L L 10

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-football? Minn dejjem kont inħobb il-logħba tal-football! Niftakar li konna nilagħbu fit-triq ta’ tfal li konna. Jien min-naħa tiegħi kont inħobb norganizza l-logħob. Darba fost l-oħrajn kien hemm membru tal-kumitat ta’ Santa Venera Lightnings u daħħalni mat-team tal-Minors. Niftakar li kien l-10 ta’ Ottubru, minħabba li ġimgħa wara kelli għeluq snini. Ma’ Santa Venera lgħabt 13-il sena. Għamilt żmien ma’ Msida St Joseph għalkemm kont nieħu sehem ukoll fil-kampjonat tal-football tal-lukandi peress li dak iż-żmien kont naħdem il-Casino. Konna mmorru tajjeb ħafna minħabba li kellna team qawwi u konna nirbħu ħafna unuri. Aktar tard kien hemm il-ġurnalist sportiv John Debattista, li llum m’għadux magħna, li ħeġġiġni biex nidħol fid-dinja tal-coaching. Niftakar li kont wasalt biex għamilt il-liċenzja C u bdejt mannursery ta’ Santa Venera għalkemm kelli wkoll sehem fid-dar ta’ San Ġużepp fejn kont inħarreġ tfal minn hemmhekk. Konna norganizzaw ukoll il-logħba bejn il-ġenituri u l-coaches. Kellna wkoll xi nisa li kienu jilagħbu l-football magħna u dak kien sodisfazzjon kbir għalija li nara daqshekk nies magħqudin. Konna qisna familja waħda fi żmien fejn in-nies kienu japprezzaw dak li konna nagħmlu.

J

oe Carbonaro ilu midħla tal-football Malti għal bosta snin. Għandu għal qalbu ferm il-qasam filantropiku u fil-fatt permezz tal-kunċett tal-frame football jagħmel minn kollox biex tfal b’diżabbiltà jkollhom l-opportunità li jilagħbu l-football bħal tfal oħra.

Int li kont player u issa amministratur, x’differenza tara bejn dawn iż-żewġ irwoli? Hemm differenza kbira! Bħala player int għandek il-ħin tiegħek ta’ logħob u t-taħriġ, lestejt u tlaqt iddar. Bħala amministratur, int għandek ħin qabel u anke wara l-partiti. Bħala amministratur int tieħu mhux biss il-merti iżda f ’bosta drabi trid ukoll taċċetta wkoll il-kritika. Jien kont naħdem ħafna mal-head coach minħabba li aħna nursery awtonoma u ma’ kull individwu u player li jiffrekwenta dan il-club. Trid tkun organizzat sal-inqas dettall u tkun lest għal kull ma jista’ jinqala’. Minkejja kollox, nista’ ngħid li din hi responsabbiltá sabiħa. Kif beda l-kunċett ta’ Frame Football? Kollox oriġina fl-Ingilterra, fl-2014, fejn hemmhekk tfal li għandhom kundizzjoni fiżika f ’saqajhom ingħataw iċ-ċans li jilagħbu football blgħajnuna ta’ frame. Minn hemm inħoloq il-Frame Football. B’xorti ħażina l-fundatur ta’ din il-logħba laħaq miet. Aħna konna kważi se niltaqgħu miegħu iżda ma kellux ikun. Niftakar li t-tournament li ġie organizzat flIngilterra sar xorta waħda fejn kulħadd onora l-memorja ta’ dan il-bniedem li għamel ġest daqshekk nobbli.


SPORTIV

Xi tħoss meta tkun qed tgħin lil dawn it-tfal? Inħoss sodisfazzjon kbir. Fil-fatt nista’ ngħidlek li meta nikkomunika magħhom, jirnexxielhom jifhmuh u jagħmluh. Jien ngħid ukoll li huma m’għandhom xejn inqas minn tfal oħra. Imbagħad nibda nara l-espressjoni ta’ wiċċhom u verament inkun kuntent. Nibda narahom li huma liberi li jesprimu l-kreattivitá tagħhom filwaqt li jkunu qed jilagħbu l-logħba favorita tagħhom. Tajjeb li ngħidu li jkun hemm diversi helpers li jgħinu ... fejn tifel partikolari jkun ma’ tifel ieħor li jkollu l-frame. Minn hemm tinbet ukoll ħbiberija speċjali bejniethom sforz il-ferħ li jħossu. Kemm iħossuhom kuntenti l-ġenituri? Għadek ma tafx kemm! Dan sforz is-sagrifiċċji li jieħdu l-ġenituri mat-tfal tagħhom. Nammira ħafna lill-istess ġenituri meta t-tfal jiġu biex isiefru u jaraw li ma jkun jonqoshom xejn. Id-dedikazzjoni li għandhom hi kbira. X’apparat tużaw għal dawn it-tfal? It-tfal jidħlu ġo qisu frame, speċi ta’ walker li quddiem ma jkunx magħluq. Meta jkollok ilmuskoli ta’ jdejk b’saħħithom, dawn jgħinuk biex ikollok pass mgħaġġel bil-ballun għax tkun qed tuża’ l-movimenti ta’ jdejk li jgħinuk ferm. Tista’ taqbeż lill-avversarju tiegħek bil-walker stess u b’hekk tmur biex tiskorja. Aħna bħala coaches nuruhom ukoll xi videos biex jitgħallmu kif għandhom jilagħbu aħjar. Normalment nilagħbu erba’ players fuq kull naħa. Kif għedtlek kellna ċ-ċans insiefru l-Ingilterra u morna tajjeb ħafna tant li f ’waħda mil-logħbiet irbaħna bl-iskor ta’ 2-0. Konna ħames timijiet b’kollox u ġibna riżultati tajbin. Kellna ċ-ċans inżuru

l-belt ta’ Bologna fejn hemmhekk ħadna sehem f ’tournament ieħor u s-sena d-dieħla ġejjin huma jipparteċipaw f ’Malta. Fejn titħarrġu u tilagħbu f ’Malta? Normalment il-post fejn niltaqgħu huwa l-Marsa għalkemm ġieli nitilgħu fil-barracks ta’ Ħal Luqa. Ikollna wkoll xi sessjonijiet f ’diversi nurseries fejn nilagħbu fi grounds sintetiċi filwaqt li nużaw roti apposta għall-frames. Taħseb li hawn ġenituri li jibżgħu jibagħtu littfal tagħhom għal dawn is-sessjonijiet? Iva b’xorti ħażina għad hawn ħafna li jibżgħu. Xi nies jaħsbu li t-tfal jistgħu jweġġgħu għalkemm nistqarr li fi tliet snin ħadd ma weġġa’. Fil-fatt il-frame qed jgħin lill-istess tifel jew tifla għallprotezzjoni. Forsi l-problema tinħoloq hi meta jeħlu r-roti. Kemm titkellmu mal-MFA? Aħna ninsabu affiljati mal-Youth FA. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lil Fr Hilary Tagliaferro li minnu sibna għajnuna bla qies u għenna ħafna. Sibna wkoll l-għajnuna talMinisteru konċernat filwaqt li ħafna għaqdiet qed jikkollaboraw magħna. X’inhuma l-etajiet li jistgħu jattendu għalihom dawn is-sessjonijiet ta’ taħriġ? Bħalissa għandna sitt itfal taħt l-10 snin u erba’ players ta’ bejn is-16-il sena u l-21 sena. Aħna nilqgħu lil kulħadd għax ma nixtiequ niċħdu lil ħadd. Kulħadd huwa mistieden jilgħab magħna għax il-gost u l-pjaċir tagħna naraw dik it-tbissima fuq wiċċ dak it-tifel jew tifla li tħobb tilgħab il-football. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ tiegħek lil dawk il-ġenituri li għadhom ma bagħtux lit-tfal tagħhom għal dawn is-sessjonijiet. Kien hemm ħafna ġenituri li kellmuni u jinsabu sodisfatti b’dak li qed noffrulhom. Huma qed jaraw lit-tfal tagħhom li qed jagħmlu xi ħaġa li jħobbu u dan kollu jimlihom b’ħafna kuraġġ. Sewwa ngħid li l-football jgħaqqad mhux jifred. Ladarba jibda jġib lit-tifel jew lit-tifla tiegħu, ġenitur jibqa’ jattendi b’mod regolari. Min-naħa tagħhom, it-tfal għadhom żgħar iżda tiskanta kemm jitgħallmu malajr. Lil dawk il-ġenituri li għadhom qed jibżgħu jibagħtu lit-tfal tagħhom, ngħidilhom li verament m’għandhomx minn xiex jinkwetaw għax aħna nipprovdu ambjent sabiħ u ta’ familja b’nies ta’ esperjenza li jaraw li ma jkun jonqoshom xejn.

Lil dawk il-ġenituri li għadhom qed

jibżgħu jibagħtu lit-tfal tagħhom, ngħidilhom li verament

m’għandhomx minn xiex jinkwetaw għax aħna nipprovdu ambjent sabiħ u ta’ familja b’nies ta’

Hawn Malta kienet proprju oħti li hi gradwata filfiżjoterapija li għamlet kuntatt miegħi biex ngħinha nintroduċi dan il-kunċett ta’ Frame Football f ’Malta. Hija tħobb il-football daqs kemm inħobbu jien. Aħna familja tal-football minħabba li kull membru huwa dilettant ta’ dan l-isport. Nistqarr li għall-bidu ma kelli l-ebda interess, u qabel ma bdejna kien hemm xi helpers li bdew jgħinuha. Iżda kif jgħidu, id-demm jiġbed u għaldaqstant ħadt ħsieb li ngħinha. Issa għaddew aktar minn tliet snin. Bdejna nagħmlu kuntatti mal-Ingilterra fejn hemmhekk isir tournament kbir f ’St George’s Park. Sibna ħafna għajnuna tant li ddeċidejna li nitilgħu biex naraw kif se mmorru f ’din l-esperjenza. M’hemmx wisq xi ngħidu għax it-tfal u kull min mar hemm ħa pjaċir ħafna għax ġejna milqugħa blaħjar mod possibbli.

esperjenza li jaraw li

ma jkun jonqoshom

xejn.

11


SPORTIV

EURO2020 Jittellgħu l-poloz tal-fażi finali

F

it-30 ta’ Novembru li għadda, fil-belt kapitali tar-Rumanija, Bucharest, ġew imtellgħin il-poloz tal-finali tal-Euro 2020 li se jsiru f ’Ġunju u f ’Lulju tas-sena d-dieħla, iċ-champions renjanti, il-Portugall, se jkunu flistess grupp maċ-cham­pions tad-dinja tal-2014, il-Ġermanja, kif ukoll dawk kurrenti, Franza, f ’dak li żvolġa l-aktar grupp diffiċli mis-sitta.

