1 minute read

Koxox tat-tiġieġ – Riċetta ta’ Manuel

Ingredjenti

Għat-tiġieġa P 4 koxox tat-tiġieġ, imqaxxrin u mnaddfa P bżar aħmar imqatta’ P kuċċarina kemmun P kuċċarina kosbor frisk imqatta’ P qoxra u meraq ta’ luminċell P mgħarfa żejt taż-żebbuġa

Advertisement

Għar-risotto P basla żgħira mqattgħa P 2 sinniet tewm imqattgħa P bżar aħmar imqatta’ frisk P mgħarfa paprika ħelwa P kuċċarina riegnu P bżaru aħmar imqatta’ P ftit inbid abjad P ¾ ta’ kikkra ross arborio P 2 ½ kikkri stokk tat-tiġieġ P bott qamħ ħelu żgħir P tadama mqaxxra u mqattgħa P 100ml krema P ftit weraq tal-kosbor frisk P 2 mgħaref ġobon ċedar maħkuk

KOXOX TAT-TIĠIEĠA MMARINATI MA’ RISOTTO BIL-CURRY U FROTT

RiĊetta ta’ Manuel Xuereb

Metodu

Immarina t-tiġieġ bl-ingredjenti li jifdal u ħalliha toqgħod għal 15-il minuta. Sadanittant, qalli l-basla, it-tewm u l-bżar aħmar imbagħad żid ir-ross, il-paprika u r-riegnu u sajjar għal 2 minuti. Roxx l-inbid, imbagħad żid gradwalment l-istokk u sajjar għal 20-25 minuta. Meta tkun kważi lesta, żid 100ml krema, qamħ ħelu, tadam u sajjar għal 2 minuti. Neħħi minn fuq in-nar, żid u ħawwad il-kosbor imqatta' u ċ-ċedar u servi fi skutelli bil-koxox tat-tiġieġ fil-wiċċ.

This article is from: