L-iScout Xaghri (L-10 Edizzjoni)

Page 1

EDIZZJONI SPEĊJALI

L-GĦAXAR EDIZZJONI

Kelma mingħand il-GSL

MEJJU 2016

FTUĦ UFFIĊJALI

KWARTIERI

Nagħmlu d-differenza! Waslet dik il-ġurnata li tant ilna nistennew, ix-Xagħra Scout Group jiftaħ b’mod uffiċjali l-kwartieri tiegħu. Kien tmien snin ilu meta x-Xagħra Scout Group ġie ri-attivat frott ilħidma ta’ diversi persuni fosthom is-Sur Vince Vella, Fr. Jesmond Gauci u s-Sur Carmel Attard. Kien żmien fejn il-Grupp kien iffurmat minn ftit persuni, kien żmien li qatt ma konna noħolmu li ngħixu l-ġurnata tal-lum. Però f’dawn is-snin kienu l-valuri tal-għaqda, il-ħidma u l-lealtà li għenuna biex inżommu saqajna mal-art u nagħmlu d-differenza. L-akbar differenza li bħala Grupp inħoss li għamilna u li għadna nagħmlu hija fil-ħajja tal-persuni. Huma dawk it-tfal, adolexxenti u żgħażagħ li għaddew minn ħdan ix-Xagħra Scout Group li kitbu u għadhom jiktbu l-istorja ta’ dan il-Grupp. Konna ftit, imma llum nammontaw għal madwar mitt membru.

Huwa grazzi għal dawn u ħafna oħra li għaddew minn ħdan dan il-Grupp li llum qiegħdin hawn biex niċċelebraw dan il-jum storiku. Żgur li ma kinitx mixja faċli, imma aħna ma naqtgħux qalbna. Kien l-20 ta’ Diċembru 2012 meta jien, bħala GSL tax-Xagħra Scout Group, iffirmajt il-kuntratt biex dan il-post jgħaddi għandna minn għand l-istat b’kera. Ovvjament dan sar grazzi għall-isforz ta’ diversi persuni li llum ma nistax ma nroddilhomx ħajr għal dak li għamlu, Fr. Jesmond Gauci, is-Sur Vince Vella u s-Sur Carmel Attard. Nistqarr li kienu ħafna l-mistoqsijiet li kienu jiġu ġo moħħi: “Tgħid kapaċi nirranġaw dan il-post?”; “Ħa jkollna biżżejjed finanzi għall-proġett daqsekk kbir?”; “Għadna kemm nerġgħu niftħu, għadu kmieni

Il-faċċata tal-kwartieri tagħna nhar il-Ġimgħa 15 ta’ April 2016 PAĠNA 1


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.