T R A S P O R T
U
Lo Ä i s t i k a
2 | trasport U LOĠISTIKA
In-negozju irpilja sew minn Ġunju u sa issa irkuprajna dak li tilfna f’April u Mejju David Abela, Direttur Maniġerjali ta’ Eurobridge
Ma tistax titkellem fuq il-loġistika f’pajjiżna u l-kummerċ u ma titkellimx fuq dak li din l-industrija għaddiet minnu flaħħar xhur. Kienu xhur iebsin. Għallkumpaniji kollha dan kien żmien li qatt ma esperjenzaw bħalu. Kien żmien li riedu juru metodi ġodda ta’ xogħol. Kumpanija li ffaċċjat dan kienet ilkumpanija Eurobridge. IT-TORĊA tkellmet ma’ David Abela, Direttur Maniġerjali ta’ Eurobridge dwar l-isfida li iffaċċjat il-kumpanija fl-aħħar xhur.
Bħala kumpanija kif ġejtu affettwati f’dak li hu xogħol millCovid19? Sa Marzu kollox deher li miexi normali però malli beda’ April, ix-xogħol naqas b’mod drastiku ħafna u jkolli ngħid li kemm ilni naħdem qatt ma ħassejt l-ambjent inġenerali tan-negozju f’Malta daqsekk ħażin daqs dak iż-żmien. Kont nitkellem ma’ intraprendituri oħra u kien hemm minn intlaqat ftit jew ħafna ħażin però kulħadd intlaqat ħażin b’mod jew ieħor. Kienet sitwazzjoni totalment ġdida u ħadd ma kien preparat għaliha. L-iktar li nħoss intlaqat kien l-esportazzjoni fejn kien kważi mejjet għal kollox. X’kienu l-isfidi li kellkom tiffaċċjaw? L-ikbar sfida kienet li tibqa’ pożittiv f’dawk iċ-ċirkostanzi koroh. Kemm is-suppliers u kemm il-klijenti tagħna xejn ma kienu
għaddejjin minn żminijiet faċli allura ridna nagħmlu minn kollox biex ngħidulhom li aħna qegħdin hemm għal kull għajnuna li jkollhom bżonn. Ħafna kumpaniji marru l-baħar fejn tidħol il-likwidità tal-kumpaniji tagħhom. Dan għax il-bejgħ naqas drastikament però li spejjeż baqgħu hemm. Ħafna kumpaniji talbu iktar nifs biex iħallsu u allura affettwat lilna ukoll però ikolli ngħid li aħna bqajna inħallsu s-suppliers tagħna kif suppost għax minn dejjem ħsibna għal kull eventwalità fejn jidħol il-likwidità tal-kumpanija tagħna. Waqt l-eqqel tal-pandemija, kif bħala kumpanija adattajtu għassitwazzjoni fejn ħafna ħaddiema bdew jaħdmu mid-dar? Fortunatament, aħna diġa kellna sistema interna ‘paperless’ allura vera kien ftit ix-xogħol involut biex kulħadd seta’ jibda
jaħdem mid-dar. Infatti, personalment kont diġa naħdem ħafna jiem fejn nibqa’ d-dar u kull ma ridt nagħmel hu li l-oħrajn ikunu fl-istess sitwazzjoni tiegħi. Kien hemm xi spejjeż involuti però anke hemm il-Gvern għinna. L-ikbar sfida hawnhekk kienet kif ġimgħat wara l-oħra fejn kulħadd jew kważi ħadmu mid-dar u ma ħarġux, li tibqa’ żżomm it-tim motivat kemm jista’ jkun ħalli x-xogħol jibqa’ għaddej bla xkiel. Issa li ftit xhur ilu tħabbar li qed ngħixu normalità ġdida, kif qegħdin tassistu lill-klijenti? Għalkemm in-numri tal-pandemija reġgħu donnu għollew rashom, qisu erġajna kważi għan-normalità ta’ qabel. Ovvjament issa kulħadd donnu qed jidra li jaħdem ‘b’mod remot’ kemm jista’ jkun u aħna qed naġġornaw is-sistemi tagħna biex ngħinu kemm nifilħu fuq dan
3
EDITORJAL
