L-iScout Xaghri (Il-5 Edizzjoni)

Page 1

Mill-Group Scout Leader... GSL Loraine Borg

Iż-żmien igħaddi u ma jistenna lil ħadd. Niftakar qisu ‘l bieraħ l-ewwel darba li mort l-iScouts! Ma tantx kelli idea ta’ x’inhu dan ilmoviment. Kont naħseb li dawn jieħdu sehem biss f’xi parati. Illum naf li dan mhux l-skop aħħari tal-iScouts. Sa ftit xhur ilu kont leader fis-section talPack. Illum għandi rwol differenti - dak tal-Group Scout Leader. Ma kinitx deċiżjoni faċli. Hi sfida li tirrikjedi mhux biss ippjanar tal-grupp iżda responsabilita’, enerġija, kuraġġ, entużjażmu u ħin bla limitu.

Il-Kunsill tal-Grupp ukoll jaħdem bla heda. Jagħmlu ħafna attivitajiet għall-ġbir ta’ fondi. Dan jgħin biex inkunu nistgħu nixtru l-apparat li jkollna bżonn u spejjeż oħra. Minn qalbi nixtieq nirringrazzja lill-membri tal-Kunsill li tul dawn l-aħħar snin taw servizz lill-grupp. Fl-istess waqt nawgura lill-kunsill il-ġdid ħidma siewja għassnin li ġejjin.

Wara ħidma sħiħa għal diversi snin, fl-20 ta’ Diċembru 2012, f’isem ix-Xagħra Scout Group iffirmajt l-kuntratt għall-post tal-gvern. Post li l-Grupp ser inkunu qed nużawh bħala Head Quarters - post għall-iscouts fix-Xagħra, gwadan Sibt ruħi f’posiżżjoni ta’ responsabilita’ ieħor għar-raħal tagħna. F’isem il-grupp, minn meta l-grupp kien qed jitlef ħafna leaders qalbi nixtieq nirringrazzja lis-sinjuri Vince Vella, minħabba ċirkustanzi oħra f’ħajjithom. Din Fr Jesmond Gauci u Carmel Attard għal ħidma il-bidla kienet ta’ test għall-grupp tagħna. siewja għal dan il-proġett. Erba’ leaders minn tal-bidu siefru għal perjodi ...jkompli f’pagna 3 differenti - min fuq studju u min fuq xogħol. Illum kburija ngħid li l-grupp baqa’ jaħdem u jistinka. Il-leaders u l-helpers meddew għonqhom għax-xogħol. Is-sezzjonijiet baqgħu jiffunzjonaw kollha b’mod tajjeb u eżemplari. Dawk l-leaders li marru barra minn xtutna, xorta baqgħu jgħinu u jagħtu s-sapport tagħhom kif setgħu. Il-Grupp baqa’ miexi ‘l quddiem bis-saħħa ta’ l-għadqa u l-commitment li wrew l-leaders, helpers u l-membri tal-kunsill tagħna. F’Novembru attendejt ċerimonja bħala Asst. Cub Commissioner, fejn Leaders minn Malta u Għawdex ingħataw ċertifikati għal tliet korsijiet varji li jwasslu biex wieħed ikun leader ittrenjat. Bi pjaċir kbir ngħid li l-Leaders talGrupp tagħna rċevew 10 ċertifikati. Dan ikompli juri l-commitment tal-leaders lejn t-tfal u lejn ilGrupp.

www.xaghrascouts.com

Xagħra Scout Group

Firmar tal-Kuntratt tal-HQ Gdid

Membru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

Paġna 1 minn 16


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.