F O O T B A L L 12

KIF ITTELLGĦU L-GRUPPI Grupp A: Italja, Svizzera, Turkija, Wales Grupp B: Belġju, Russja, Danimarka, Finlandja Grupp C: Ukrajna, Olanda, Awstrija, Path A/D* Grupp D: Ingilterra, Kroazja, Rep. Ċeka, Path C** Grupp E: Spanja, Polonja, Svezja, Path B*** Grupp F: Ġermanja, Franza, Portugall, Path A/D* *Islanda/Rumanija/Bulgarja/Ungerija **Skozja, Iżrael, Norveġja, Serbja ***Slovakkja, Bosnia-Herzegovina, Irlanda ta’ Fuq, Irlanda/Georgia, Maċedonja, Kosovo, Belarus

Dawn it-tliet super potenzi tal-football Ewropew se jkunu fi Grupp F li se jintlagħab fi Munich u f ’Budapest, kif ukoll lir-rebbieħa ta’ Play-off A jew D. Il-Portugall kienu fost t-timijiet issidjati fittielet Pot minħabba l-wirjiet foqra li kel­lhom filkwalifikazzjoni waqt li Franza kienu wieħed misseeds f ’Pot B. Il-konsolazzjoni tagħhom hija li minbarra li jgħaddu l-ewwel żewġ timijiet minn kull grupp, jikkwalifikaw ukoll erba’ timijiet oħra li jkollhom l-aħjar rekord fit-tielet post. L-Ingilterra u l-Kroazja, li jilagħbu l-ewwel logħba fi Grupp D f ’Wembley, se jkollhom magħhom lir-Repub­blika Ċeka u lir-rebbieħa ta’ Play-off C, l-Iskozja, in-Nor­ veġja, is-Serbja jew Iżrael. It-tournament se jintlagħab fi 12-il pajjiż differenti f ’for­mat ta’ darba biex jiġi ċċe­lebrat is-60 anniversarju tal-Kampjonat Ewropew. Favoriti oħra messithom polza iktar faċli. L-Italja, li rebħu l-10 logħbiet tal-kwalifikazzjoni hekk kif ġejjin mid-diżappunt li fallew l-aħħar finali tat-Tazza tad-Dinja, se jiffaċċjaw lit-Turkija, Wales u l-Isvizzera fi Grupp A li jintlagħab f ’Ruma u f ’Baku. Iċ-champions tal-Euro 2008 u 2012, Spanja, li se jaqsmu l-logħbiet ta’ Grupp E f ’Bilbao u f ’Dublin, se jilagħbu kontra l-Isvezja, il-Polonja u r-re­bbieħa ta’ Play-off B – wieħed mill-Bosnja, is-Slovakkja, l-Irlanda jew l-Irlanda ta’ Fuq. L-avversarji talBelġju fi Grupp B se jkunu d-Danimarka u r-Russja – li t-tnejn se jospitaw il-logħbiet – u l-Finlandja, se jagħmlu d-debutt tagħhom f ’tournament maġ­ġur, fil-Kampjonat Ewropew jew fit-Tazza tad-Dinja. L-Olanda, li bħall-Italja fallew l-aħħar Mondjali, ġew imtellgħin mal-Ukrajna, l-Awstrija u r-rebbieħ ta’ Play-off A jew D fi Grupp C li se jint­lagħab f ’Amsterdam u f ’Bu­ charest. Taħt ir-regolamenti kumplessi, il-pajjiżi kollha li se jospitaw il-partiti se jilagħbu t-tliet logħbiet tagħhom f ’dar­hom stess sakemm ikun hemm żewġ pajjiżi li jospitaw fl-istess grupp, liema każ ikun hemm bżonn polza biex jaraw fejn jilagħbu. Dan ifisser li numru ta’ timijiet kienu diġá ġew allokati fil-grupp tagħhom qabel ma beda t-tlugħ tal-poloz.


LIONEL MESSI SPORTIV

jirbaħ il-Ballon D’Or għas-sitt darba fil-karriera tiegħu

N

har it-Tnejn, 2 ta’ Diċembru, fit-Theatre du Chatelet, f ’Pariġi, saret iċ-ċerimonja tal-premjazzjoni tal-64 edizzjoni talBallon D’Or (2019), organizzata minn Fran-ce Football Magazine.

Kien l-Arġentin ta’ Barcelona Lionel Messi li rebaħ dan l-unur meta għeleb l-isfida tal-Olandiż Virgil van Dijk ta’ Liverpool u l-Portugiż Cristiano Ronaldo ta’ Juventus li ma attendiex għal din is-serata. Din kienet is-sitt darba li Messi rebaħ dan l-unur fil-karriera tiegħu, bl-oħrajn ikunu 2010, 2011, 2012, 2015, 2017. Is-seba’ finalisti l-oħra kienu l-Brażiljan Alisson Becker (Liverpool); il-Pollakk Robert Le­ wandowski (Bayern Munich; l-Alġerin Riyad Mahrez (Manchester City); Is-Senegaliż Sadio Mane (Liverpool); il-Franċiż Ky­ lian Mbappe (Paris St Germain); l-Eġizzjan Mohamed Salah (Liverpool); il-Portugiż Bernardo Silva (Manchester City);

Il-Brażiljan Alisson Becker (Liverpool) l-aqwa goalkeeper

Il-Kopa Torphy jew aħjar l-unur għall-aħjar player żagħżugħ, intrebħet mill-Olandiż ta’ Ajax (u Juventus), Matthijs De Ligt. Id-disa’ finalisti kienu: l-Ukren Andriy Lunin (Real Valladolid); il-Korean Kang-in Lee (Valencia); in-Niġerjan Samuel Chukwueze (Villarreal); it-Taljan Moise Kean (Juventus); il-Brażiljan Vinícius Junior (Real Madrid); il-Franċiż Matteo Guendouzi (Arsenal); il-Ġermaniż Kai Havertz (Ba­ yer Leverkusen); il-Portugiż Joao Felix (Benfica u Atletico Madrid); l-Ingliż Jadon Sancho (Borussia Dortmund) Il-Yashin Trophy, jiġifieri l-aħjar goalkeeper, intreb­ħet mill-Brażiljan Alisson Becker (Liverpool). Id-disa’ finalisti l-oħra kienu: Is-Sloven Samir Handanovic (Inter); l-Ispanjol Kepa Arrizabalaga (Chelsea); il-Ġermaniż Manuel Neuer (Bayern Munich); il-Kamerunjan Andre Onana (Ajax); ilPollakk Wojciech Szczesny (Juventus); il-Brażiljan Ederson (Manchester City); il-Franċiż Hugo Lloris (Tottenham Hotspur); is-Sloven Jan Oblak (Atletico Madrid); il-Ġermaniż Marc-André ter Stegen (Barcelona). Il-Ballon D’Or tan-Nisa ntrebaħ mill-Amerikana Me­gan Rapinoe (Reign FC) segwita mill-Ingliża Lucy Bronze (Lyon) u l-Amerikana Alex Morgan (Orlando Pride). Rapinoe kienet indisposta għal din iċ-ċerimonja.

L-Olandiż Matthijs De Ligt (Ajax u Juventus) l-aqwa player żagħżugħ

L-Amerikana Megan Rapinoe (Reign FC) l-aqwa player femminili 13


SPORTIV

BOV WATERPOLO PLAYERS TAS-SENA egħu lill-A Il-BOV iġedded l-appoġġ ti

Kampjonat BOV Premier: Jerome Gabarretta (Sliema ASC

W A T E R P O L O

BOV Kampjonat tan-Nisa: Denise Micallef (San Ġiljan ASC)

14

Kampjonat U/15: Nico Schiavone (Sliema ASC)

SA

BOV L-Ewwel Diviżjoni: Jurgen Micallef (Marsaskala ASC)

Kampjonat U/20: Darren Zammit (San Ġiljan ASC)

Kampjonat U/17: Rappreżentant ta’ Jake Muscat (Neptunes WPSC)

Kampjonat U/13: Jayden Cutajar (Sliema ASC)


SPORTIV

L-attakkant istintiv ta’ Sliema ASC, Jerome Gabarretta, kien l-għażla naturali għall-unur talKampjonat BOV Premier wara li kellu prestazzjoni eċċezzjonali matul l-istaġun kollu u ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tax-Xahar kemm għal Lulju kif ukoll għal Settembru. L-unur tal-aqwa gowler fil-BOV Waterpolo L-Ewwel Diviżjoni mar għand il-gowler ta’ Marsaskala, Jurgen Micallef bis-sensiela ta’ sejvs eċċellenti tiegħu, inkluż fl-għoti tal-penalties filpartita finali tal-kampjonat BOV L-Ewwel Diviżjoni li wasslithom biex jagħmlu d-doppjetta bir-rebħ tat-titlu tal-Kampjonat kif ukoll tan-Knockout f ’dan l-istaġun. Il-vice-captain tat-Tim tan-Nisa ta’ San Ġiljan, Denise Micallef hija l-BOV Waterpolo Plejer tan-

Bi pjaċir inħabbru li l-Bank of Valletta għal darb’oħra se jġedded l-appoġġ tiegħu lill-Aquatic Sports Association ta’ Malta għat-tliet staġuni li jmiss.

I

l-plejers tal-waterpolo bl-aqwa prestazzjoni matul l-istaġun tal-2019 tal-BOV Waterpolo ġew ippreżentati bl-unuri tal-BOV Water Polo Plejers tasSena għall-2019 matul avveniment li sar fil-Premium Banking Centre tal-Bank of Valletta f ’Santa Venera.

Nisa għal din is-sena. Wara injury li kellha, Micallef kienet l-arma prinċipali fl-attakk talkowċ Dale Dowling li ra titjib impressjonanti fuq l-istaġun preċedenti. Fil-kategoriji taż-żgħar, Darren Zammit (San Ġiljan ASC) rebaħ l-unur fil-kampjonat tal-U20 u Jake Muscat (Neptunes WPSC) rebaħ l-unur fil-kampjonat tal-U17. Nico Schiavone u Jayden Cutajar, it-tnejn plejers ta’ Sliema ASC rebħu l-unuri fil-kampjonati tal-U15 u tal-U13, rispettivament. L-Uffiċjali Kapijiet tal-BOV Anthony Scicluna u Peter Perotti ppreżentaw plakka kommemorattiva lir-rebbieħa kollha fil-preżenza ta’ Joe Caruana Curran, President tal-Aquatic Sports Association ta’ Malta. Meta tkellem waqt il-preżentazzjoni, Anthony Scicluna awgura lir-rebbieħa kollha u qal li, ‘Bi pjaċir inħabbru li l-Bank of Valletta għal darb’oħra se jġedded l-appoġġ tiegħu lill-Aquatic Sports Association ta’ Malta għat-tliet staġuni li jmiss. Hekk kif qed naraw is-suċċessi li l-ASA qed tikseb kemm lokalment kif ukoll fuq livell internazzjonali, aħna kburin li nkunu parti minn dan il-vjaġġ u nawguraw suċċess lill-parteċipanti kollha fil-Kampjonati Ewropej li ġejjin.

15


SPORTIV

PETER

SHOULTS & SAMANTHA

16

jirbħu l-unuri prinċipali għall-istaġun 2018-19

Ippremjati wkoll rebbieħa oħra f’kull kategorija

...meta jiġu biex jintgħażlu l-aħjar players

iqis il-wirjiet tal-players fil-court kif ukoll is-suċċess tat-tim

B A S K E T B A L L

BRINCAT

u l-imġieba eżemplari

tagħhom.

P

eter Shoults ta’ Gżira Athleta u Samantha Brincat ta’ Hibs rebħu l-unuri prinċipali meta tħabbru l-ismijiet tarrebbieħa tal-Player tas-Sena għall-istaġun 2018-19 mill-Malta Basketball Association.

L-MBA ippremjat ukoll players f ’kategoriji oħra minn taħt l-14-il sena sa taħt it-23 sena. Irrebbieħa kollha kienu ppremjati waqt serata li saret fil-Kumpless tal-Basketball f ’Ta’ Qali. Paul Sultana President tal-MBA u Peter Perotti Uffiċjal tal-Bank of Valletta qassmu l-unuri. Kelliem għall-kumitat tal-għażla qal li meta jiġi biex jagħżel l-aħjar players iqis il-wirjiet tal-players fil-court kif ukoll għassuċċess tat-tim u l-imġiba eżemplari tagħhom. Imwieled f ’Harlow fir-Renju Unit Peter Shoults ta’ nazzjonalita’ Maltija għandu 34 sena. Shoults twil ħames piedi u għaxar pulzieri jilgħab bil-flokk nru 8 fil-pożizzjoni ta’ Point Guard ingħaqad ma’ Gżira Athleta fl-2016. Samantha Brincat li fit-13 ta’ Novembru għalqet 40 sena tilgħab ma’ Hibernians Twila 5 piedi u 9 pulzieri u tilgħab fil-pożizzjoni ta’ small forward. Ta’ nazzjonalita’ Awstraljana-Maltija, Samantha sieħbet lil Hibernians fl-2017 u tilgħab bil-flokk nru 7. Qabel ingħaqdet ma’ Hibs, Samantha kienet tilgħab ukoll ma’ Depiro. Kemm Peter Shoults kif ukoll Samantha Brincat lagħbu mat-timijiet nazzjonali.


