5 minute read

58. Rakkomandazzjonijiet ta’ ħwienet

GWIDA TIRRAKKOMANDA

Dawn huma wħud mill-istabbilimenti u ħwienet li wieħed għandu jżur u jonfoq il-vawċers. Żgur li toħorġu sodisfatti! Ara x'inhuma r-rakkomandazzjonijiet tagħna.

Advertisement

Puressentiel

Fis-sajf in-nefħa tar-riġlejn hi komuni! Faċli biex tapplikah, iscirculation spray tal-Puressentiel fih ingredjenti attivi minn oriġini 100% naturali: 17-il żejt essenzjali u menthol rifreskanti biex isaħħu ċ-ċirkolazzjoni. Jgħin biex itaffi s-sensazzjoni ta’ saqajn tqal, jiffriska, jirrivitalizza u jittonifika r-riġlejn. Issibu wkoll bħala gel rifreskanti. Magħmul fi Franza. Facebook: Puressentiel Malta

Piazza Italia

Minn ilbiesi sa flokkijiet tas-sajf għan-nisa u l-irġiel, apparti li f’dan il-ħanut tista’ ssib moda għat-tfal ukoll! Ħanut wieħed li dan is-sajf joffri s-summer vibes, PIAZZA ITALIA! Trid tkun taf aktar? Ma’ kull vawċer tal-gvern li ssarraf f’wieħed mill-ħwienet li għandhom imqassmin f’Malta u Għawdex, ser tieħu lura come-back vawċer ta’ €10 b’xejn meta tonfoq €50, li jista jintuża fil-ħwienet talħwejjeg ta’ Arkadia Marketing f’Malta u Għawdex. Ċempel fuq dawn in-numri għal aktar dettalji: Piazza Italia Arkadia Gozo: 22103 317 | Piazza Italia Centerparc Qormi: 2210 3246 Jew żur: https://www.facebook.com/ piazzaitaliamalta/

Il-Veduta

Mill-ponta tar-Rabat, tista’ tgawdi veduta spettakolari filwaqt li tiekol ikel bnin mir-restorant Il-Veduta. Il-menù jinkludi varjetà ta’ platti tradizzjonali tal-Mediterran, kif ukoll diversi platti uniċi li ssibhom biss m’għand dan ir-restorant bħal chicken duxelle, cannelloni u chicken curried rice. Tista’ tgawdi veduti impressjonanti mit-terazzin jew inkella fuq in-naħa ta’ ġewwa fejn tħossok komdu b’ambjent għall-familja kollha. Ibbukkja fuq 2145 4666

Burgers INK

"Waħda mill-aktar burgers tajba li qatt doqt", "Hot Dogs talġenn", "L-itjeb burgers li doqt f'ħafna żmien", “Pancake ta’ veru!”... Dawn huma ftit mill-messaġġi li jirċievu, Burgers INK, fejn iservu hot dogs, pizza, pancakes u burgers! L-għażla ta’ gluten free hija disponibbli. Ir-restoranti ta’ Burgers INK huma ġewwa l-Belt, Birkirkara, Marsaskala u dalwaqt ser jinfetaħ l-ewwel restorant fl-Imġarr Għawdex! Jekk trid ukoll tista’ ssibhom fuq Bolt u Wolt. Tista’ ċċempel fuq 7793 0060 biex tagħmel l-ordni tiegħek. Jaċċettaw ukoll ilvawċers tal-Gvern.

Wild West – Ser jiftaħ dalwaqt il-Birgu Waterfront!

The Wild West Bar & Grill, fil-Birgu Waterfront u b’veduta unika, ser jkun qiegħed jispeċjalizza f’kull tip ta’ laħam, burgers home-made, pizza u għaġin. Esperjenza ġdida għall-familja kollha f’ambjent Western, li hu uniku għal Malta. Kull min iżur ‘The Wild West Bar & Grill’ u jonfoq aktar minn €20, jingħata l-flus lura tal-biljett jekk ikun għamel użu mill-Ferry ta’ bejn il-Belt Valletta u l-Birgu. Tel: 2180 2229 | facebook.com/birguwaterfront/ Indirizz: Birgu Waterfront, Triq l-Assedju l-Kbir 1565, Birgu

Avotaco

F’dan ir-restorant issib ikel li hu tipiku ‘street food’ Messikan bħal Burritos, Quesadillas u anke Tacos. Il-menu joffri għażliet ta’ vegetarian, vegan u gluten free, kif ukoll jieħdu ħsieb klijenti b’dieti u intolleranzi varji. Jekk għandek aptit ikel bnin Messikan, żur l-istabilimenti tal-Imrieħel u ta’ Ta’ Xbiex jew ordna online minn eatavotaco.com Indirizzi: Commerce Street, Mrieħel | Abate Rigord Street, Ta’ Xbiex Telefown: Mrieħel: 2722 2885 | Ta’ Xbiex: 2732 0539 Mezzi Soċjali: FB: facebook.com/avotaco | IG: @eatavotaco Sit: eatavotaco.com

Jade Garden

Matul dawn l-aħħar ħamsa u għoxrin sena Jade Garden Restaurant dejjem offra ikel bnin u bena reputazzjoni eċċelenti mal-klijenti tiegħu. Jade Garden Restaurant ambjent rilassanti u atmosfera liema bhala fejn il-klijenti jistgħu jgawdu diversi platti tradizzjonali Ċiniżi, għalhekk hu l-għażla perfetta għal xi okkażjoni speċjali. Jade Garden Restaurant joffri ukoll servizz ta’ take away. Indrizz: Jade Garden Restaurant, Triq Elia Zammit, Paceville Ċempel u bbukkja: 7925 9330 Emejl: jadegardensmalta@gmail.com Facebook: @JadeGardenChineseCuisinePaceville

PM Hobby

Gawdi l-ispazju ta’ barra waqt serata kwieta jew lejl indimentikabbli mal-ħbieb u familja! Ġo PM Hobby tista’ ssib l-aqwa għamara ta’ barra, tista’ tagħżel u tqabbel l-imwejjed, siġġijiet u aċċessorji oħra bħalma tkun tixtieq. Selezzjoni ta’ BBQs li jaħdmu bil-gass u ċarkowl huma disponibbli. Indirizz: PM Hobby DIY & Home Solutions, Bone Street, Zone 1 Central Business District, Mrieħel Bypass Telefown: 2298 8000 Facebook: www.facebook.com/ pmhobbymalta Insta: @pmhobby_home_diy Sit: www.pmhobby.com.mt

Frontline Health & Beauty

Iż-żraben tal-Gelatto huma disinjati b’mudell anatomiku, bil-qiegħ magħmul b’teknologija ta’ softgel. Din tgħin sabiex ikun hemm titjib fiċ-ċirkulazzjoni tas-sieq bil-konsegwenza li jkun hemm tnaqqis fiċ-cellulite, kif ukoll anqas nefħa u għejja fis-saqajn li jistgħu jaffettwaw ukoll lid-dahar. Jinstabu fi tlett disinji attraenti u għażla ta’ diversi kuluri. Ikkuntattjana għal aktar informazzjoni. Indirizz: No. 121, Triq Burmarrad, Burmarrad. Tel. 2158 2797 www.frontlinemalta.com/orthopaedicfootwear

Snow White Meat & Poultry Market

It-tiġieġ u l-majjal tagħna huma tal-ogħla kwalità u ġejjin minn suppliers lokali. Iċ-ċanga kollha hija ta’ razez barranin li jitkabbru f’Malta minn bdiewa apposta biex aħna nagħtu l-aħjar prodott lill-klijenti tagħna. Snow White tipprepara wkoll laħam immarinat u mimli bi ħwawar diversi biex jagħtuh dik it-togħma speċjali. L-immarinar tagħna joffri għażla sħiħa ta’ ikliet eċċitanti li jistgħu jkunu msajra b'kull metodu li tixtieq. Hi x'inhi l-okkażjoni żgur li ssib xi ħaġa li tkun adattata għalik minn Snow White. Telefown: 2157 5346 Facebook: Snow White Meat & Poultry Market

The Cathedral Group Ltd

Kollox beda fl-1994, fejn infetaħ l-ewwel ħanut, iżda llum jeżistu 10 ħwienet ta’ The Cathedral Group imqassmin ma’ Malta kollha. B’20 sena esperjenza fejn jidħlu l-għajnejn, The Cathedral Group joffru l-aqwa servizz u kura. F’dawn il-ħwienet wieħed jista’ jsib nuċċalijiet ta’ kull tip; tal-qari, tax-xemx u anke contact lenses. Żur l-eqreb fergħa ta’ Cathedral Opticians għal vista ċara u serħan mill-għajnejn. Fittixna fuq Facebook jew ċempel fuq 2122 6020 jew 7947 5293.

Reno’s Ironmongery

Sett komplut tad-ditta BOSCH, b’diversi trapani, sockets u bits għallviti ta’ kull għamla. Turnavit b’sistema ta’ ratchet u kalamita b’saħħitha biex tilħaq postijiet inkrepattivi. Kollox ġo kaxxa pulita. Perfetta għal kull proġett tad-dar tiegħek. Prezz €45 Indirizz: St. Elizabeth Street, Xewkija Gozo Telefown: 2155 0005 www.facebook.com/renoshardwarestore www.renos.mt

Levissima

L-ilma minerali Taljan Levissima joriġina mil-qalba tal-muntanji ċentrali tal-Alpi, f'żona protetta ħdejn il-park naturali ta' Stelvio. Ilma frisk kuljum mill-Alpi.

Huma tlieta l-kwalitajiet li jagħmlu dan l-ilma Taljan daqshekk distint : kemm hu ħafif, il-purità u t-togħma. Dan l-ilma ġej mir-reġjun tal-Lombardia, li jinsab finnaħa ta’ fuq tal-Italja.

Levissima; Ilma frisk, ħafif u pur! Nestle Malta Ltd T: 2338 9000

Esprit –Faċli, komdi u tidher tal-ġenn! Kuljum.

Esprit ġiet kreata f’Kalifornja fl-1968 u waħda miċ-ċavetti tas-suċċess kienet il-viżjoni pożittiva li għandhom fil-kumpanija. Din il-marka dejjem iċċelebrat il-persuni diversi! Il-wegħda ta’ din il-kumpanija lill-klijenti kollha hija li: “irridu naraw li tħossukom tajbin u tidhru tajbin”. Indirizz: The Point Shopping Mall, Level -1, Tigne, Sliema Telefown: 20601075 Facebook: www.facebook. com/esprit.mt

This article is from: