Mill-Group Scout Leader... GSL Vincent Vella
Wasalna għat-tieni ħarġa tal-Iscout Xagħri. Meta wieħed jagħti daqqa t’għajn jinduna kemm ħidma kellna matul dawn is-sitt xhur. Bdejna s-sena bl-Annual General Meeting li saret fit-8 ta’ Jannar, fejn tajna rapport ta’ x’sar is-sena ta’ qabel. Kien hemm attendenza tajba mill-ġenituri u attendew ukoll s-Sindku u l-Arċipriet. Fit-22 ta’ Jannar kellna l-investitura ta’ tliet scouters ġodda – Charlton Refalo, Maria Żammit u Loraine Rapa li bdew ix-xogħol ta’ assistenti mal-Cubs Section. Bħal ma tafu, llum il-ġurnata l-grupp tagħna jgawdi stima u popolarita’ kbira ma’ Malta u Għawdex kollu. Dan li qiegħed ngħid mhux ħolma għax bl-għaqal, bis-serjeta’ u dedikazzjoni kbira l-Iscouters u Council Members ħadmu u stinkaw biex imexxu l-Grupp ‘l quddiem u biex niġbru fondi biex inkunu nistgħu nixtru marquee tent li ġie jiswa €3130. Nixtieq nirringrazzja lill-iScouters kollha u l-Council Members għall-koperazzjoni tagħhom. Fl-10 t’April ħadna sehem fl-Annual Parade li ssir Malta fejn immarċjajna fi Triq ir-Repubblika u Triq Merkanti. Kellna wkoll il-Founders Day fix-Xagħra u ħadu sehem magħna il-Victoria Group. Iċċelebrajna it-tielet sena mit-twaqqqif tal-Iscouts u 78 sena minn meta twaqqaf l-Iscouts fix-Xagħra fis-sena 1933. Nirringrazzjaw lil Kunsill tax-Xagħra talirħama kommemorattiva li saret fil-playing field. Kellna l-Easter Camp li sar fil-Pergola Gardens mis-Sibt 23 t’April sas-27 t’April. Kellna wkoll is-Summer Camp li sar ġewwa r-Ramla mill-1 ta’ Lulju sas-7 ta’ Lulju. Waqt is-summer camp organizzajna barbeque li kien ta’ suċċess kbir bħas-snin ta’ qabel. Kellna wkoll Carnival Party fl-iskola tax-Xagħra, car wash fejn l-Arkadia fejn tajna nofs il-qligħ lill-Arka Foundation. Kull section kellha bosta attivitajiet bħal cooking, hikes, ħarġiet kulturali eċċ. Kellna wkoll joint activities ma’ Gruppi Maltin – Siġġiewi, Ħamrun, Fġura u Mellieħa. 3 scouters għamlu l-kors tal-Pathfinder u 6 scouters oħra għamlu il-Basic Course. Kull xahar saru l-Iscouters Meeting u l-Council members meeting biex naraw kif nistgħu immexxu l-grupp ‘l quddiem. Nagħlaq dan ir-rapport billi ngħid li l-moviment tagħna huwa wieħed ħaj u mimli entużjażmu, biżżejjed ngħid li għandna 40 tifel u tifla fuq il-waiting list. Iż-żgħażagħ tallum huma ċ-ċittadini u l-mexxejja ta’ għada. Ħafna nies la jippruvaw jifhmu liż-żgħażagħ u l-anqas idawlulhom it-triq, jippretendu li jimxu warajhom b’għajnejhom magħluqa. Il-moviment tagħna lest biex jgħin lil dawn iżżgħażagħ biex jiffurmaw l-karattru tagħhom u jkunu n-nisa u l-irġiel u l-mexxejja t’ għada.
www.xaghrascouts.com
Xagħra Scout Group
Membru ta’ l-iScout Association ta’ Malta
Paġna 1 minn 16