SPORTIV

IR-REBBIEĦA KOLLHA TAL- BOV PLAYER TAS-SENA GĦALL-ISTAĠUN 2018/2019 KIENU: BOV Player tas-Sena Peter Shoults (Gzira Athleta) BOV Player tas-Sena - Nisa Samantha Brincat (Hibs) BOV Amateur Player tas-Sena Matthew Gouder (Gzira Athleta)

BOV Player tas-Sena Peter Shoults (Gzira Athleta)

BOV U/23 Player tas-Sena Keith Dimech (Luxol) BOV U/23 Player tas-Sena - Nisa Kristy Galea (Starlites GiG) BOV U/19 Player tas-Sena Nathan Xuereb (Gzira Athleta) BOV U/19 Player tas-Sena - Nisa Mikela Riolo (Starlites)

BOV Player tas-Sena - Nisa Samantha Brincat (Hibs)

BOV U/16 Player tas-Sena Matthew Attard (Hibs) BOV U/16 Player tas-Sena - Nisa Ylenia Bonett (Hibs) BOV U/14 Player tas-Sena Adam Azzopardi (Starlites Mazars) BOV U/14 Player tas-Sena - Nisa Danika Galea (Depiro)

BOV Amateur Player tas-Sena Matthew Gouder (Gzira Athleta) 17


SPORTIV

ATLETI MALTIN onorati fit-18-il Edizzjoni tal-Premjijiet Sportivi tal-Kumitat Olimpiku Malti

V O L L E Y B A M L O L C

ELEANOR BEZZINA

GIANLUCA CHETCUTI

HANNAH CUTAJAR

18

SUE ABELA

WILLIAM CHETCUTI

TEAM ELUSIVE


SPORTIV

Bl-2019 kienet sena li fiha Malta ħadet sehem fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa filMontenegro, kien mistenni li numru sostanzjali ta’ atleti li kkompetu f ’dawn il-Logħob jiġu rikonoxxuti, iżda is-serata rikonnoxxiet numru ta’ atleti oħra li ġabu unuri lejn Malta. B’kollox ġew ippreżentati disgħa u sittin premju. L-ogħla kategorija tas-serata kienet dik tad-Deheb li għaliha ġew ippreżentati sittax-il premju. F’indirizz qasir, is-Sur William Beck, Viċi President u Ċerman tal-Kumitat Organizzattiv tal- Premjijiet Sportivi tal-Kumitat Olimpiku Malti, feraħ lir-rebbieħa talli waslu għalgħan ewlieni – Citius, Altius, Fortius; dak kollu li atleta jaspira – li jkun l-iktar veloċi, li jilħaq l-ogħla quċċata u li jkun l-aktar b’saħħtu. Huwa esprima l-ammirazzjoni tal-Kumitat Olimpiku Malti għaldawk l-atletli li minkejja ma kisbux post fuq il-podju xorta ġabu unur lill-Malta bl-imġieba tagħhom. Il-mistieden speċjali tas-serata kien Szilveszter Csollány, ġinnasta Ungeriz, ikkunsidrat bħala wieħed mill-aqwa ġinnasti fl-istorja tal-Olimpjadi. Hu kiseb medalja tal-Fidda ġewwa Atlanta (1996) u Sydney (2000) kif ukoll kiseb ħames titli dinjija tal-ġinnastika artistika. Csollány hu meqjus bħala wieħed mill-aqwa kowċis tal-ġinnastika kemm flUngerija kif ukoll madwar l-Ewropa. Premijiet Kunsilli Lokali L-isforzi mill-Kunsilli Lokali biex jippromwovu attivitajiet sportivi kienu jinkludu avvenimenti ta’ ċikliżmu, logħbiet tal-futbol, tlielaq tal-ġiri fittoroq, għawm eċċ. Tnax-il kunsill lokali bagħtu n-nominazzjonijiet tagħhom għall-konsiderazzjoni. Ir-rebbieħa tal-Premjijiet kienu il-Kunsilli ta’ Marsaxlokk u ż-Żejtun fit-tielet post, il-Mellieħa fittieni post u fl-ewwel post ġie miksub mill-Kunsill Lokali ta ’Għajnsielem. Hall of Fame Erba’ personalitajiet ġew milqugħa fi ħdan il-Hall of Fame tal-Kumitat Olimpiku Malti. Dawn kienu Gordon Asciak (Tennis), il-mibki Gerald DeGaetano (Atletlika), Alfred Ellul Mercer (Weightlifting) u John Zammit (Ċiklizmu). Bl-eċċezzjoni ta’ Gerald DeGaetano li sfortunatament miet fl-2018, dawn il-personalitajiet kollha għadhom attivi fl-isport rispettiv tagħhom fejn ikomplu jikkontribwixxu lejn l-iżvilupp tal-isport. Il-President tal-Kumitat Olimpiku Malti, is-Sur Julian Pace Bonello, spjega li l-missjoni tal-Kumitat hu li jaħdem biex iseddaq il-valuri tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali fost il-komunita’ lokali – dan ġie mwettaq b’numru ta’proġetti bħal Youth Elite Scheme, appoġġ lejn diversi proġetti bl-għajnuna tal-Olympic Solidarity, edukazzjoni biex wieħed jagħraf il-ħsara li jagħmel id-doping, inizjattivi fuq Gender Equality kif ukoll proġetti oħra. Il-Kumitat huwa impenjat sabiex jkompli jiżviluppa l-istruttura tiegħu sabiex l-atletli jsibu l-għajnuna professjonali meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jilħqu l-potenzjal tagħhom.

LISTA TA’ PREMIJIET SPECIAL AWARD

Rachela Pace (Malta Amateur Athletic Association), Andre Camilleri, Luke Ellul Sullivan, Emily Grech Carr, Haley Pawley Neame (Aquatic Sports Association of Malta), Matthew Abela (Badminton Malta), Etienne Bonello, Christian Formosa, Men’s National Team (Malta Cycling Federation), Tara Vella Clark (Gymnastics), Scott Muscat (Malta Pool Association), Kijan Sultana, Lijana Sultana (Malta Squash Association), Jurgen Balzan (Malta Table Football Sports Association), Helene Pellicano (Malta Tennis Federation), Kayden Lagana, Dwayne Zahra (Malta Tenpin Bowling Association), Tenishia Thornton (Malta Weightlifting Association). BRONŻ

Ian Paul Grech, Paula Grech, Damien Mizzi (Malta Amateur Athletic Association), Mya Azzopardi, Francesca Falzon Young, Sasha Gatt, Mikhail Umnov, Martina Valletta, Michee Van Rooyen ( Aquatic Sports Association of Malta), Nicholas Beck, Andrew Borg, Ruud Critien, JJ Micallef (Malta Golf Association) Vlad Baldacchino, Matthew Camilleri, Shaun Ciantar (Malta Weightlifting Association). FIDDA

Claire Rose Azzopardi (Malta Amateur Athletic Association), Dylan Cachia, Andrew Chetcuti, Matthew Galea, Alexandra McGonigle, Harry Stacey (Aquatic Sports Association of Malta), Marie Claire Aquilina (Malta Cycling Federation), Roderick Theuma (Malta Federation of Body Building & Fitness), Ella Borg (Malta Gymnastics Federation), Isaac Bezzina, Katrina Esposito, Jeremy Saywell (Malta Judo Federation), Men’s National Team (Malta Pool Association), Amani Faraoun (Malta Taekwondo Federation), Francesca Curmi, Elaine Genovese (Malta Tennis Federation) Mauro Anastasi, Mark Spiteri (Malta Tenpin Bowling Association), Roberta Tabone (Malta Weightlifting Association). DEHEB

Lisa Marie Bezzina, Jordan Daniel Gusman (Malta Amateur Athletic Association), Duncan Bezzina, Tony Drago (Malta Billiards & Snooker Association), Bader Almiloudi (Malta Federation of Body Building & Fitness), Kimberly Stanton (Malta Karate Federation), Elusive 2 Sailing Team (Malta Sailing Federation), Eleanor Bezzina, Gianluca Chetcuti, William Chetcuti (Malta Shooting Sports Federation), Derek Conti (Malta Table Football Sports Association), Sue Abela, Cynthia Frendo Duca, Sara Xuereb (Malta Tenpin Bowling Association), Hannah Cutajar (Malta Triathlon Federation), Yasmin Zammit Stevens (Malta Weightlifting Association).

L-ogħla

kategorija

tas-serata kienet dik tad-Deheb

I

t-18-il Edizzjoni tal-Premjijiet Sportivi annwali tal-Kumitat Olimpiku Malti, kienu ċelebrazzjoni tas-suċċess internazzjonali miskuba minn atleti u timijiet lokali li eċċellaw fl-isport rispettivi tagħhom fil-perjodu bejn Ottubru 2018 u Ottubru 2019.

li għaliha ġew

ippreżentati

sittax-il premju.

19


ROLEX MIDDLE SEA RACE SPORTIV

20


SPORTIV

“F

il-medda ta’ ftit snin li ilha topera, Yachting Malta wriet appoġġ sostanzjali f’varjetà ta’ avvenimenti fil-qasam marittimu. Lejn it-tieni nofs tal-2019, l-attività ta’ Yachting Malta kienet marbuta ma’ tliet avvenimenti prestiġjużi li poġġew lil Malta fuq il-mappa internazzjonali fejn jidħol l-ibburdjar u l-powerboats. Għalkemm Yachting Malta hija sħubija pubblika privata, hi taħdem mill-qrib mal-Ministeru għat-Turiżmu biex tiżgura li l-istrateġija żviluppata mill-Ministeru, partikolarment l-impenn sabiex it-turiżmu sportiv ikompli jitkattar, tkun ikkumplimentata millisforzi ta’ Yachting Malta. L-impatt ekonomiku li dawn l-avvenimenti jħallu fuq il-Gżejjer Maltin huwa immens. Il-valur ta’ dawn l-isforzi bħalissa qiegħed jiġi investigat b’mod partikolari dak tar-Rolex Sea Sea Middle Race li dwarha bħalissa qed issir evalwazzjoni tal-impatt ekonomiku tagħha. Dan huwa tip t’avveniment li jattira uħud mill-akbar personalitjiet mid-dinja talibburdjar u powerboats fl-ibħra sbieħ tagħna. Magħhom jingħaqdu turisti u dilettanti ta’ dan l-isport li jżuruna għalihom. Dawn jkomplu jarrikkixxu l-kalendarju mimli attivitajiet li qed tippromwovi Malta bħala destinazzjoni turistika u sportiva s-sena kollha.” John Huber, Chairman Yachting Malta.

