Mill-Group Scout Leader... GSL Vincent Vella
Għat-tielet sena konsekuttiva qegħdin nerġgħu nippreżentaw ir-Rapport Annwali u it-tielet ħarġa tal-Iscout Xagħri. Nispera li issa qegħdin nidraw lil xulxin. Iż-żmien jgħaddi mingħajr ma jistenna lil ħadd. Sena oħra tgerbet u magħha ġabet ħidma sħiħa minn dawk kollha involuti b’xi mod jew ieħor fl-istorja tal-Grupp tagħna. Għandna inħossuna ferm kburin illi l-Grupp tagħna huwa attiv kontinwament is-sena kollha. Sar il-kamp tas-sajf u l-barbeque annwali fir-Ramla li kienu suċċess. Dan sar bejn l-1 ta’ Lulju sas 7 ta’ Lulju. Rajna l-investiment li għamilna fil-marquee - dan ġie utilizzat fil-kamp u konna iktar komdi mis-snin ta’ qabel. Wara l-kamp sar il-Jamboree fi Sweden mill-25 ta Lulju sat-8 t’Awissu. Hawn inkitbet it-tieni storja għall-Grupp tagħna. L-ewwel wieħed li kien attenda kien Joseph Sultana (ta’ Lejlina) li mar jirrappreżenta lix-Xagħra Scout Group fl-Ungerija fis-sena 1933. Din id-darba attendew Sitt Scouters – Josmar Azzopardi, Daniela Sultana, Sabrina Portelli, Deborah Sultana, Steven Sultana u Julie Sultana. Nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-ġenituri tal-membri tal-grupp biex jattendu bi ħġarhom għallattivitajiet li nagħmlu. Dan huwa dover tagħhom li jattendu. Il-fondi li jibqa’ minn dawn l-attivitajiet imorru kollha għall-użu tal-grupp u nisperaw li ma ndumux ma nużaw dawn il-fondi. Bħal ma tafu din is-sena hija ddedikata lil volontarjat. Il-grupp tagħna ta sehmu billi organizza car wash b’riżq l-Arka Foundation, ġbarna affarijiet għall-vittmi tal-Gwerra tal-Libja u bi ħsiebna nkomplu b’dawn l-għajnuniet. Fl-aħħar nixtieq nirringrazzja lil AGSL Daniela Sultana li fil-futur qarib trid timla il-post tiegħi għax wasal iż-żmien li jien nirtira minħabba l-eta’, lill-Iscouters kollha u lil Kunsill, lid-Direttur tax-Xagħra Youth Centre, lil Mons Arċipriet Mons Carmelo Refalo li huwa ċ-Chaplain tal-Grupp, lid-District Commissioner Lorry Saliba, u lil Dun Jesmond Gauci għaxxogħol siewi li qiegħed jagħmel. Nirringrazzja wkoll lis-Sur u Sinjura Joseph Attard, lis-Sur u Sinjura Joseph Gatt, lis-Sinjura Maria Cassar, lis-Sur u Sinjura Julian Sultana u lil Michael Cini li offrewlna il-postijiet tagħhom biex inpoġġu l-affarijiet li għandna. Grazzi wkoll tmur għal Michael Refalo, Mario Grech, Debono Printing Press u lil Kunsill Lokali tax-Xagħra talgħajnuna li jagħtuna matul is-sena.
www.xaghrascouts.com
Xagħra Scout Group
Siġra mħawwla fil-playingfield b’tifkira ta’ għeluq it-tlett snin minn meta reġa fetaħ ix-XSG
Membru ta’ l-iScout Association ta’ Malta
Paġna 1 minn 16