Mill-Group Scout Leader... GSL Loraine Borg
Meta tkun qed tieħu gost iż-żmien itir. Is-sena 2015 kienet mimlja ħidma mill-Kunsill, millleaders u minn persuni li jaħdmu bla waqfien fil-kwartieri tagħna. Kull ma jsir mill-Grupp isir bl-għan prinċipali li nagħmlu ħilitna sabiex ittfal u ż-żgħażagħ membri jiżviluppaw f’persuni ta’ karattru sod. Dan nagħmluh permezz tallaqgħat ta’ kull nhar ta’ Sibt, ħarġiet, kampijiet u bil-parteċipazzjoni fil-kommunita’. Din is-sena fl-erba’ sezzjonijiet differenti saru ’l fuq minn 120 meeting. Il-laqgħat ivarjaw. Biċċiet minnhom saru fil-kwartieri u oħrajn fil-beraħ. Kellna sessjonijiet ta’ tagħlim fuq ħiliet, mixjiet, għawm, clean ups, joint activities u oħrajn. Ilmembri tat-Truppa, fost affarijiet oħra kellhom sleep over fl-Island Headquarters f’Malta u kamp fuq Kemmuna fejn anke żaru t-torri. Bħala Grupp għamilna diversi attivitajiet biex infakkru Jum il-Fundatur. Għenna fit-tindif estensiv li kien hemm bżonn fil-Kumpless Ta’ Pinu
(taħt il-parkeġġ), kif ukoll fis-sezzjoni tal-arkivji f’Ta’ Pinu. Wara ingħaqdu magħna l-iScouts talVictoria għal xi logħob. L-għada iż-żewġ gruppi pparteċipaw f’quddiesa fil-knisja Arċipretali tax-Xagħra. Il-quddiesa kienet iċċelebrata millArċipriet Carmelo Refalo. Iċ-Chief Commissioner, is-Sur Leslie Bonnici kien presenti. Bħas-snin li għaddew, il-Grupp reġa attenda għallParata Annwali tal-iScouts. Il-membri tagħna pparteċipaw ukoll fil-Joti Jota fejn bejniethom irnexxielhom jikkomunikaw ma madwar 40 pajjiż differenti. Din hi esperjenza fejn il-membri tagħna jkomplu jagħrfu kemm l-iScouting hu mxerred mad-dinja kollha. F’Mejju ċċelebrajna s-seba’ anniversarju tal-Grupp. Quddiesa ta’ ringrazzjament ġiet iċċelebrata minn Fr. Joseph Bajada fil-knisja parrokkjali tax-Xagħra bis-sehem tal-membri tagħna. Wara mmarċjajna fi Vjal 8 ta’ Settembru sal-kwartieri tagħna fejn saru xi nvestituri ta’ membri ġodda. Kellna wkoll ikla
...jkompli f’paġna 2
www.xaghrascouts.com
Xagħra Scout Group
Membru ta’ l-iScout Association ta’ Malta
Paġna 1 minn 20