L-40 Edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race, ospitata mir-Royal Malta Yacht Club, rat lill-familja Podesta tikseb l-aqwa unuri meta l-jott “Elusive 2”, misjuq mill-aħwa Aaron, Christoph u Maya, kiseb rebħa emozzjonanti. Ittellieqa ta’ 606 mil nawtiku damet erbat ijiem, sebà siegħat, sitt minuti u 54 sekonda. L-istorja tal-familja Podesta ilha marbuta mal-istorja tat-tellieqa mill-bidu nett, meta fl-1968, missier l-aħwa Podesta kien ħa parti fl-ewwel tellieqa. Hu kien wieħed mis-seba membri talekwipaġġ fuq Josian, il-jott rebbieħ ta’ l-ewwel edizzjoni. Bħala membru tal-ekwipaġġ, Podesta kiseb suċċess fl-1970 fuq il-jott Tikka u fl-1983 fuq il-jott Saudade. Fis-snin 90, Podesta kien laħaq Commodore tar-Royal Malta Yacht Club. Meta miet fl-2015, Podesta kien l-unika baħħar li kkompeta fil-35 edizzjoni tat-tellieqa li kienu saru sa dak iż-żmien. It-tfal tiegħu kollha wirtu l-passjoni ta’ missierhom u żammew it-tradizzjoni tal-familja Podesta li dejjem ikunu filPort il-Kbir sabiex jieħdu sehem fir-Rolex Sea Sea Race. It-tlieta li huma, matul is-snin, komplew itejbu il-ħiliet u jkabbru l-esperjenza tagħhom. Kemm il-darba, bil-jott “Elusive 2” rebħu l-klassi tagħhom, kif ukoll spiċċaw mal-aqwa għaxra, iżda qatt ma kien irnexxilhom jirbħu it-trofew tant prestiġjuż...Sa din is-sena. L-ekwipaġġ ta’ Elusive 2 kien magħmul minn: Maya Podesta, Aaron Podesta, Christoph Podesta, David Anastasi, Gareth Grech, Ben Pace Lehner, Andrea Crocella, Tom Zammit Tabona, Adrian Stone u Magnus Everskog. “Il-preparamenti għal kull tellieqa jibdew immedjatament kif tispiċċa tellieqa” stqarr Christoph, li ammeta li minkejja l-preparazzjoni dettaljata u rigoruża talekwipaġġ, ma kienx fiduċjuż għar-rebħa. “ L-ewwel parti tat-tellieqa kienet f ’kundizzjonijet ħfief, li dawn ma kienux ta’ benefiċċju għalina. L-għan tagħna kien li nżommu lilna nfusna f ’pożizzjoni tajba sakemm naslu biex induru ma’ Favignana” kompla jgħid Christoph. Dan il-pjan irnexxa, u ladarba s-saħħa tar-riħ intensifika lejn ilmajjistral ta’Sqallija, “Elusive 2” għamel il-biċċa l-kbira tat-tbaħħir lejn id-direzzjoni tar-riħ sa ma waslu f ’Malta. “L-isem Elusive ilu assoċjat mat-tellieqa għal 18-il sena u hija kisba inkredibbli li tirbaħ tellieqa mimlija kompetizzjoni millaqwa“ temm jgħid Aaron Podesta. Il-jott Amerikan Rambler, ta’ George David, kiseb Line Honours, unur li dan l-ekwipaġġ kiseb għall-ħames darba konsekuttiva. David għadu jżomm ir-rekord tal-korsa li

kiseb fl-2007 meta spiċċa it-tellieqa f ’ħin ta’ 47 siegħa, 55 minuta u 3 sekondi. Intant, Malta kienet irrapreżentata minn ħdax il-jott. L-ewwel jott Malti kien Artie III ta’ Lee Satariano. Rebbieħ tat-tellieqa fl-2011 u 2014, il-jott Artie III hija avvanż fuq proġetti preċedenti li kienu bbażati fuq jottijiet talproduzzjoni. Artie III huwa jott tat-tip HH42 u magħmul għal dawn it-tip ta’tlielaq. Satariano, li fl-2019 ikkompeta fit-13-il tellieqa tiegħu, esprima soddisfazzjon b’Artie III iżda ammetta li għandhom triq kemm xejn twila sabiex jiksbu l-potenzjal kollu ta’ dan il-jott. Satariano, li miegħu kellu l-veteran Christian Ripard, kien kuntent bil-mod kif ħadem l-ekwipaġġ tiegħu, li kien taħlita ta’ baħħara t’esperjenza, kif ukoll wħud li kienu fuq din it-tellieqa għall-ewwel darba. L-ewwel jott magħmul minn ekwipaġġ femminili biss, il-jott J/109 JYS Jan wasal lura Malta wara ħamest ijiem, 16 -il siegħa, 18 -il minuta u 40 sekonda. Dan it-tim, li kiteb ismu fl-istorja, jirrapreżenta lil Jarhead Young Sailors Foundation, Fondazzjoni li l-għan tagħha hija li toffri opportunitajiet ta’ edukazzjoni u taħriġ flibburdjar lit-tfal u żgħażagħ. Ir-riedni tal-JYS Jan kienu f ’idejn Gabriella Misfud, ta’ dsatax -il sena. Mifsud hija waħda mill-aqwa atleti femminili tal-ibburdjar f ’Malta. L-ekwipaġġ kien jinkludi ħames nisa taħt l-eta ta’ 22 sena: Lacey Aquilina, Emilie Gregory, Milly Jinks, Coco Molly Barrett, Alina Swets. Magħhom ingħaqdu żewġ baħħara t’esperjenza kbira, fosthom Nikki Henderson, li kienet l-iżgħar atleta li mexxiet tim fil-Clipper Round the World u r-RYA Yachtmaster Chief Instructor Katy Campbell. “Il- Kundizzjonijiet tat-temp kienu estremi – baħar kalm, irwiefen, sajjetti u ragħad”, ikkumentat Gabriella Mifsud.”Il-maġġoranza tagħna qatt ma konna f ’dawn il-kundizzjonijiet imma ħdimna tajjeb flimkien u ma qtajniex qalbna”. Il-jottijiet Maltin fir-Rolex Middle Sea Race kienu Artie III, Comanche Raider III, Elusive 2, JYS Jan, JYS Jarhead, Maltese Falcon II, Ton Ton Laferla Insurance, Unica, Vivace, Xp-Act, u Xpresso. Maria Vella Galea

21


VOOMQUEST SPORTIV

Enemed UIM V2 World Powerboat Championship.

P O W E R B O A T S 22

A

aron Ciantar m’għandu bżonn l-ebda introduzzjoni fid-dinja tal-Powerboats. Rebbieħ tal-Kampjonat Dinji UIM għal ħames darbiet, l-aktar proġett riċenti għall-Ciantar hu l-Voomquest, li hu kampjonat tal-Powerboat Racing fuq livell mondjali li hu rikonoxxut millUIM li hi il-korp tat-tmexxija ta’ dan l-isport. Voomquest, li hija bbażata f’Malta, qeda tħalli l-marka tagħha fix-xena internazzjonali b’numru ta’ tlielaq eċċitanti tal-powerboat. Il-V2 huwa kampjonat ġdid fjamant li tara klassi magħmula kompletament minn dgħajjes identiċi – iċChaudron Malta 27. Il-V2 li hija mibnija fuq id-disinn ta’Aaron Ciantar, u qed tiddefinixxi d-dinja tat-tlielaq tal-powerboats. Il-viżjoni tad-disinn SVR-27 tagħti ħajja lil-viżjoni, dik ta’ organizzazzjoni ta’ numru ta’ tlielaq ta’suċċess, kemm fl-Ewropa kif ukoll fl-Istati Uniti.

“Ili ntellaq fil-kampjonati tad-dinja talPowerboats, għal dawn l-aħħar ħmistax -il sena. Irbaħt ħamsa minnhom. B’din l-esperjenza ridt li nibni klassi ġdida li biha nkunu nistgħu nikkrejaw kampjonat ġdid” stqarr Aaron Ciantar. Il-powerboats, li qeghdin jipparteċipaw flEnemed UIM V2 World Powerboat Championship huma mmanifatturati lokalment mill-kumpanija tal-familja Ciantar, Chaudron Il-Kampjonati tal-2019, li beda f ’April, kien

mifrux fuq erba’ tlielaq. Tlieta saru f ’Malta u waħda fi Sqallija. Il-Kampjonat ġie mirbuħ mit-tim El Diablo (Clive Butler u Sammy Grima) meta huma għelbu kompetizzjoni minn Marine Diffusion, Atomic & Gray, Interceptor Remax, Cutting Edge u Freccia Blu. L-ekwipaġġ ta’El Diablo, Clive Butler u Sammy Grima li qabel dan il-kampjonat qatt ma kienu telqu flimkien, urew talent, determinazzjoni u attitudni pożittiva. Huma żammew l-ewwel post fil-klassifika ġenerali tal-kampjonat b’181 punt. It-tim Marine Diffusion kiseb it-tieni post tal-klassifika ġenerali tal-kampjonat b’163 punt u Freccia Blu kisbet ittielet post tal-klassifika ġenerali tal-kampjonat bi 158 punt. L-aħħar tellieqa għal dan il-kampjonat saret ġewwa Sqallija, f ’Marina di Ragusa u rat lil Marine Diffusion tikseb l-ewwel post, segwiti mit-tim Interceptor Remax li kellu battalja tajba ma’ Cutting Edge. It-tim Interceptor Remax kienu r-rebbieħa tarraba’ tellieqa tal-kampjonat. Wara tlett avvenimenti spettakolari f ’San Pawl il-Baħar, il-Pieta / tas-Sliema u l-Marfa, il-Kampjonat temm is-serje tal-2019 f ’Marina di Ragusa, għar-rabà u l-aħħar GP. Minkejja li Interceptor Remax rebaħ il-weekend, madankollu kien it-tim El Diablo li rebħu il-Voomquest Enemed UIM V2 Powerboat Championships. Maria Vella Galea


EUROMED

INTERNATIONAL

REGATTA iċ 19 – 22 ta’ D

O

rganizzata mill-Malta Young Sailors’ Club mill-1999, u rikonoxxuta internazzjonalment, għall-klassijiet talOptimist u Laser, il-Euromed International Regatta hija tellieqa annwali li ssir f’Malta.

Fl-edizzjonijiet li għaddew rajna lil Malta tikseb diversi rebħiet fosthom dawk ta’ Thomas Zammit Tabona li rebaħ fl-2006 fl-2007, u dawk ta’ Richard Schultheis li rebaħ fl-2015, fl-2017 u fl-2018. Iż-żewġ żgħażagħ irrappreżentaw lil Malta u l-Malta Young Sailors Club. Kull sena din irRegatta tkompli tkabbar in-numru ta’parteċipanti li jkunu qedin jistennew l-opportunita’ li jtellqu filkundizzjonijet tajbin tax-xitwa fil-Mediterran. Dawn il-kundizzjonijiet huma prospett attraenti għal mijiet ta’baħħara li jiġu mill-Ewropa kif ukoll pajjiżi iktar il-bogħod bħal Bermuda, l-Indja, itTajwan, l-Emirati Għarab Magħquda, u l-Istati Uniti. B’kollox kważi 20 pajjiż għandhom ikunu rrapreżentati. It-tlielaq ser isiru fil-bajja talMellieħa u l- kompetizzjoni ser issir fil-klassijiet Optimist, kif ukoll il-klassijiet Laser 4.7, Laser Radial u Laser Standard. Se jkun hemm tliet Klassijiet Optimist. IdDiviżjoni tas-Seniors għas-Subien u l-Bniet bejn it-12 u l-15-il sena, id-Diviżjoni tal-Kadetti għasSubien u l-Bniet ta’ bejn it-8 u l-11-il sena, u d-Diviżjoni tal-Beginners għas-Subien u l-Bniet imwielda bejn l-2001 u l-2008 u li ilhom jbaħħru biss għal 12-il xahar. Ser jkun hemm ukoll flotot Laser 4.7, Radial u Standard li se jbaħħru f ’serje waħda iżda fuq korsa separata għall-Optimist. L-Optimist, hija waħda mill-aktar dinghies popolari fid-dinja, magħmula bi qlugħ żgħir u maħsub għall-użu minn tfal sa l-età ta ’15-il sena. Filwaqt li l-klassi Laser, hija d-dgħajsa li fuqha jkomplu il-baħħara ta’ fuq minn 15-il sena wara li jispiċċaw jikkompetu fuq l-Optimist. Iż-żewġ tip ta’ dgħajjes huma rikonoxxuti bħala Klassi Internazzjonali mill-World Sailing. Din is-sena il-Euromed International Regatta ser terġa tara lil Richard Schulteis jikkompeti. Schultheis, li għadu kemm ħa sehem għall-ewwel darba fir-Rolex Middle Sea Race, ser jkun qed jipprova jżomm it-titlu li rebaħ għall-dawn l-aħħar sentejn konsekuttivi. Numru sabiħ ta’ parteċipanti Maltin huma mistennija jieħdu sehem. Maria Vella Galea

e m br u

DARTS

SPORTIV

L-Ingliżi JOHN DAVIS u JO LOCKE jispikkaw fl-open ta’ Malta

F

i tmiem ix-xahar li għadda ġiet fi tmiemha t-32 edizzjoni talMalta International Darts Open. Matul it-tlett ijiem ta’ logħob kien hemm jikkompetu 277 raġel, 43 mara u 22 plejer b’diżabilta’ flimkien ma’ 165 pari għal total ta’ 507 reġistrazzjoni.