IT-TRASPORT u l-loġistika kienu indispensabbli
F
il-lat biex inkunu effiċjenti kemm jista’ jkun. Fl-uffiċju u l-maħżen qed inżommu regoli ta’ distanza soċjali però dan mhu qed ifixkel xejn ix-xogħol u kważi kulħadd jikkollabora. Meta tipparagunaw l-aħħar ġimgħat mas-sitwazzjoni f’April, Mejju u Ġunju, il-kummerċ irpilja xi ftit? Minn naħa tagħna ikolli ngħid li x-xogħol ilu li beda jirpilja sew minn Ġunju u sa issa irkuprajna dak li tilfna f’April u Mejju. Infatti ikolli ngħid li qatt ma kellna Awwissu bħal dan. Normalment aħna f’Awwissu ninkwetaw għax jonqos ħafna x-xogħol minħab-
ba x-shutdowns f’Malta u barra imma din is-sena, jekk taqta’ ilġimgħa ta’ Santa Marija, il-bqija tax-xahar kien qisu xahar normali ta’ matul is-sena. “Nisperaw biss li din it-tendenza tibqa’ għaddejja pero’ biex nagħmlu żgur li dan jiġri l-poplu kollu għandu idaħħalha f’rasu li l-virus qiegħed hemm barra u għandu jieħu l-prekawzjonijiet kollha li jissuġġerulna l-awtoritajiet. Jekk ma noqogħdux attenti hemm ċans li dak li ġara f’April u Mejju jerġa’ iseħħ u niddubita kemm hemm kumpaniji oħra li jifilħu jerġgħu jgħaddu minn dak il-perjodu mingħajr ma jibdew jagħtu s-sensji” enfasizza David Abela.
l-aħħar xhur, b’mod partikolari meta d-dinja kollha kienet tista’ tgħid wieqfa, rajna kemm l-industrija marittima u dik tal-loġistika huma importanti. Kienu indispensabbli. Meta ħafna pajjiżi għalqu l-portijiet u l-ajruport inkluż pajjiżna, din l-industrija minkejja sitwazzjoni diffiċli baqgħet għaddejja. Kienet indispensabbli biex b’Malta inġabu provvisti ta’ ikel, mediċini u tagħmir ieħor. Kienet importanti biex il-pajjiż baqa’ għaddej. Din l-industrija għamlet dan minkejja daqqiet kbar li qalgħet f’dak li hu konsum. Rajna l-konsum tan-nies jinżel għal livelli baxxi. Il-biża’ u t-tensjoni kompla ikkumplikaw l-affarijiet. Kien pożittiv ħafna u ta’ sodisfazzjon li rajna l-kumpaniji u intrapriżi fil-qasam marittimu u anke f’dak tal-loġistika jinbidlu u jaħdmu b’metodi innovattivi biex jibqgħu joffru is-servizzi tagħhom. Il-Gvern minn naħa tiegħu għamel il-parti tiegħu. Wieżen lill-industrija u ħareġ il-Wage Supplement. Dawn huma miżuri, li kienu qed iwasslu għal spiża bla preċedent ta’ €40 miljun fix-xahar. Imma mhux hekk biss. Kienu ttieħdu miżuri qabel marbutin ma’ ħlas ta’ taxxa. Miżuri li taw nifs lill-kumpaniji. Dawn wasslu biex dawn l-istess kumpaniji u intrapriżi ikollhom aktar likwidità. L-aktar importanti imma kien dak li bl-għajnuna tal-gvern, dawn il-kumpaniji u intrapriżi żammew il-ħaddiema tagħhom. Fehmu l-messaġġ li l-Covid19 hi xi ħaġa li se tgħaddi. Eżatt meta ma nafux, imma nafu li ressqin bil-mod il-mod biex tkun xi ħaġa tal-passat. Kien pożittiv tisma’ li f’Awwissu li għadda dawn il-kumpaniji kellhom livell tajjeb ta’ xogħol. Xi wħud saħansitra qed isostnu li l-livell ta’ xogħol u negozju f’Awwissu ta’ din is-sena kien saħanistra aħjar missnin ta’ qabel. Nittamaw li fix-xhur li ġejjin is-sitwazzjoni tkompli titjieb.
