Mill-Group Scout Leader... GSL Loraine Borg
Bħal kull sena oħra, l-2013 kienet waħda mpenjattiva u li ħalliet il-frott mixtieq għallgrupp tagħna. Bejn laqgħat ta’ kull ġimgħa mattfal, attivitajiet t’avventura, kampijiet, attivitajiet b’għan li jinġabru l-fondi u xogħol intensiv filkwartieri tagħna, is-sena taret! Fl-aħħar laqgħa ġenerali li saret, il-grupp tagħna reġa’ żdied b’erba’ leaders ġodda: Diane Sultana ser tkun qed tgħin lis-sezzjoni tal-pack, filwaqt li Marvic Sultana, Fabian Galea u Brandon Azzopardi se jkunu responsabbli mis-sezzjoni tattruppa. L-erbgħa li huma ilhom jagħtu s-sehem tagħhom fil-grupp għal din l-aħħar sena. Minn qalbi, nilqa’ lill-imsemmija membri fi ħdan ixXagħra Scout Group u j’ Alla din il-ħidma mhux biss tgħin lill-kumplament tal-grupp iżda wkoll tagħti dak is-sodisfazzjon mixtieq lil kull wieħed u waħda minnhom. Peress li fit-truppa għandna membri li kibru biżżejjed biex ikunu parti mis-sezzjoni tal-ventures, bdejna naħsbu biex niftħu din issezzjoni ġdida fi ħdan il-grupp. Għal dan il-għan diversi leaders interessaw ruħhom fil-programm il-ġdid tal-ventures meta ġie mniedi din is-sena. Il-leader Brandon Azzopardi, flimkien malerbgħa membri l-kbar tat-truppa bdew jaħdmu bi sħiħ fuq l-ewwel parti tal-programm il-ġdid tal-ventures. B’dan il-mod, it-tranżizzjoni minn sezzjoni għall-oħra ta’ dawn il-membri u l-bidu
ta’ sezzjoni ġdida għall-grupp tagħna, issir b’mod mill-iktar kawt u għaqli. Kif tafu, għaddiet sena minn mindu iffirmajt il-kuntratt biex il-grupp tagħna jkollu l-kwartieri tiegħu. Ix-xogħol fuq dan il-bini miexi ferm tajjeb u qed isir b’mod mill-iktar professjonali. Hemm xi xogħol li qed isir b’mod volontarju, u ta’ dan f’isem il-grupp kollu nirringrazzja minn qalbi lil dawk ikkonċernati. Ninsab ċerta li tifhmuni li biċċa xogħol bħal din tirrekjedi ħafna spejjeż u dan ikun possibli bilgħajnuna tal-fondi miġbura minn attivitajiet li jiġu mtella’ mill-membri tal-kunsill. Għalhekk, filwaqt li nuri l-apprezzament talli dejjem tajtu l-kontribut tagħkom, inħeġġiġkom biex tkomplu tagħmlu l-istess fis-sena 2014 bil-għan li x-xogħol dejjem jibqa’ tiela’ u ma ndumux ma nidħlu fih. Fl-artikli li ġejjin ser tkunu tistgħu taqraw f’aktar dettal dwar l-attivitajiet li saru fis-sezzjonijiet differenti u anke rigward ilfundraising activities li ġew organizzati millkunsill tal-grupp matul is-sena. Għandkom issibu ukoll, informazzjoni fuq ix-xogħol li qed isir fuq il-kwartieri tagħna. F’isem il-grupp nirringrazzja lil dawk kollha li kienu ta’ xi għajnuna matul din is-sena, fosthom lid-Direttur tax-Xagħra Youth Centre Fr. Joseph Bajada u l-Amministratur is-Sur ...jkompli f’paġna 3
www.xaghrascouts.com
Xagħra Scout Group
Membru ta’ l-iScout Association ta’ Malta
Paġna 1 minn 14