Dawn kienu ġejjin minn 20 pajjiż Ewropew. Filkompetizzjoni tal-irġiel, il-finali ġiet kontestata minn Thibault Tricole ta’ Franza u Joe Davis tal-Ingilterra, b’dan ta’ l-aħħar joħroġ rebbieħ 6-4 wara li kien 1-4 minn taħt. L-aqwa wirja mill-Maltin ġiet mingħand Mario Sciascia li jilgħab mal-Education Bar meta spiċċa fit-tmien post segwit min Tony Borg (Horseshoe) u Kirsten Aquilina (Qormi Hockey) li spiċċaw fit-tnejn u tletin post. Fil-pari tal-irġiel l-istess Joe Davis flimkien ma’ sieħbu Rob Collins għelbu faċilment fil-finali lill-aħwa Kevin u Doug Thoburn 4-0. L-aħjar fost il-Maltin kienu Aquilina/Farrugia (Qormi Hockey), Micallef/Tonna (Siggiewi ta’ Klariċċ), Stanmore/Keen (Kalkara St Joseph) u Abela/ Borg (Horseshoe) li spiċċaw fis-sittax -il post. Il-finali tan-nisa intrebħet min Jo Locke talIngilterra meta għelbet lil Paula Jacklin ukoll milIngilterra 4-2. Jane Baggeley Agius (New Sun City Pub) spiċċat ma’ l-aħħar sittax. Fil-pari tan-nisa, l-istess Jo Locke flimkien ma’ Amanda Harwood għelbu lil Deta Hedman u l-Maltija Althea Ciantar 4-1. Għat-tieni sena saret il-kompetizzjoni ta’ plejers b’diżabbilita’. Din intrebħet minn Thomas Callaghan li għeleb lil missieru Doug.

23


SPORTIV

I B B U R D J A R 24

ELUSIVE2 iżommu t-Trofew fil-BOV Gozo Regatta

Irjieħ qawwija u mewġ kbir iwaslu biex it-tlielaq isiru f’Malta

I

l-crew ta’ Elusive 2 żammew it-trofew talBOV Gozo Regatta, li rebħu s-sena l-oħra, u erbà darbiet b’kollox. Il-BOV Regatta kienet organizzata mir-Royal Malta Yacht Club bejn il-15 u s-17 ta’ Novembru 2019.

Id-Direttur tat-Tellieqa, Peter Dimech, bi qbil mal-ekwipaġġi parteċipanti kollha, iddeċieda li t-tlielaq isiru barra l-Port il-Kbir f ’Malta minħabba l-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp b’mod speċjali fil-Port tal-Imġarr fejn kien se jkun perikoluż għad-dgħajjes biex jittrakkaw. Bil-kaptan Maya Podesta, Elusive 2 ħadet il-line honours fl-ewwel tellieqa li saret il-Ġimgħa. Dan kien segwit minn rebħiet oħra fil-jum tas-Sibt meta l-Klabb organizza żewġ tlielaq round-the-cans. Filjum tal-Ħadd, Elusive 2 rebħet l-ewwel tellieqa biex tiżgura l-ewwel post kemm fl-IRC Racer Class 1 kif ukoll ir-rebħ ġenerali tar-Regatta. Fl-IRC Racer Class 2, Vivace ta’ Andrew Agius Delicata għelbet lil JYS Jan bil-kaptan Zachary Zammit bi 3 rebħiet kontra 2 biex spiċċat fl-ewwel post ta’ din il-kategorija. Fl-IRC Cruiser Class, Allegra, bis-sid Patrick Vassallo bħala l-kaptan, għelbet lil Janissah ta’ Mario Debono biex rebħet din il-Klassi. Stefan Abela, Uffiċjal ta-Komunita’ fi ħdan ilBank of Valletta u Godwin Zammit, il-Komodor tar-Royal Malta Yacht Club ippreżentaw it-Trofew tal-BOV Gozo Regatta lill-ekwipaġġ tal-Elusive 2,

li reċentement kienu wkoll ir-rebbieħa ġenerali tarRolex Middle Sea Race u issa rebbieħa għar-raba’ darba ta’ din it-tellieqa. ‘Aħna ninsabu kburin ħafna bid-deċiżjoni li ħa r-Royal Malta Yacht Club flimkien malparteċipanti fit-tellieqa biex is-sigurtà ta’ dawk kollha nvoluti tiġi l-ewwel fis-sitwazzjoni tattemp prevalenti, u t-tellieqa titmexxa lejn Malta. Nirringrazzjaw ukoll lill-ekwipaġġi li żammew l-impenn tagħhom biex jieħdu sehem fit-tellieqa f ’kundizzjonijiet mhux daqstant favorevoli,’ qal Stefan Abela. ‘Il-BOV Gozo Regatta stabbilixiet ruħha bħala l-ewwel tellieqa wara r-Rolex Middle Sea Race, fejn aħna kburin li r-rebbieħa tal-BOV Regatta huma l-istess rebbieħa ta’ din it-tellieqa tant prestiġjuża.’ ‘Kien ta’ pjaċir assolut għalina li naraw l-ekwipaġġi jindirizzaw il-kundizzjonijiet diffiċli tat-temp tul ilkosta ta’ Malta, u ninsabu partikolarment sodisfatti bin-numru ta’ membri tal-ekwipaġġ ta’ età żgħira ħafna li ħadu sehem fit-tellieqa – ċertament dawn huma l-futur tat-tbaħħir f ’Malta,’ qal il-Komodor tar-RMYC. ‘Grazzi speċjali tmur lid-Direttur tatTellieqa Peter Dimech u lill-Viċi Komodor tarRMYC Robert Ciantar li kienu kuraġġużi fl-ibħra qawwija u organizzaw u mexxew b’ordni t-tlielaq tul tmiem il-ġimgħa.’ Ir-riżultati tal-BOV Gozo Regatta Weekend jinsabu fuq: https://www.rmyc.org/event/2019bov-gozo-weekend-regatta/


MUTURI Ġemellaġġ bejn Għawdex u Sqallija

G O Z O S P O R T

SPORTIV

I

l-Gozo Motorcross Association nhar il-Ħadd 3 ta Novembru 2019, organizzat t-tieni parti tal-ġemellaġġ bejn Għawdex u Sqallija ġewwa t-trakka Ta’ Xħajma bil-parteċipazzjoni ta’ sewwieqa Għawdxin u Maltin flimkien ma’ oħrajn Sqallin. Wara s-suċċess li kellhom sewwieqa Għawdxin ġo Sqallija f ’Mejju tal-2018, kien imiss lilhom biex jiġu Għawdex. Dawn ilkompetizzjonijiet kienu segwiti min numru kbir ta’ spettaturi fejn it-tlielaq kienu kompetittivi ħafna, bil-kompetituri jissieltu għallewwel tliet postijiet.

Minbarra Klassijiet A, B, C u D, saret kompetizzjoni oħra għal veterani fejn rajna erba’ sewwieqa li xi darba jew oħra matul ħajjithom kienu sewwieqa tajbin, saħansitra anke champions. Frank Xuereb, Mark Camilleri, Scott Donavan u Antonino Muscolino sewwieq Sqalli ta’ 71 sena li għadu attiv ferm fl-isport tal-Motocross fi Sqallija, kienu s-sewwieqa veterani li pparteċipaw f ’din ilklassi. Xuereb rebaħ din is-sezzjoni segwit minn Muscolino u Mark Camilleri rispettivament. F’dawn il-kompetizzjonijiet rajna wkoll żewġ sewwieqa ta’ 13 u 14-il sena rispettivament, Antoine Muscat u Mark Camilleri b’dan tal-aħħar jagħmel id-debutt tiegħu. Fi Klassi D, fl-ewwel post daħal Michael Sant, segwit minn Steve Cassar u Mark Attard fit-tielet post. F’din l-istess Klassi ħadu sehem żewġ sewwieqa femminili, il-Maltija Nicole Cutajar u l-Għawdxija Emma Xuereb. Imbagħad fi klassi C kellna lil Sylvan Caruana li daħal fl-ewwel post. L-Isqalli Peppe Cernutogie spiċċa fit-tieni post segwit minn Anthony Fenech li daħal fit-tielet pożizzjoni. Sadanittant il-kategorija B, ġiet mirbuħa minn Daniel Portelli. Robert Spiteri daħal fit-tieni post filwaqt li Jorn Stellini spiċċa fit-tielet post. Intant fi Klassi A, ħareġ rebbieħ Kyle Camilleri, segwit minn Steve Xuereb u Garry Debono li spiċċaw rispettivament fiż-żewġ postijiet ta’ wara. Fl-aħħar tal-programm, il-president Frank Xuereb qassam trofej lis-sewwieqa rebbieħa bis-sapport ukoll ta’ Galea General Services li rregala prodotti Ravenol Lubricants. Peppe Cernuto, koordinatur ta’ dan il-ġemellaġġ sportiv bejn iż-żewġ gżejjer filwaqt li faħħar l-organizzazzjon, wiegħed li se jibqa’ jinżamm kuntatt bejn Sqallija u Għawdex fil-futur. Il-president tal-GMA, Xuereb, awgura li dan jibqa’ jseħħ u filwaqt li wiegħed l-appoġġ kollu tiegħu, qal li dawn il-ġemellaġġi sportivi jagħmlu ġid kbir lill-atleti lokali. Joe Bajada 25


SPORTIV

the purest

Enjoy the superior quality of H2Only water directly at home or place of work. We deliver our bottles all the way to your dispensers! A wide range of dispensers available both for rental or purchase. Log on www.h2only.com for further information and offers.

Produced and distributed by Island Beverages Co. Ltd. 26

email: care@h2only.com


SPORTIV

Klabb tal-

ied d iż t x ie b j e p o r w E futbol juża fondi

L-UGWALJANZA

BEJN IS-SESSI I

s-sena 2019 kienet waħda impenjattiva għal ‘Mġarr Youth Nursery’ għaliex matulha implimentaw b’suċċess proġett transnazzjonali u finanzjat mill-Ewropa, taħt il-programm Erasmus+. Il-klabb kiseb il-finanzjament għal dan il-proġett bl-għajnuna tal-MEUSAC.

M E U S A C

B’kollaborazzjoni ma’ żewġ għaqdiet tal-futbol, waħda mill-Polonja u l-oħra mis-Slovenja, l-Mġarr Youth Nursery xtaqu jwettqu proġett imsejjaħ ‘Team Up For Sports – TU4S’. Permezz ta’ dan il-proġett riedu jindirizzaw problema li sfortunatament hija komuni fit-tliet pajjiżi parteċipi u kif ukoll madwar l-Ewropa: l-inugwaljanza tan-nisa fil-futbol. L-għaqda tal-futbol tal-Imġarr hija sfortunatament waħda mill-ftit klabbs f ’Malta li għandha tim talfutbol tan-nisa. Minkejja dan, xorta jesperjenzaw diversi diffikultajiet biex iħeġġu l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-futbol, kemm bħala atleti u kif ukoll bħala voluntiera. Fil-verità, l-inugwaljanza tan-nisa fix-xena talfutbol hija wiesa aktar minn hekk. Rapport maħruġ mill-Parlament Ewropew f ’Marzu tal-2019 juri li hemm nuqqas sostanzjali ta’ nisa f ’pożizzjonijiet ta’ kowċis u ta’ tmexxija sportiva, kemm fil-klabbs u kif ukoll fl-istituzzjonijiet sportivi. Ir-rapport jagħmel enfasi fuq l-inugwaljanza tal-pagi bejn issessi, filwaqt li juri li minkejja l-progress, atleti nisa għadhom jiġu rappreżentati fil-midja iktar bħala attrazzjoni sesswali milli għall-kwalitajiet sportivi tagħhom. Dan ir-rapport juri b’mod ċar li l-inugwaljanza bejn is-sessi għadha preżenti fl-isport, iktar u iktar meta tikkonċerna sport li huwa ddominat mill-irġiel, bħall-futbol. F’dan ir-rigward, dan il-proġett fittex li jindirizza, bi proġett transnazzjonali, kwistjoni li fiha nfisha testendi lil hinn mill-fruntieri Maltin, bilgħan li jikkontribwixxu għaż-żieda tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-futbol. F’dan ir-rigward, il-proġett involva primarjament kampanja ta’ informazzjoni li tinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-futbol, billi ngħatat informazzjoni fuq il-kisbiet tan-nisa fix-xena talfutbol u fuq opportunitajiet ta’ karrieri fil-futbol.

l-opportunità lil atleti u voluntiera oħra fil-klabb biex isiefru, jikkollaboraw u jaħdmu flimkien biex iwettqu l-għanjiet tal-proġett. Kull kollaborazzjoni transnazzjonali kellha tema partikulariu kollha seħħew fuq medda ta’ tlett ijiem. Fl-ewwel ġurnata ta’ kull kollaborazzjoni transnazzjonali ġie organizzat seminar li matulu numru ta’ professjonisti tkellmu fuq it-temipartikulari li kienu qegħdin jiġu diskussi. It-tieni ġurnata involviet sensiela ta’ diskussjonijiet bejn il-parteċipanti biex jiġu determinati l-bżonnijiet tan-nisa, l-ostakli li jiffaċċjaw, u l-mezzi ta’ kif nistgħu nikkumbattu d-diskriminazzjoni, is-sessiżmu u l-isterjotipi negattivi fil-futbol. Fl-aħħar ġurnata ġiet organizzata Sports Day li fiha ħadu sehem kemm atleti nisa u kif ukoll irġiel, bil-għan li jippromovu l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-futbol u kif ukoll inġenerali. Fuq kollox, ġew żviluppati linji gwida, ibbażati fuq informazzjoni miġbura millattivitajiet preċedenti, ta’ kif klabb għandu japplika l-ugwaljanza fit-tmexxija tiegħu, bilgħan li jinħolqu aktar timijiet tal-futbol tannisa, jiġbdu aktar nisa lejn il-futbol u titnaqqas id-diskriminazzjoni, is-sessiżmu u l-isterjotipi negattivi fil-klabbs. Dan is-suċċess għandu jkun ta’ ispirazzjoni għal għaqdiet oħra, biex huma wkoll jimplimentaw proġetti simili u japplikaw għal dawn it-tip ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea. Il-MEUSAC tista’ tgħin fittfassil tal-proġġetti u fil-mili tal-applikazzjonijiet għal dawn il-fondi. Għal aktar informazzjoni dwar fondi Ewropej, tista’ tikkuntattja lill-MEUSAC fuq funding. meusac@gov.mt jew 2200 3300.

Apparti minn hekk, il-proġett wassal ukoll biex ġew organizzati tliet attivitajiet imsejħa ‘kollaborazzjoni transnazzjonali’, fit-tliet pajjiżi parteċipi, fejn taw Kurt Cortis, Executive EU Funding at MEUSAC

27


SPORTIV

” ja r o k is N a b it K l“Bil-Qari u

IS-SITT

ĊIKLU

Kif inhu sejjer il-programm? Wasalna fis-sitt ċiklu tal-programm. Qegħdin naħdmu f ’disa’ skejjel f ’Malta u Għawdex: il-Birgu, il-Belt, l-Imġarr, Ħal Qormi San Bastjan, il-Marsa, Birżebbuġa, l-Għarb u l-iskejjel medji ta’ Blata l-Bajda u Bormla. Diġà qbiżna n-nofs u nħossu li l-programm qed iħalli ħafna frott u lilna qed jimliena b’sodisfazzjon.

Q A R I 28

Biddiltu xi affarijiet f ’dan iċ-ċiklu? Ċertu ħiliet nibqgħu ninsistu u naħdmu fuqhom fiċ-ċikli kollha, bħal pereżempju kif it-tfal għandhom jagħżlu ktieb tajjeb għalihom skont il-livell tagħhom, kif jiċċaraw ħsibijiethom, kif jistaqsu, ibassru, jiskimmjaw u jiskennjaw. Matul il-programm ‘BilQari u l-Kitba Niskorja’ ngħallmuhom ħiliet bażiċi u essenzjali li mhux biss iservuhom fil-logħba talfutbol imma wkoll fil-ħajja. Għalkemm naħdmu fuq ħiliet differenti f ’kull sessjoni, dejjem nimmiraw li nżewqu l-futbol mal-ħila u l-imħabba lejn il-qari. Matul ix-xhur sajfin, il-literacy leaders attendaw programm ta’ taħriġ dwar kif nistgħu ngħinu lit-tfal ikunu aktar kreattivi fil-kitba tagħhom u jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom bħala kittieba. Issa, f ’dan iċ-ċiklu, qegħdin jimplimentaw xi ħiliet u ideat ġodda malparteċipanti ta’ ‘Bil-Qari u l-Kitba Niskorja’. Fost l-oħrajn, jaħdmu fuq il-proċess tal-kitba billi jagħtu l-opportunità lill-istudenti jaqraw, jiktbu, jiddiskutu l-ideat u l-istejjer tagħhom magħhom u jagħtu l-opinjoni u s-suġġerimenti tagħhom. L-għan tagħna baqa’ l-istess-li nużaw il-passjoni li għandhom it-tfal għall-futbol sabiex innisslu l-imħabba lejn il-kotba u l-qari. Però, nemmnu li kull grupp ta’ tfal huwa uniku u għandu abilitajiet differenti. Għalhekk nużaw metodi u riżorsi varji skont il-bżonnijiet tat-tfal sabiex ngħinu lil kulħadd jilħaq il-potenzjal tiegħu u jkun suċċess. Għalhekk sabiex nagħmlu dan, fil-libreriji ta’ kull ċentru tagħna nqiegħdu kotba ta’ livelli differenti għal kulħadd, kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż. Issaqsu lil-parteċipanti x’jixtiequ jagħmlu matul l-għaxar sessjonijiet? Iva, fl-ewwel sessjoni, it-tfal jingħataw karta fejn jiktbu x-xewqat u x’qed jistennew minn dan il-programm. Xtaqna naqsmu ftit mill-kummenti tagħhom magħkom:

Nilagħbu logħba futbol flimkien. Naqra kotba dwar il-plejers favoriti tiegħi. Penalty shootout u drama. Naqra kotba dwar Messi. Nixtieq lesson dwar Neymar. Naqra kotba dwar Manchester United. Nitgħallmu ħiliet ġodda relatati mal-futbol. Nilagħbu flimkien u nieħdu gost Irrid inkun naf kif tagħmel rovexxata. Kwiżż dwar il-futbol. Nitgħallem tricks ġodda tal-futbol. Maria Cremona


SPORTIV

EDWARD

GATT

President ġdid għal MVA bi programm għall-qawmien tal-logħba f’Malta. Ilu attiv fil-logħba 24 sena.

V O L L E Y B A L L

L

-Inġinier Prof Edward Gatt hu l-President il-ġdid tal-Malta Volleyball Association.Hu ilu attiv fil-Volleyball mill-1995. Tul l-24 sena fil-logħba, Prof Gatt kien kowċ nazzjonali tat-tim talJuniors tan-Nisa u membru fl-Eżekuttiv tal-MVA fl-2015. Hu qal li daħal għal din il-kariga għax għandu għal qalbu l-logħba tal-volleyball u se jagħmel ħiltu biex jgħolli l-livell tal-logħba f ’Malta. Bħalissa Malta tinsab fl-inqas ranking fl-isfera internazzjonali. F’intervista ma’ SPORTIV, Prof Gatt qal li se jagħti importanza liżżgħar biex jibnu bażi soda għall-futur. Hu appella koperazzjoni sħiħa minn kulħadd - mill-awtoritajiet, il-klabbs u l-players - biex iwettaq il-programm u jgħid li triq trid ħafna xogħol.

X’ġiegħlek tikkontesta u tidħol għal din il-kariga fit-tmexxija tal-Malta Volleyball Association? Ili nvolut fl-isfera tal-Volleyball mill-1995 - meta kont wieħed mill-fundaturi ta’ klabb tan-nisa. Missena 2001 ‘il hawn bdejt ninvolvi ruħhi mal-MVA l-ewwel bħala kowċ tat-tim nazzjonali juniors tannisa u mbagħad ukoll bħala membru fl-eżekuttiv. Fl-2015 ma bqajtx membru fl-MVA imma bqajt attiv fil-klabb. F’dawn l-aħħar snin ħassejt li l-isport mar lura għax it-timijiet nazzjonali ma ngħatawx biżżejjed opportunitajiet u fil-fatt riċenti tniżżilna fil-kategorija l-inqas baxxa fir-ranking minħabba nuqqas ta’ attivita’. Dan hu sport għal qalbi u jiddispjaċini meta narah sejjer lura u se nagħti l-almu tiegħi biex immexxih ‘il quddiem, għalkemm naf li din it-triq trid ħafna xogħol. Kif inhi s-sitwazzjoni llum. Kemm hemm klabbs reġistrati u players magħhom? Fis-sitwazzjoni lokali hemm disà klabbs imma ħafna minn dawn il-klabbs huma żgħar u jaħdmu b’impenn u b’ħafna diffikultajiet speċjalment finanzjarji u ta’ riżorsi umani - bħala plejers hemm xi 300 plejer imma nixtiequ iktar tfal jersqu lejn illogħba għax hemm kategoriji bħal Under 18 fejn għandna nuqqas kbir ta’ plejers u l-kompetizzjonijiet tal-irġiel prattikament m’hemm xejn.