4 | trasport U LOÄ ISTIKA
5
Baġit ieħor promettenti għal wieħed mill-pilastri ċentrali tal-ekonomija:
is-settur marittimu
Is-settur marittimu jibqa’ wieħed mill-aktar pilastri importanti għall-ekonomija ta’ Malta. Fil-baġit ta’ din is-sena, il-Gvern kompla jikkonferma kemm hu kommess li jkompli jaħdem f’dan is-settur. Il-pjan finanzjarju għas-sena li ġejja se jkollu tkabbir u aktar sostennibiltà u dan grazzi għal din l-industrija li dejjem imxiet fuq prinċipji sodi ta reputazzjoni, kwalità u kunfidenza.
W
ieħed mill-aktar proġetti li ninsabu entużjasti dwaru huwa dak tal-Grand Harbout Clean Air Project, li investejna fih €49.9 miljun u li se jkun qed inaqqas drastikament 90% tal-emissjonijiet. Dan se jkun possibli billi se nintroduċu servizz ta-elettriku nadif għall-cruise liners fil-Port il-Kbir. Mandankollu, dan mhuwiex l-uniku proġett iżda nistgħu ukoll naraw interventi oħra bħall-investiment ta €6 miljun fil-Menqa tal-Imġarr f’Għawdex, il-Breakwater tal-Qrejten, il-bini tal-moll ġdid tal-Gozo Channel u t-tiswijiet kontinwi fuq il-Breakwaters tal-Belt Valletta. Saħansitra, xi ftit
ġranet ilu għadna kemm ħabbarna investiment ieħor ta €65 miljun fejn se jkun qed jinbena moll ġdid ġewwa ż-zona ta’ Ras Ħanżir. Is-settur tat-Trasport, li huwa għal qalbi ħafna se jkun qed jibbenefika min dan ix-xogħol anke grazzi għat-titjib vast tal-Ferry Landing Sites preżenti u se naħdmu għal użu aħjar tal-mezzi tat-trasport bil-baħar, speċjalment peress li dawn huma uħud mill-aktar mezzi sostenibbli ta’ trasport kolletttiv. Però, hemm aktar minn pjanijiet fis-settur marittimu. Ma nistgħux ninsew lil dawk in-nies kollha ħabrieka li, avolja kellna d-diffikultajiet tal-COVID-19,
dawn xorta waħda provdew l-aqwa servizz possibbli bit-tmexxija ta’ merkanzija biex b’hekk pajjiżna seta’ baqa għaddej normali. U għalhekk, introduċejna il-Port Charges Refund Scheme bħala parti mill-Pjan ta’ Riġenerazzjoni Ekonomika. Il-futur ta’ dan is-settur hu wieħed promettenti. Il-Gvern se jkompli b’impenn kontinwu sabiex is-sostenibbilità tkompli tissaħħaħ f’dan is-settur ukoll. Eżempju ta’ miżuri li jikkumplimentaw dan jinkludu l-implimentazzjoni tan-National Marine Pollution Contingency Plan. Xogħlna għadu biss beda. Kommessi li nkomplu nippjanaw, naħdmu u nwettqu.
6 | trasport U LOĠISTIKA
a sky high vision with feet planted firmly on the ground.
VIP Handling • Business Jet Charter • Aircraft Fuel Flight Support • VIP Chauffer • Concierge Services
Executive Aviation Malta Ltd. Apron 3, Malta International Airort, Luqa 4000, Malta, Europe Phone: +356 9990 0747 | +356 9944 1432 Email: ops@executivefbo.com | Website: www.executivefbo.com
7
Is-Servizz tal-eSeller sistema armonizzata li tagħti l-opportunità lill-bejjiegħa lokali biex ibigħu l-prodotti tagħhom f’Malta u fid-dinja kollha
Minn negozji żgħar li jaħdmu mid-dar sa negozji kbar b’numru ta’ ħwienet, is-servizz tal-eSeller qed jagħti l-opportunità lin-negozjanti kollha biex jesponu n-negozju tagħhom ma’ iktar klijenti u jbigħu l-prodotti tagħhom online. “eSeller juża sistema armonizzata li tiffaċilità l-proċess ta’ tqassim tal-prodotti lill-klijenti tagħhom f’ Malta u fid-dinja kollha, mingħajr ma jkollhom għalfejn jinkwetaw dwar il-kwantità u l-frekwenza li qed jibagħtu” qal Charles Cilia Kap għall-Loġisika u Kummerċ elettroniku.
I
l-pjattaforma tal-eSeller tinkoraġġixxi lil negozjanti lokali biex ikabbru n-negozju tagħhom billi jbigħu l-prodotti fid-dinja kollha. Dan jippermetti lin-negozjanti biex jimmaniġġaw l-ordnijiet kollha permezz ta’ pjattaforma waħda biex b’hekk innaqqsu l-ħin minn fuq ippjanar twil ta’ loġisitika. L-eSeller juża sistema integrata magħmula għal negozi żgħar u medji biex tiffaċilità il-proċess ta’ tqassim lil klijenti, mingħajr ma l-bejjiegħ ikollu għalfejn jinkwieta fuq il-kwantità u l-frekwenza ta’ dak li qed jintbagħat. Kull ma jrid jagħmel il-bejjiegħ hu li jirreġistra online sabiex jingħatalhom aċċess għall-pjattaforma, idaħħlu l-ordnijiet fis-sistema u jiġi kurrier tal-MaltaPost biex jiġbor il-prodotti u jqassamhom lill-klijenti f’Malta. Il-prodotti ndirizzati għal barra minn Malta jitilqu għad-destinazzjoni tagħhom fl-istess ġurnata li jkunu nġabru. Il-pjattaforma hija ferm konvenjenti għax tuża sistema ta’ tikkettar li drastikament tnaqqas il-ħin li l-kumpaniiji jieħdu biex
jagħmlu l-indirizz fuq kull prodott individwali. Barra minn hekk, ix-xogħol amministrattiv jsir kollu faċilment mill-post tan-negozju individwali. Meta jitlesta x-xogħol amministrattiv, il-prodotti jiġu miġbura mill-Courier tal-MaltaPost jew iddepositati f’Fergħa Postali, u minn hemm MaltaPost tieħu ħsieb il-loġistika. L-oġġetti kollha jiġu tracked u għalhekk jippermettu kemm lill-bejjiegħa u x-xerrejja biex jaraw il-progress ta’ fejn ikun wasal kull pakkett. B’hekk dan is-servizz jigarantixxi serħan il-moħħ. Il-benefiċċji għal dawk li jużawh minn dejjem kienu tanġibbli bil-kbir – il-proċess huwa sempliċi u effiċjenti, u jippermetti lil bejjiegħa biex jiffukaw fuq dak li hu l-aktar importanti – il-bejgħ tal-prodotti tagħhom. Grazzi għal din il-pjattaforma xi bejjiegħa kellhom iċċans biex ikabbru drastikament n-negozju tagħhom – “il-klijenti jistgħu jiffukaw fuq il-prijoritajiet tan-negozju, u aħna nieħdu ħsieb ir-rutina tal-ippakkjar, tikkettar, u tqassim tal-prodotti” ikompli Charles Cilia. Ir-rati tas-
servizz tal-eSeller huma kompetittivi u jagħtu l-opportunità lil dawk kollha li jużawh biex jibbenefikaw minn netwerk stabbilità ta tqassim. Is-servizz jinkludi insurance għal telf jew ħsarat li hija fem kruċjali għal oġġetti li huma fraġli. Kellna rispons tajjeb ħafna mingħand dawk kollha li jużawh, u bih stajna nimmodifikaw u nirranġaw ċertu aspetti tal-użu tal-prodott. Bir-restrizzjonijiet tal-COVID-19, ħafna ħwienet kellhom jiftħu x-xiri online u permezz tal-eSeller setgħu jagħmlu dan mingħajr ma jżidu aktar investiment. F’ kliem il-klijenti tagħna – “eSeller huwa ta’ valur għal flus u loġistikament sensibbli.” Għal aktar informazzjoni ikkuntattja lil Kap għall-Loġistika u Kummer elettroniku fuq ccilia@ maltapost.com Il-Fergħat Postal qed ikunu miftuħa andi f’dawn iż-żminijiet diffiċli, u l-pustiera dedikati tagħna qed jaħdmu bis-sħiħ biex jipproċessaw u jqassmu l-posta u l-pakketti kollha anki f’ċirkustanzi diffiċli
8 | trasport U LOÄ ISTIKA
Damjan Transport Gozo - Malta - Gozo
Side Loader Service Crane and High-up hire (up to 80 tons) Daily Freight Logistics and Customs Clearance Door to Door Delivery & courier Service
DAMIAN TRANSPORT 87, 27th November 1678 Street, Xewkija, XWK 2633
Tel: 21557597 | Mobile: 99499175
9
Proġetti li se jkunu qed jgħinu l-industrija tal-loġistika Fil-budget li ġie ppreżentat ftit jiem ilu, minkejja li hu budget li sar f’nofs pandemija, hu budget mimli inzjattivi ta’ titjib fl-infrastruttura tagħna. Dan hu mill-aktar meħtieġ għal industrija loġistika. Dak imħabbar fil-budget se jkompli jibni fuq il-proġetti infrastrutturali li għaddejjin f’pajjiżna, liema proġetti jgħinu il-qasam tal-loġistika f’pajjiżna.
