L-iScout Xaghri (L-Ewwel Edizzjoni)

Page 1

Mill-Group Scout Leader... GSL Vincent Vella

Ħadt pjaċir ħafna meta fi Scouters Meeting ġie deċiż li ser nibdew nippublikaw magazin tal-iScouts. Il-grupp tagħna dalwaqt jikkommemora t-tielet sena mit-twaqqif tiegħu. Bil-għajnuna t’Alla is-sena 2010 kienet sena oħra ta’ progress u ħidma kontinwa mill-membri kollha tal-Grupp. Innumru kbir ta’ attivitajiet diversi li saru jixhdu li l-Grupp mhuwiex xi għaqda li sempliċiment teżisti imma hija għaqda ħajja u mimlija entużjażmu. Bħal dejjem il-ħajja fil-beraħ kienet l-iktar attivita’ li ħajret lill-membri biex jieħdu parti fiha. Dan hu sinjal tajjeb, għax waqt il-ħarġiet u l-kampijiet li jsiru l-Iscouts ikollhom ċans jiltaqgħu mannatura li tgħin ħafna biex wieħed jifhem il-kobor t’Alla u jagħraf ifassal tip ta’ ħajja bilanċjata f’dinja li kull ma tmur qed issir iktar mgħaġġla. Kemm il-Beavers, il- Cubs, l-iScouts u l- Ventures għamlu ħarġiet kemm f’Malta u anke f’Għawdex. Kellna l-Easter Camp u s-Summer Camp li kienu l-ikbar żewġ attivitajiet ta’ barra. Ħadna sehem ukoll fil-Parata Annwali li ssir Malta, f’Jum il-Fundatur talIscouts kif ukoll dik f’għeluq it-tieni sena mit-twaqqif tal-Grupp. Fis- 6, 7 u 8 t’Awissu il-Leaders kollha kellna Seminar li minnu tgħallimna hafna. Nisperaw li seminars bħal dawn jibqgħu jsiru mill-inqas darba fis-sena. Nixtieq nirringrazzja lit-Training Commissioner Adrian Farrugia u l-Assistant Training Commissioner Kevin Camilleri tal-weekend li għamlu magħna. Kellna żjara mic-Chief Commissioner Leslie Bonnici. Nixtiequ nawguraw lil Loraine Borg li laħqet Assistant Commissioner for Training tal-Island Headquarters. Kellna wkoll l-Iscouter Sabrina Portelli li attendiet għal Mini Jamboree ġewwa l-Islanda u ħafna Scouters oħra li attendew għal korsijiet tal-Pathfinder Courses, Basic Courses u l-Woodbadge. Dan juri li l-Grupp miexi fit-triq talprogress. J’ Alla nkomplu nuru din il-ħeġġa! L-għan tagħna hu li nedukaw, ngħallmu u nkattru karattru tajjeb fost ħutna. Hemm bżonn li kull wieħed u waħda minnha flimkien malġenituri jagħtu sehemhom bissħiħ, biex bħal ma sar f’dawn l-aħħar sentejn l-għaqda tagħna tkompli tikber mhux biss fil-kwantita’ imma wkoll fil-kwalita’.

www.xaghrascouts.com

Xagħra Scout Group

Membru ta’ l-iScout Assocation ta’ Malta

Paġna 1 minn 16


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.