Xi strategija se tintuża biex aktar tfal jersqu lejn il-logħba ? Waħedna ma naslux u rridu l-kollaborazzjoni ta’ kulħadd. Fil-fatt Renato Arena Viċi President internazzjonali dan l-aħħar kien f ’ Malta biex jagħtina l-appoġġ biex nibdew proġett fl-iskejjel - bl-għajnuna tas-CEV - u f ’numru ta’ taħdidiet li kellna mal-awtoritajiet - l-idea hi li ninvolvu lil kulħadd – il-MVA, il-klabbs, is-CEV, SportsMalta, il-KOM, il-Ministeru u l-iskejjel u għalliema biex nikkollaboraw biex dan l-isport jerġa’ jieħu l-ħajja fl-iskejjel - il-logħba tintlagħab, ikun hemm kompetizzjonijiet tal-apposta biex l-isport jikber. X’għajnuna qed tingħata mill-awtoritajiet u SportMalta? Għadna kif bdejna l-mandat tagħna riċenti hafna u bdejna nfasslu qafas u programm kif beħsiebna nimxu ‘il quddiem. Se nagħtu prijorita’ lill-plejers żgħar għax huma l-futur tal-logħba u beħsiebna nikkompetu fl-2020 u f ’dawk femminili u ċerti li se nsibu l-għajnuna tal-awtoritajiet, SportsMalta u l-KOM biex nagħtu kull opportunita’ biex l-isport jikber u mid-diskussjonijiet li kellna hemm il-ħeġġa sħiħa li l-volleyball jikber. X’inhuma l-pjani għall-futur u l-appell tiegħek lejn dawk kollha nvoluti? Kif semmejt qabel, se nagħtu prijorita’ liżżgħar għax dan l-aħħar dawn ma kellhom l-ebda kompetizzjoni u naħsbu li jekk ma nkabbrux ilbażi, dan l-isport mhux se jikber - għalhekk se nkunu attivi fl-iskejjel l-ewwel. Barra minhekk bħala nazzjonal tal-kbar naħsbu li l-ewwel nett nippruvaw insaħħu l-Beachvolley għax hi ferm eħfef li tkun kompetittiv fiha imma l-għan aħħari hu li nimbuttaw l-Indoor u l-Beachvolley. Tagħna hi assoċjazzjoni li tinkludi żewġ dixxiplini Olimpiċi - li huma t-tnejn importanti, speċjalment il-Beachvolley li jista’ jattira nies iktar lejn l-isport - kemm indoor u beach - l-iktar meta tqis il-klima tajba tagħna li tħallina nilagħbu Beachvolley kważi sena sħiħa. Għalhekk se nitolbu l-għajnuna tal-istakeholders kollha biex jgħinuna fil-Beachvolley biex nagħmlu l-almu tagħna għall-midalja li tpoġġina fuq il-mappa lokali hekk kif kien ġara fis-sena 2000 meta rbaħna midalja tal-fidda meta l-isport kien tant sod. 29


SPORTIV

STORJA FOOTBALL MALTI SLIEMA WANDERERS jiftħu vantaġġ ta’ ħames punti

IT-TMIEN ĠURNATA 22-01-1966: Sliema Wdrs. FC – Birkirkara FC 4-1 H.T 2-1 Referee: George Busuttil Skurjaw: J. Cini (S) 7’ u 22’, A. Borg (B) 30’, R. Cocks (S) 69’ u L. Micallef (S) 78’. Sliema Wdrs. FC: Ray Cosby, Lino ‘Il-Fus’ Falzon, Joe Aquilina, Charlie ‘Il-Kiskisell’ Spiteri (Twanny ‘Tal-Manager’ Vassallo 51’), Salvu Bonnici, Robbie Buttigieg, Ronnie Cocks, Joe Cini, Leli ‘Tal-Fjuri’ Micallef, Edward Aquilina, Vince ‘Tal-Manager’ Vassallo. Birkirkara FC: Randolph Camilleri, Pawlu Barbara, Ġanni Saliba, Charles Spiteri, Joe ‘Il-Lolu’ Zarb, Leli Mallia, Alfred Zammit, Joe ‘Il-Waqu’ Bonello, Karmenu ‘L-Iscotch’ Borg, Nenu ‘Id-Deppi’ Saliba, Alfred Borg. 1. Ray Cosby rega’ deher bejn il-lasti ta’ Sliema Wanderers wara zmien twil nieqes. Il-Wanderers kienu diga’ ghamlu uzu millgoalkeepers Alfred Debono u Alfred Vella f ’dan il-kampjonat. Alfred Debono kien ilu ma jilgħab mit-telfa ta’ 3-1 kontra Valletta fil-final tal-Cassar Cup u fil-fatt kien jumejn wara din il-logħba li kien reġa beda jinżel għat-training ma’ Sliema. Il-goalkeeper

30

l-ieħor Alfred Vella lagħab biss partita waħda u ftit kellu wirja tajba minkejja li l-Wanderers rebhu xorta waħda 4-2 kontra Floriana. L-aħħar partita ta’ Cosby bejn illasti tal-Wanderers kienet fil-11 ta’ Jannar 1964 meta Sliema kienu ghelbu lil Melita 4-1. 2. Ritorn ieħor fl-Ewwel Diviżjoni kien talveteran Leli Mallia li l-aħħar dehra tiegħu ma’ Birkirkara fl-ogħla Diviżjoni kienet flaħħar ġurnata tal-kampjonat 1962-63. 3. Birkirkara kellhom ħames players regolari nieqsa meta Karmenu Micallef ‘Id-Dunda’ kien ġie sospiż żewġ logħbiet, Ġillu Pace kien sospiż logħba, Frans Bonnici ‘Il-Lula’ kien imsiefer mar-Reġiment, il-goalkeeper Pawlu Bonello kien imweġġa’ filwaqt li Johnnie Micallef informa lill-Kumitat li rtira millfootball minħabba raġunijiet personali. 4. L-ewwel goal ta’ Sliema skurjat minn Joe Cini wasal minn żball tal-goalkeeper Randolph Camilleri meta x-xutt ta’ Cini ħarablu minn idejh u spiċċa fix-xibka. Randolph Camilleri, ħu l-player ta’ Floriana Anton Camilleri, kien qed jiddebutta flewwel team meta ħa post il-goalkeeper regolari Pawlu Bonello. 5. Joe Cini, l-aqwa skorer tal-kampjonat fl-

istaġun ta’ qabel, skorja l-ewwel goals f ’dan il-kampjonat. Huwa kien diġa skorja l-uniku goal ta’Wanderers fit-telfa ta’ 3-1 kontra Valletta fid-9 ta’ Jannar fil-Final tal-Cassar Cup. Cini mar anke qrib li jiskorja hat-trick meta kwarta mit-tmiem laqat il-mimduda bil-ballun jinżel fuq il-linja tal-goal. Sliema pprotestaw li l-ballun kien qabeż il-linja iżda l-linesman Carmel Galea għamel sinjal li l-ballun ma kienx daħal. 6. It-tielet goal tal-Wanderers wasal minn first timer ta’ Ronnie Cocks bix-xutt ikun tant b’saħħtu li l-ballun baqa’ mwaħħal bejn il-lasta u r-rokna tax-xibka. 7. Sliema Wanderers kienu qed jilgħabu mingħajr John Bonett li ma rkuprax millinjury tal-Ħadd ta’ qabel kontra Floriana. Charles Spiteri, li daħal fit-team minflok Bonett, ukoll spiċċa weġġa’ f ’din il-partita u kellu jiġi mibdul. 23-01-1966: Ħamrun Sp. FC – Floriana FC 1-0 H.T 1-0 Referee: Joe M. Cassar Naudi Skorja: J. Zarb (H) 39’. Ħamrun Sp. FC: Charles Buttigieg, Jimmy Spiteri, Patistu Attard, Karmenu Galea, Martin Attard, John ‘Il-Lolu’ Zarb, Gejtu


SPORTIV

‘Iċ-Ċajn’ Zammit (Edward Spiteri 59’), Lolly Muscat, Carmelo ‘Nene’ Grech, George ‘Ta’ Ġulinu’ Tonna, Albert Calleja. Floriana FC: Charles ‘Kastru’ Zerafa, Alfred ‘Il-Paper’ Debono, Alfred Dymond, Charles Galea, Joe Grima, Frankie Micallef, Salvu Borg, Lolly Aquilina, Nenu Chircop, Lolly Borg, Hugh Caruana. 1. Qabel il-partita kienet nżammet minuta silenzju b’rispett lejn il-memorja tal-ex Segretarju ta’ Floriana FC Joseph Martinelli, 47 sena, li kien miet għall-għarrieda ġurnata qabel fl-Ingilterra fejn kien jinsab fuq kors tal-Ammiraljat tas-Civilian Officers. Joseph Martinelli kien Segretarju ta’ Floriana millistaġun 1950-51 sal-1960-61 fejn anke rrapreżenta lill-club fil-Kunsill tal-MFA, kien anke Segretarju tal-Kazin tal-Banda Vilhena u membru tan-National Sports Board. 2. B’din it-telfa it-tamiet li Floriana jirbħu l-kampjonat taru mar-riħ meta sa ġimgħa qabel sa sitt minuti mit-tmiem kienu fetħu vantaġġ ta’ tliet punti fuq Sliema iżda sofrew tliet goals fl-aħħar ħinijiet u tilfu l-partita u l-quċċata tal-klassifika. 3. Is-sostitut Charles Galea irritorna fitteam ta’ Floriana wara li fis-17 ta’ Novembru rritorna minn Sydney l-Awstralja fejn kien emigra sena qabel. Matul is-sena li għamel l-Awstralja huwa kien ġie vvutat l-aħjar player tat-team tal-Maltin Malta United t’Adelaide. St George’s li kienu qed jiċċalinġjaw biex jiġu promossi kienu avviċinaw lil Floriana għall-akkwist tiegħu iżda ma kienx intlaħaq ftehim. 4. L-uniku goal tal-partita wasal minn Johnnie Zarb, il-player li Floriana tant kienu pprivaw jieħdu magħhom fis-sajf. 5. Matul il-partita il-player ta’ Ħamrun Albert Calleja beda l-ħin kollu jiffowlja u jidħol b’mod goff fuq il-player Lolly Borg bir-referee jonqos li jammonixxi lill-player tal-Ispartans. Skond ir-rapport tal-Malta News trid tara l-fouls biex temmen. Mument minnhom il-player Salvu Borg irritalja hu għal foul ta’ Calleja fuq Lolly Borg fejn qam l-inkwiet bejn diversi players 6. Floriana bidlu erba’ players mit-team li tilef 4-2 kontra Sliema Wanderers ġimgħa qabel – il-goalkeeper Tony Borg, Lolly Debattista, Tony Cauchi u Edward Azzopardi. 7. Fi tmiem il-partita kien hemm ġlied bejn il-players ħdejn id-dressing rooms bilpartitarji Ħamruniżi li kienu qrib fejn qam l-inkwiet iwaddbu l-ġebel lejn il-players

Furjaniżi. Il-player Bertu Calleja deher ixejjer bis-sieq lil Salvu Borg. Il-Kunsill talMFA fit-30 ta’ Marzu kien iddiskuta l-każ fejn iż-żewġ teamijiet irċevew twissija. Klassifika: Sliema Wdrs. FC 14 pti.; Floriana FC 9 pti.; Hibernians FC 8 pti.; Valletta FC 7 pti.; Ħamrun Sp 6 pti.; Birkirkara FC 3 pti. L-Aqwa Skorers: J. Bonett (Sliema Wdrs. FC) 5 goals; N. Chircop (Floriana FC), R. Cocks u L. Micallef (Sliema Wdrs. FC) 4 goals; L. Borg u T. Cauchi (Floriana FC) 3 goals.

