L-iScout Xaghri (Ir-4 Edizzjoni)

Page 1

Mill-Group Scout Leader... GSL Loraine Borg

F’din ir-raba’ pubblikazzjoni tal-Iscout Xagħri, ta’ min isemmi li f’Mejju li għadda, il-Grupp tagħna għalaq erba’ snin miftuħ. Erba’ snin ta’ ħidma bla qies minn naħa tal-Leaders u l-kunsill talgrupp u l-ko-operazjoni minn naħa tal-membri u tal-ġenituri. Erba’ snin li ma tulhom mhux biss bqajna magħqudin iżda ssaħħaħna bejnietna. Illum ix-Xagħra Scout Group huwa organizazzjoni magħrufa u apprezzata ferm ġor-raħal tagħna. Wara diversi snin ta’ ħidma, riċentament ġejna nfurmati li l-proċess għall-post li fil-futur għandu jkun il-Head Quarters il-ġdid tagħna, miexi ‘l quddiem. Dan hu ta’ sodisfazzjon kbir għallgrupp. Għalina dan ser ikun post fejn nistgħu niltaqgħu u nippjanaw l-meetings tat-tfal; fejn it-tfal jistgħu jiġu u jitgħallmu f’ambjent san; post fejn nistgħu niġbru l-affarijiet li għandna. Pero’, il-bini huwa fi stat ħażin u għalhekk jitlob xogħol strutturali. Qabel ma nkunu nistgħu nuzawh, għandu bżonn ta’ ħafna restawr u rranġar. Għalhekk nistieden lil kull min jista’ jgħin f’dan ix-xogħol, jagħti daqqa t’id. Għandna bżonn ta’ għajnuna manwali bħal kaħħala, kif ukoll għajnuna ta’ materjal u dik finanzjarja. Persuna essenzjali għas-suċċessi tal-grupp f’dawn l-ahhar snin kien is-Sur Vincent Vella li ħadem bla qies biex jinbena dan il-grupp u jibqa’ dejjem miexi ‘l quddiem. Is-Sur Vella, fil-pożizzjoni ta’ Group Scout Leader kien dejjem persuna lesta li tisma’ lil kulħadd – membri, leaders, ġenituri u oħrajn. Persuna li kien lest li jieħu deċiżjoni f’waqtha u jżomm ir-riedni skont is-sitwazzjoni. Issapport minn naħa ta’ martu s-Sinjura Vicky Vella qatt ma naqas. Għal hekk minn qalbi u f’isem sħabi l-membri l-ohra ta’ l-iscouts u l-ġenituri, nixtieq nirringrazja lis-Sur Vinċent Vella u lil mara tiegħu tax-xogħol siewi matul dawn l-aħħar erba’ snin. Kif tafu, is-Sur Vella rtira minħabba l-eta’, pero’ bla dubju, ser jibqa’ parti importanti mill-grupp tagħna. Jiena ġejt innominata u magħżula bħala l-Grupp Scout Leader biex inkompli fejn ħalla hu. Għal dan nixtieq nirringrazzja lil-leaders li emmnu fija u li tawni l-opportunita’ biex immexxi l-grupp ta’ l-iScouts tax-Xagħra. Nixtieq nieħu din l-opportunita’ biex ninsisti fuq l-importanza tal-partiċipazzjoni u l-ko-operazjoni tal-ġenituri tal-membri tagħna. Huwa importanti ferm għalina li narawkom tieħdu sehem fl-attivitajiet li norganizzaw. L-attendenza tagħkom tagħmel kuraġġ lill-iscouters li jaħdmu b’tant ħeġġa matul is-sena kollha sabiex inwettqu programmi interessanti għal uliedkom, fejn ikunu jistgħu jitgħallmu u jiżviluppaw waqt li jieħdu pjaċir.

www.xaghrascouts.com

Xagħra Scout Group

Membru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

Paġna 1 minn 12


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.