F
il-budget jissemmew il-pjani għal bini ta’ ċentru tal-loġistika. Is-ist għal dan iċ-ċentru kien ġie identifikat u dan jinsab f’Ħal Far. Dan il-proġett kien issemma ukoll fissnin preċedenti. Dawk involuti. fil-qasam tal-loġistika qed iħarsu ‘l quddiem biex dan il-proġett tant bżonnjuż, jiġifieri li Malta jkollha hub tal-loġistika, jitwettaq bla dewmien. Intant jekk wieħed iħares lejn il-budget isib li hemm għadd ta’ miżuri intiżi għal infrastruttura. Fost dawn hemm li jitkompla l-pjan infrastrutturali għal toroq arterjali, residenzjali u rurali filwaqt li jsir titjib fl-infrastruttura tat-toroq. Is-sena d-dieħla se jitlestew il-proġetti tas-Central Link Project u l-junction ġdida li tinsab bejn Pembroke u High Ridge, fis-Swieqi. Proġetti ġodda li se
jinbdew, hemm xogħol fuq il-mini ta’ Ħal Kirkop u l-Airport Intersection Project, il-Luqa Junction Project u l-Imsida Creek Junction. Sejrin jitkomplew it-tħejjijiet neċessarji biex ikun jista’ jibda l-bini mill-ġdid tal-bypass ta’ Wied il-Għajn u ta’ subway ġdida biswit il-Bieb tal-Bombi. Se jitnieda proġett pilota – Safe Cycle Routes Project – fejn ikunu qed jiġu indikati rotot aktar siguri u jsir it-titjib ta’ dawn it-toroq urbani biex jiffaċilitaw l-użu tar-rota u l-mixi. Riġenerazzjoni tal-portijiet u titjib ta’ faċilitajiet għall-qasam Marittimu Mistenni jsir titjib fl-infrastruttura madwar il-kosta li tinkludi faċilitajiet ġodda għall-passiġġieri li jużaw il-laneċ bħala mezz ta’ trasport – f’Tas-Sliema u Bormla;
Ta’ Xbiex, Buġibba u l-Birgu. Jingħata bidu għall-Grand Harbour Clean Air Project, u dan sabiex il-Port il-Kbir ikollu sistema ta’ shore side electricity li se tkun qed tnaqqas it-tniġġis tal-arja ġġenerata mill-cruise liners. Hemm pjani ukoll biex il-Port il-Kbir jitnaddaf minn dgħajjes mgħarrqin li hemm fih. Investiment fl-infrastruttura industrijali ta’ għada Mistenni programm ta’ investiment ta’ aktar minn €450m fuq medda ta’ seba’ snin li se jinkludi investiment fil-Life Sciences Park ġdid, Kordin Business Centre, investiment fir-riġenerazzjoni ta’ żona li kienet tintuża bħala miżbla fil-Marsa u li hawnhekk se jinħoloq spazju ġdid għall-SMEs kif ukoll investiment f’ċentru għal-loġistika.
10 | trasport U LOÄ ISTIKA
11
12 | trasport U LOÄ ISTIKA
SELLING ONLINE MADE EASY www.maltapost.com/eseller