AĦBARIJIET Fl-1 ta’ Jannar 1966 fl-10.30 a.m. intlaghbet partita ta’ hbiberija mhux tassoltu bejn players Maltin li huma partitarji tat-team Ingliz u players Maltin li huma partitarji tat-team Taljan. Il-partita intlaghbet fl-Arena tal-Indipendenza filFurjana u kienet organizzata mic-Circolo Giovanile San Publio tal-Furjana. Il-partita kienet intemmet fi draw ta’ minghajr goals. Xi ismijiet maghrufa kienu Derek Iles u l-goalkeeper ta’ Birkirkara Randolph Camilleri fit-team ‘Ingliz’ u Anton Camilleri, Louis Arpa u Victor Mintoff fit-team ‘Taljan’. Randolph u Anton Camilleri huma aħwa. Fit-2 ta’ Jannar 1966 Valletta rebħu l-ewwel unur tal-istaġun meta saru Champions tal-kampjonat tal-Under 21 wara li għelbu lil Ħamrun Spartans 2-0 b’goals ta’ Gauci fl-40 minuta u Mizzi fit-88 minuta. Dan il-kampjonat kien wieħed qasir bejn sitt teamijiet u b’round wieħed. Valletta kisbu tliet rebħiet u żewġ drawijiet. Fit-2 t’ Jannar 1966 fil-partita tat-Tieni Diviżjoni bejn Senglea Athletic u Santa Venera (2-0) il-goalkeeper Salvu Alamango lagħab bħala inside left u skorja t-tieni goal għal Senglea wara li Casha kien fetaħ l-iskor. Fil-5 ta’ Jannar 1966 wasal Malta il-player Ungeriż Pal Csernai li kellu negozjati ma’ Valletta biex ikun il-player-coach tagħhom. Csernai, li kien joqgħod il-Ġermanja, kien lagħab mat-team B tal-Ungerija. Fit-12 ta’ Jannar Csernai niżel għat-training filVictoria Gate Ground ma’ Valletta u fit-23 ta’ Jannar lagħab anke fi friendly fil-Marsa Ground mat-team Belti kontra l-RAF li Valletta tilfu 1-3. Ġurnata wara Valletta kienu tressqu quddiem il-Kunsill minħabba li lagħbu lil Csernai mingħajr permess talMFA u ġew imwissija. Csernai ħalla Malta fit-28 ta’ Jannar u kien mistenni jilgħab ma’ Valletta mill-istaġun ta’ wara.

Fl-10 ta’ Jannar 1966 Lija Athletic daħħlu protest quddiem l-MFA fejn sostnew li fil-partita kontra Marsa ta’ ġurnata qabel dawn daħħlu lis-sostitut Spiteri minflok A. Borg meta l-istess Spiteri kien diġa lagħab fil-partita u ġie mibdul ma’ Portelli. Meta l-Kunsill sema’ il-każ fis-27 ta’ Jannar 1966 Lija ma rnexxielhomx jippruvaw l-akkuża tagħhom u tilfu l-protest. Fit-13 ta’ Jannar 1966 il-Kunsill talMFA ddiskuta jekk Malta għandhiex tieħu sehem fit-Tazza tan-Nazzjonijiet Ewropej. Ġie deċiż li tintalab għajnuna finanzjarja mingħand in-National Sports Board iżda r-risposta li rċevew mingħand din l-entita’ governattiva kienet li l-livell baxx tal-football Malti u s-sitwazzjoni finanzjarja xejn tajba ma jħallux lok għal parteċipazzjoni f ’kompetizzjoni hekk kbira. Fil-15 ta’ Frar 1966 l-MFA bagħtet cable lill-UEFA fejn għarrfitha li ma kienitx ser tieħu sehem. Fit-18 ta’ Jannar 1966 il-ġurnal ‘IlĦaddiem kiteb li s-side tal-lagħba f ’Manoel Island illum tferrxet fi kwalunkwe parti talground, bil-lagħba jduru ma’ kull rokna talground bil-fivers f ’idejhom iħajjru lin-nies biex jieħdu l-punt. Fit-22 ta’ Jannar 1966 thabbret il-mewt għall-għarrieda tas-Sur Joseph Martinelli fl-ghomor ta’ 47 sena. Huwa kien jinsab l-Ingilterra fuq Admiralty Course għallħaddiema taċ-Ċivil. Is-Sur Martinelli kien serva fil-Kumitat ta’ Floriana FC bejn l-1949 u 1962 fejn ghamel zmien twil Segretarju tal-club. Huwa kien anke rappreżentant ta’ Floriana FC fil-Kunsill tal-MFA. Fit-23 ta’ Jannar 1966 waqt il-partita talMinors bejn Ħamrun Spartans u Floriana (2-2) il-player tal-Ispartans Cuschieri xejjer daqqa lill-goalkeeper sieħbu Mifsud hekk kif Ħamrun sofrew it-tieni goal skurjat minn Louis Arpa. Mifsud ried joħroġ mill-ground iżda l-Kumitat ikkonvinċieh jibqa’. Ir-referee John Dalli naqas li jkeċċi lil Cuschieri biex wara kien dan l-istess player li skorja l-goal tad-draw għall-Ispartans. Fil-31 ta’ Jannar 1966 f ’serata li saret fil-Hotel Phoenicia, il-player tal-waterpolo Alfred Grixti ġie vvutat Sportsman of the Year filwaqt li Christine Cauchi tal-Amateur Swimming Association kienet ivvutata Sportswoman of the Year. 11 il- sportiv raġel u erba nisa’ kienu kkontestaw għar-rebħ talunur li kien jiġi organiżżat minn Sporting Star ta’ Benny Pace u sponsorjat mid-ditta tas-sigaretti Carreras (Malta) Limited. Tonio Farrugia

31


SPOT THE BALL SPORTIV

K O M P E T I Z Z J O N I 32

1

2

u i r ba ħ F l o k k ta’ Juventus

3

4

5 A

B

C

D

TISLIBA

32) Cristhian, attakkant tal-Urugwaj fil-Fifa WC 2018 (6) 33) Divock, winger ta’ Liverpool misluf lil Wolfsburg (5)

MIMDUDIN

1) Iddefenda l-lasti tal-Olanda f’130

E

partita (5,3,3,3) 8) Winger Żvizzeru ta’ Liverpool (7,7)

Kull xahar għandek iċ-ċans tirbaħ ma’ Sportiv.

2) It-tielet l-eqdem club professjonali fid-dinja (7)

Ham (2)

3) Anton, left-back ta’ Ludogorets u Bulgarija (9)

Napoli (7) 13) Karl-Heinz, attakkant rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja 1990 (6) 15) Free-kick jew “…-piece” (3)

Sportiv Magazine, Kompetizzjoni Spot the Ball, Union Print Co. Ltd. Workers’ Memorial Building, 3rd Floor, South Street, Valletta .

Soluzzjoni Ħarġa nru. 152

2

3

4

Ir-Rebbieħa tal-Kompetizzjoni “Spot the Ball” ta’ Ħarġa nru. 152 huwa: Stephanie Cassar - Qawra

16) Khachatryan, ex midfielder tal-Armenia b’56 partita (5) 18) Schwartz, ex midfielder tal-Iżrael (2’4)

4) “… Amro”, ex sponsor ewlieni ta’ Ajax Amsterdam (3) 5) Matt, wing-back ta’ Wolves u r-Repubblika tal-Irlanda (7) 6) 155 partita ma’ Bayern Munich u 112 mallParagwaj (5,5,4) 7) Ţicleanu, midfielder tar-Rumanija fil-Euro 1984 (5) 9) u 28) “The Potters”, imwaqqfa fl-1863 (5)

19) Zvonimir, 7 partiti għal Jugoslavja u 49 għal

12) Mpeko, full-back ta’ DR Congo (6)

Kroazja (5)

14) Club li jilgħab fl-Esiliiga tal-Estonia (4)

20) Georgi, ex midfielder ta’ CSKA Sofia u

17) Jordon, winger ta’ Bournemouth (3)

l-Bulgarija (5)

21) José Ángel, goalkeeper ta’ Spanja fil-Euro

22) Real, “Los Verdiblancos” ta’ La Liga (5)

1966 (6)

24) Skorer ta’ 3 goals fil-finali tal-Fifa WC 1958 u

22) Franco jew Giuseppe, aħwa u ‘kuġini’ fl-istess

A

1962 (4)

ħin (6)

B

25) Andrea, ex midfielder Taljan ta’ klassi

23) Li sponsor ewlieni u s-sid ta’ Inter (6)

C

mondjali (5)

24) Max ... Schlebrügge, ex centre-back ta’ Brondby

27) Santander, club tas-Segunda División ta’

u Żvezja (3)

Spanja (6)

26) Grzegorz, 100 partita u 45 goal għal Polonja (4)

29) Silva, attakkant ta’ Milan misluf lil Eintracht

28) Ara 9 Weqfin

Frankfurt (5)

30) Davies, ex goalkeeper ta’ Swansea, Wrexham

31) Thomas, goalkeeper attwali ta’ Hertha Berlin (5)

u Wales (3)

Flimkien mat-tweġiba tiegħek ikteb l-isem, il-kunjom, l-indirizz u n-numru tat-telefon. Ir-rebbieħ jingħata flokk ta’ Juventus ġentilment mogħti lilna minn Eurosport. 1

1) Joseba, ex winger ta’ Athletic Bilbao u Spanja (10)

10) Ricardo Vaz .., ex attakkaant Portugiż ta’ West

11) Valon, ex midfielder ta’ West Ham, Fiorentina u

Ibgħat is-Soluzzjoni tiegħek f ’dan l-indirizz sa mhux aktar tard mill-11 ta’ Jannar, 2020.

WEQFIN

5

D

E

Created by Joseph Pisani - Papillon Services - Malta - Tel: 356 7906 8305 - E-Mail: pisanijoseph@gmail.com

Soluzzjoni - Ħarġa nru 152

Isem u kunjom

Indirizz

E-mail

Rebbieħa Ħarġa nru 152: John Saliba - Sliema

Kull xahar qed tintrebaħ membership ta’ xahar għand FITNESS STUDIO Ibgħat is-soluzzjoni tiegħek f’dan l-indirizz sa mhux aktar tard mill-11 ta’Jannar 2020: Sportiv Magazine Kompetizzjoni Tisliba, Union Print Co. Ltd. Workers’ Memorial Building, 3rd Floor, South Street, Valletta


Triq Dun Karm (Birkirkara Bypass), Iklin

TS - Gen adv 190mm x 130mm.indd 1

Psaila Street, Birkirkara

08/08/2018 18:27


OTTIMIZZA L-PRESTAZZJONI TAL-ĠIRI TIEGĦEK FORERUNNER 45 – €169.99

Jekk int tiġri jew tiġġogja - Ittrenja tajjeb! Dan l-arloġġ armat bil-GPS huwa ħafif immens u għandu kull m’għandek bżonn għal dan il-għan; inkluż: il-moniteraġġ tal-qalb, pjannijiet ta’ taħriġ adattat, notifikazzjoniet permezz ta’ SMS u notifikazzjonijiet oħra dwar incidenti w assistenza meħtieġa.

FORERUNNER 245 MUSIC - €299.99

Kkoncentra fuq il-ġiri w dan l-arloġġ armat bil-GPS jagħmel il- kumplament mil wara mil u kanzunetta wara kanzunetta. Dan il-mudell iżomm moniteraġġ tattaħriġ tiegħek, jinotifikak dwar incidenti w jipprovdi assistenza; imma fuq kollox jippreparak għat-tiġrija li jmiss.

FORERUNNER 645 MUSIC – €349.99

Il-ġiri mhux biss eżercizju imma huwa ukoll għan biex tirnexxi fih nnifsu. Dan ilmudell Top of the Range armat sa sninu biex jgħinek t’ecella kull darba li tilbes iż- żraben tal-ġiri. Permezz tiegħu tista saħansitra tħallas għal dak li tixtri bis-sistema contactless. Dan il-mudell jinkorpora ukoll sistemi avvanzati bħal running dynamics, kemm attwalment tkun qiegħed tagħmel ground contact, it-tul tal-pass, vertical ratio, moniteraġġ u evalwazzjoni ta’ l-istat tattaħriġ ecc.

Dawn it-tlett mudelli jiġu f ’diversi kuluri imma kollha għandhom batterija li sservi 7 t’ijiem fis-smart mode.

Il-prodotti Garmin issibuhom mingħand: Medcomms Ltd. 4, Msida Road, Gzira, GZR 1401 T: 2133 5521, 2133 0147 E: info@medcomms.com.mt • W: www.garminmalta.com


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.